Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regolament dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji (MiFIR)

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jaġġorna leġiżlazzjoni preċedenti tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji1 biex jiżgura li dawn:

  • huma aktar trasparenti;
  • jaħdmu b’mod aktar effiċjenti;
  • jipprovdu lill-investituri b’aktar protezzjoni.

Dan ikopri:

  • divulgazzjoni ta’ data dwar in-negozjar;
  • rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet rilevanti;
  • negozjar ta’ derivattivi2 f’ċentri organizzati;
  • aċċess nondiskriminatorju għall-ikklerjar3 u n-negozjar f’punti referenzjarji4;
  • setgħat għall-Awtorità Bankarja Ewropea, għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u għall-awtoritajiet nazzjonali;
  • servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditti mhux fl-UE;
  • awtorizzazzjoni u superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar tad-data (bidla introdotta permezz tar-Regolament emendatorju (UE) 2019/2175, ara hawn taħt).

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tapplika għal:

  • ċentri tan-negozjar, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu bħall-banek;
  • fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar tad-data;
  • kumpaniji ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni jew fondi ta’ investiment alternattivi (magħrufa bħala “kontropartijiet finanzjarji”);
  • ditti mhux ibbażati fl-UE bl-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni Ewropea.

Trasparenza

Regoli dwar it-trasparenza:

  • għandhom l-għan li jiżguraw li n-negozjar iseħħ f’ċentri kummerċjali organizzati u regolati kif xieraq5;
  • jesiġu li l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment jippubblikaw, kemm qabel kif ukoll wara n-negozjar (dawn tal-aħħar fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli), informazzjoni bħal prezzijiet tal-offerta u l-volumi involuti;
  • jippermettu eżenzjonijiet limitati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq;
  • jiddikjaraw li l-informazzjoni jeħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġjonevoli, b’mod mhux diskriminatorju u mingħajr ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni;
  • jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-internalizzaturi sistematiċi6 u għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw barra l-borża mingħajr l-involviment ta’ skambju.

Regoli dwar it-tranżazzjonijiet

Ir-regoli dwar it-tranżazzjonijiet jirrikjedu dan li ġej:

  • Ditti tal-investment għandhom
    • iżommu d-data rilevanti kollha dwar l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet imwettqa għalihom infushom jew għal klijent għal 5 snin,
    • jirrapportaw dettalji sħaħ u akkurati tat-tranżazzjonijiet kollha lill-awtorità nazzjonali rilevanti malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta’ wara;
  • iċ-ċentri tan-negozjar iridu jżommu d-data kollha dwar l-istrumenti finanzjarji rreklamati permezz tas-sistemi tagħhom għal 5 snin.

In-negozjar fid-derivattivi jridu jaderixxi mar-regoli li ġejjin:

  • Dan għandu jseħħ fi:
    • suq regolat;
    • faċilità ta’ negozjar multilaterali7,
    • faċilità ta’ negozjar organizzat8, jew
    • faċilità ta’ negozjar mhux tal-UE li l-Kummissjoni awtorizzat;
  • il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tissospendi l-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi għal ċerti kontropartijiet finanzjarji, dment li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet;
  • Għandha tiġi kklerjata minn kontroparti ċentrali9 malajr kemm jista’ jkun teknikament possibbli.

Il-kontropartijiet ċentrali jridu jikklerjaw it-tranżazzjonijiet finanzjarji b’mod mhux diskriminatorju u trasparenti.

L-ESMA:

  • tabbozza ċerti standards tekniċi, partikolarment għal derivattivi u kontropartijiet ċentrali;
  • timmonitorja l-istrumenti finanzjarji kkummerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħin fl-UE.

L-Awtorità Bankarja Ewropea, l-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali jaħdmu mill-qrib flimkien u għandhom is-setgħa li jipprojbixxu fuq bażi temporanja jew jirrestrinġu l-użu ta’ strumenti finanzjarji meqjusa bħala theddida għall-investituri jew għas-sistema finanzjarja.

Leġiżlazzjoni emendatorja

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2019/2175 isaħħaħ is-setgħat, il-governanza u l-finanzjament tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) kollha wara rieżami li sar fl-2017, li kkonkluda li s-superviżjoni ta’ ċerti attivitajiet u entitajiet b’importanza partikolari għall-UE kollha kemm hi, jew bi grad sinifikanti ta’ negozju transfruntier, għandha titwettaq mill-awtoritajiet superviżorji Ewropej minflok mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, dan jikseb dan li ġej:

  • iżid l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar tad-data mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament oriġinali, flimkien ma’ setgħat diretti ta’ ġbir ta’ data għall-finijiet ta’ rapportar u kalkoli ta’ trasparenza;
  • iżżid tliet tipi differenti ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar tad-data soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-ESMA mad-definizzjonijiet fir-regolament:
    • arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat10,
    • fornitur ta’ tape konsolidat11,
    • mekkaniżmu ta’ rappurtar approvat12;
  • jagħti s-setgħa lill-ESMA biex titlob informazzjoni li tirrikjedi għall-kompiti superviżorji tagħha;
  • jistabbilixxi l-ESMA bħala s-superviżur tal-fornituri ta’ tape konsolidat u ċerti arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni u mekkaniżmi ta’ rappurtar;
  • jiddefinixxi s-setgħat u l-kompetenzi li l-ESMA għandu jkollha fl-eżerċizzju tar-rwol tagħha bħala awtorità kompetenti;
  • jimponi rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Kummissjoni dwar il-funzjonament tat-tape konsolidat;
  • Huwa jispeċifika t-trasferiment tas-setgħat mill-awtoritajiet nazzjonali lill-ESMA.

Bil-ħsieb li tissaħħaħ ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tas-settur finanzjarju tal-UE, li temenda r-Regolament (UE) 2022/2554, l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali tal-UE (magħruf bħala DORA), jistabbilixxi rekwiżiti għar-reżiljenza tas-sistemi tan-networks u tal-informazzjoni ta’ ditti li joperaw fis-settur finanzjarju u jagħmel partijiet terzi kritiċi li jipprovdu servizzi relatati mal-ICT lilhom soġġetti għal qafas ta’ sorveljanza. Dan joħloq qafas regolatorju dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali li permezz tiegħu, id-ditti kollha li joperaw fis-settur finanzjarju jeħtieġ li jiżguraw li jkunu jistgħu jifilħu għal u jirkupraw mit-tipi kollha ta’ tfixkil u theddid relatat mal-ICT.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2024/791 isaħħaħ it-trasparenza tad-data tas-suq u l-aċċess għaliha u jaġġorna r-regoli dwar it-tapes konsolidati, l-obbligi ta’ negozjar u l-ħlas għall-fluss tal-ordnijiet:

  • jagħmel id-data dwar in-negozjar aktar trasparenti u jissimplifika l-limiti fuq in-negozjar tal-ekwità li huwa eżentat mit-trasparenza ta’ qabel in-negozjar skont id-deroga tal-prezz ta’ referenza, billi jissostitwixxi l-limitu massimu doppju preċedenti b’limitu massimu uniku ta’ 7 % għall-UE kollha;
  • ineħħi l-ostakli għall-ħolqien ta’ tapes konsolidati, li jipprovdu stampa komprensiva tal-prezzijiet u tal-volum tal-istrumenti finanzjarji nnegozjati fl-UE kollha f’ċentri tan-negozjar differenti;
  • jirrikjedi li ċ-ċentri tan-negozjar u l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati jikkontribwixxu data armonizzata lill-fornituri ta’ tape konsolidat magħżula u awtorizzati mill-ESMA għal kull klassi ta’ assi rilevanti (bonds, ishma u fondi nnegozjati fil-borża, u derivattivi barra l-borża);
  • jiċċara meta l-ishma jridu jiġu nnegozjati f’ċentri tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (l-obbligu tan-negozjar tal-ishma);
  • jagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tissospendi l-obbligu tan-negozjar tad-derivattivi għal ċerti kontropartijiet finanzjarji li jagħmlu talba jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet;
  • jipprojbixxi lid-ditti tal-investiment milli jaċċettaw tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju minn parti terza biex jidderieġu l-ordnijiet tal-klijenti lejn ċentru ta’ eżekuzzjoni partikolari jew parti terza għall-eżekuzzjoni (ħlas għall-fluss tal-ordnijiet).

Atti ta’ Implimentazzjoni u atti delegati

Il-Kummissjoni adottat serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati.

Atti ta’ implimentazzjoni

  • Id-Deċiżjoni (UE) 2017/2238 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għal swieq magħżula tal-kuntratti u faċilitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ swaps fl-Istati Uniti.
  • Id-Deċiżjoni (UE) 2019/541 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għall-boroż approvati u għall-operaturi tas-suq rikonoxxuti f’Singapore, kif emendata mid-Deċiżjoni (UE) 2020/2127.
  • Ir-Regolament (UE) 2026/1288 dwar is-sospensjoni awtonoma tal-obbligu ta’ negozjar għad-derivattivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
  • Ir-Regolament (UE) 2025/1157 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-awtorizzazzjoni ta’ arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati, mekkaniżmi ta’ rapportar approvati u fornituri ta’ tape konsolidat, u notifiki relatati, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1110.

Atti delegati

  • Standards tekniċi regolatorji
    • Ir-Regolament (UE) 2016/2020 dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta’ jekk derivattiv soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar għandux ikun soġġett għall-obbligu ta’ negozjar.
    • Ir-Regolament (UE) 2016/2021 dwar aċċess rigward il-parametri referenzjarji.
    • Ir-Regolament (UE) 2016/2022 dwar l-informazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ditti mhux tal-UE u l-format ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/572 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta’ data ta’ qabel u wara n-negozjar u l-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-data.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/583, kif emendat bir-Regolamenti (UE) 2021/529, 2022/629 u 2025/1246, dwar ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għaċ-ċentri tan-negozjar u għad-ditti tal-investiment fir-rigward tal-bonds, tal-prodotti finanzjarji strutturati, tal-kwoti tal-emissjonijiet u tad-derivattivi.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/590 dwar rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/582 dwar l-obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta’ aċċettazzjoni għall-ikklerjar.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/579 dwar l-effett dirett, sostanzjali u previdibbli tal-kuntratti fl-Unjoni u biex ma jiġux evitati r-regoli u l-obbligi .
    • Ir-Regolament (UE) 2017/587, kif emendat bir-Regolamenti (UE) 2019/442 u 2025/1246, dwar ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għaċ-ċentri tan-negozjar u għad-ditti tal-investiment fir-rigward ta’ ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-borża, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u dwar l-obbligi tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ ċerti ishma f’ċentru tan-negozjar jew minn internalizzatur sistematiku.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/577, kif emendat bir-Regolament (UE) 2026/392, dwar il-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-volum u l-għoti ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza u kalkoli oħra.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/580 dwar il-żamma tad-data rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/585 dwar l-istandards u l-formati tad-data ta’ referenza tal-istrumenti finanzjarji, u l-miżuri tekniċi marbutin ma’ arranġamenti li għandhom isiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/581 dwar l-aċċess għall-ikklerjar fir-rigward ta’ ċentri tan-negozjar u kontropartijiet ċentrali.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/2154 dwar arranġamenti tal-ikklerjar indirett.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/2417, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/749, dwar l-obbligu ta’ negozjar għal ċerti derivattivi.
    • Ir-Regolament (UE) 2017/567 dwar id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni tal-portafoll u l-miżuri superviżorji dwar l-intervent u l-pożizzjonijiet tal-prodott, kif emendat bir-Regolament (UE) 2026/482.
    • Ir-Regolament (UE) 2022/466 dwar il-kriterji għad-deroga tal-prinċipju li l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati u l-mekkaniżmi ta’ rapportar approvati huma ssorveljati mill-ESMA.
    • Ir-Regolament (UE) 2022/803 dwar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali mill-ESMA fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data kif emendat bir-Regolament (UE) 2025/1768.
    • Ir-Regolament (UE) 2022/930 li jispeċifika t-tariffi relatati mas-superviżjoni mill-ESMA tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data kif emendat bir-Regolament (UE) 2025/884.
    • Ir-Regolament (UE) 2025/1143 dwar ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti organizzattivi għall-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati u għall-mekkaniżmi ta’ rapportar approvati u dwar ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ tape konsolidat, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/751.
    • Ir-Regolament (UE) 2025/1155 dwar l-input u l-output tad-data tat-tapes konsolidati, is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġi tan-negozju u r-ridistribuzzjoni tad-dħul mill-fornitur ta’ tape konsolidat għall-ishma u għall-ETFs.
    • Ir-Regolament (UE) 2025/1156 dwar l-obbligu li d-data tas-suq issir disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli.
  • Aspetti oħrajn
    • Ir-Regolament (UE) 2017/1799, kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/1000, dwar l-eżenzjoni ta’ ċerti banek ċentrali ta’ pajjiżi mhux tal-UE fit-twettiq tagħhom ta’ politiki monetarji, tal-kambju u tal-istabbiltà finanzjarja minn rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar.
    • Regolament (UE) 2017/2194 — dwar ordnijiet f’pakkett.
    • Ir-Regolament (UE) 2025/1003 dwar id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni tad-derivattivi barra l-borża li għandha tintuża għall-finijiet tat-trasparenza.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 ilu japplika mit-.
  • Il-bidliet li kienu introdotti għalih bir-Regolament emendatorju (UE) 2019/2175 ilhom japplikaw mill-.
  • Il-bidliet introdotti bir-Regolament emendatorju (UE) 2022/2554 ilhom japplikaw mis-.
  • Il-bidliet introdotti bir-Regolament emendatorju (UE) 2024/791 ilhom japplikaw mit-. Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni C/2024/2966 dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni tranżizzjonali stipulata fl-MiFIR.

SFOND

TERMINI EWLENIN

  1. Strumenti finanzjarji. Assi, evidenza ta’ sjieda ta’ assi, jew ftehim kuntrattwali bejn żewġ partijiet biex jirċievu jew ifornu strument finanzjarju ieħor.
  2. Derivattivi. Strument finanzjarju li l-valur tiegħu huwa bbażat fuq il-bidla fil-valur ta’ assi sottostanti.
  3. Ikklerjar. Il-proċess użat għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pożizzjonijiet miftuħa billi ssir verifika li t-titoli, flus kontanti jew it-tnejn huma disponibbli.
  4. Parametru referenzjarju. Kwalunkwe rata, indiċi jew ċifra disponibbli pubblikament iddeterminati minn formula jew valur ta’ assi sottostanti.
  5. Ċentru ta’ negozjar. Ċentru ta’ negozjar uffiċjali, bħal faċilitajiet tan-negozjar multilaterali, faċilitajiet tan-negozjar organizzati jew swieq regolati, fejn jiġu skambjati strumenti finanzjarji.
  6. Internalizzatur sistematiku. Ditta tal-investiment li tinnegozja f’isimha stess billi teżegwixxi ordnijiet tal-klijenti barra ċentru tan-negozjar fuq bażi organizzata, frekwenti u sistematika.
  7. Faċilità ta’ negozjar multilaterali. Sistema multilaterali, imħaddma minn ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq, li tiġbor f’daqqa interessi ta’ xiri u bejgħ minn terzi fi strumenti finanzjarji — fis-sistema u skont regoli mhux diskrezzjonali — b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II tal-MiFID II.
  8. Faċilità ta’ negozjar organizzat. Sistema multilaterali li mhijiex suq regolat jew faċilità ta’ negozjar multilaterali u li fiha diversi partijiet terzi li jixtru u jbigħu interessi f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżulta f’kuntratt f’konformità mat-Titolu II tal-MiFID II.
  9. Kontraparti ċentrali. Entità li taġixxi bħala intermedjarju bejn il-kontropartijiet tan-negozjar u li tassorbi parti mir-riskju ta’ saldu.
  10. Arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat. Sistema li teħtieġ li d-ditti li qed iwettqu t-tranżazzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti dwar negozju permezz ta’ korp li jassigura l-konsolidazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ tali data fil-ħin u b’mod sigur.
  11. Fornitur ta’ tape konsolidat. Persuna awtorizzata mill-ESMA skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 biex tipprovdi s-servizz tal-ġbir ta’ data minn ċentri tan-negozjar u arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni, u tal-konsolidazzjoni ta’ dik id-data fi fluss ta’ data diretta elettronika kontinwa li tipprovdi data ewlenija tas-suq u data regolatorja.
  12. Mekkaniżmu ta’ rappurtar approvat. Pjattaforma li tirrapporta t-tranżazzjonijiiet f’isem id-ditti. Dan jista’ jsir ukoll permezz taċ-ċentru tan-negozjar li fih twettqet it-tranżazzjoni.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, , pp. 84–148).

L-emendi suċċessivi Regolament (UE) Nru 600/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top