Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0382

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

    COM/2018/382 final

    Brussell, 30.5.2018

    COM(2018) 382 final

    2018/0206(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

    {SEC(2018) 273 final}
    {SWD(2018) 289 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    L-Ewropa tinsab fi żmien kruċjali fejn ir-rilevanza u s-suċċess tagħha fl-għexieren ta’ snin li ġejjin se jiġu ddeterminati mill-abbiltà tagħha li tibqa’ kompetittiva fl-ekonomija dinjija u li tiżgura livelli għoljin ta’ impjiegi, edukazzjoni u taħriġ, saħħa, inklużjoni soċjali u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Biex l-Ewropa tkun kompetittiva, koeżiva u reżiljenti fil-futur jeħtieġ li tinvesti fin-nies tagħha mingħajr dewmien: fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-ħiliet, fil-kreattività tagħhom, fil-potenzjal li joħolqu negozji u jkunu innovattivi, u f’saħħithom.

    Minbarra dan, bosta sfidi għadhom sinifikanti. Għalkemm sar xi titjib, il-qgħad u r-rati dejjem għoljin tal-faqar jibqgħu prijorità għall-UE kollha. Il-kwistjonijiet soċjali u dawk relatati mal-impjiegi huma ta’ tħassib ewlieni għaċ-ċittadini Ewropej, u l-Unjoni mistennija tagħti sehemha iżjed f’dan il-qasam. Fost l-isfidi addizzjonali li qed tiffaċċja l-Unjoni hemm dawk relatati ma’:

    ·nuqqasijiet fil-livelli tal-ħiliet,

    ·prestazzjoni baxxa fil-politika attiva tas-suq tax-xogħol u fis-sistemi edukattivi,

    ·sfidi minħabba teknoloġiji ġodda bħal pereżempju l-awtomatizzazzjoni u l-forom ġodda ta’ ħidma li huma relatati magħha,

    ·l-esklużjoni soċjali ta’ gruppi marġinalizzati, fosthom ir-Rom u l-migranti,

    ·u l-mobbiltà baxxa tal-ħaddiema.

    Hemm bżonn jittieħdu inizjattivi ta’ politiki u azzjonijiet ta’ appoġġ immirat ħalli jingħelbu dawn l-isfidi.

    Biex iwieġbu l-appell taċ-ċittadini ħalli titjieb id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni, fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni proklamaw b’mod konġunt il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Issa hu importanti li l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiksbu riżultati fir-rigward tal-prinċipji u d-drittijiet minquxa fil-Pilastru.

    Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu 2021-2027 1 . Il-proposta tirrifletti l-kuntest soċjali u ekonomiku attwali u tipprovdi tweġiba konkreta għas-sejħa tal-Ewropej għal Ewropa aktar soċjali u għal investiment akbar fin-nies madwar l-Unjoni Ewropea.

    F’dan il-kuntest, din il-proposta tinkludi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) bħala l-istrument ewlieni tal-UE li jinvesti fin-nies u biex jimplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-FSE+ jgħaqqad il-fondi u l-programmi li ġejjin:

    il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

    il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD);

    il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u

    il-Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-Programm tas-Saħħa tal-UE).

    L-għan li jingħaqdu l-fondi msemmija hawn fuq hu tripplu:

    Jitjiebu l-koerenza u s-sinerġiji bejn l-istrumenti kumplimentari tal-UE li jipprovdu appoġġ importanti lin-nies u li għandhom l-għan li jtejbu l-livell tal-għejxien tagħhom, billi jiġu żviluppati approċċi aktar integrati għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni.

    Tiżdied il-flessibbiltà, u l-fondi jkunu jistgħu jwieġbu aktar għall-isfidi identifikati fiċ-ċiklu ta’ governanza ekonomika u għall-prijoritajiet fil-livell tal-UE.

    Għal simplifikazzjoni tal-programmazzjoni u tal-immaniġġar tal-fondi u b’hekk jonqos il-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet u l-benefiċjarji.

    Għaldaqstant, il-FSE+ se jgħin biex tissawwar Ewropa soċjali li tħeġġeġ, u jikkontribwixxi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE, li hi kundizzjoni importanti għall-funzjonament xieraq tal-UE bħala Unjoni ekonomika u politika stabbli u vijabbli.

    Din il-proposta ġenerali tipprevedi data tal-applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hi ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika tar-Renju Unit li beħsiebu jirtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-FSE+ jappoġġa politiki u prijoritajiet li għandhom l-għan jgħinu biex jinkiseb livell sħiħ ta’ impjiegi, kwalità aħjar u produttività aħjar fuq il-post tax-xogħol, aktar mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa.

    L-għan ta’ politika ġenerali tar-Regolament tal-FSE+ hu li jikkontribwixxi biex tissawwar Ewropa aktar soċjali bi prestazzjoni u reżiljenza akbar u li jitwettaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll il-prijoritajiet soċjali u tal-impjiegi approvati mill-proċess Ewropew ta’ governanza ekonomika. L-FSE+ se jikkontribwixxi biex jitwettqu l-Linji Gwida Integrati adottati skont l-Artikoli 121 u 148(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE) u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u jservi ta’ kontribut għall-għan ġenerali ta’ tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli wara l-2030 (il-miri tal-iżvilupp sostenibbli tan-NU 2 ) u l-konverġenza ’l fuq. Barra minn hekk, l-FSE+ se jgħin biex jitjiebu l-opportunitajiet tal-impjiegi, iżid il-livell tal-għejxien u tas-saħħa, jgħin biex jiżdiedu l-mobbiltà tal-ħaddiema u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fit-TFUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. L-FSE+ għandu l-għan ukoll li jagħti sehmu għall-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa u għall-integrazzjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi.

    Jekk jiġi ffissat sehem u ammonti minimi għall-FSE+ b’ġestjoni kondiviża bħala wieħed mill-Fondi Strutturali, ikun żgurat li l-prijoritajiet tal-Unjoni deskritti hawn fuq jiġu riflessi kif xieraq fil-volum ta’ investimenti mmirati direttament lejn iċ-ċittadini Ewropej.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    L-FSE+ għandu l-għan li jtejjeb is-sinerġiji u l-koerenza ma’ fondi oħrajn li jinvestu fl-iżvilupp tal-kapital uman. L-FSE+ għandu jiżgura b’mod partikolari l-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG), il-programm Erasmus u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (l-AMIF), kif ukoll il-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u l-Programm ta’ Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi.

    L-FSE+ u l-FEG se jibqgħu jikkumplimentaw lil xulxin, hekk kif l-FSE+ se jissokta jappoġġa miżuri preventivi u antiċipatorji filwaqt li l-FEG se jibqa’ Fond reattiv ta’ emerġenza barra mill-QFP.

    L-FSE+ u Erasmus huma attivi f’oqsma simili, b’mod partikolari biex jgħinu lin-nies jiksbu ħiliet ġodda, għal titjib fil-ħiliet ħalli jkunu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-setturi industrijali 3 , u biex jitjiebu l-kompetenzi diġitali u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Għalhekk se tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-FSE+ u Erasmus. In-natura eżatta ta’ koperazzjoni se tingħata f’aktar dettall fil-programmi ta’ ħidma u fil-gwidi tal-programmi tal-FSE+ u ta’ Erasmus, u biex ikunu jistgħu jinħolqu sinerġiji effettivi u effiċjenti.

    L-FSE+ se jibqa’ jappoġġa wkoll l-integrazzjoni fi żmien medju u fit-tul taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, b’mod kumplimentari għall-AMIF li se jkopri l-ħtiġijiet fi żmien qasir.

    Il-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża se tibqa’ tkun parti mill-Politika ta’ Koeżjoni u se tkun regolata l-aktar mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (is-CPR). Bħala tali, l-istess regoli dwar il-ġestjoni, il-programmazzjoni, il-monitoraġġ, l-awditjar, u l-bqija se japplikaw għal ħafna mill-Fondi l-oħra b’ġestjoni kondiviża. Il-programmi fl-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkombinaw il-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-finanzjament tal-FSE+ permezz ta’ programmi plurifondi.

    Għall-fergħa tas-Saħħa, struttura ta’ governanza xierqa se tipprovdi linji gwida strateġiċi u opinjonijiet tekniċi dwar miżuri li jappoġġaw u jimplimentaw il-fergħa. Din se tgħin ukoll fil-koordinazzjoni tal-linji ta’ appoġġ kumplimentari tal-fondi tar-riċerka, il-fondi tas-suq diġitali, il-fondi reġjonali, il-fondi ta’ koeżjoni u oħrajn.

    Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-2021-2027 tistabbilixxu mira aktar ambizzjuża għal integrazzjoni tal-klima fil-programmi kollha tal-UE, flimkien ma’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE li tkun tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribut ta’ dan il-programm biex tinkiseb din il-mira ġenerali se jiġi monitorjat permezz ta’ sistema li timmarka l-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż bl-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tissokta tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet tal-impenji fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

    Biex tappoġġa bis-sħiħ il-potenzjal tal-programm li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima, il-Kummissjoni se tipprova tidentifika azzjonijiet rilevanti waqt il-proċessi tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, ir-rieżami u l-evalwazzjonimatul tal-programm.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    It-Titoli IX (l-Impjiegi), X (il-Politika soċjali) u XIV (is-Saħħa pubblika) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 46, 149, 153, 162 sa 166, 168, 174, 175 u 349 tat-TFUE, jipprovdu l-qafas legali għall-miżuri koperti minn din il-proposta.

    L-FSE+ fih tliet fergħat. L-ewwel fergħa, implimentata b’ġestjoni kondiviża, tkopri lil (dak li kien) FSE, li hu bbażat fuq l-Artikoli 162 u 164 tat-TFUE u l-assistenza materjali bażika għall-aktar persuni fil-bżonn, abbażi tal-Artikolu 175(3) tat-TFUE. It-tieni fergħa, implimentata b’ġestjoni diretta u indiretta, tkopri azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali (EaSI), abbażi tal-Artikolu 175(3) tat-TFUE. It-tielet fergħa, implimentata b’ġestjoni diretta, tikkonċerna miżuri ta’ inċentiv imfassla biex jipproteġu u jtejbu s-saħħa tal-bniedem skont l-Artikolu 168 tat-TFUE.

    Din il-proposta tiddefinixxi l-għanijiet ġenerali tal-FSE+ u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ, li jissarrfu f’għanijiet speċifiċi. Tistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni, applikabbli għat-tliet fergħat, u dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull fergħa.

    Barra minn hekk, fid-29 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar “Dispożizzjonijiet Komuni” biex itejjeb il-koordinazzjoni u jarmonizza l-implimentazzjoni tal-appoġġ b’ġestjoni kondiviża, bil-għan ewlieni li jiġi ssimplifikat it-twettiq tal-politika. L-FSE+ b’ġestjoni kondiviża hu kopert minn dawn id-dispożizzjonijiet komuni.

    Id-diversi Fondi b’ġestjoni kondiviża jsegwu għanijiet kumplimentari u jħaddnu l-istess modalità amministrattiva, għalhekk ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] jistabbilixxi sensiela ta’ għanijiet ġenerali u prinċipji ġenerali komuni, bħas-sħubija u l-governanza multilivelli. Dak ir-Regolament fih ukoll l-elementi komuni tal-ippjanar u l-programmazzjoni strateġiċi, inkluż dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim ta’ Sħubija li jrid jiġi konkluż ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni għall-orjentazzjoni tal-prestazzjoni tal-Fondi. Għalhekk, dan jinkludi kundizzjonijiet abilitanti, rieżami tal-prestazzjoni, arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Huma stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tar-regoli ta’ eliġibbiltà, u ġew definiti arranġamenti speċjali għall-istrumenti finanzjarji, l-użu tal-Fond InvestEU, l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u l-ġestjoni finanzjarja. Anki xi arranġamenti tal-ġestjoni u l-kontroll huma komuni għall-Fondi kollha.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Fl-oqsma tal-politika soċjali u l-impjiegi u tas-saħħa pubblika, l-UE għandha kompetenza kondiviża mal-Istati Membri (l-Artikolu 4 tat-TFUE) jew kompetenza biex tistabbilixxi arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom (l-Artikolu 5 tat-TFUE) jew kompetenza biex twettaq azzjoni li jappoġġaw, jikkoordinaw jew jissupplimentaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri (l-Artikolu 6 tat-TFUE).

    Il-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ hi bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Meta titħaddem il-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni tiddelega l-kompiti tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni strateġiċi lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE. Din tillimita wkoll l-azzjoni tal-UE għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha stabbiliti fit-Trattati. Il-ġestjoni kondiviża għandha l-għan li tiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun viċin iċ-ċittadini u li l-azzjoni fil-livell tal-UE tkun ġustifikata fid-dawl tal-possibilitajiet u l-ispeċifiċitajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-ġestjoni kondiviża tressaq lill-Ewropa aktar viċin iċ-ċittadini tagħha u żżewweġ il-ħtiġijiet lokali mal-għanijiet Ewropej 4 . Barra minn hekk, din iżid il-ħakma tal-għanijiet tal-UE għax l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu qed jaqsmu s-setgħa u r-responsabbiltà fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jirfed ukoll iż-żewġ fergħat li jaqgħu taħt il-ġestjoni diretta u indiretta. Il-fergħa tal-EaSI se tiffoka fuq proġetti b’dimensjoni innovativa li għandhom valur miżjud tal-UE ċar, jiġifieri meta l-azzjoni tal-UE tkun aktar effettiva minn azzjoni meħuda fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biex tintlaħaq massa kritika u jonqos il-piż amministrattiv. Il-fergħa tas-Saħħa tirrikonoxxi d-dimensjoni tas-saħħa tal-UE u tikkumplimenta u tappoġġa l-politiki soċjali tal-Istati Membri filwaqt li tirrispetta l-kompetenza tagħhom fil-qasam, b’konformità mal-Artikolu 168 tat-TFUE.

    Proporzjonalità

    Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tagħha. Il-prinċipju tal-proporzjonalità ggwida l-proposta tal-Kummissjoni għax din tipproponi aktar simplifikazzjoni b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli li jimmonitorja s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE 5 . Il-prospota hi proporzjonali għax unifikat u kkonsolidat ir-regoli u għaqqdet il-Fondi, u għalhekk naqqset il-piż minn fuq il-partijiet ikkonċernati. Il-piż amministrattiv fuq l-Unjoni u fuq l-awtoritajiet nazzjonali ġie llimitat għal dak meħtieġ biex il-Kummissjoni tkun tista’ teżerċita r-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

    Għażla tal-istrument

    L-għażla tal-istrument hi Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

    Punti pożittivi: L-evalwazzjonijiet ex post tal-2000-2006 6 u tal-2007-2013 7 tal-FSE jirrikonoxxu l-investiment tal-FSE bħala rilevanti, effiċjenti u effettiv. Il-Fond kien effettiv biex jintlaħaq għadd ġmielu ta’ ċittadini tal-UE, speċjalment l-aktar persuni li jeħtieġu appoġġ. Minħabba f’hekk l-FSE pprovda riżorsi finanzjarji sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u tal-impjiegi fl-Istati Membri u wessa’ l-azzjoni eżistenti permezz ta’ appoġġ għall-oqsma ta’ politika u l-gruppi li mod ieħor ma kinux jirċievu appoġġ. Minbarra dan, l-FSE appoġġa innovazzjonijiet lokali/reġjonali eventwalment ġew integrati fil-livell nazzjonali. Fl-2014-2020, il-loġiki tal-intervent tal-programmi saru aktar robusti b’għanijiet speċifiċi aktar ċari, b’definizzjonijiet tal-indikaturi aktar standardizzati u b’linji bażi u miri aktar sodi.

    Dgħjufijiet:

    L-allinjament tal-politika: għalkemm tjiebet ġmielha r-rabta tal-Fond mas-Semestru Ewropew tul l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 8 , din għadha mhix ottimali.

    Il-programmazzjoni: l-evidenza turi li fl-2014-2020 l-orjentazzjoni tar-riżultati ssaħħet iżda l-qafas tal-prestazzjoni ma weriex li hu inċentiv biżżejjed għall-Istati Membri. Ir-rekwiżiti tal-programmazzjoni ġew kritikati li huma piż amministrattiv 9 .

    L-implimentazzjoni tal-programm: l-istudji juru li għalkemm sar xi progress, il-ġestjoni u t-twettiq tal-FSE għadhom kumplessi wisq. Minkejja t-titjib li sar bejn l-2014 u l-2020, il-bidla minn loġika bbażata fuq il-kontribut għal waħda bbażata fuq ir-riżultati ma twettiqx għalkollox.

    L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

    Punti pożittivi: Il-YEI żiedet il-viżibbiltà tal-politiki dwar l-impjiegi għaż-żgħażagħ u xprunat riformi ta’ politika f’bosta Stati Membri fil-kuntest tat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. L-Istati Membri jirrapportaw li l-YEI għandha importanza kritika biex tkopri u tfassal il-politika dwar l-impjiegi f’pajjiżhom.

    Dgħjufijiet: L-isfidi ewlenin għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni finanzjarja tagħha (għax hi ffinanzjata minn żewġ sorsi ta’ finanzjament – l-allokazzjoni speċifika tal-YEI u l-FSE) u mar-rekwiżiti addizzjonali tar-rappurtar. Il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-implimentazzjoni jidhrilhom li dawn l-elementi jtaqqlu l-piż amministrattiv 10 .

    Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (il-FEAD)

    Punti pożittivi: Ir-riżultati preliminari tal-evalwazzjoni nofsana tal-FEAD, inkluż ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati 11 , jindikaw li l-miżuri alimentari, tal-għajnuna materjali u tal-inklużjoni soċjali li dan jappoġġa qed jagħmlu differenza fost l-aktar persuni fil-bżonn, fosthom il-persuni li inkella jitħallew barra mill-assistenza soċjali konvenzjonali jew il-persuni li jeħtieġu appoġġ immedjat.

    Dgħjufijiet: Il-qafas regolatorju tal-UE u l-interpretazzjoni tiegħu jew ir-rekwiżiti nazzjonali jistgħu joħolqu diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Fond. Fost id-diffikultajiet hemm id-dewmien fil-fażi tal-bidu tal-programm u ostakli amministrattivi ħafna drabi marbuta mal-politiki nazzjonali dwar l-akkwist u ma’ rekwiżiti addizzjonali bħar-reġistrar tad-data/l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet u r-riċevituri finali għal finijiet ta’ monitoraġġ u l-proċeduri żejda u twal.

    Il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

    Punti pożittivi: L-evalwazzjoni nofsana turi li tul il-perjodu 2014-2016, il-programm EaSI kien effiċjenti u effettiv biex jgħin ħalli titqajjem kuxjenza dwar il-kontributi ta’ politika tal-UE fil-qasam tal-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar. L-evalwazzjoni turi wkoll li l-programm EaSI tejjeb il-perċezzjoni tal-potenzjal transfruntier għal impjiegi, u għen biex isiru ttestjar u implimentazzjoni malajr ta’ miżuri innovattivi, filwaqt li żied l-aċċess għal self mikrofinanzjarju u appoġġ għall-intraprenditorija. L-EaSI ffaċilita wkoll il-bidla fil-politika billi xerred għarfien komparattiv u analitiku, sawwar il-kapaċitajiet, it-tagħlim reċiproku u djalogu, u għen lil partijiet konċernati differenti biex jinfluwenzaw il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki soċjoekonomiċi.

    Dgħjufijiet: Hemm iżjed x’jista’ jsir biex jitjiebu ir-rilevanza u l-impatt tal-EaSI. L-assi PROGRESS jenħtieġ itejjeb l-isforzi għat-twettiq tal-esperimentazzjonijiet tal-politika soċjali billi jirrevedi l-proċeduri għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġetti u billi joħloq l-kundizzjonijiet li jsaħħuhom. Għall-EURES, b’perjodu itwal għall-implimentazzjoni u miżuri li jnaqqsu l-piż amministrattiv, il-partijiet konċernati jkunu jistgħu jiżviluppaw, jimplimentaw, u jkejlu sew l-effikaċja u jiżguraw is-sostenibbiltà tal-proġetti.

    Il-Programm tas-Saħħa

    Punti pożittivi: L-evalwazzjoni nofsana kkonfermat il-valur miżjud tal-azzjonijiet tal-UE, speċjalment fil-forma ta’ żieda fil-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw theddid transfruntier tas-saħħa, linji gwida tekniċi u rakkomandazzjonijiet dwar il-kanċer, il-prevenzjoni tal-HIV/AIDS u t-Tuberkulożi, appoġġ addizzjonali għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa b’rabta mal-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku, kif ukoll l-attivitajiet tan-Netwerk tas-Servizzi Elettroniċi fil-Qasam tas-Saħħa u l-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa. Din tirrikonoxxi l-valur miżjud tal-għodod li jikkontrollaw l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u li jagħtu spinta lill-isforzi kkoordinati fil-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika, u tal-ħidma preliminari estensiva li jsiru bl-Azzjonijiet Konġunti biex jiġu identifikati u trasferiti l-aqwa prattiki għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard. Tirrikonoxxi wkoll il-kontribut pożittiv tal-azzjonijiet li jżidu l-iskambju transfruntier interoperabbli u standardizzat ta’ dejta dwar is-saħħa, u ta’ dawk l-isforzi li jwaqqfu infrastrutturi diġitali mal-UE kollha għal dak il-għan.

    Dgħjufijiet: F’oqsma mhux leġiżlattivi fejn l-azzjonijiet jistgħu jkunu aktar mifruxa jew definiti fil-wisa’, l-evalwazzjoni nofsana turi li hemm il-periklu li dawk l-azzjonijiet ikunu inqas iffukati. Hemm lok għal simplifikazzjoni tal-kriterji tal-valur miżjud biex ikunu ffukati fuq tliet oqsma ewlenin: jiġi indirizzat t-theddid trasfruntier tas-saħħa, jitjiebu l-ekonomiji ta’ skala, u jitrawmu l-iskambju u l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki. Kien hemm ukoll xi ineffiċjenzi u inadegwatezzi fil-monitoraġġ tad-data tal-implimentazzjoni, li jistgħu jagħmluha diffiċli għall-meniġers tal-programm biex ikollhom stampa ġenerali aġġornata tal-kisbiet tal-programm.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Din il-konsultazzjoni ssejset fuq immappjar tal-partijiet konċernati, li jkopri l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE li jaħdmu fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjiegi u l-investiment rilevanti – awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha tal-gvern, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, benefiċjarji tal-finanzjament u utenti finali kif ukoll ċittadini minn madwar l-UE. Il-konsultazzjoni mal-partijiet konċernati involviet varjetà ta’ metodi u għodod biex jintlaħqu varjetà u għadd biżżejjed ta’ partijiet konċernati, u jiġu kontroverifikati l-opinjonijiet. Fost l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni saru diversi Konsultazzjonijiet Pubbliċi Miftuħa bħala parti mill-MFF, l-evalwazzjoni ex post tal-FSE, l-evalwazzjoni nofsana tal-FEAD u l-evalwazzjoni nofsana tal-EaSI. Il-konsultazzjoni involviet ukoll laqgħat, konferenzi mal-partijiet konċernati, gruppi ta’ fokus, intervisti, konsultazzjoni online immirata u analiżi tad-dokumenti ta’ pożizzjoni. Aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati tinsab fil-Valutazzjoni tal-Impatt.

    Il-konklużjonijiet ewlenin tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati kienu:

    Il-valur miżjud tal-fondi hu marbut mal-promozzjoni ta’ investiment pubbliku effettiv u effiċjenti, ir-razzjonalizzazzjoni tal-iskambju tal-għarfien bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, integrazzjoni soċjali aħjar u Ewropa aktar inklużiva, appoġġ għall-esperimentazzjoni u l-innovazzjoni fil-politika, inqas disparitajiet reġjonali, u faċilitazzjoni tal-konverġenza Il-fondi jżidu wkoll il-valur permezz tal-effett lieva tal-politika ta’ koeżjoni fuq l-investiment pubbliku u privat.

    Il-proċeduri kumplessi jitqiesu bħala l-akbar ostaklu biex il-fondi jirnexxilhom jilħqu l-għanijiet tagħhom.

    Kien hemm appell biex jiġi ssimplifikat u jonqos il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, inkluż b’rekwiżiti inqas impenjattivi b’rabta mal-ġbir tad-data mingħand il-parteċipanti.

    Hemm bżonn tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali.

    Jenħtieġu jiġu allinjati r-regoli tad-diversi fondi tal-UE.

    Sar appell ukoll biex jissaħħu s-sinerġiji u jkunu evitati d-duplikazzjonijiet u t-trikkib bejn l-istrumenti tal-UE. L-akkomunament tal-fondi ġie identifikat bħala l-aqwa mod biex tintlaħaq din il-mira, diment li dan l-akkomunament jgħin ukoll biex jiġu ssimplifikati l-istrumenti tal-UE.

    Id-dokumenti ta’ politika juru interess konsiderevoli biex jitjiebu r-rabtiet bejn il-fondi u s-Semestru Ewropew.

    Il-kwistjonijiet attwali dwar is-saħħa pubblika jistgħu biss jiġu indirizzati b’mod effettiv permezz ta’ kollaborazzjoni fil-livell tal-UE. Ikun qed jinkiseb valur miżjud tal-UE jekk jiġu indirizzati l-isfidi komuni, fosthom l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-migrazzjoni, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, is-sikurezza tal-pazjenti, il-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, l-indirizzar ta’ theddid tas-saħħa, il-mard mhux komunikabbli, il-mard infettiv u r-reżistenza antimikrobika.

    Il-proposti ewlenin li jindirizzaw ir-rispons tal-partijiet konċernati huma deskritti hawn taħt:

    Biex jitjiebu s-sinerġiji u jkun evitat it-trikkib bejn l-istrumenti ta’ finanzjament li jinvestu fin-nies u fil-ħtiġijiet tagħhom, il-FSE, il-YEI, l-FEAD, l-EaSI u l-Programm tas-Saħħa se jinġabru f’Fond wieħed (l-FSE+). Dan se jagħmilha aktar faċli għall-benefiċjarji biex jaċċessaw il-finanzjament, jgħinhom jikkombinaw tipi differenti ta’ miżuri, u jissimplifika l-ġestjoni tal-finanzjament.

    Bħala tweġiba għall-appell biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali:

    ·Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FSE+ hu allinjat mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Bl-akkomunament ta’ strumenti differenti fl-FSE+ se jkunu jistgħu jinġabru flimkien ir-riżorsi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru.

    ·Id-dimensjoni tal-inklużjoni soċjali tal-FSE+ se tissaħħaħ bl-integrazzjoni tal-FEAD u l-FSE. B’hekk il-forniment tal-ikel/l-assistenza materjali jkun aktar faċli li jiġi kkombinat mal-appoġġ għall-inklużjoni soċjali u miżuri attivi.

    ·Mill-inqas 25 % tar-riżorsi nazzjonali tal-FSE+ se jiġu allokati għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkollhom jallokaw mill-inqas 2 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ għal miżuri mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn. Dan jiżgura li ammont minimu ta’ riżorsi jkun immirat għall-aktar fil-bżonn.

    Fis-CPR ġew introdotti bosta dispożizzjonijiet biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-FSE+, jonqos il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-enfasi tibda ssir fuq il-kisba tar-riżultati. Iżda r-Regolament dwar l-FSE+ jipprevedi wkoll miżuri li jindirizzaw il-privazzjoni materjali biex tiġi indirizzata s-sejħa tal-partijiet konċernati biex jinżammu rekwiżiti eħfef għal din it-tip ta’ assistenza u rekwiżiti ssimplifikati għall-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data.

    Biex jiġi żgurat allinjament aktar sod mal-proċess tas-Semestru Ewropew, se jiġi allokat ammont xieraq ta’ riżorsi mir-riżorsi nazzjonali tal-FSE+ biex jingħelbu l-isfidi identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjonijiet tagħha fuq l-għarfien espert miksub b’għadd ta’ studji kif ukoll fuq ir-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-FSE. L-istudji jużaw firxa ta’ metodi, fosthom analiżijiet biblijografiċi, stħarriġiet immirati, intervisti, gruppi ta’ fokus, u mudellar ekonomiku. Ir-rapporti u l-istudji huma mniżżla fil-valutazzjoni tal-impatt. Il-proposta tal-FSE+ qieset ir-rakkomandazzjonijiet tal-istudji billi tejbet is-sinerġiji u l-kumplimentaritajiet bejn il-Fondi, saħħet ir-rabta mal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE u żiedet il-flessibbiltà, inkludiet għadd ta’ miżuri li jnaqqsu l-piż amministrattiv fosthom alternattivi aħjar u ssimplifikati għall-ispejjeż u rekwiżiti ssimplifikati għall-monitoraġġ u r-rappurtar.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Din il-proposta hi sostnuta b’valutazzjoni tal-impatt. Is-smigħ tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju sar fil-25 ta’ April 2018 li matulu l-valutazzjoni tal-impatt kisbet opinjoni pożittiva b’xi riżervi 12 . It-tabella ta’ hawn taħt tiddeskrivi l-kummenti ewlenin li waslu u kif ġiet emendata l-valutazzjoni tal-impatt biex tkun tirrifletti dawn.

    Il-kunsiderazzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

    Modifiki fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt

    (1) Il-prijoritizzazzjoni politika tal-azzjonijiet mhix ċara, l-aktar b’rabta mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll biex jiġi akkomodat xi tnaqqis potenzjali fil-finanzjament.

    It-test jikkjarifika li ttnaqqis potenzjali ta’ finanzjament se jiġi indirizzat billi jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ fil-qasam tar-riforma amministrattiva u billi jiżdiedu r-rati nazzjonali ta’ kofinanzjament.

    (3) Ir-rapport ma jurix biżżejjed li s-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni hi soda u li se jwassal l-informazzjoni meħtieġa fil-ħin.

    Fit-Taqsima 5 ddaħħlet informazzjoni addizzjonali dwar is-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

    Aktar kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti ta’ aġġustament

    (1) Jenħtieġ li t-tagħlimiet miksuba jibnu b’mod aktar komprensiv fuq l-isfidi ġenerali ewlenin u dawk speċifiċi għall-fondi kif ġew identifikati fl-evalwazzjonijiet ippubblikati u r-riżultati preliminari tal-evalwazzjonijiet.

    L-evalwazzjonijiet ippubblikati, ir-riżultati preliminari tal-evalwazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati identifikaw sfidi speċifiċi għal kull fond. Meta dawn jiġu analizzati, jidher li dawn jistgħu jiġu raggruppati fl-erba’ sfidi ġenerali tal-QFP, jiġifieri l-interazzjoni u s-sinerġiji bejn il-fond, l-allinjament mal-politiki u l-flessibbiltà, is-simplifikazzjoni, u l-orjentazzjoni lejn il-prestazzjoni u r-riżultati. Għalhekk l-isfidi trasversali tal-QFP se jsibu traduzzjoni għal kull fond (it-Taqsima 2.1.2.2).

    (2) Jiġi ċċarat il-ħsieb prinċipali għall-akkomunament tal-fondi u r-riskji assoċjati mal-akkomunament.

    Ġiet inkluża spjegazzjoni addizzjonali biex jiġu spjegati r-raġunijiet għall-akkomunament tal-fondi rilevanti u għaż-żamma tal-FEG minn dan il-fond il-ġdid. Barra minn hekk, ir-riskju ewlieni msemmi mill-partijiet konċernati li l-akkomunament tal-fondi jżid il-piż amministrattiv se jittaffa għax it-tipi ta’ miżuri tal-eks FEAD u EaSI se jibqgħu soġġetti għal regoli aktar sempliċi (it-Taqsima 4.1.1).

    (3) Il-linja bażi tal-programm tal-FSE+ jeħtieġ tirrifletti l-impatt tal-Brexit.

    Il-linja bażi wara l-Brexit iddaħħlet fit-test taħt it-Taqsima 2.1.1.

    (4) Aktar trasparenti dwar il-prijoritizzazzjoni tal-FSE+. Jiġu ċċarati l-bidliet ewlenin fil-prijoritajiet ta’ politika tal-FSE+, inkluż fir-rigward tar-rabta mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jiġu spjegati jekk u kif l-FSE+ se jkopri d-dominji differenti kollha tal-Pilastru jew uħud minnhom. Tiġi spjegata aħjar ir-rabta bejn ir-riformi strutturali u l-Proċess tas-Semestru Ewropew.

    Fit-test tar-rapport ġie ċċarat li l-akkomunament tal-fondi ma jistax jibdel il-prijoritajiet tal-istrument ta’ finanzjament, li jirriżulta li hu aggregazzjoni tal-prijoritajiet preċedenti ta’ politika parzjalment imrikkba tal-fondi differenti. L-FSE+ se jappoġġa l-prijoritajiet ta’ politika tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li huma parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. It-test jikkjarifika wkoll liema drittijiet u prinċipji tal-Pilastru se jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+. Il-kwistjoni tal-prijoritizzazzjoni hi ċċarata fil-paġni 30-31.

    (5) Jiġu kkjarifikati jekk u sa liema punt l-FSE+ se jindirizza r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Issir referenza għal appoġġ futur possibbli minn programmi oħra ta’ finanzjament (eż. il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali)

    It-test jikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ rigward ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, sa fejn possibbli, għax fil-mument meta qed tinkiteb din il-valutazzjoni tal-impatt, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi futur għadu mhux magħruf.

    (6) Jiġu identifikati l-bidliet ewlenin fil-mekkaniżmi tal-implimentazzjoni tal-FSE+

    Il-bidliet proposti fil-mekkaniżmi tal-implimentazzjoni jindirizzaw kwistjonijiet differenti u għalhekk għandhom natura differenti. Mil-lat ta’ programmazzjoni pereżempju, bidla ewlenija hi l-allinjament tal-finanzjament u l-proċess ta’ politika billi jiġu ssimplifikati d-dokumenti tal-programmazzjoni. Mil-lat ta’ implimentazzjoni, bidla ewlenija hi l-applikazzjoni tar-regoli territorjali tal-FSE b’mod aktar flessibbli, u l-introduzzjoni ta’ kundizzjonalitajiet kontinwi (it-Taqsima 4).

    (8) Tiġi kkjarifikata l-koerenza bejn il-FEŻR u l-FSE+ u Erasmus+.

    L-aspetti ta’ koerenza bejn l-FSE+u l-FEŻR u l-programm Erasmus+ ġew inklużi fil-parti prinċipali tar-rapport. L-Anness 4 jinkludi informazzjoni addizzjonali.

    (9) Jiġi spjega kif is-sistema tal-monitoraġġ se tindirizza l-kritika li saret tul il-perjodu 2007-2013. L-ippjanar tal-evalwazzjoni jenħtieġ jinkludi evalwazzjoni interim ta’ kull fond. Issir spjega kif tqiesu l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati

    Dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, ara l-Kunsiderazzjonijiet Prinċipali, il-punt 3. Il-fehmiet tal-partijiet konċernati huma miġbura fil-qosor fil-parti prinċipali tar-rapport (it-Taqsima 1.2.2) u mogħtija f’aktar dettall fl-Anness 2, ara b’mod partikolari t-Taqsima 6.2 li jispjega kif tqiesu l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati.

    Il-valutazzjoni tal-impatt għarblet l-aqwa mod li jimmassimizza l-appoġġ mogħti fil-livell tal-UE u kif jitjiebu s-sinerġiji bejn l-istrumenti differenti, b’mod partikolari ħalli l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jitwettqu aħjar fil-prattika. L-alternattivi vvalutati kienu dawn:

    Alternattiva 1: akkomunament tal-FSE, il-YEI, il-FEAD, l-EaSI, il-programm tas-saħħa tal-UE. 

    Din kienet l-alternattiva ppreferuta kemm abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet kif ukoll abbażi tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati. Fil-fehma tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni, l-integrazzjoni fil-wisa’ tal-fondi jgħin biex jissimplifika l-interventi strateġiċi tagħhom fl-oqsma kollha tal-politika soċjali. Dan itejjeb il-flessibbiltà waqt l-ippjanar tal-interventi, u jiffaċilita t-twettiq tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-prattika. Il-benefiċjarji kkonfermaw li għad hemm potenzjal mhux sfruttat b’rabta mat-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-programmi u l-proġetti ffinanzjati.

    Alternattiva 2: akkomunament tal-FSE, il-YEI, il-FEAD, l-EaSI, il-programm Saħħa tal-UE, u l-FEG 

    Dan iwassal biss għal tnaqqis artifiċjali fl-għadd ta’ Fondi. B’akkomunament tal-FEG mal-FSE+ jintilfu l-għanijiet speċifiċi ħafna tal-FEG, il-viżibbiltà politika għolja tiegħu u l-flessibbiltà baġitarja tiegħu. Il-partijiet konċernati kkonfermaw dan matul il-proċess ta’ konsultazzjoni 13 .

    Alternattiva 3: akkomunament tal-fondi b’ġestjoni kondiviża (jiġifieri esklużi l-EaSI u l-programm tas-saħħa tal-UE, iżda inkluż il-FEG)

    Dan jissagrifika l-viżibbiltà għolja tal-FEG bħala strument ta’ emerġenza fil-livell tal-UE ħalli jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tal-globalizzazzjoni. Jintilfu l-flessibbiltà u s-sinerġiji potenzjali miksuba bl-akkomunament tal-EaSI fi ħdan l-FSE+.

    Alternattiva 4: il-FEAD jinżamm bħala fond separat, iżda jsir akkomunament tal-assistenza materjali u tal-inklużjoni soċjali fil-programmi tal-FEAD. 

    B’hekk ikunu jistgħu jsiru aktar sinerġiji bejn it-tipi ta’ appoġġ għall-miżuri ta’ assistenza materjali bażika u inklużjoni soċjali, u jinżammu r-regoli ta’ implimentazzjoni attwali. Iżda dan ma jiżgurax demarkazzjoni xierqa fejn jidħlu l-miżuri ta’ inklużjoni soċjali tat-tip tal-FSE.

    Alternattiva 5: akkomunament tal-Fondi SIE kollha

    Dan ixekkel it-twassil tal-politiki għax ir-regoli tal-implimentazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu adattati għar-rekwiżiti speċifiċi tal-politiki appoġġati. Dan ma jżidx is-sinerġiji u l-koerenza ma’ fondi oħra tal-kapital uman.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (komuni għal ħafna oqsma ta’ politika b’ġestjoni kondiviża) se jiżgura s-simplifikazzjoni tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-Fond billi jintużaw regoli komuni u simplifikata dwar l-arranġament tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja. Se jkun hemm dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu tal-alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, kif ukoll l-alternattiva l-ġdida li jintuża finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż. L-approċċ tal-awditjar se jiġi ssimplifikat biex jiffoka aktar fuq kampjunar tal-awditjar abbażi tar-riskju u jiġi rispettat il-prinċipju ta’ “verifika unika”. Il-kompiti u r-responsabilitajiet tal-korpi differenti fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll huma stabbiliti b’mod aktar ċar. Se tiżdied ukoll il-flessibbiltà għax fil-bidu se jiġu programmati biss l-ewwel ħames (5) snin. L-allokazzjonijiet għall-aħħar sentejn (2) se jsiru abbażi ta’ rieżami nofsani sostanzjali u profond li jwassal għall-programmazzjoni mill-ġdid korrispondenti fl-2025. Il-kontenut ta’ programmi se jkun aktar razzjonalizzat u strateġiku.

    Drittijiet fundamentali

    Ir-Regolament tal-FSE+ jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-baġit totali allokat għall-FSE+ jammonta għal EUR 101 biljun (bi prezzijiet attwali) għall-perjodu 2021-2027, li EUR 100 biljun minnhom huma għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+. Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa b’ġestjoni diretta tal-FSE+ għandu jkun ta’ EUR 1 174 miljun bi prezzijiet attwali, li EUR 761 miljun minnhom ikunu għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u EUR 413-il miljun għas-Saħħa.

    Dettalji dwar il-ħtiġijiet finanzjarji u tal-persunal jinsabu fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi tal-FSE+.

    Din il-proposta tistabbilixxi ammont minimu għall-FSE+ biex tiżgura ammont xieraq ta’ finanzjament għall investimenti fin-nies fl-Unjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

    B’ġestjoni kondiviża, il-miri għal indikaturi tal-outputs u r-riżultati komuni, u jekk ikun hemm bżonn, għal indikaturi tal-outputs u r-riżultati speċifiċi għall-programmi, se jiġu definiti fil-livell tal-programmi. L-awtoritajiet tal-Istati Membri se jibagħtu d-data b’mod elettroniku dwar l-indikaturi tal-outputs u tar-riżultati lill-Kummissjoni sitt darbiet fis-sena. Se tiġi verifikata l-konsistenza tagħhom. Se tiġi awditjata l-affidabbiltà tas-sistema tal-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarju u l-verifika. Biex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data u jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż għall-parteċipanti u l-benefiċjarji, l-awtoritajiet se jkunu jistgħu, kemm jista’ jkun, jiġbru data tal-monitoraġġ mir-reġistri amministrattivi eżistenti. Id-data sensittiva mhux se tinġabar direttament mingħand il-parteċipanti u tiddependi mir-reġistri jew l-istimi informati.

    L-evalwazzjoni se tibqa’ r-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Minbarra l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tagħmel evalwazzjoni nofsana u retrospettiva tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ bl-appoġġ tal-Istati Membri.

    B’ġestjoni diretta u indiretta, se jiġu żviluppati oqfsa ta’ prestazzjoni li jkomplu jibnu fuq il-prattiki rilevanti tal-oqfsa tal-esk EaSI u l-programm tas-saħħa, ħalli jkun żgurat li d-data tinġabar b’mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Il-Kummissjoni se tevalwa l-fergħat b’ġestjoni diretta u indiretta b’mod li dan jagħti kontribut fil-proċessi differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Ħafna mit-twassil u l-implimentazzjoni tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ hu kopert mis-CPR. Għalhekk jenħtieġ li l-elementi ewlenin tar-Regolament jinqraw flimkien mas-CPR.

    Ir-Regolament dwar l-FSE+ għandu l-istruttura li ġejja:

    Parti I – Dispożizzjonijiet finali (applikabbli għall-fergħat kollha)

    Din il-parti tinkludi s-suġġett, id-definizzjonijiet, l-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni u l-għanijiet speċifiċi. Din tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ jirrispettaw meta jkunu qed jimplimentaw l-FSE+. Din il-parti hi applikabbli għall-fergħat kollha tal-FSE+. L-għanijiet speċifiċi li jenħtieġ jiġu appoġġati mill-FSE+ huma bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

    Parti II – Implimentazzjoni bil-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    Din il-parti tistabbilixxi dispożizzjonijiet applikabbli għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża, li tinkludi l-eks FSE, l-eks YEI u l-eks FEAD. Dawn id-dispożizzjonijiet huma kumplimentari għar-regoli stabbiliti fis-CPR.

    Kapitolu I: Dispożizzjonijiet komuni dwar il-programmazzjoni (b’ġestjoni kondiviża)

    Dan il-Kapitolu jispjega l-konsistenza u l-konċentrazzjoni tematika tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+. B’mod partikolari, dan jipprovdi għal:

    Dispożizzjonijiet li jsaħħu l-allinjament mas-Semestru Ewropew – biex issaħħaħ ir-rabta mas-Semestru Ewropew, il-proposta tinkludi dispożizzjoni ġdida li jekk Stat Membru jkollu rakkomandazzjoni speċifika għall-Pajjiżi (CSR), l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għal dan il-għan.

    Rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika: 

    Nindirizzaw il-faqar u nippromwovu l-inklużjoni soċjali: l-inugwaljanzi soċjali għadhom tħassib kbir. Għaldaqstant, mill-inqas 25 % tar-riżorsi tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ se jiġu allokati biex titrawwem l-inklużjoni soċjali ħalli jkun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali titressaq ’il quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar li jeħtiġuhom. Barra minn hekk, jixraq li l-Istati Membri jallokaw ammont minimu tar-riżorsi għal miżuri li jindirizzaw il-privazzjoni materjali.

    Intejbu l-opportunitajiet tal-impjiegi għaż-żgħażagħ: għalkemm il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas fl-UE – minn livell massimu ta’ 24 % f’Jannar 2013 għal 15,6 % fi Frar 2018 – xorta għadu għoli fl-UE – aktar mid-doppju tar-rata tal-qgħad dinjija (15,9 % meta mqabbel ma’ 7,1 % fi Frar 2018). B’mod partikolari, fir-reġjuni ultraperiferiċi kollha, 40 % taż-żgħażagħ huma qiegħda. Anki r-rata taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) għadha għolja ħafna, jiġifieri 13,4 % fl-2017. Għaldaqstant, l-Istati Membri b’rata tan-NEET (fil-grupp ta’ età ta’ 15-29) ogħla minn livell limitu partikolari jenħtieġ jallokaw 10 % tar-riżorsi tal-FSE+ tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għal azzjonijiet immirat u għal riformi strutturali li jappoġġaw iż-żgħażagħ. Fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi b’rata tan-NEET ogħla mil-livell limitu, l-allokazzjoni żdiedet għal 15 %.

    Kapitolu II: Appoġġ ġenerali għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ kollu mogħti mill-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għajr l-appoġġ li jindirizza l-privazzjoni materjali. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-eliġibbiltà u l-monitoraġġ, li jikkumplimentaw is-CPR.

    Hemm ukoll dispożizzjoni dwar “azzjonijiet innovattivi”, li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġaw azzjonijiet ta’ innovazzjoni soċjali u esperimentazzjoni soċjali, li jsaħħu l-approċċi minn isfel għal fuq, ibbażati fuq is-sħubijiet.

    Kapitolu III: Appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali

    Il-Kapitolu III jiffoka biss fuq l-assistenza materjali tal-eks FEAD. Dan hu ġġustifikat bil-fatt li dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet għandhom livelli limitu aktar baxxi għall-parteċipazzjoni u għalhekk għandhom anqas piż amministrattiv. Il-partijiet konċernati appellaw biex jinżamm dan l-approċċ u biex ma jiġux imposti regoli tal-FSE aktar eżiġenti (pereżempju għar-rappurtar ta’ data dwar l-indikaturi, jew regoli dwar ir-rekord tal-awditu). Dan il-Kapitolu jiddeskrivi l-prinċipji għall-appoġġ, ir-regoli dwar ir-rappurtar, l-eliġibbiltà, l-indikaturi u l-awditjar.

    Parti III – Implimentazzjoni b’ġestjoni diretta u indiretta

    Kapitolu I: regoli speċifiċi għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

    Dan il-Kapitolu jiffoka fuq il-fergħa b’ġestjoni diretta u indiretta relatata mal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali. Jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-għanijiet operazzjonali, l-azzjonijiet eliġibbli u l-korpi eliġibbli.

    Kapitolu II: dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-fergħa tas-Saħħa

    Dan il-Kapitolu jiffoka biss fuq il-fergħa b’ġestjoni diretta relatata mal-Programm tas-Saħħa. Jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-għanijiet operazzjonali, l-azzjonijiet u l-korpi eliġibbli, u l-governanza.

    Kapitolu III: regoli komuni applikabbli għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa

    Dan il-Kapitolu jiffoka fuq ir-regoli komuni applikabbli għaż-żewġ fergħat b’ġestjoni diretta: pajjiżi terzi assoċjati, forom ta’ finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni, programm ta’ ħidma, monitoraġġ u rappurtar, evalwazzjoni, protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, awditjar, informazzjoni u komunikazzjoni u pubbliċità.

    Parti IV – Dispożizzjonijiet finali

    Il-Parti IV tiddeskrivi d-dispożizzjonijiet applikabbli għal kollha: eżerċizzju tad-delega, il-Komitoloġija għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-Kumitat skont l-Artikolu 163 tat-TFUE, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u d-data tad-dħul fis-seħħ.

    Annessi

    Anness I – Indikaturi komuni għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    Anness II – Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali

    Anness III – Indikaturi għall-fergħa tas-Saħħa

    2018/0206 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a), l-Artikolu 164, l-Artikolu 168(5), l-Artikolu 175(3) u l-Artikolu 349 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 15 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Dawn l-għoxrin prinċipju ewlieni huma strutturati madwar tliet kategoriji: l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; il-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ jiggwidaw l-azzjonijiet permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta’ politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u b’hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE.

    (2)Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hu l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta’ riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jimmassimizza l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jasal b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Funzjoni u InvestEU, meta rilevanti.

    (3)Il-Kunsill ta’ […] adotta linji gwida riveduti għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex it-test jiġi allinjat mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-ħsieb li titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u ssir post aħjar għall-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trawwim tal-koeżjoni soċjali. Biex jiżgura l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-għanijiet ta’ dawn il-linji gwida, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-diskriminazzjoni, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa lill-Istati Membri, filwaqt li jqis il-Linji Gwida Integrati u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b’konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u, meta xieraq, fil-livell nazzjonali, mal-programmi nazzjonali ta’ riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta’ inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari “l-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa” u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti u inizjattivi oħra bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Perkors ta’ Titjib tal-Ħiliet u dwar l-Integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul.

    (4)Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-risposta tal-Unjoni għall-“Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU” – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b’mod bilanċjat u integrat. Hu vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta’ politika interna u esterna tal-Unjoni kollha, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli” tat-22 ta’ Novembru 2016 bħala l-ewwel pass għall-integrazzjoni tal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta’ gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż bl-istrumenti finanzjarji tagħha.

    (5)L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi strutturali minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika, il-ġestjoni tal-flussi migratorji, iż-żieda fit-theddid tas-sigurtà, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika, it-tixjiħ dejjem iżjed tal-forza tax-xogħol, u n-nuqqas dejjem aktar ta’ ħiliet u ħaddiema f’xi setturi u reġjuni, imġarrba l-iżjed mill-SMEs. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata għall-isfidi attwali u futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti, tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, inkluż fid-dawl tal-mobbiltà tal-ħaddiema.

    (6)Ir-Regolament (UE) Nru […] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b’mod partikolari l-għanijiet ta’ politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn jiġu speċifikati l-għanijiet ġenerali tal-FSE+, u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+.

    (7)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+.

    (8)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni permezz tar-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ iqis l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 88 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-Kummissjoni tista’ tirrimborża lill-Istati Membri li jużaw alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, inkluż l-użu ta’ somom f’daqqa.

    (9)Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta’ finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta’ approċċi ta’ finanzjament integrati, l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”), mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Programm għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa jenħtieġ jiġu integrati fl-FSE+. Għalhekk jenħtieġ li l-FSE+ ikun jinkludi tliet fergħat. il-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa. Dan jenħtieġ jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż finanzjarju marbut mal-ġestjoni ta’ fondi differenti, b’mod partikolari għall-Istati Membri, filwaqt li jżomm regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika.

    (10)Fid-dawl ta’ dan il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-FSE+, jixraq jiġi previst li l-għanijiet biex titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jkun promoss aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa, u biex jonqos l-faqar, ma jkunux implimentati biss b’ġestjoni kondiviża, iżda anki b’ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni.

    (11)L-integrazzjoni tal-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa mal-FSE+ se toħloq ukoll sinerġiji bejn l-iżviluppi u l-ittestjar ta’ inizjattivi u politiki li jtejbu l-effikaċja, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa żviluppati mill-fergħa tas-Saħħa tal-Programm tal-FSE+ u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri bl-għodod provduti mill-fergħat l-oħra tar-Regolament dwar l-FSE+.

    (12)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-FSE+. Jenħtieġ li partijiet minn dan il-pakkett finanzjarju jintużaw għal azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa.

    (13)Jenħtieġ li l-FSE+ ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi b’interventi attivi li jippermettu r-(ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul u l-persuni inattivi, kif ukoll permezz ta’ promozzjoni tal-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali. Il-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi ħalli jitjiebu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati u intensifikati waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol u biex titjieb il-mobbiltà tal-ħaddiema. Il-FSE+ jenħtieġ jippromwovi s-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri bil-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess għall-indukrar tat-tfal. L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jipprovdi ambjent lavorattiv san u adattat sew biex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati ma’ forom tax-xogħol li qed jinbidlu u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ.

    (14)Jenħtieġ li l-FSE+ jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta’ kompetenzi ewlenin, l-aktar b’rabta mal-ħiliet diġitali li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. L-FSE+ jenħtieġ jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol, jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà, u jikkontribwixxi għall-kompetittività u l-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi skalabbli u sostenibbli f’dawn l-oqsma. Dan jista’ jinkiseb pereżempju permezz ta’ tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistati, iggwidar tul il-ħajja, antiċipazzjoni tal-ħiliet b’koperazzjoni mal-industrija, materjali aġġornati tat-taħriġ, previżjonijiet u monitoraġġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki.

    (15)L-appoġġ permezz tal-FSE+ jenħtieġ jintuża biex jippromwovi l-aċċess indaqs għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, inklużivi u mhux segregati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija sal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali u li jibqa’ sejjer sal-livell terzjarju u l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, biex titrawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola, jitjieb il-litteriżmu dwar is-saħħa, jissaħħu r-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali, u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd. F’dan il-kuntest jenħtieġ jiġu appoppati s-sinerġiji mal-programm Erasmus, l-aktar biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ studenti żvantaġġati fil-mobilità tat-tagħlim.

    (16)L-FSE+ jenħtieġ jippromwovi opportunitajiet flessibbli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, l-aktar tal-ħiliet diġitali u teknoloġiji abilitanti ewlenin, biex il-persuni jiksbu l-ħiliet adattati għad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-bidla soċjali u ekonomika, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet u l-mobbiltà tal-karrieri, u jiġu appoġġati b’mod partikolari l-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet u/jew b’livell baxx ta’ kwalifiki, b’konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa.

    (17)Is-sinerġiji mal-programm Orizzont Ewropa jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jkun jista’ jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa ħalli n-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur.

    (18)Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-faqar ħalli jkissru ċ-ċiklu ta’ żvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi tas-saħħa. Dan ifisser li tiġi mobilizzata firxa ta’ politiki mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn tkun xi tkun l-età tagħhom, fosthom it-tfal, il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, u l-ħaddiema foqra. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol ħalli tkun żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex jitjieb l-aċċess fil-ħin u indaqs għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja bħall-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, b’mod partikolari s-servizzi tal-kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali b’mod partikolari biex tiġi promossa l-aċċessibbiltà tagħhom.

    (19)Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi biex jonqos il-faqar billi jappoġġa l-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu l-privazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u dawk l-aktar fil-bżonn. Bil-ħsieb li mill-inqas 4 % tar-riżorsi tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-livell tal-Unjoni jappoġġaw lill-aktar persuni fil-bżonn, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw għall-inqas 2 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw il-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt tal-esklużjoni soċjali, bħan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni, il-faqar tat-tfal u l-privazzjoni alimentari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta’ riċevituri finali, jenħtieġ jiġu applikat regoli aktar sempliċi għall-appoġġ li jindirizzata l-privazzjoni materjali tal-aktar persuni fil-bżonn.

    (20)Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b’saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta’ solidarjetà u ta’ qsim tar-responsabbiltà, l-FSE+ jenħtieġ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi b’mod kumplimentarju għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil.

    (21)Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politiki u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u fit-tul, u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-isfidi strutturali li jixraq jiġu indirizzati b’investimenti multiannwali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn il-fergħat b’ġestjoni kondiviża u tas-Saħħa tal-FSE+ u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ jiżguraw li f’kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi tal-finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħha.

    (22)Biex ikun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tingħata spinta ’l quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar persuni fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 25 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex irawmu l-inklużjoni soċjali.

    (23)Fid-dawl tal-livelli persistentement għoljin tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ f’għadd ta’ Stati Membri u reġjuni, b’mod partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu jinvestu biżżejjed riżorsi tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f’azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, inkluż bl-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 immirati għal persuni individwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni u miżuri ta’ kuntatt maż-żgħażagħ billi meta rilevanti jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda, inattivi u żvantaġġati fit-tul, inkluż b’ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. L-Istati Membri jenħtieġ jinvestu wkoll f’miżuri mmirati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll li jirriformaw u jadattaw is-servizzi tal-impjiegi ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat liż-żgħażagħ. Għalhekk l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jappoġġaw l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ.

    (24)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dawn il-Fondi.

    (25)B’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994, ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tat-Tramuntana b’popolazzjoni baxxa huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-UE. Minħabba l-limitazzjonijiet permanenti, dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku.

    (26)Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-atturi kollha fil-livelli territorjali rilevanti u l-atturi soċjoekonomiċi, b’mod partikolari s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Għalhekk hu essenzjali li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-ferħga b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

    (27)Biex il-politiki jkunu kapaċi aktar iwieġbu għall-bidla fis-soċjetà u biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali hu kruċjali. B’mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki u b’hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+.

    (28)L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b’konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fejn jidħlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. Jenħtieġ jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni b’konformità mal-Artikolu 10 tat-TFUE u jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà b’mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà. Jenħtieġ li dawn il-prinċipji jitqiesu fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b’mod konsistenti filwaqt li jkun żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs. L-FSE+ jenħtieġ ukoll jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura residenzjali/istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità, b’mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġax azzjonijiet li jikkontribwixxu għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) Nru  [CPR futur] jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b’ċerti eċċezzjonijiet li għalihom jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

    (29)Biex jonqos il-piż amministrattiv tal-ġbir tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li meta din id-data tkun disponibbli fir-reġistri, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu jistgħu jiġbru d-data mir-reġistri.

    (30)Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-kontrolluri nazzjonali tad-data jenħtieġ iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 .

    (31)L-esperimentazzjoni soċjali hi ttestjar ta’ proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta’ evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ ikun possibbli li l-ideat fattibbli jitwettqu fuq skala usa’ jew f’kuntesti oħra b’appoġġ finanzjarju mill-FSE+, kif ukoll minn sorsi oħrajn.

    (32)L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b’mod nondiskriminatorja billi jiżguraw il-koperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi ċentrali tal-impjiegi tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni. In-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi jenħtieġ jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema u aktar trasparenza tal-informazzjoni fis-swieq tax-xogħol. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, ħalli jimtlew il-postijiet battala meta jiġu identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol.

    (33)In-nuqqas ta’ aċċess għal finanzi għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali hu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost l-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Ir-Regolament dwar l-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tinħoloq ekosistema tas-suq ħalli tiżdied il-provvista tal-finanzi u l-aċċess għalihom għall-intrapriżi spċjali u biex titwieġeb id-domanda ta’ dawk li l-aktar jeħtiġuhom, u b’mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u l-persuni vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dan l-għan se jiġi indirizzat ukoll bi strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja permezz tat-tieqa ta’ politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU.

    (34)L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jintlaħqu diversi għanijiet tal-FSE+, għax dawn joffru finanzjament u approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti kif xieraq f’azzjonijiet tal-FSE+ b’mod partikolari dawk immirati biex jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali.

    (35)B’konformità mal-Artikolu 168 tat-TFUE, jenħtieġ li fid-definizzjonijiet u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-Unjoni jenħtieġ tikkumplimenta u tappoġġa l-politiki nazzjonali tas-saħħa, tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom, b’rispett sħiħ tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjonijiet tal-politiki tas-saħħa tagħhom u l-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika.

    (36)Jekk in-nies jinżammu f’saħħithom u attivi aktar fit-tul u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta’ saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li jonqsu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali. Il-Kummissjoni ilha impenjata li tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-iżvilupp sostenibbli (SDG), b’mod partikolari l-SDG 3 “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età” 17 .

    (37)Jenħtieġ li l-evidenza kif ukoll il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 jappoġġaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ippjanar u l-ġestjoni ta’ sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u reżiljenti, għal promozzjoni ta’ għodod li jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa ta’ kwalità, u għal implimentazzjoni volontarja fuq skala usa’ tal-aqwa prattiki.

    (38)Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard tul il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jiġu indirizzati l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa fosthom l-użu tat-tabakk u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, il-konsum ta’ drogi illeċiti u t-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa relatata mad-drogi, id-drawwiet ta’ dieta ħażina għas-saħħa u n-nuqqas ta’ attività fiżika u t-trawwim ta’ ambjenti li jappoġġaw stili ta’ ħajja tajbin biex tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri b’konformità mal-istrateġiji rilevanti. Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ tintegra mudelli effettivi tal-prevenzjoni, teknoloġiji innovattivi, u mudelli u soluzzjonijiet ġodda tan-negozju biex tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini Ewropej.

    (39)Il-mard mhux komunikabbli jikkawża aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni, u l-prevenzjoni effettiva tinvolvi diversi dimensjonijiet transfruntieri. B’mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li jonqsu kemm jista’ jkun il-konsegwenzi tat-theddid transfruntier serju tas-saħħa pubblika, bħall-mard komunikabbli u theddid bijoloġiku, kimiku, ambjentali u mhux magħruf ieħor, billi jiġi sostnut it-tiswir tal-kapaċitajiet fit-tħejjija u r-rispons.

    (40)Għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-saħħa taċ-ċittadini hi essenzjali li jonqos il-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun żgurata d-disponibbiltà ta’ antimikrobjali effettivi.

    (41)Dan l-aħħar il-Kummissjoni għamlet proposta 18 dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) biex tappoġġa l-koperazzjoni għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni ħalli titjieb id-disponibbiltà ta’ teknoloġiji tas-saħħa innovattivi għall-pazjenti madwar l-Unjoni, isir użu aħjar tar-riżorsi disponibbli u titjieb il-prevedibbiltà tan-negozju.

    (42)Minħabba n-natura speċifika ta’ wħud mill-għanijiet koperti mill-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u mit-tip ta’ azzjonijiet permezz ta’ dik il-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid] u l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għal proposti.

    (43)In-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (l-ERNs) huma netwerks li jiġbru flimkien lill-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa kollha biex jindirizzaw mard u kundizzjonijiet rari, bi prevalenza baxxa u kumplessi li jeħtieġu trattament speċjalizztat ħafna, u għarfien u riżorsi kkonċentrati. Dawn l-ERNs huma approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014. Għalhekk jenħtieġ li dawk in-netwerks jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid] u l-għotjiet għall-ERNs jingħataw mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħa għal proposti.

    (44)Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (prodotti mediċinali, tagħmir mediku u sustanzi ta’ oriġini umana), kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju tas-saħħa hu essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE. Ir-Regolament, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ jimxu paripassu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka u mal-bidliet soċjetali f’dan il-qasam, filwaqt li jitwettqu l-għanijiet tas-saħħa. Għalhekk hemm bżonn żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ natura xjentifika bħal din.

    (45)Biex jiġu massimizzati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, jenħtieġ tiġi żviluppata koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ħalli tiġi implimentata l-fergħa tas-Saħħa.

    (46)Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-UE u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta’ 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana.

    (47)Skont l-Artikolu 94 tad-[Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 19 ], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġetti għar-regoli u l-għanijiet tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom l-OCTs rilevanti huma marbuta.

    (48)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    (49)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 21 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 22 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 23 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ jiġu protetti b’miżuri proporzjonati skont ir-Regolament Finanzjarju u regoli applikabbli oħra, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod inkorrett, u meta xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi offiżi kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u offiżi kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni jenħtieġ tikkopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (50) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati b’rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għax ir-rispett għall-istat tad-dritt hu prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

    (51)Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jiġi promoss aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u tas-saħħa u jonqos il-faqar kif ukoll l-azzjonijiet permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

    (52)Biex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ħalli jiġu emendati u ssuplimentati l-Anness fuq l-indikaturi. Hu importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

    (53)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat tal-implimentazzjoni. Is-setgħat tal-implimentazzjoni b’rabta mal-mudell għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali jenħtieġ jiġu eżerċitati b’konformità mal-proċedura konsultattiva tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 minħabba n-natura ta’ dan il-mudell.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Parti I

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

    Jistabbilixxi l-għanijiet tal-FSE+, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan il-finanzjament.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)    “miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser attivitajiet mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta’ assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali, pereżempju r-referenzjar għal servizzi soċjali jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja, u l-għoti tagħhom;

    (2)    “pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li hu parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa tal-FSE+ skont l-Artikolu 30;

    (3)    “assistenza materjali bażika” tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti iġjeniċi u materjal tal-iskola;

    (4)    “operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

    (5)    “indikaturi komuni tar-riżultati immedjati” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti fi żmien erba’ ġimgħat mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni (id-data tal-ħruġ);

    (6)    “indikaturi komuni ta’ riżultati aktar fit-tul” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti wara sitt xhur mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni;

    (7)    “spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika” tfisser l-ispejjeż effettivi marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u mhux limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika;

    (8)    “riċevitur finali” tfisser l-aktar persuna jew persuni fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1);

    (9)    “kriżi tas-saħħa” tfisser kwalunkwe kriżi li ġeneralment titqies bħala theddida, li għandha dimensjoni tas-saħħa u li teħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet f’kundizzjonijiet ta’ inċertezza;

    (10)    “entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li, meta taġixxi f’isimha stess, tista’ teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

    (11)    “mikrofinanzjament” tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma’ servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta’ akkumpanjament bħalma huma dawk fil-forma ta’ konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta’ attivitajiet professjonali u/jew li jiġġeneraw dħul;

    (12)    “mikrointrapriża” tfisser intrapriża b’anqas minn 10 impjegati u b’fatturat annwali jew b’karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000;

    (13)    “l-aktar persuni fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta’ interess, u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati l-aktar persuni fil-bżonn f’ċerti żoni ġeografiċi;

    (14)    “valur ta’ referenza” tfisser valur biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultati u għal indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm, li jkun ibbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti;

    (15)    “intrapriża soċjali” tfisser impriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha, jew persuna fiżika li

    (a)b’konformità mal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, l-Istatuti tagħha u xi dokument legali ieħor li jistgħu jwasslu għal responsabbiltà skont ir-regoli tal-Istat Membri fejn tkun stabbilita, ikollha bħala l-għan soċjali primarju tagħha li tikseb impatti soċjali li jistgħu jitkejlu u pożittivi minflok li tiġġenera qligħ għal finijiet oħrajn, u li tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw redditu soċjali, u/jew tuża metodi tal-produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi li jinkorporaw għanijiet soċjali;

    (b)qabelxejn tinvesti l-qligħ tagħha biex tilħaq l-għan soċjali primarju tagħha, u jkollha proċeduri u regoli predefiniti li jkopru kwalunkwe distribuzzjoni tal-qligħ li jiżguraw li din id-distribuzzjoni ma timminax l-għan soċjali primarju;

    (c)tkun ġestita b’mod intraprenditorjali, responsabbli u trasparenti, l-aktar b’involvimen tal-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet konċernati milquta bl-attivitajiet kummerċjali tagħha;

    (16)    “innovazzjonijiet soċjali” tfisser attivitajiet li huma soċjali kemm għall-finijiet tagħhom kif ukoll għall-mezzi tagħhom, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, biex b’hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi;

    (17)    “esperimentazzjonijiet soċjali” tfisser interventi politiċi li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f’kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f’kuntesti oħra jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti;

    18)    “kompetenzi ewlenin” tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f’kwalunkwe stadju ta’ ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi ewlenin huma: fil-litteriżmu; multilingwi; fil-matematika, fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-inġinerija; diġitali; personali, soċjali u fit-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; taċ-ċittadinanza; intraprenditorjali; fil-kuxjenza u l-espressjoni kulturali.

    (19)    “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

    2. Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [2] tas-[CPR futur] għandhom japplikaw għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

    Artikolu 3

    L-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni

    L-FSE+ għandu l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri biex jiksbu livelli għoljin ta’ impjiegi, protezzjoni soċjali ġusta, u forza tax-xogħol tas-sengħa u reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li pproklamaw il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017.

    L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplimenta u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri li jiżguraw opportunitajiet indaqs, aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, protezzjoni u inklużjoni soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    Dan għandu jiġi implimentat:

    (a) b’ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 4(1) (“il-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+”), u

    (b) b’ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u 23 (“il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali”) u għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u (3) u 26 (“il-fergħa tas-Saħħa”).

    Artikolu 4

    L-għanijiet speċifiċi

    1. L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta; politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali u s-saħħa u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-għan ta’ politika ta’ “Ewropa aktar soċjali – Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” kif stabbilit fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur]:

    (i) jitjieb l-aċċess għall-impjiegi għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u l-persuni inattivi, u jiġu promossi l-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali;

    (ii) jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobbiltà fis-suq tax-xogħol;

    (iii) jitħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal, ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji tas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema, tal-intrapriżi u tal-intraprendituri għall-bidla, u t-tixjiħ san u attiv;

    (iv)    jitjiebu l-kwalità, l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali;

    (v)    jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż li tiġi faċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd;

    (vi)    jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, notevolment opportunitajiet flessibbli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqtli jitqiesu l-ħiliet diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u tiġi promossa l-mobbiltà professjonali;

    (vii)    titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva, u titjieb l-impjegabbiltà;

    (viii)    titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u tal-persuni minn komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma;

    (ix)    jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta’ kwalità, sostenibbli u affordabbli; jiġu modernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluż jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali; jitjiebu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul;

    (x)    tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali, inkluż l-aktar persuni fil-bżonn u t-tfal;

    (xi) tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn, inkluż miżuri ta’ akkumpanjament.

    2. Bl-azzjonijiet implimentati permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-FSE+ għandu jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet l-oħra ta’ politika msemmija fl-Artikolu [4] tas-[CPR futur], b’mod partikolari dawk marbuta ma’:

    1.    Ewropa aktar intelliġenti bl-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, koperazzjoni settorjali b’rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorjali, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ netwerking u sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (VET), iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, u l-intrapriżi u l-gruppi, l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali;

    2.    Ewropa aktar ekoloġika, b’sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’setturi relatati mal-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-bijoekonomija.

    3. Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, l-FSE+ għandu jappoġġa l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, jikkontribwixxi għall-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jagħmel il-kura tas-saħħa aktar sikura, inaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, u jħares liċ-ċittadini mit-theddid transfruntier tas-saħħa, u jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa.

    Artikolu 5

    Baġit

    1.Il-pakkett finanzjarju totali għall-FSE+ tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 101 174 000 000 bi prezzijiet attwali.

    2.Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ skont il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir għandha tkun EUR 100 000 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 88 646 194 590 bi prezzijiet tal-2018 li EUR 200 000 000 minnhom bi prezzijiet attwali jew EUR 175 000 000 minnhom bi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-koperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 23(i) u EUR 400 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 376 928 934 bi prezzijiet tal-2018 bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994.

    3.Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 174 000 000 bi prezzijiet attwali.

    4.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun:

    (a)EUR 761 000 000 għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;

    (b)EUR 413 000 000 għall-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa.

    5.L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 u 4 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi, bħall-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

    Artikolu 6

    Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni

    1. Il-programmi kollha implimenati permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, u l-operazzjonijiet appoġġati permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nies matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Għandhom jippromwovu wkoll opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.

    2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet immirati speċifiċi li jippromwovu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 f’xi wieħed mill-għanijiet tal-FSE+, inkluż it-tranżizzjoni minn kura residenzjali/istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità.

    Parti II – Implimentazzjoni permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    Kapitolu I

    Dispożizzjonijiet komuni dwar il-programmazzjoni

    Artikolu 7

    Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

    1. L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw ir-riżorsi b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fuq interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom, fis-Semestru Ewropew kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b’konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

    L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni bħal Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-koperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni, biex jagħmu azzjonijiet ta’ appoġġ koerenti u ssimplifikati.

    2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b’konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ kif stabbilit fl-Artikolu 4.

    3. L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 25 % tar-riżorsi tagħhom b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) u (xi) tal-Artikolu 4(1), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi.

    4. L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 2 % tar-riżorsi tagħhom b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għan speċifiku li jindirizza l-privazzjoni materjali stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).

    F’każijiet ġustifikati kif xieraq, ir-riżorsi allokati għall-għan speċifiku stabbilit fil-punt (x) tal-Artikolu 4(1) u mmirat għall-aktar persuni fil-bżonn jistgħu jiġu kkunsidrati waqt il-verifika tal-konformità mal-allokazzjoni minima ta’ mill-inqas 2 % stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta# dan il-paragrafu.

    5. L-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni, jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2019, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi tagħhom b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2021 sa 2025 għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

    Meta jipprogrammaw ir-riżorsi b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-2026 u l-2027 f’nofs it-terminu skont l-Artikolu [14] tas-[CPR futur], l-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2024, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % tar-riżorsi tagħhom b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2026 sa 2027 għal dawn l-azzjonijiet.

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.

    Meta jimplimentaw dawn l-azzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta’ kuntatt.

    6. Il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994.

    7. Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.

    Artikolu 8

    Sħubija

    1. Kull Stat Membru għandu jiżgura parteċipazzjoni xierqa ta’ sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-twettiq tal-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali appoġġati mill-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

    2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq ta’ riżorsi b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f’kull programm tat-tiswir tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

    Artikolu 9

    Nindirizzaw il-privazzjoni materjali

    Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(4) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità jew programm apposta.

    Artikolu 10

    Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ

    L-appoġġ skont l-Artikolu 7(5) għandu jiġi pprogrammat fi prijorità apposta u din għandha tappoġġa l-għan speċifiku stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1).

    Artikolu 11

    Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi

    L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità apposta waħda jew bosta.

    Kapitolu II

    Appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    Artikolu 12

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1) meta jiġi implimentat b’ġestjoni kondiviża (“l-appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+”).

    Artikolu 13

    Azzjonijiet innovattivi

    1.    L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta’ innovazzjoni soċjali u esperimentazzjonijiet soċjali, jew isaħħu approċċi minn isfel għal fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat u s-soċjetà ċivili bħall-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali li jfasslu u jimplimentaw strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità.

    2.    L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta’ approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira (esperimentazzjonijiet soċjali) żviluppati permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u ta’ programmi oħra tal-Unjoni.

    3.    Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati f’xi wieħed mill-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1).

    4.    Kull Stat Membru għandu jiddedika mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 jew tat-tnejn. Ir-rata ta’ kofinanzjament massima għal dawn il-prijoritajiet tista’ tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta’ massimu ta’ 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għal dawn il-prijoritajiet.

    Artikolu 14

    Eliġibbiltà

    1. Minbarra l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [58] tas-[CPR futur], l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+:

    (a)ix-xiri ta’ art u proprjetà immobbli, u l-forniment ta’ infrastruttura, u

    (b)ix-xiri ta’ għamara, tagħmir u vetturi għajr meta x-xiri jkun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-operazzjoni, jew dawn l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox, jew ix-xiri ta’ dawn l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika.

    2. Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta’ għotjiet jew salarji żburżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f’operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, diment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.

    3. L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċivew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell tan-NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

    4. L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, diment li l-livell tagħhom ma jkunx iżjed minn 100% tar-remunerazzjoni abitwali għall-professjoni kkonċernata fl-Istat Membru kif turi d-data tal-Eurostat.

    Artikolu 15

    Indikaturi u rappurtar

    1. Il-programmi li jibbenefikaw mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.

    2. Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-outputs u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta’ mira għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f’numri assoluti. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi tal-outputs għandhom jiġu espressi f’numri assoluti.

    3. Il-valur ta’ referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta’ dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġew stabbiliti tappi kwantifikati kumulattivi għall-2024 u valuri ta’ mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu ffissati f’numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultati speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu espressi f’numri assoluti.

    4. Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba fil-punt (1a) tal-Anness 1 relatata ma’ dak il-parteċipant.

    5. Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f’sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, jiksbu din id-data mir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, b’konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,

    6. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness I, meta jitqies meħtieġ, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.

    Kapitolu III

    Appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali

    Artikolu 16

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).

    Artikolu 17

    Prinċipji

    1.    L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali jista’ jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.

    2.    L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-aktar persuni fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti alimentari, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti klimatiċi u ambjentali, b’mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel. Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta’ prodotti alimentari li jridu jitqassmu għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-aktar persuni fil-bżonn.

    L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta’ vawċers jew kards, diment li dawn jissarrfu biss f’ikel u/jew assistenza materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(3).

    L-ikel mogħti lill-aktar persuni fil-bżonn jista’ jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-prodotti alimentari lill-aktar persuni fil-bżonn.

    Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-aktar persuni fil-bżonn, b’żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.

    3.    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-aktar persuni fil-bżonn.

    4.    It-twassil tal-ikel u/jew assistenza materjali jista’ jiġi kkumplimentat b’riorjentazzjoni lejn servizzi kompetenti u miżuri ta’ akkumpanjament oħra mmirati lejn l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn.

    Artikolu 18

    Il-kontenut tal-prijorità

    Prijorità b’rabta mal-appoġġ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1) għandha tistabbilixxi:

    (a) it-tip ta’ appoġġ;

    (b) il-gruppi ewlenin fil-mira;

    (c) deskrizzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali jew reġjonali.

    F’każ ta’ programmi limitati għal dan it-tip ta’ appoġġ u l-assistenza teknika relatata, il-prijorità għandha tinkludi wkoll il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet.

    Artikolu 19

    Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet

    1    L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika mogħtija lill-aktar persuni fil-bżonn jistgħu jinxtraw mill-benefiċjarju jew f’ismu, jew isiru disponibbli bla ħlas għall-benefiċjarju.

    2.    L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika għandhom jitqassmu bla ħlas lill-aktar persuni fil-bżonn.

    Artikolu 20

    Eliġibbiltà tan-nefqa

    1.    L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali għandhom ikunu:

    (a)    l-ispejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri finali;

    (b)    meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri finali ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen u/jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f’każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa;

    (c)    l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr u tal-ħażna li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-ispejjeż tal-valur tal-prodotti alimentari li jkun sar disponiment minnhom b’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (d) l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta’ donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni direttament relatati;

    (e) l-ispejjeż tal-miżuri ta’ akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f’isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).

    2.    It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.

    3.    L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

    (a)    l-imgħax fuq id-dejn;

    (b)    il-forniment ta’ infrastruttura;

    (c)    l-ispejjeż ta’ oġġetti użati (second-hand).

    Artikolu 21

    Indikaturi u rappurtar

    1. Il-prijoritajiet li jindirizzaw il-privazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.

    2. Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta’ referenza għall-indikaturi komuni tar-riżultati u għal dawk speċifiċi għal kull programm.

    3. Sat-30 ta’ Ġunju 2025 u sat-30 ta’ Ġunju 2028, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali mwettaq tul is-sena preċedenti. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

    4. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

    5. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness II meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi.

    Artikolu 22

    Awditu

    L-awditjar tal-operazzjonijiet jista’ jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri finali, diment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta’ irregolarità jew frodi.

    Parti III – Implimentazzjoni b’ġestjoni diretta u indiretta

    Kapitolu I - Regoli speċifiċi għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

    Taqsima I: Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 23

    Għanijiet operazzjonali

    Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandha l-għanijiet operazzjonali li:

    a)    tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Arikolu 4 ikunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi assoċjati;

    b)    tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 biex il-pajjiżi assoċjati jingħataw l-għajnuna ħalli jieħdu l-miżuri ta’ politika xierqa;

    c)    tappoġġa l-esperimentazzjonijiet soċjali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u ssawwar il-kapaċità tal-partijiet konċernati biex jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ittestjati tal-politika soċjali;

    d)    tagħti servizzi speċifiċi ta’ appoġġ lil dawk li jħaddmu u lil persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f’impjieg biex jimtlew postijiet battala f’ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni periferiċi jew għal gruppi partikolari (eż. il-persuni vulnerabbli);

    e)    tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvista ta’ mikrofinanzjament għall-mikrointrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b’mod partikolari lil dawk li jħaddmu persuni vulnerabbli;

    f)    tiżviluppa netwerking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali ta’ dawn il-partijiet konċernati, inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;

    g)    issostni l-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali u l-formazzjoni ta’ suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f’dak is-suq;

    h)    tipprovdi gwida għall-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjali (inkluż djar, indukrar tat-tfal, edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u kura fit-tul) li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

    i)    tappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera biex tħaffef it-trasferiment ta’ soluzzjonijiet innovattivi u tiffaċilità l-iskalar tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi, il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali, madwar l-Ewropa;

    j)    tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4.

    Taqsima II – Eliġibbiltà

    Artikolu 24

    Azzjonijiet eliġibbli

    1. Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

    2. Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tista’ tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

    (a)Attivitajiet analitiċi, inkluż b’rabta ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari:

    (i)     stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, appoġġ għal osservatorji u punti ta’ riferiment fil-livell Ewropew;

    (ii)     esperimentazzjonijiet soċjali li jevalwaw l-innovazzjonijiet soċjali;

    (iii)    monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

    (b)L-implimentazzjoni tal-politiki, b’mod partikolari:

    (i)    sħubijiet transfruntieri u servizzi ta’ appoġġ f’reġjuni transfruntieri;

    (ii)    skema ta’ mobbiltà mmirata għax-xogħol mifruxa mal-UE kollha biex jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol;

    (iii)    appoġġ għall-mikrofinanzjament u għall-intrapriżi soċjali, inkluż b’operazzjonijiet ta’ taħlit bħall-kondiviżjoni tar-riskji asimetrika jew tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjali u tal-ħiliet;

    (iv)    appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;

    (c)It-tiswir tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:

    (i) tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

    (ii) tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-fergħa;

    (iii)    tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-impjiegi responsabbli biex jippromwovu l-mobbiltà tal-ħaddiema, tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u lil atturi oħra tal-investiment soċjali, kif ukoll netwerking;

    (iv)    tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;

    (d)    Attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni, b’mod partikolari:

    (i)    tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta’ attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta’ punti ta’ riferiment;

    (ii)    gwidi, rapporti, materjal informattiv u rappurtar fil-midja ta’ inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

    (iii)    sistemi tal-informazzjoni li jqassmu evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

    (iv)    avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill.

    Artikolu 25

    Entitajiet eliġibbli

    1. Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju, għall-entitajiet għandhom japplikaw dawn il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

    (a)L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    (i) Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

    (ii) pajjiż assoċjat;

    (iii) pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3;

    (b)Kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

    2. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat huma eliġibbli b’mod eċċezzjonali biex jieħdu sehem meta dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

    3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat għandhom iġorru l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

    Kapitolu II – Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-fergħa tas-Saħħa

    Taqsima I: Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 26

    Għanijiet operazzjonali

    1. Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

    2. Il-fergħa Saħħa għandha l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

    a)Issaħħaħ l-istat ta’ tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons fl-UE f’każ ta’ kriżijiet ħalli ċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid transfruntier tas-saħħa.

    (i)    toħloq miżuri għat-tiswir tal-kapaċitajiet għall-istat ta’ tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons f’każ ta’ kriżijiet

    (ii)    twieġeb għat-theddid transfruntier tas-saħħa matul kriżi

    (iii)    tappoġġa l-kapaċità tal-laboratorji

    (iv)    tindirizza r-reżistenza għall-antimikrobiċi

    b)Issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa

    (i)    tinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard

    (ii)    tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura

    (ii)    tappoġġa l-iżvilupp ta’ sistema sostenibbli tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa

    (iii)    tappoġġa lill-Istati Membri b’trasferiment ta’ għarfien utli għall-proċessi ta’ riforma nazzjonali għal aktar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti u biex il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard jiġu indirizzati aħjar, b’mod partikolari l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew

    (iv)    tiżviluppa u timplimenta approċċi li jwieġbu għall-isfidi tal-futur tas-sistema tas-saħħa

    c)Tappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa

    (i)    tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku

    (ii)    tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA)  26

    (iii)    twettaq monitoraġġ u tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sustanzi ta’ oriġini umana (SoHO)

    (iv)     tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk

    (v)     tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera

    (vi)     tappoġġa lill-kumitati xjentifiċi tal-Kummissjoni dwar “Is-Sikurezza tal-Konsumaturi” u dwar “Ir-Riskji tas-Saħħa, Ambjentali u Emerġenti”

    d)    tappoġġa l-ħidma integrata (eż. l-ERNs, l-HTA u l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki għall-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard)

    (i)    tissokta tappoġġa n-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (l-ERNs)

    (ii)    issostni l-iżvilupp ta’ koperazzjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) waqt it-tħejjija ta’ regoli armonizzati ġodda

    (iii)    tappoġġa l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki għal innovazzjoni fis-saħħa pubblika

    Taqsima II

    Eliġibbiltà

    Artikolu 27

    Azzjonijiet eliġibbli

    1. Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 26.

    2. Il-fergħa tas-Saħħa tista’ tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

    (a)Attivitajiet analitiċi, b’mod partikolari:

    (i)stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, u eżerċizzji ta’ punti ta’ riferiment;

    (ii)monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

    (b)L-implimentazzjoni tal-politiki, b’mod partikolari:

    (i)kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri, inkluż fir-reġjuni transfruntieri;

    (ii)appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;

    (iii)Eżerċizzji dwar l-istat tat-tħejjija għal kriżijiet tas-saħħa.

    (c)It-tiswir tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:

    (i)bi trasferiment, adattament u introduzzjoni tal-aqwa prattiki b’valur miżjud fil-livell tal-UE stabbilit bejn l-Istati Membri;

    (ii)tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;

    (iii)b’appoġġ għal iskjerament, tħaddim u manteniment ta’ infrastruttura tal-IT għall-iskambju tad-data;

    (iv)tal-punti ta' kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-programm;

    (v)tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;

    (vi)b’assistenza f’koperazzjoni ma' pajjiżi terzi;

    (vii)b’akkwist ta’ oġġetti u servizzi f’każ ta’ kriżi tas-saħħa

    (d)Attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni, b’mod partikolari:

    (i)tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta’ attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta’ punti ta’ riferiment;

    (ii)gwidi, rapporti, materjal informattiv u rapportar fil-midja ta' inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;

    (iii)sistemi ta' informazzjoni ta' disseminazzjoni ta' evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;

    (iv)avvenimenti u azzjonijiet preparatorji rispettivi, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill.

    3. L-azzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu għandhom ikunu eliġibbli biss diment li dawn ikunu jappoġġaw il-ħolqien ta’ ekonomiji ta’ skala, it-titjib fl-istat tat-tħejjija għall-kriżijiet, l-introduzzjoni tal-aqwa prattiki ta’ valur miżjud għoli identifikati, jew diment dawn isiru bil-għan li jiżguraw li r-regoli tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 26(3) jiġu implimentati, infurzati, evalwati u riveduti skont il-bżonn.

    Artikolu 28

    Entitajiet eliġibbli u spejjeż

    1. Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju, għall-entitajiet għandhom japplikaw dawn il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

    (a)entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    (i)    Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

    (ii)    pajjiżi assoċjat;

    (iii)    pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 u 4;

    (b)    kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

    2. Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

    3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat huma eliġibbli b’mod eċċezzjonali biex jieħdu sehem meta dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

    4. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat għandhom iġorru l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

    5. F’każijiet eċċezzjonali, waqt kriżi minħabba theddid transfruntier serju tas-saħħa kif definit fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE 27 , l-ispejjeż imġarrba fil-pajjiżi mhux assoċjati jistgħu jitqiesu eliġibbli b’mod eċċezzjonali jekk dawn ikunu ġustifikati kif xieraq minħabba l-ġlieda kontra t-tixrid tar-riskju għall-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE.

    Artikolu 29

    Governanza

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, tal-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma jitteħidx jew fi gruppi ta’ esperti oħra rilevanti tal-Kummissjoni jew f’entitajiet simili fuq il-pjanijiet ta’ ħidma stabbiliti għall-fergħa tas-Saħħa, u dwar il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-perspettiva tal-politika tas-saħħa ta’ politiki oħra u mekkaniżmi tal-appoġġ, biex b’hekk jiżdiedu l-koordinazzjoni ġenerali u l-valur miżjud tagħhom.

    Kapitolu III

    Regoli komuni applikabbli għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa

    Artikolu 30

    Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa

    1. Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi assoċjati li ġejjin:

    (a)Il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

    (b)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; 

    (c)pajjiżi terzi, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom f’fergħa, diment li dan il-ftehim:

    (1)ikun jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

    (2)ikun jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali jew fergħat tal-programmi u tal-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju];

    (3)ma jkunx jagħti setgħat ta’ deċiżjoni lill-pajjiż terz fuq il-fergħa;

    (4)ikun jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja soda u jitħarsu l-interessi finanzjarji tagħha.

    2. Minbarra dan, il-fergħa tas-Saħħa għandha tkun miftuħa wkoll għall-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    Artikolu 31

    Forom ta’ finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni

    1. Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist u pagamenti volontarji lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew li tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.

    2. Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati direttament kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

    Fl-għoti ta’ għotjiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150] tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun kompost minn esperti esterni.

    3. L-operazzjonijiet ta’ taħlit skont il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandhom jiġu implimentati b’konformità mar-[Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

    4. Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet b’valur miżjud tal-Unjoni ċar kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi nongovernattivi, li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, bil-mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

    5. Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti lil Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ Netwerks bħal dawn.

    Artikolu 32

    Programm ta’ ħidma u koordinazzjoni

    Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati bil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

    Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

    Artikolu 33

    Monitoraġġ u rappurtar

    1.    Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-fergħat biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-għanijiet operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 23 u 26.

    2.    Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-fergħat u r-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE u, meta rilevanti, fuq l-Istati Membri.

    3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplimenta jew temenda l-indikaturi fl-Anness III meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-fergħat.

    Artikolu 34

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

    Artikolu 35

    Evalwazzjoni

    1.    L-evalwazzjonijiet għandhom isiru biżżejjed fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    2.    L-evalwazzjoni interim tal-fergħat tista’ ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tagħhom, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-fergħat.

    3.    Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-fergħat.

    4.    Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

    Artikolu 36

    Awditi

    L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 37

    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.    Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

    2.    Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 23 u 26.

    Parti IV – Dispożizzjonijiet Finali

    Artikolu 38
    Eżerċizzju tad-delega

    1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 21(5) u fl-Artikolu 33(3) għal perjodu taż-żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3.    Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 33(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 28 .

    5.    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.    Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 33(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 39
    Komitoloġija għall-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu [109(1)] tas-[CPR futur].

    2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 40

    Kumitat skont l-Artikolu 163 tat-TFUE

    1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 tat-TFUE (“il-Kumitat tal-FSE+”).

    2.    Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u supplent wieħed għal kull membru għal perjodu massimu ta’ seba’ snin. Fl-assenza ta’ xi membru, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti.

    3.    Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fil-livell tal-Unjoni.

    4.    Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jiġi kkonsultat dwar l-użu ppjanat tal-assistenza teknika fil-każ ta’ appoġġ mill-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, kif ukoll fuq kwistjonijiet oħra li jħallu impatt fuq l-implimentazjoni tal-istrateġiji fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-FSE+;

    5.    Il-Kumitat tal-FSE+ jista’ jagħti opinjoni dwar:

    (a)    mistoqsijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-FSE+ għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u prijoritajiet relatati mas-semestru (programmi nazzjonali ta’ riforma, eċċ.);

    (b)    kwistjonijiet relatati mas-[CPR futur] rilevanti għall-FSE+;

    (c)    kwistjonijiet relatati mal-FSE+ riferuti lilu mill-Kummissjoni, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4.

    L-opinjonijiet tal-Kumitat tal-FSE+ għandhom jiġu adottati minn maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa b’mod validu, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għal informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-FSE+ dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tiegħu.

    6.    Il-Kumitat tal-FSE+ jista’ jwaqqaf gruppi ta’ ħidma għal kull tal-fergħa differenti tal-FSE+.

    Artikolu 41

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-FSE+b’ġestjoni kondiviża

    Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 jew kwalunkwe att adottat skonthom għandhom jibqgħu japplikaw għal programmi u operazzjonijiet appoġġati mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

    Artikolu 42

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa

    1. Ir-Regolament (KE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 u r-Regolament (KE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 qed jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

    2. Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn l-FSE+ u l-miżuri adottati skont il-predeċessuri tiegħu: il-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-Programm tal-Unjoni għas-Saħħa.

    3. Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 5(6) [assistenza teknika u amministrattiva], sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    4. Ir-rimborżi minn strumenti finanzjarji stabbiliti mill-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI 2014-2020) għandhom jiġu investiti fl-istrumenti finanzjarji tat-“tieqa soċjali” tal-Fond InvestEU stabbilit skont ir-Regolament XXX.

    Artikolu 43

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    [Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1304/2013 u (UE) Nru 223/2014]

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

    Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

    Titolu 07

    Kapitolu 07 02 –FSE+

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 33  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

    1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    L-FSE+ hu l-istrument ewlieni tal-UE li jinvesti fin-nies u jagħti kontribut sinifikanti għal Ewropa aktar soċjali, biex l-Ewropa tkun eqreb taċ-ċittadin u tikseb riżultati kuljum għall-persuni li jinsabu l-aktar fil-bżonn fis-soċjetajiet tagħna. Għaldaqstant, l-FSE+ se jikkontribwixxi biex tiżdied il-konverġenza soċjoekonomika bejn l-Istati Membri, li hi kundizzjoni meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-UE bħala unjoni ekonomika u politika stabbli u vijabbli.

    Wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-FSE+, l-Istati Membri se jipprogrammaw l-allokazzjonijiet tagħhom b’konformità mal-gwida riċevuta fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fis-sena ta’ qabel. Il-perjodu ġdid tal-programmazzjoni se jibda fl-1 ta’ Jannar 2021 u l-Kummissjoni ħadet miżuri biex tħaffef l-implimentazzjoni tal-Fond kemm jista’ jkun, pereżempju billi tneħħi r-rekwiżit ta’ notifika tan-nomina tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni lill-Kummissjoni, u b’hekk tevita dewmien fil-perjodu 2014-2020.

    L-implimentazzjoni b’ġestjoni diretta se tibda wkoll minnufih wara d-dħul fis-seħħ tal-programm.

    1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

    Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): Il-valur miżjud tal-UE hu ġġenerat billi jsiru investimenti f’oqsma u gruppi fil-mira li mod ieħor ma jsirux, billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjonijiet eżistenti, tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-innovazzjonijiet u billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Bosta evidenza turi li l-politiki tal-UE immirati biex jippromwovu l-koeżjoni soċjali u d-drittijiet soċjali ma jiġux implimentati mingħajr investiment kumplimentari tal-UE. Bis-saħħa tal-finanzjament Ewropew, l-Istati Membri investew f’żoni, fi gruppi fil-mira u f’riformi b’mod li kien ikun impossibbli jsiru bil-finanzjament nazzjonali biss. Filwaqt li l-kompetenza li jindirizzaw l-impjiegi u l-affarijiet soċjali tibqa’ l-iżjed fil-livell nazzjonali, minħabba l-iskala u l-effett tal-isfidi, l-azzjoni kienet aktar effettiva u effiċjenti jekk il-livell tal-UE jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u jgħin billi jippromwovi riformi ta’ ġid għal pajjiżi individwali u għall-UE kollha kemm hi.

    Valur miżjud li mistennija tiġġenera l-Unjoni (ex post): L-isfidi li jiffaċċjaw l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej b’mod partikolari b’rabta mal-impjiegi, l-edukazzjoni, il-ħiliet u kwistjonijiet soċjali, jeħtieġu investimenti kontinwi f’dawn l-oqsma. L-inizjattiva mistennija tikkontribwixxi biex jiġu implimentati politiki u prijoritajiet tal-UE f’dawn l-oqsma (bħal-linji gwida dwar l-impjiegi u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali), tippromwovi l-aqwa prattiki u koperazzjoni (biex jitjiebu t-tfassil u l-kapaċità fl-implimentazzjoni, u teħfief il-koperazzjoni transnazzjonali) u tippromwovi l-valuri tal-UE (bħalma huma l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali). Fuq medda twila taż-żmien, l-inizjattiva mistennija tikkontribwixxi għall-konverġenza soċjoekonomika tal-Istati Membri u biex l-ekonomija u s-soċjetajiet Ewropej isiru aktar reżiljenti.

    1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    L-evalwazzjonijiet tal-perjodi ta’ programmazzjoni attwali u preċedenti u studji relatati lkoll jikkonfermaw l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud tal-UE u l-koerenza tal-fondi koperti minn dan ir-Regolament. L-Istati Membri investew f’oqsma politiċi, fi gruppi fil-mira u f’riformi b’mod li ma kienx ikun possibbli biss bil-finanzjament nazzjonali. B’mod partikolari:

       l-evalwazzjonijiet ex post tal-2000-2006 u tal-2007-2013 tal-FSE jirrikonoxxu l-investiment tal-FSE bħala rilevanti, effiċjenti u effettiv. Tul iż-żmien issaħħaħ l-allinjament tal-FSE mal-politiki u l-prijoritajiet tal-UE skont l-Istrateġija ta’ Lisbona u l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Fl-istess ħin, bħala wieħed mill-fondi strutturali, l-FSE jikkontribwixxi għall-miri tat-Trattat ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta’ aktar konċentrazzjoni tar-riżorsi. Pereżempju, l-FSE (flimkien mal-fondi nazzjonali assoċjati) jammonta għal 70 % tal-miżuri attivi fi 11-il Stat Membru.

       bl-appoġġ tagħha għaż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) f’reġjuni speċifiċi tal-UE, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) żiedet il-viżibbiltà tal-politiki dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ, iżda kkawżat bidla fit-tfassil tal-politika f’għadd ta’ Stati Membri permzz ta’ appoġġ għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

       ir-riżultati preliminari tal-evalwazzjoni nofsana tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), inkluż ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati, juru li l-operazzjonijiet appoġġati ’rabta mal-ikel, l-għajnuna materjali u l-inklużjoni soċjali jagħmlu differenza għall-aktar persuni fil-bżonn, fosthom lil dawk li mod ieħor ma jintlaħqux bl-assistenza soċjali konvenzjonali jew li jeħtieġu appoġġ mingħajr dewmien;

       l-evalwazzjoni nofsana tal-EaSI turi li l-għanijiet tagħha għadhom rilevanti, b’mod partikolari f’dan il-kuntest soċjoekonomiku diffiċli kkaratterizzat bl-effetti li ħalliet il-kriżi finanzjarja u ekonomika u turi wkoll li kienet effettiva biex jintlaħqu l-partijiet konċernati rilevanti, jinkisbu l-eżiti u jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

    Madankollu, l-evalwazzjonijiet u l-istudji jipprovdu wkoll evidenza ta’ għadd ta’ sfidi, l-aktar fir-rigward tal-ħtieġa ta’ aktar koerenza u sinerġija, flessibbiltà u allinjament mal-politiki, simplifikazzjoni, u orjentazzjoni lejn il-prestazzjoni u r-riżultati. B’mod partikolari, hemm bżonn simplifikazzjoni fix-xenarju tal-finanzjament u sa ċertu punt fl-implimentazzjoni tal-fondi. L-oqsma li għandhom jiġu indirizzati huma miġbura fil-qosor fil-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża mal-proposta leġiżlattiva.

    1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

    L-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb is-sinerġiji u l-koerenza bejn l-FSE+ u fondi oħra li jinvestu fl-iżvilupp tal-kapital uman.

    Mal-ERDF u l-FSE+ għandhom l-istess għan b’mod partikolari fejn tidħol il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Il-koordinazzjoni hi żgurata b’regoli komuni għal ġestjoni kondiviża f’oqsma bħal programmazzjoni u ġestjoni finanzjarja. Se jibqa possibbli li l-programmi plurifondi jippermettu approċċi integrati fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni. Ir-regoli komuni se jiżguraw ukoll il-kompatibbiltà bejn il-FEŻR, l-FSE+ u tal-programmi tal-FAEŻR u l-FEMS.

    Il-koperazzjoni fl-FSE+ u f’Erasmus+ se tkun appoġġata b’mod aktar attiv billi jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fir-Regolamenti li għad iridu jiġu elaborati fid-dettall fil-programmi ta’ ħidma u fil-gwidi tal-programmi.

    Minbarra dan, l-FSE+ se jissokta jappoġġa l-integrazzjoni fit-tul taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, filwaqt li l-AMIF se jkopri l-ħtiġijiet fi żmien qasir.

    Bħala l-istrument ewlieni tal-UE li jinvesti fil-kapital uman u fil-ħiliet, l-FSE+ se jibqa’ jagħti kontribut importanti għall-iżvilupp tal-kapital uman fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) f’sinerġija ma’ Orizzont Ewropa.

    1.5.Durata u impatt finanzjarju

     durata limitata

       b’effett mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

       L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2030 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

     durata illimitata

    Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS, segwita minn operazzjoni bi skala sħiħa.

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 34  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    korpi tal-liġi pubblika;

    korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    L-FSE+ se jinqasam f’żewġ fergħat, waħda b’ġestjoni kondiviża li tkopri l-programmi preċedenti tal-FSE, il-FEAD u l-YEI, u l-oħra b’ġestjoni diretta u indiretta li tiġbor l-attivitajiet mill-eks programmi tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u tas-Saħħa.

    Għall-implimentazzjoni tal-FSE+, se jissoktaw l-attivitajiet attwali li qed jitwettqu mal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-aġenziji tan-NU, notevolment id-WHO, kif ukoll l-OECD u l-ILO.

    Minbarra dan, l-attivitajiet ġodda ta’ koperazzjoni transnazzjonali previsti jistgħu jiġu implimentati b’ġestjoni indiretta, u dan jiddependi fuq l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tal-FSE.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    B’ġestjoni kondiviża, u l-indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati se jiġu definiti fil-livell tal-programm. Id-data dwar l-indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati se tiġi trażmessa elettronikament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni sitt (6) darbiet fis-sena. Se tiġi verifikata l-konsistenza tagħhom. Se tiġi awditjata l-affidabbiltà tas-sistema tal-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarju u l-verifika.

    B’ġestjoni diretta u indiretta, se jiġu żviluppati oqfsa tal-prestazzjoni msejsa fuq il-prattiki rilevanti tal-eks oqfsa tal-EaSI u tas-Saħħa biex ikun żgurat li d-data tinġabar b’mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin.

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

    L-abbozz tas-CPR jipprevedi pagamenti mingħand il-Kummissjoni fil-forma ta’ prefinanzjament, pagamenti interim u pagamenti wara l-approvazzjoni tal-kontijiet. Il-prefinanzjament jitħallas kull sena skont il-persentaġġi previsti fis-CPR. Il-pagamenti interim jiġu kkalkulati skont ir-rati ta’ kofinanzjament miftiehma skont il-prijorità maqbula fil-programm operazzjonali. Kuntrarju għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni, l-għadd tal-applikazzjonijiet għall-pagamenti interim hu limitat għal erbgħa (4) fis-sena li jitressqu kull tliet xhur.

    L-abbozz tas-CPR jipprevedi modalitajiet differenti għall-iżvelar tal-pagamenti interim skont jekk l-implimentazzjoni tal-programm tkunx ibbażata fuq l-ispejjeż reali dikjarati mill-Istat Membru jew tkun ibbażata fuq “alternattiva ssimplifikata tal-ispejjeż” jew malli jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet.

    L-abbozz tal-proposta tas-CPR (ġestjoni kondiviża) hu msejjes fuq dak fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Madankollu, hemm ċerti miżuri proposti li għandhom l-għan li jissimplifikaw l-implimentazzjoni u jnaqqsu l-piż tal-awditjar għall-Istati Membri u l-benefiċjarji tagħhom. Dawn il-miżuri huma marbuta mal-ġestjoni tal-fondi mill-Awtorità ta’ Ġestjoni li, kif propost, għandha tibbaża l-verifiki ta’ ġestjoni fuq analiżi tar-riskji. It-tieni nett, f’ċerti kundizzjonijiet, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tapplika l-arranġamenti ta’ kontroll imtejba b’konformità mal-proċeduri nazzjonali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, fil-proċess tan-nomina tħassar u dan għandu jħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi.

    L-abbozz tal-proposta għal CPR ma tipprevedi l-ebda Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni iżda pjuttost il-preżenza ta’ funzjoni ta’ kontabbiltà. Ir-raġunament wara dan hu li dan iwassal għal anqas amministrazzjoni fil-livell nazzjonali.

    Fejn jidħol l-awditjar tan-nefqa dikjarata, il-proposta tas-CPR fiha ċerti elementi bil-għan li jkun evitat awditjar multipli għall-istess operazzjoni/nefqa.

    Skont ir-regoli tal-abbozz tas-CPR, il-pagamenti interim se jiġu ċċertifikati għall-Kummissjoni wara li jkunu saru verifiki ta’ ġestjoni skont kampjun ibbażat fuq ir-riskju tan-nefqa dikjarata mressqa mill-benefiċjarji, iżda ħafna drabi qabel ma jkunu saru l-verifiki fid-dettall ta’ ġestjoni fuq il-post jew l-attivitajiet sussegwenti tal-awditjar.

    Biex jittaffa r-riskju tar-rimburżar ta’ spejjeż ineliġibbli minħabba dan, ġew previsti għadd ta’ miżuri fil-proposti

    1) Il-ħlasijiet interim mill-Kummissjoni se jibqgħu jiġu limitati sa 90 % tal-ammont dovut lill-Istati Membri, għax f'dan l-istadju tkun saret biss parti mill-kontrolli. Il-bilanċ li jifdal se jitħallas wara l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet, ladarba jingħataw evidenza tal-awditjar u assigurazzjoni raġonevoli mill-awtorita ta’ ġestjoni u milll-awtorità tal-awditjar. Kwalunkwe irregolaritajiet misjuba mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-kontijiet annwali ċċertifikati mill-awtorità ta’ ġestjoni/taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jwasslu għal korrezzjoni netta.

    2) Se jissoktaw l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet u l-għeluq annwali tal-operazzjonijiet jew tan-nefqiet magħmula, li se joħolqu inċentivi addizzjonali għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jagħmlu kontrolli ta’ kwalità fil-ħin u fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni annwali tal-kontijiet lill-Kummissjoni.

    Il-fergħat tas-Saħħa u tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-programm se jiġu implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta, permezz tal-modi ta’ implimentazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju, l-aktar b’għotjiet u bl-akkwist. Il-ġestjoni diretta tippermetti li jiġu stabbiliti kuntatti diretti mal-benefiċjarji/mal-kuntratturi li huma involuti direttament fl-attivitajiet li jaqdu l-politiki tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tiżgura monitoraġġ dirett tal-eżiti tal-azzjonijiet iffinanzjati. Il-modalitajiet tal-pagament tal-azzjonijiet iffinanzjati se jiġu adattati għar-riskji li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Biex ikunu żgurati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-kontrolli tal-Kummissjoni, l-istrateġija se tkun orjentata lejn bilanċ tal-kontrolli ex ante u ex post.

    Fir-rigward tal-ġestjoni diretta u indiretta se jsiru wkoll awditi ex post fuq il-post minn awdituri esterni għal kampjun tat-tranżazzjonijiet. L-għażla ta’ dawn it-transazzjonijiet se tgħaqqad valutazzjoni tar-riskji u għażla aleatorja.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    It-tnaqqis fl-ambjent ta’ kontroll jista’ jwassal għal żieda fl-erruri. Hu antiċipat li dan ir-riskju jittaffa bil-livelli limitu tar-rimborżi u bl-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Iżda aktarx li l-korrezzjonijiet fil-livell nazzjonali se jkunu ogħla, u b’hekk ikun hemm ċertu frustrazzjoni fil-livell tal-Istati Membri. Din frustrazzjoni tista’ tinħoloq ukoll minħabba l-fatt li l-abbozzar attwali tas-CPR jobbliga effettivament lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni biex iwettqu kontrolli b’approċċ ibbażat fuq ir-riskju minflok fuq il-bażi ta’ 100 % bħal qabel. Dan ir-rekwiżit jista’ wkoll jiġi f’kunflitt mal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti li tkun teżiġi verifika eżawrjenti tal-ispejjeż dikjarati (anki għall-finanzjament nazzjonali li jingħaqad miegħu). Dan jista’ jkun element li ma ġiex ikkunsidrat biżżejjed fil-proposta.

    L-eliminazzjoni tal-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni tnaqqas filtru addizzjonali fil-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa mġarrba. Matul l-aħħar żewġ perjodi ta’ programmazzjoni, l-Awtoritajiet ta’ Ċertifikazzjoni qdiet rwol importanti biex tiffiltra n-nefqa ineliġibbli u biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fejn meħtieġ. Il-proposta attwali tas-CPR ma ttaffix dan ir-riskju.

    It-tnaqqis fil-ħidma tal-awditjar jista’ jwassal li jinqabżu xi erruri residwi u dan jista’jdgħajjef il-proċess tal-assigurazzjoni tal-Kummissjoni. Jidhrilna li dan ir-riskju mhux mitigat, l-aktar għax l-arranġamenti tal-kontroll proporzjonati jillimitaw ukoll is-setgħat tal-Kummissjoni fejn jidħol l-awditjar. Għalhekk, aħna nqisu li dan ir-riskju hu aċċettat mil-leġiżlatur.

    Fir-rigward tal-baġit implimentat b’ġestjoni diretta u indiretta, l-implimentazzjoni tiffoka fuq l-attribuzzjoni ta’ kuntratti tal-akkwist pubbliku filwaqt li huma previsti għadd ta’ għotjiet għal attivitajiet u organizzazzjonijiet speċifiċi.

    Il-kuntratti tal-akkwist pubbliku se jiġu konklużi l-aktar fl-oqsma bħal studji, ġbir ta’ data, kuntratti ta’ evalwazzjoni, taħriġ, kampanji informattivi, servizzi tal-IT u tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-faċilitajiet u l-bqija. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-kuntratturi huma impriżi tal-konsulenza u kumpaniji privati oħra li ħafna minnhom huma SMEs. fil-fergħa tas-Saħħa, hemm istituti u laboratorji kif ukoll kuntratturi ewlenin.

    L-għotjiet se jingħataw l-aktar għal attivitajiet ta’ sostenn lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, aġenziji nazzjonali, universitajiet, eċċ. Il-perjodu tat-twettiq tal-proġetti u l-attivitajiet sussidjati jvarja minn sena sa mhux aktar minn tliet snin.

    Ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:

    • Riskju ta’ użu mhux effiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (il-kumplessità tar-regoli ta’ finanzjament, speċjalment għall-operaturi żgħar) u għall-akkwist (għadd limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien ekonomiku meħtieġ iwassal għal nuqqas ta’ possibbiltajiet biżżejjed biex jitqabblu l-offerti tal-prezzijiet f’xi setturi);

    • Riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti frodi jew attivitajiet kriminali; tista’ tittieħed biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-pajjiżi terzi minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġeni, kollha joperaw bis-sistema ta’ kontroll tagħhom stess tagħhom, ħafna drabi żgħar fid-daqs.

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet proċeduri interni bil-għan li jkopru r-riskji identifikati hawn fuq. Il-proċeduri interni huma konformi għalkollox mar-Regolament Finanzjarju u jinkludu miżuri kontra l-frodi u kunsiderazzjonijiet tal-kostbenefiċċju. F’dan il-qafas, il-Kummissjoni tkompli tesplora l-possibbiltajiet biex ittejjeb il-ġestjoni u tikseb titjib fl-effiċjenza. Il-karatteristiċi ewlenin tal-qafas ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:

    Kontrolli qabel u matul l-implimentazzjoni tal-proġetti:

    • Qed jintużaw mudelli tal-ftehim tal-għotjiet u tal-kuntratti tas-servizzi, ilkoll żviluppati fi ħdan il-Kummissjoni. Dawn jipprovdu għal għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-kontroll fosthom ċertifikati tal-awditjar, garanziji finanzjarji, awditjar fuq il-post u spezzjonijiet mill-OLAF. Ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż qed jiġu ssimplifikati, pereżempju bl-użu ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa, kontribuzzjonijiet li mhumiex marbuta mal-ispejjeż u possibbiltajiet oħra offruti mir-Regolament Finanzjarju. Dan se jnaqqas l-ispejjeż tal-kontrolli u jixħet enfasi fuq verifiki u kontrolli f’żoni b’riskju għoli.

    • Il-persunal kollu jiffirma l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba. Il-personal involut fil-proċedura tal-għażla jew fil-ġestjoni tal-ftehimiet/tal-kuntratti tal-għotjiet jiffirma (wkoll) dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess. Il-persunal jitħarreġ regolarment u juża netwerks għall-iskambju tal-aqwa prattiki.

    • L-implimentazzjoni teknika ta’ proġett tiġi verifikata f’intervalli regolari mill-uffiċċju abbażi tar-rapporti ta’ progress tekniku tal-kuntratturi u l-benefiċjarji; minbarra dan, hemm previsti laqgħat mal-kuntratturi/mal-benefiċjarji u ż-żjarat fuq il-post abbażi ta’ każ b’każ.

    Kontrolli fl-aħħar tal-proġett: L-awditi ex post isiru biex jivverifikaw fuq il-post l-eliġibbiltà tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż. Dawn il-kontrolli għandhom l-għan li jkunu evitati, skoperti u korretti l-erruri materjali relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Bil-għan li l-kontrolli jħallu impatt qawwi, l-għażla tal-benefiċjarji li jridu jiġu awditjati tipprevedi li ssir taħlita ta’ għażla abbażi tar-riskju u kampjunar aleatorju, u li tingħata attenzjoni lill-aspetti operazzjonali kull meta dan ikun possibbli matul l-awditjar fuq il-post.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju tal-erruri (waqt il-pagament u waqt l-għeluq)

    L-għażla li jkollhom funzjoni ta’ kontabbiltà, li tista’ tippermetti lill-Istat Membru biex iġemma’ parti sostanzjali mill-4 % tal-ispejjeż attwali marbuta maċ-ċertifikazzjoni minħabba tnaqqis fil-funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

    - l-użu ta’ spejjeż issimplifikati u SCOs mhumiex marbuta mal-ispejjeż, li jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u l-piżijiet fil-livelli kollha, kemm għall-amministrazzjonijiet kif ukoll għall-benefiċjarji.

    - arranġamenti ta’ kontroll proporzjonati għall-verifiki ta’ ġestjoni (ibbażati fuq ir-riskji) u għall-awditjar;

    - għeluq annwali, li se jnaqqas l-ispiża taż-żamma ta’ dokumenti għal finijiet ta’ kontroll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u għall-benefiċjarji.

    Għaldaqstant b’mod kumplessiv hu mistenni li l-proposti se jwasslu għal distribuzzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż ta’ kontroll (jibqa’ madwar 2 % tal-finanzjament totali ġestit), aktar milli żieda jew tnaqqis.

    F’dan il-kuntest tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni (tal-fergħat) tal-programm preċedenti b’ġestjoni diretta u l-karatteristiċi ewlenin tad-disinn tal-programm il-ġdid, hu vvalutat li r-riskji tal-implimentazzjoni tal-programm se jibqgħu relattivament stabbli. Bil-kombinazzjoni ta’ għotjiet u akkwist, il-kontrolli ex ante u ex post kif ukoll il-verifiki mill-uffiċċju u l-awditjar fuq il-post, ir-rata medja kwantifikabbli tal-erruri residwi hi mistennija tibqa’ inqas minn 2 %.

    Għall-ġestjoni diretta u indiretta, in-nefqa annwali tal-livell suġġerit ta’ kontrolli tirrappreżenta madwar 4 sa 7 % tal-baġit annwali tan-nefqa operazzjonali. Din hi ġustifikata mill-ammont għoli ta’ transazzjonijiet li jridu jiġu kkontrollati. Tabilħaqq, fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali u s-saħħa, il-ġestjoni diretta tinvolvi l-attribuzzjoni ta’ diversi kuntratti u għotijiet għal azzjonijiet, u l-pagament ta’ diversi għotjiet operazzjonali lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u trade unions. Ir-riskju relatat ma’ dawn l-attivitajiet jikkonċerna l-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet (partikolarment) żgħar biex jikkontrollataw in-nefqa b’mod effettiv.

    Abbażi ta’ ħames (5) snin, ir-rata tal-errur tal-awditjar fuq il-post tal-għotijiet b’ġestjoni diretta kienet 1,8 % u globalment, filwaqt li jitqies il-livell ta’ riskju baxx għall-akkwisti, kienet inqas minn 1 %. Dan il-livell tal-errur hu meqjus aċċettabbli għax hu inqas mil-livell ta’ materjalità ta’ 2 %

    Il-bidliet proposti għall-programm mhux se jaffettwaw il-mod kif qed jiġu ġestiti bħalissa l-approprjazzjonijiet. Is-sistema ta’ kontroll eżistenti turi li hi kapaċi tipprevjeni u/jew tidentifika etturi u/jew irregolaritajiet, u fil-każ tal-erruri jew tal-irregolaritajiet, kapaċi tikkoreġihom. Għaldaqstant, ir-rati tal-erruri storiċi mistennija jibqgħu fl-istess livelli.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    Fejn jidħlu l-attivitajiet tagħha b’ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adattati biex tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, meta xieraq, b’penali effettivi, proporzjonali u deterrenti.

    Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, lil kull benefiċjarju tal-għotjiet, kuntrattur u sottokuntrattur li jirċievu fondi tal-Unjoni. L-OLAF għandu jkun awtorizzat biex iwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn dan il-finanzjament.

    Il-Kummissjoni timplimenta wkoll sensiela ta’ miżuri bħal:

    - deċiżjonijet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-programm, se jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu awditjar, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post;

    - waqt il-fażi tal-evalwazzjoni ta’ sejħa għal proposti/offerti, l-applikanti u l-offerenti jiġu verifikati skont il-kriterji tal-esklużjoni ppubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u tas-Sistema ta’ Detezzjoni u Esklużjoni Bikrija (EDES);

    - ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż se jiġu ssimplifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;

    - taħriġ regolari dwar kwistjonijiet relatati ma’ frodi u irregolaritajiet se jingħata lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.

    Id-DĠ EMPL iwettaq azzjonijiet fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (CAFS).

    Fil-każ tal-ġestjoni diretta, il-Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Frodi (FRA) ġiet aġġornata fl-2016. Il-proċedura biex jingħataw għotjiet tinkludi bosta elementi li jikxfu l-frodi, bħall-użu mifrux tal-prinċipju ta’ erba’ (4) għajnejn, biex tiġi verifikata l-korrettezza u t-trasparenza tal-proċeduri għall-għoti, permezz ta’ proċeduri dettaljati li jevitaw il-kunflitti ta’ interess, jivverifikaw jekk l-applikanti humiex fil-lista s-sewda skont ir-Regolament Nru 1605/2002, jużaw għodod tal-IT bħal EDES u ARACHNE, u jkunu attenti għall-indikaturi ta’ frodi (“il-bnadar ħomor”).

    Fil-każ tal-ġestjoni kondiviża tal-Fondi Strutturali, hemm l-Istrateġija Konġunta Kontra l-Frodi (JAFS) 2020-2015 aktar speċifika tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni u tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd. Għall-Fondi Strutturali hemm rekwiżit regolatorju speċifiku kontra l-frodi għall-2020-2014 fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (l-Artikolu 125(4)c tas-CPR). Id-DĠ EMPL, bl-obbligi ta’ kontroll u ta’ awditjar jivverifika li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew, u effettivament joperaw sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jiżguraw li l-fondi qed jintużaw b’mod effiċjenti u korrett ħalli jkunu żgurati l-legalità u r-regolarità tan-nefqa. L-Istati Membri huma obbligati jinnotifikaw il-problemi permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS). Id-DĠ EMPL isegwi l-azzjonijiet nazzjonali li jiġġieldu kontra l-frodi u, jekk ikun hemm bżonn, jissanzjona n-nuqqas ta’ azzjoni permezz ta’ Deċiżjonijiet ta’ Korrezzjoni Finanzjarja b’rabta mal-appoġġ tal-FSE mogħti lill-programm konċernat, pereżempju fil-qafas ta’ segwitu tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF. Barra minn hekk, id-DĠ EMPL jipprovdi gwida lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni, inkluż għodda ta’ valutazzjoni tar-riskji għall-frodi. Id-DĠ EMPL iqassam b’mod attiv l-għodda ARACHNE għall-klassifika tar-riskji lill-Istati Membri.

    Wara studju minn kuntrattur estern li għad irid jiġi finalizzat f’nofs l-2018, il-JAFS se tiġi riveduta u l-kontribut tad-DĠ EMPL għall-CAFS se jiġi aġġornat.

    Fl-aħħar nett, miżuri orizzontali bħat-taħriġ intern dwar l-għarfien fuq il-frodi (“il-bnadar ħomor”) u l-prevenzjoni mill-frodi jkompli jorqmu l-miżuri li ħa d-DG EMPL.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

    Diff./Mhux diff.

    mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 35

    mingħand il-pajjiżi kandidati 36

    mingħand pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

    2

    07 01 xx Ġestjoni Kondiviża tal-FSE+ – Nefqa ta’ sostenn

    Mhux diff.

    Iva

    Iva

    Le

    Le

    2

    07 01 01 yy – l-FSE+ għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għas-Saħħa – Nefqa ta’ sostenn

    Mhux diff.

    Iva

    Iva

    Iva

    Le

    2

    07 02 xx – Ġestjoni Kondiviża tal-FSE+

    Diff.

    Le

    Le

    Le

    Le

    2

    07 02 xx xx – Ġestjoni Kondiviża tal-FSE+ għall-Assistenza Teknika Operazzjonali

    Diff.

    Le

    Le

    Le

    Le

    2

    07 02 xz – l-FSE+ għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

    Diff.

    Iva

    Iva

    Iva

    Le

    2

    07 02 yy – l-FSE+ għas-Saħħa

    Diff.

    Iva

    Iva

    Iva

    Le

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    2

    Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

    TOTAL

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    07 02 xx – Ġestjoni Kondiviża tal-FSE+

    Impenji

    (1)

    Pagamenti

    (2)

    07 02 xy – Ġestjoni Kondiviża tal-FSE+ għall-Assistenza Teknika Operazzjonali

    Impenji

    (1)

    Pagamenti

    (2)

    07 01 xx Ġestjoni Kondiviża tal-FSE+ – Nefqa ta’ sostenn

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    07 02 xz – l-FSE+ għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

    Impenji

    (1)

    99,444

    101,493

    103,583

    105,714

    107,889

    110,106

    111,771

    740,000

    Pagamenti

    (2)

    27,593

    58,577

    76,326

    81,034

    83,439

    85,282

    86,869

    240,880

    740,000

    07 02 yy – FSE+ għas-Saħħa

    Impenji

    (1)

    48,547

    49,659

    51,793

    52,950

    54,130

    55,334

    58,237

    370,650

    Pagamenti

    (2)

    5,170

    23,504

    33,802

    41,064

    44,539

    47,846

    50,121

    124,604

    370,650

    07 01 01 yy l-FSE+ għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għas-Saħħa – Nefqa ta’ sostenn  37  

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    63,350

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

    Impenji

    =1+3

    157,041

    160,202

    164,426

    167,714

    171,069

    174,490

    179,058

    1.174,000

    Pagamenti

    =2+3

    41,813

    91,131

    119,178

    131,148

    137,028

    142,178

    146,040

    365,484

    1.174,000

    L-approprjazzjonijiet għall-parti b’ġestjoni konġunta tal-FSE+ huma mogħtija fid-dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)

    B’rabta mal-fergħa tas-Saħħa, il-programm jaf ikun delegat (parzjalment) lil aġenzija eżekuttiva, soġġetta għall-eżitu tal-analiżi tal-kostbenefiċċji u d-deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu, u b’hekk l-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati għall-implimentazzjoni tal-programm fil-Kummissjoni u fl-aġenzija eżekuttiva se jiġu adattati skont dan.



    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Din it-Taqsima trid timtela permezz tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li trid tittella’ f’DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjonijiet bejn is-servizzi.

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    DĠ EMPL

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    638,448

    Nefqa amministrattiva oħra

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    35,514

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURA 7 – DĠ EMPL

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    673,962

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    DĠ SANTE

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    10,045

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,756

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURA 7 – DĠ SANTE

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    10,801

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    TOTAL

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    648,493

    Nefqa amministrattiva oħra

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    36,270

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    684,763

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    fl-INTESTATURI kollha
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    254,864

    258,025

    262,249

    265,537

    268,892

    272,313

    276,881

    1.858,763

    Pagamenti

    139,636

    188,954

    217,001

    228,971

    234,851

    240,001

    243,863

    365,484

    1.858,763

    3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    DĠ EMPL

    Għar-riżorsi umani, iċ-ċifri ppreżentati hawn taħt huma bbażati fuq l-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ EMPL fl-2018 (SEC(2017) 528), li minnha jitnaqqsu l-persunal allokat għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, soġġetta għal proposta separata COM(2018) XXX.

    Għal infiq amministrattiv ieħor, hawn taħt qed jingħata l-pakkett globali kollu, inkluż in-nefqa relatata mal-FEG.

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    91,207

    638,448

    Nefqa amministrattiva oħra

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    5,073

    35,514

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    96,280

    673,962

    DĠ SANTE

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    1,435

    10,045

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,108

    0,756

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    1,543

    10,801

    TOTAL

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    92,642

    648,493

    Nefqa amministrattiva oħra

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    5,181

    36,270

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    97,823

    684,763

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    TOTAL

    Barra mill-INTESTATURA 7 38
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

     

     

     

     

     

     

     

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    63,350

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    9,050

    63,350

    TOTAL

    106,873

    106,873

    106,873

    106,873

    106,873

    106,873

    106,873

    748,113

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġew assenjati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    L-approprjazzjonijiet għall-parti b’ġestjoni konġunta tal-FSE+ huma mogħtija fid-dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)

    3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

     Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    DĠ EMPL

    Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    599

    599

    599

    599

    599

    599

    599

    Delegazzjonijiet

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Riċerka

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    DĠ SANTE

    Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    9

    9

    9

    9

    9

    9

    9

    Delegazzjonijiet

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Riċerka

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    TOTAL tal-Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (Uffiċjali u persunal temporanju)

    Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    608

    608

    608

    608

    608

    608

    608

    Delegazzjonijiet

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Riċerka

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

     Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) – AC, AL, END, INT u JED  39

    Intestatura 7

    DĠ EMPL

    Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    71

    71

    71

    71

    71

    71

    71

    - fid-Delegazzjonijiet

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  40

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    DĠ SANTE

    Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    2

    2

    2

    2

    2

    2

    2

    - fid-Delegazzjonijiet

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  41

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    - fid-Delegazzjonijiet

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    Riċerka

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    Oħrajn (speċifika)

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    TOTAL tal-Persunal Estern (FTE)

    73

    73

    73

    73

    73

    73

    73

    TOTAL GLOBALI

    681

    681

    681

    681

    681

    681

    681

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà hu assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie assenjat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Il-ġestjoni tal-programmi, il-finanzi u l-awditjar

    Persunal estern

    Il-ġestjoni tal-programmi, il-finanzi u l-awditjar

    3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva:

        ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    ŻEE/EFTA 

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    Pajjiżi kandidati

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    Pajjiżi terzi, inkluż il-pajjiżi ġirien

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

    f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 42

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Artikolu ………….

    Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    […]

    Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    […]

    (1)    Referenza, COM(2018) 322 final, 2.5.2018.
    (2)    Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti adottata fil-25 ta’ Settembru 2015, http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E
    (3)    Skont il-Pjan ta’ Azzjoni għal Koperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet, azzjoni ewlenija tal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa.
    (4)    Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli li jissorvelja s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE (2017), “Key recommendations of the High Level Group on Simplification for the post 2020 Cohesion Policy” tinsab hekk: http://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/reports/2017/esif-simplification-hlg-proposal-for-policymakers-for-post-2020 .
    (5)    Ibid.
    (6)     http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6470&langId=en
    (7)    Evalwazzjoni ex post tal-Programmi 2007-2013 tal-FSE, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD(2016)452 final, 12.12.2016)
    (8)    Studju dwar l-appoġġ tal-Fondi SIE għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi u għar-riformi strutturali fl-Istati Membri.
    (9)    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Simplifikazzjoni għal wara l-2020, pp.12-13, http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/newsroom/pdf/simplification_proposals.pdf
    (10)    Studju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt tal-investimenti fil-kapital uman, il-Kummissjoni Ewropea (qed isir).
    (11)    Rapport dwar il-Konsultazzjoni pubblika miftuħa għall-evalwazzjoni nofsana tal-FEAD, Jannar 2018 disponibbli fuq https://publications.europa.eu/s/fo2y
    (12)     http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia&language=en  
    (13)

       Ara l-istudju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt tal-investimenti fil-kapital uman, id-DĠ EMPL (għadu għaddej): “The integration of EGF in framework of other DG EMPL funds was generally not deemed desirable by the different stakeholders involved in the management of EGF.”

    (14)    ĠU C […], […], p. […].
    (15)    ĠU C […], […], p. […].
    (16)

       .

    (17)    COM (2016) 739 final
    (18)    COM(2018) 51 final
    (19)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
    (20)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
    (22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
    (23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
    (24)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
    (25)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    (26)    Il-Kummissjoni adottat proposta dwar l-HTA (COM(2018) 51 final)
    (27)    Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. (ĠU L 2013 293_R_0001_01)
    (28)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
    (29)    Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
    (30)    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
    (31)    Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).
    (32)    Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
    (33)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (34)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (35)    L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (36)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (37)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (38)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (39)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
    (40)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (41)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (42)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
    Top

    Brussell,30.5.2018

    COM(2018) 382 final

    ANNESSI

    tal-Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)

    {SEC(2018) 273 final}
    {SWD(2018) 289 final}


    ANNESS I 1

    Indikaturi komuni għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

    Id-data personali kollha għandha tinqasam skont il-ġeneru (mara, raġel, ‘mhux binarju’). Jekk xi riżultati ma jkunux possibbli, id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex tinġabar u tiġi rrappurtata.

    (1) Indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni:

    (1a) Indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti

    L-indikaturi komuni tal-outputs għall-parteċipanti huma:

    persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul*,

    persuni qiegħda fit-tul*,

    persuni inattivi*,

    persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom*,

    persuni iżgħar minn 30 sena*,

    persuni akbar minn 54 sena*,

    persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*,

    persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b’edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

    persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*.

    It-total ta’ parteċipanti se jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-istatus tal-impjieg.

    (1b) Indikaturi komuni oħra tal-outputs

    Jekk id-data għal dawn l-indikaturi ma tinġabarx mir-reġistri tad-data, il-valuri ta’ dawn l-indikaturi jistgħu jiġu ddeterminati abbażi ta’ stima informata mill-benefiċjarju.

    persuni b’diżabbiltà**,

    ċittadini ta’ pajjiżi terzi*,

    persuni bi sfond barrani*,

    minoranzi (inkluż il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma)**,

    persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,

    persuni minn żoni rurali*.

    (2) Indikaturi komuni tal-outputs għall-entitajiet huma:

    l-għadd ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi appoġġati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali,

    l-għadd ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji appoġġati (inkluż l-intrapriżi koperattivi u l-intrapriżi soċjali).

    (3) L-indikaturi komuni tar-riżultati immedjati għall-parteċipanti huma:

     

    parteċipanti li qed ifittxu impjieg wara li telqu*,

    parteċipanti li qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ wara li telqu*,

    parteċipanti li kisbu kwalifika wara li telqu*,

    parteċipanti b’impjieg, inkluż għal rashom, meta telqu*.

    (4) Indikaturi komuni tar-riżultati aktar fit-tul għall-parteċipanti:

    parteċipanti b’impjieg, inkluż għal rashom, fi żmien sitt xhur wara li telqu*,

    parteċipanti b’sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol aħjar, fi żmien sitt xhur wara li telqu*.

    Bħala rekwiżit minimu, din id-data għandha tinġabar abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ parteċipanti f’kull għan speċifiku. Il-validità interna tal-kampjun għandha tiġi żgurata b’tali mod li d-data tkun tista’ tiġi ġeneralizzata fil-livell tal-għan speċifiku.



    ANNESS II

    Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali

    (1) Indikaturi tal-outputs

    (a) Il-valur monetarju totali tal-oġġetti u l-ikel imqassma.

    (b) Il-kwantità totali ta’ għajnuna alimentari mqassma (f’tunnellati)

    Li minnhom 2 :

    (3) Indikaturi komuni tar-riżultati 3

    L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna alimentari

    - L-għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena,

    - L-għadd ta’ żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,

    - L-għadd ta’ persuni akbar minn 54 sena,

    - L-għadd ta’ persuni b’diżabbiltà,

    - L-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi,

    - L-għadd ta’ persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Roma),

    - L-għadd persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.

    L-għadd tar-riċevituri aħħarija li jirċievu l-għajnuna materjali

    - L-għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena,

    - L-għadd ta’ żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena,

    - L-għadd ta’ persuni akbar minn 54 sena,

    - L-għadd ta’ persuni b’diżabbiltà,

    - L-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi,

    - L-għadd ta’ persuni bi sfond barrani u l-minoranzi (inkluż il-komunitajiet emarġinati bħar-Roma),

    - L-għadd persuni mingħajr saqaf jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni.



    ANNESS III

    Indikaturi għall-fergħa tas-Saħħa

    Il-livell ta’ ħidma integrata fil-qasam tas-saħħa u l-użu tar-riżultati tal-programm fil-politiki nazzjonali tas-saħħa

    1. L-għadd ta’ pazjenti appoġġati bin-Netwerks Ewropej ta’ Referenza

    2. L-għadd ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġija tas-saħħa

    3. L-għadd tal-aqwa prattiki trasferiti

    4. Il-grad tal-użu tar-riżultati tal-programm fil-politika nazzjonali tas-saħħa kif imkejjel bil-kwestjonarju ta’ “qabel u wara”

    (1)    Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b’asterisk (*) hi data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b’żewġ asterisks (**) hi kategorija speċjali tad-data skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.
    (2)    Il-valuri ta’ dawn l-indikaturi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-istima informata mill-benefiċjarji
    (3)    Ibid.
    Top