Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 1552/2005 — statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Dan jistipula r-regoli u l-metodi għall-ġbir ta’ statistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi1.

PUNTI EWLENIN

Data li għandha tinġabar fl-intrapriżi

L-Istati Membri tal-UE għandhom jiġbru data dwar dawn li ġejjin:

  • il-politika ta’ taħriġu l-istrateġiji ta’ taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet tal-impjegati tal-intrapriżi;
  • il-ġestjoni, l-organizzazzjoni u l-forom ta’ taħriġ vokazzjonali kontinwu fl-intrapriżi;
  • ir-rwol tas-sħab soċjali biex jiżguraw l-aspetti kollha tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu fuq il-post tax-xogħol;
  • l-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali kontinwu, il-kwantità u l-kontenut ta’ dan, b’mod partikolari fil-kuntest tal-attività ekonomika u tad-daqs tal-intrapriża;
  • miżuri speċifiċi tal-intrapriżi biex itejbu l-ħiliet tal-impjegati tagħhom fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
  • l-opportunitajiet għall-impjegati fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) biex ikollhom aċċess għat-taħriġ vokazzjonali kontinwu u biex jiksbu ħiliet ġodda, u l-bżonnijiet partikolari tal-SMEs fil-provvista tat-taħriġ;
  • l-effetti ta’ miżuri pubbliċi fuq din il-forma ta’ taħriġ fl-intrapriżi;
  • opportunitajiet indaqs għall-aċċess għat-taħriġ fl-intrapriżi għall-impjegati kollha (filwaqt li jitqies is-sess u l-età ta’ gruppi speċifiċi b’mod partikolari);
  • miżuri speċifiċi għal nies li huma żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol, pereżempju, l-anzjani u l-persuni li ġejjin minn minoranzi;
  • miżuri mmirati għal tipi differenti ta’ kuntratti ta’ impjieg;
  • l-ispejjeż marbutin mat-taħriġ vokazzjonali kontinwu: livelli u riżorsi ta’ finanzjament, inċentivi għat-taħriġ vokazzjonali kontinwu; u
  • il-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-intrapriżi fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu.

Fir-rigward tat-taħriġ vokazzjonali inizjali fuq il-post tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar:

  • il-parteċipanti fit-taħriġ ta’ dan it-tip; u
  • l-ispejjeż totali għat-taħriġ ta’ dan it-tip.

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li tkopri t-taħriġ fl-intrapriżi involuti f’attivitajiet ekonomiċi li jaqgħu taħt it-taqsimiet B sa O u S sa T tal-klassifikazzjoni NACE tal-UE2.

Unitajiet statistiċi

Bħala regola ġenerali, id-data tinġabar biss fir-rigward ta’ intrapriżi li jimpjegaw 10 persuni jew aktar.

Sorsi tad-data

L-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data permezz ta’ stħarriġ fl-intrapriżi jew permezz ta’ kombinament ta’ stħarriġ fl-intrapriżi u sorsi oħra, sabiex jitnaqqas il-piż fuq min iwieġeb u l-amministrazzjoni tinżamm sempliċi.

L-Istati Membri jistabbilixxu l-proċeduri għall-intrapriżi biex iwieġbu għall-istħarriġ fi ħdan l-iskadenzi preskritti. Fejn jitqies xieraq jistgħu jintużaw sorsi oħra ta’ data f’termini ta’ rilevanza u żmien.

Karatteristiċi u metodu tal-istħarriġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li jittrażmettu tirrifletti b’mod preċiż l-istruttura tal-popolazzjoni tal-unitajiet statistiċi. L-istħarriġ għandu jitmexxa b’tali mod li jippermetti analiżi statistika tar-riżultati fil-livell tal-UE mill-inqas tal-kategoriji li ġejjin:

  • l-attivitajiet ekonomiċi
  • id-daqs tal-intrapriżi.

Il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) tiddeċiedi dwar ir-rekwiżiti għall-ġbir ta’ kampjuni, id-daqs tal-kampjuni meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti, u l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tan-NACE u l-kategoriji tad-daqs li fihom jistgħu jiġu analizzati statistikament ir-riżultati. Il-Kummissjoni tiddeċiedi wkoll dwar id-data speċifika li għandha tinġabar fir-rigward ta’ intrapriżi għat-taħriġ3 u intrapriżi li mhumiex għat-taħriġ4 u tal-forom differenti tat-taħriġ vokazzjonali.

Kontroll tal-kwalità

L-Istati Membri huma responsabbli għall-iżgurar tal-kwalità tad-data li huma jittrażmettu lill-Eurostat. Wara kull perjodu ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda, fi żmien 21 xahar, dawn għandhom jippreżentaw rapport dwar il-kwalità lill-Eurostat li jinkludi fih l-informazzjoni u d-data kollha mitluba. Ir-rapport għandu jsemmi wkoll jekk kienx hemm xi ksur fir-rekwiżiti metodoloġiċi. Abbażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Eurostat jivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa biex jiżgura l-komparabilità tagħha.

Perjodiċità

L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data kull 5 snin.

Trażmissjoni tad-data

L-Istati Membri jibagħtu d-data individwali dwar l-intrapriżi lill-Eurostat skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trażmissjoni tad-data, soġġetti għall-kunfidenzjalità statistika, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 (ara sommarju). Dawn għandhom jiżguraw li d-data mibgħuta ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi. It-trażmissjoni hija f’forma elettronika u skont l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, kumitat li jassisti u jagħti pariri lill-Eurostat magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri u ppresedut mll-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data kompluta u korretta sa mhux aktar minn 18-il xahar wara t-tmiem ta’ kull sena ta’ referenza.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu fis-seħħ mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Intrapriża: unità statistika użata mill-Eurostat għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni tal-UE.
  2. Klassifikazzjoni NACE: taqsira għall-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-UE, min-Nomenklatura Franċiża statistique des activités économiques.
  3. Intrapriżi għat-taħriġ: intrapriżi koperti mill-ġbir tal-kampjuni li jipprovdu s-servizzi ta’ taħriġ.
  4. Intrapriżi li mhumiex għat-taħriġ: intrapriżi koperti mill-ġbir ta’ kampjuni iżda li n-negozju tagħhom ma jipprovdix servizzi ta’ taħriġ.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (ĠU L 255, , pp. 1-5).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1552/2005 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top