Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Impjieg

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni Ewropea (UE) u l-pajjiżi tal-UE għandhom jaħdmu lejn l-iżvilupp ta’ strateġija kkoordinata għall-impjiegi u l-promozzjoni ta’ forza tax-xogħol tas-sengħa, imħarrġa u adattabbli li tirrispondi għall-bidliet fis-swieq tax-xogħol.

Dan isir primarjament permezz tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES), li trawwem il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi, il-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali, tal-unions u tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi.

L-appoġġ finanzjarju għall-politika tal-impjiegi jiġi pprovdut permezz ta’ diversi strumenti, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).

Il-fergħa tal-“Impjiegi u l-innovazzjoni soċjali” taħt il-FSE+ għall-2021-2027 se tappoġġja approċċi u azzjonijiet innovattivi biex jinħolqu l-impjiegi u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, filwaqt li tibni fuq is-suċċessi tal-predeċessur tagħha.

Il-politiki soċjali u tal-impjiegi kollha tal-UE huma rregolati mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, sett ta’ drittijiet soċjali proklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea fl-2017. Dan jistabbilixxi 20 prinċipju u dritt ewlieni sabiex jiġu appoġġjati swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb fi tliet kapitli:

  • opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol;
  • kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti;
  • protezzjoni u inklużjoni soċjali.

ARA WKOLL

Top