This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1215
Regulation (EU) No 1215/2012 of the European Parliament and of the Council of 12 December 2012 on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters (recast)
Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni)
Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni)
ĠU L 351, 20/12/2012, p. 1–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/02/2015
20.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 351/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1215/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2012
dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 67(4) u l-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġislattiva (2),
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ April 2009, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi materji ċivili u kummerċjali (3). Ir-rapport ikkonkluda li, b’mod ġenerali, it-tħaddim ta’ dak ir-Regolament kien sodisfaċenti, iżda li jkun tajjeb li titjieb l-applikazzjoni ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, li tiġi ffaċilitata ulterjorment iċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi u li jitjieb ulterjorment l-aċċess għall-ġustizzja. Peress li għandhom isiru għadd ta’ emendi lil dak ir-Regolament, dan għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew adotta programm pluriennali ġdid intitolat “Il-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (4). Fil-Programm ta’ Stokkolma, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li l-proċess tal-abolizzjoni tal-miżuri intermedji kollha (l-exequatur) għandu jitkompla matul il-perijodu kopert minn dak il-Programm. Fl-istess ħin l-abolizzjoni tal-exequator għandha wkoll tkun akkumpanjata minn sensiela ta’ salvagwardji. |
(3) |
L-Unjoni stabbilixxiet għaliha nfisha l-għan li tmantni u tiżviluppa żona ta’ ħelsien, sigurtà u ġustizzja, inter alia billi tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja, b’mod partikolari permezz tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili. Sabiex tali spazju jiġi stabbilit gradwalment l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(4) |
Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi jfixklu l-operat tajjeb tas-suq intern. Huma essenzjali dispożizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u sabiex jiżguraw għarfien u eżekuzzjoni malajr u sempliċi ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru. |
(5) |
Tali dispożizzjonijiet jaqgħu taħt il-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(6) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv taċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jkunu regolati minn strument legali tal- Unjoni li jkun jorbot u direttament applikabbli. |
(7) |
Fis-27 ta’ Settembru 1968, l-Istati Membri ta’ dakinhar tal-Komunitajiet Ewropej, permezz tal-Artikolu 220, ir-raba’ inċiż, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, ikkonkludew il-Konvenzjoni ta’ Brussell dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, sussegwentment emendata bil-Konvenzjonijiet dwar l-Adeżjoni ma’ dik il-Konvenzjoni ta’ Stati Membri Ġodda (5) (il-“Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968”). Fis-16 ta’ Settembru 1988, l-Istati Membri ta’ dakinhar tal-Komunitajiet Ewropej u xi Stati tal-EFTA kkonkludew il-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (6) (il-“Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988”), li hija konvenzjoni parallella għal Konvenzjoni ta’ Brussel 1968. Il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 saret applikabbli għall-Polonja fl-1 ta’ Frar 2000. |
(8) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2000, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 44/2001 li jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 fir-rigward tat-territorji tal-Istati Membri koperti mit-TFUE, bħala fost l-Istati Membri minbarra d-Danimarka. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (7) il-Komunità kkonkludiet ftehim mad-Danimarka li jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 fid-Danimarka. Il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988 ġiet riveduta mill-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent ta’ Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali (8), iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007 mill-Komunità, d-Danimarka, l-Islanda, n-Norveġja u l-Isvizzera (il-“Konvenzjoni ta’ Lugano tal-2007”). |
(9) |
Il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 tibqa’ tapplika għat-territorji tal-Istati Membri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Konvenzjoni u li huma esklużi minn dan ir-Regolament bis-saħħa tal-Artikolu 355 tat-TFUE. |
(10) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali prinċipali kollha barra ċerti kwistjonijiet definiti sew, partikolarment l-obbligi ta’ manteniment, li għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (9). |
(11) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-qrati jew it-tribunali tal-Istati Membri għandhom jinkludu qrati jew tribunali komuni għal diversi Stati Membri, bħall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Benelux meta teżerċita l-ġurisdizzjoni fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, is-sentenzi mogħtija minn tali qrati għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati skont dan ir-Regolament. |
(12) |
Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-arbitraġġ. Xejn f’dan ir-Regolament m’għandu jżomm lill-qrati ta’ Stat Membru, meta jieħdu konjizzjoni ta’ kwistjoni li fir-rigward tagħha l-partijiet kienu daħlu fi ftehim ta’ arbitraġġ, milli jirreferu lill-partijiet għall-arbitraġġ, milli jissospendu jew iwaqqfu l-proċedimenti, jew milli jeżaminaw jekk il-ftehim ta’ arbitraġġ huwiex null u bla effett, mhux operattiv jew mhux kapaċi li jitwettaq, skont id-dritt nazzjonali tagħhom. Sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru dwar jekk ftehim ta’ arbitraġġ huwiex null u bla effett legali, mhux operattiv jew mhux kapaċi li jitwettaq m’għandhiex tkun soġġetta għar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, indipendentement minn jekk il-qorti ddeċidietx dwar dan bħala kwistjoni prinċipali jew bħala kwistjoni inċidentali. Min-naħa l-oħra, meta qorti ta’ Stat Membru, li teżerċita ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament jew skont id-dritt nazzjonali, tkun iddeċidiet li ftehim ta’ arbitraġġ huwa null u bla effett legali, mhux operattiv jew mhux kapaċi li jitwettaq, dan m’għandux jagħmilha impossibbli li s-sentenza tal-qorti dwar is-sustanza tal-kwistjoni tkun rikonoxxuta jew, skont il-każ, eżegwita skont dan ir-Regolament. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-qrati tal-Istati Membri li jieħdu deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ f’konformità mal-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barranin, magħmula fi New York fl-10 ta’ Ġunju 1958 (“il-Konvenzjoni ta’ New York tal-1958”), li tieħu preċedenza fuq dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal kwalunkwe azzjoni jew proċediment anċillari li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ, is-setgħa tal-arbitri, it-tmexxija tal-proċedura ta’ arbitraġġ jew kwalunkwe aspett ieħor ta’ tali proċedura, u lanqas għal azzjoni jew sentenza li tirrigwarda l-annullament, ir-rieżami, l-appell, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ. |
(13) |
Għandu jkun hemm rabta bejn il-proċedimenti li għalihom japplika dan ir-Regolament u t-territorju tal-Istati Membri. Għalhekk, ir-regoli komuni ta’ ġurisdizzjoni għandhom, bħala prinċipju, japplikaw meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Membru. |
(14) |
Konvenut li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, b’mod ġenerali, għandu jkun soġġett għar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni applikabbli fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti invokata. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-impjegati, sabiex tiġi salvagwardjata l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri f’sitwazzjonijiet fejn dawn għandhom il-ġurisdizzjoni esklużiva u sabiex tiġi rrispettata l-awtonomija tal-partijiet, ċerti regoli ta’ ġurisdizzjoni f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw irrispettivament mid-domiċilju tal-konvenut. |
(15) |
Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni. |
(16) |
Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama. |
(17) |
Is-sid ta’ oġġett kulturali kif definit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta’ kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru (10) għandu jkun jista’, skont dan ir-Regolament, jibda proċedimenti rigward talba ċivili għall-irkupru, fuq il-bażi tal-pussess, ta’ tali oġġett kulturali fil-qrati għall-post fejn l-oġġett kulturali jinsab fil-mument li l-qorti tiġi invokata. Tali proċedimenti għandhom ikunu bla preġiduzzjoni għall-proċedimenti mibdija skont id-Direttiva 93/7/KEE. |
(18) |
B’relazzjoni mal-kuntratti ta’ assigurazzjoni, tal-konsumatur u ta’ impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’regoli ta’ ġurisdizzjoni aktar favorevoli għall-interessi tagħha milli r-regoli ġenerali. |
(19) |
L-awtonomija tal-partijiet f’kuntratt, apparti minn kuntratt ta’ assigurazzjoni, tal-konsumatur jew ta’ impjieg, fejn tiġi permessa biss awtonomija limitata sabiex jiġu determinati l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni, għandha tiġi rispettata skont ir-raġunijiet esklużivi ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(20) |
Meta tinqala’ kwistjoni dwar jekk għażla ta’ ftehim ta’ qorti favur qorti jew il-qrati ta’ Stat Membru tkunx nulla u bla effett legali fir-rigward tal-validità sostantiva tagħha, dik il-kwistjoni għandha tiġi deċiża skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti jew qrati magħżula fil-ftehim, inklużi r-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru. |
(21) |
Fl-interessi tal-amministrazzjoni armonjuża tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji u jkun assigurat li ma jiġux mogħtija deċiżjonijiet irrikonċiljabbli fi Stati Membri differenti. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati, u biex jiġu eliminati problemi li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dak iż-żmien għandu jiġi definit b’mod awtonomu. |
(22) |
Madankollu, sabiex titjieb l-effettività ta’ ftehimiet esklużivi dwar l-għażla tal-qorti u sabiex jiġu evitati tattiċi abbużivi ta’ tilwim, hu neċessarju li tkun prevista eċċezzjoni għar-regola ġenerali lis pendens sabiex tiġi trattata b’mod sodisfaċenti s-sitwazzjoni partikulari li fiha jistgħu jinqalgħu proċedimenti konkurrenti. Din hi s-sitwazzjoni meta qorti mhux magħżula fi ftehim esklużiv dwar l-għażla tal-qorti tkun ġiet invokata bil-proċedimenti, u l-qorti magħżula tiġi invokata sussegwentement bi proċedimenti li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet. F’tali każ, il-qorti invokata l-ewwel għandha tintalab tissospendi l-proċedimenti tagħha malli l-qorti magħżula tkun ġiet invokata, u sa meta l-qorti tal-aħħar tiddikjara li m’għandha ebda ġurisdizzjoni skont il-ftehim esklużiv dwar l-għażla tal-qorti. Dan għandu jiżgura li, f’tali sitwazzjoni, il-qorti magħżula jkollha prijorità li tiddeċiedi dwar il-validità tal-ftehim u dwar il-grad sa liema l-ftehim japplika għat-tilwim pendenti quddiemha. Il-qorti magħżula għandha tkun tista’ tipproċedi irrispettivament mill-fatt jekk il-qorti mhux magħżula tkunx diġà ddeċidiet dwar is-sospensjoni tal-proċedimenti. Din l-eċċezzjoni m’għandhiex tkopri sitwazzjonijiet meta l-partijiet ikunu daħħlu fi ftehimiet esklużivi dwar l-għażla tal-qortili huma konfliġġenti jew meta qorti magħżula fi ftehim esklużivi dwar l-għażla tal-qorti tkun ġiet invokata l-ewwel. F’tali każijiet, ir-regola ġenerali lis pendens ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika. |
(23) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal mekkaniżmu flessibbli li jippermetti lill-qrati tal-Istati Membri li jqisu proċedimenti pendenti quddiem il-qrati ta’ Stati terzi, u jikkunsidraw, b’mod partikolari, jekk sentenza ta’ Stat terz ikollhiex il-kapaċità jew le ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni fl-Istat Membru kkonċernat skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. |
(24) |
Meta tqis l-amministrazzjoni proprja tal-ġustizzja, il-qorti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tivvaluta iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ quddiemha. Tali ċirkostanzi jistgħu jinkludu konnessjonijiet bejn il-fatti tal-każ u l-partijiet u l-Istat terz ikkonċernat, l-istadju li fih wasslu l-proċedimenti fl-Istat terz sakemm jibdew il-proċedimenti fil-qorti tal-Istat Membru u kemm jekk il-qorti tal-Istat terz tkun mistennija tagħti sentenza fi żmien raġonevoli jew le. Dik il-valutazzjoni tista’ tinkludi wkoll kunsiderazzjoni tal-kwistjoni jekk il-qorti tal-Istat terz għandhiex ġurisdizzjoni esklużiva fil-każ partikolari f’ċirkostanzi fejn qorti ta’ Stat Membru jkollha ġurisdizzjoni esklużiva. |
(25) |
In-nozzjoni ta’ miżuri proviżorji, inklużi dawk kawtolatorji, għandha tinkludi, pereżempju, ordnijiet kawtolatorji li jkollhom l-għan li jiksbu informazzjoni jew li jippreservaw l-evidenza kif imsemmi fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (11). M’għandhiex tinkludi miżuri li ma jkunux ta’ natura kawtolatorja, bħal miżuri li jordnaw is-smigħ ta’ xhud. Din għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (12). |
(26) |
Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni tiġġustifika l-prinċipju li s-sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa għal proċedura speċjali. Barra minn hekk, l-għan li t-tilwim transkonfinali jirriżulta f’inqas ħela ta’ ħin u spejjeż jiġġustifika l-abolizzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà qabel l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru indirizzat. Bħala riżultat, sentenza li tingħata mill-qrati ta’ Stat Membru għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet ingħatat fl-Istat Membru indirizzat. |
(27) |
Għall-finijiet taċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi, sentenza li tingħata fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta u eżegwita fi Stat Membru ieħor anke jekk tingħata kontra persuna mhux domiċiljata fi Stat Membru. |
(28) |
Meta sentenza jkun fiha miżura jew ordni li ma jkunux magħrufa fil-liġi tal-Istat Membru indirizzat, dik il-miżura jew ordni, inkluż kwalunkwe dritt indikat fiha, għandha, sa fejn ikun possibbli, tiġi adattata għal waħda li, skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, ikollha l-effetti ekwivalenti marbutin magħha u li ssegwi għanijiet simili. Kif, u minn min, għandu jsir l-adattament għandu jiġi determinat minn kull Stat Membru. |
(29) |
L-eżekuzzjoni diretta fl-Istat Membru indirizzat minn sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor mingħajr dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà m’għandhiex tipperikola l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk, il-persuna li kontriha jkun qed titfittex l-eżekuzzjoni għandha tkun tista’ tapplika għar-rifjut tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza jekk din tqis li jkun hemm preżenti raġuni waħda għar-rifjut tar-rikonoxximent. Dan għandu jinkludi r-raġuni li l-persuna ma kellhiex l-opportunità li tagħmel l-arranġamenti għad-difiża tagħha meta s-sentenza tkun ingħatat fin-nuqqas tal-apparenza f’azzjoni ċivili marbuta ma’ proċedimenti kriminali. Dan għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet li jistgħu jiġu invokati fuq il-bażi ta’ ftehim bejn l-Istat Membru indirizzat u Stat terz konkluż skont l-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968. |
(30) |
Parti li tikkontesta l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha, sa fejn ikun possibbli, u skont is-sistema legali tal-Istat Membru indirizzat, tkun tista’ tinvoka, fl-istess proċedura, flimkien mar-raġunijiet għal rifjut kif hemm previst f’dan ir-Regolament, ir-raġunijiet għal rifjut disponibbli taħt il-liġi nazzjonali u fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dik il-liġi. Madankollu r-rikonoxximent ta’ sentenza għandha tiġi rrifjutata biss jekk raġuni għal rifjut waħda jew aktar kif hemm previst f’dan ir-Regolament ikunu preżenti. |
(31) |
Fl-istennija ta’ kontestazzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza, għandu jkun possibbli li l-qrati fl-Istat Membru indirizzat, matul il-proċedimenti kollha li jirrigwardaw tali kontestazzjoni, inkluż kwalunkwe appell, jippermettu li l-eżekuzzjoni tipproċedi soġġetta għal limitazzjoni tal-eżekuzzjoni jew għall-għoti ta’ garanzija. |
(32) |
Sabiex il-persuna li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tiġi infurmata bl-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat stabbilit skont dan ir-Regolament, jekk ikun hemm bżonn ikun akkumpanjat mis-sentenza, għandu jiġi nnotifikat lil dik il-persuna fi żmien raġonevoli qabel l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni. F’dan il-kuntest, l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni għandha tfisser l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni wara tali notifika |
(33) |
Meta miżuri proviżorji, inklużi miżuri kawtolatorji, ikunu ordnati minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq is-sustanza tal-kwistjoni, iċ-ċirkolazzjoni libera tagħhom għandha tkun żgurata skont dan ir-Regolament. Madankollu, miżuri proviżorji, inklużi kawtolatorji, li jkunu ġew ordnati mit-tali qorti mingħajr ma l-konvenut ikun irċieva taħrika biex jidher m’għandhomx jiġu rikonoxxuti u eżegwiti skont dan ir-Regolament sakemm is-sentenza li jkun fiha l-miżura ma tkunx ingħatat lill-konvenut qabel l-infurzar. Dan m’għandux jeskludi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ tali miżuri skont il-liġi nazzjonali. Meta, miżuri proviżorji, inklużi kawtolatorji, jiġu ordnati minn qorti ta’ Stat Membru li ma jkollhiex ġurisdizzjoni fuq is-sustanza tal-kwistjoni, l-effett ta’ tali miżuri għandu jkun limitat, skont dan ir-Regolament, għat-territorju ta’ dak l-Istat Membru. |
(34) |
Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussel tal-1968, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 u r-Regolamenti li jissostitwixxieha. |
(35) |
L-osservanza tal-impenji internazzjonali li kienu daħlu għalihom l-Istati Membri tfisser li dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa konvenzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet speċifiċi li għalihom huma partijiet l-Istati Membri. |
(36) |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattati, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet u ftehimiet bilaterali bejn Stat terz u Stat Membru li ġew konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 u li jirrigwardaw kwistjonijiet regolati minn dan ir-Regolament. |
(37) |
Sabiex ikun żgurat li ċ-ċertifikati li għandhom jintużaw b’rabta mar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji skont dan ir-Regolament jinżammu aġġornati, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni b’osservanza tal-emendi għall-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma ta’ preparazzjoni tagħha, inkluża fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(38) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali garantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta. |
(39) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan. |
(40) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-TUE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ dak iż-żmien, ir-Renju Unit u l-Irlanda ħadu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ liberta’, sigurta’ u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(41) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mhix marbuta bl-applikazzjoni tiegħu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzjoni għall-possibbiltà tad-Danimarka li tapplika l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (13), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:
(a) |
l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, id-drittijiet fuq proprjetà derivanti minn relazzjonijiet matrimonjali jew minn relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli bħala li għandhom effetti komparabbli għal dawk taż-żwieġ; |
(b) |
falliment, proċedimenti relatati mal-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, ftehimiet u proċedimenti analogi; |
(c) |
sigurtà soċjali; |
(d) |
arbitraġġ; |
(e) |
obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjonijiet tal-familja, ta’ parentela, ta’ żwieġ jew ta’ affinità; |
(f) |
testmenti u suċċessjoni, inklużi obbligi tal-manteniment li jirriżultaw minħabba mewt. |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“sentenza” tfisser kull sentenza mogħtija minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, independentement minn kif tista’ tissejjaħ dik is-sentenza, inklużi digriet, ordni, deċiżjoni jew mandat ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-infiq jew l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti. Għall-finijiet tal-Kapitolu III, “sentenza” tinkludi miżuri proviżorji, inklużi miżuri kawtolatorji, ordnati minn qorti jew tribunal li, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament ikollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-kwistjoni. Ma jinkludix miżura proviżorja, inkluża miżura kawtelatorja, li tkun ordnata minn tali qorti jew tribunal meta l-konvenut ma jkunx irċieva taħrika biex jidher, sakemm is-sentenza li jkun fiha l-miżura ma tiġix notifikata lill-konvenut qabel l-infurzar; |
(b) |
“tranżazzjoni ġudizzjarja” tfisser ftehim li ġie approvat minn qorti ta’ Stat Membru jew li ġie konkluż quddiem qorti ta’ Stat Membru matul il-proċedimenti; |
(c) |
“strument awtentiku” tfisser dokument li ġie abbozzat jew irreġistrat formalment bħala strument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini u li l-awtentiċità tiegħu:
|
(d) |
“Stat Membru tal-oriġini” tfisser l-Istat Membru li fih, skont ma jkun il-każ, ingħatat is-sentenza, ġiet approvata jew konkluża it-tranżazzjoni ġudizzjarja, jew ġie formalment imfassal jew irreġistrat l-istrument awtentiku; |
(e) |
“Stat Membru indirizzat” tfisser l-Istat Membru li fih huwa invokat ir-rikonoxximent tas-sentenza, jew li fih tintalab l-eżekuzzjoni tas-sentenza, tat-tranżazzjoni ġudizzjarja, jew tal-istrument awtentiku; |
(f) |
“qorti tal-oriġini” tfisser il-qorti li tat lis-sentenza r-rikonoxximent li tkun indirizzat jew, ir-rikonoxximent li jkun tfittex. |
Artikolu 3
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “qorti” tinkludi l-awtoritajiet li ġejjin sakemm dawn ikollhom ġurisdizzjoni fuq kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
fl-Ungerija, fi proċedimenti sommarji dwar ordnijiet għall-ħlas (fizetési meghagyásos eljárás), in-nutar (közjegyző); |
(b) |
fl-Isvezja, fi proċedimenti sommarji dwar ordnijiet għall-ħlas (betalningsföreläggande) u assistenza (handräckning), l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten). |
KAPITOLU II
ĠURISDIZZJONI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 4
1. Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.
2. Persuni li mhumiex ċittadini tal-Istat Membru li fih ikunu domiċiljati għandhom jaqgħu taħt ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli għal ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 5
1. Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla fit-Taqsimiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.
2. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 76(1) m’għandhomx japplikaw kontra dawk il-persuni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 6
1. Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ kull Stat Membru għandha, soġġetta għall-Artikoli 18(1), 21(2) u l-Artikoli 24 u 25, tkun determinata bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
2. Kontra tali konvenut, kwalunkwe persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, independentement min-nazzjonalità tagħha, tagħmel użu f’dak l-Istat Membru mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli hemmhekk, u b’mod partikolari dawk li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 76(1), bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.
TAQSIMA 2
Ġurisdizzjoni speċjali
Artikolu 7
Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:
(1) |
|
(2) |
fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq; |
(3) |
fir-rigward ta’ talba ċivili għal danni jew restituzzjoni li tkun ibbażata fuq att li jagħti lok għal proċedimenti kriminali, fil-qorti li quddiemha jiġu istitwiti tali proċedimenti, safejn dik il-qorti jkollha l-ġurisdizzjoni, skont il-liġi tagħha stess, li tiddeċiedi fi proċedimenti ċivili; |
(4) |
fir-rigward ta’ talba ċivili għall-irkupru, fuq il-bażi tal-pussess, ta’ oġġett kulturali kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/7/KEE mibdija mill-persuna li ssostni li għandha d-dritt li tirkupra tali oġġett, fil-qrati għall-post fejn l-oġġett ikun jinsab fil-mument meta tiġi invokata l-qorti; |
(5) |
fir-rigward ta’ tilwima li tirriżulta mill-attività ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, fil-qrati tal-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor ikunu jinsabu; |
(6) |
rigward tilwim kontra settlor, trustee jew benefiċjarju ta’ trust maħluq bl-operat ta’ statut, jew bi strument miktub, jew maħluq verbalment u kkonfermat bil-kitba, fil-qrati tal-Istat Membru li fih ikun iddomiċiljat it-trust; |
(7) |
fir-rigward ta’ tilwima li tikkonċerna l-ħlas ta’ rimunerazzjoni mitluba għas-salvataġġ ta’ tagħbija jew merkanzija, fil-qorti li taħt l-awtorità tagħha t-tagħbija jew il-merkanzija in kwistjoni:
dment li din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss jekk jiġi allegat illi l-konvenut għandu interess fit-tagħbija jew il-merkanzija jew li kellu tali interess fil-mument tas-salvataġġ. |
Artikolu 8
Persuna li tkun domiċiljata fi Stat Membru tista’ wkoll tiġi mfittxija bil-qorti:
(1) |
meta tkun waħda minn numru ta’ konvenuti, fil-qrati tal-post fejn kwalunkwe wieħed minnhom ikun domiċiljat, sakemm it-talbiet ikunu marbuta tant strettament ma’ xulxin li jkun espedjenti li jinstemgħu u jiġu deċiżi flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati; |
(2) |
bħala parti terza f’azzjoni dwar garanzija jew f’xi proċedimenti oħra dwar terzi partijiet, fil-qorti li quddiemha jitressqu l-proċedimenti oriġinali, sakemm dawn ma kinux ġew mibdija biss bl-objettiv uniku li titneħħa mill-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti li tismal-każ tagħha; |
(3) |
fuq kontrotalba li toriġina mill-istess kuntratt jew fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali, fil-qorti li fiha tkun pendenti t-talba oriġinali; |
(4) |
fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt, jekk l-azzjoni tista’ tkun marbuta ma’ azzjoni kontra l-istess konvenut fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ drittijiet in rem fuq propjetà immobbli, fil-qorti tal-Istat Membru li fih tinsab il-propjetà. |
Artikolu 9
Meta bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament qorti ta’ Stat Membru għandha ġurisdizzjoni f’azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà mill-użu jew l-operat ta’ vapur, dik il-qorti, jew xi qorti oħra sostitwita għal dan l-iskop mil-liġi interna ta’ dak l-Istat Membru, għandha wkoll ikollha ġurisdizzjoni fuq talbiet għal-limitazzjoni ta’ dik ir-responsabbilità.
TAQSIMA 3
Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni
Artikolu 10
Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din it-Taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 u l-punt 5 tal-Artikolu 7.
Artikolu 11
1. Assiguratur domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi mfittex:
(a) |
fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat; |
(b) |
fi Stat Membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba minn dak li jkollu l-polza ta’ assigurazzjoni, dak li jkun assigurat jew xi benefiċjarju, fil-qrati tal-post fejn ir-rikorrent ikun domiċiljat; jew |
(c) |
jekk ikun koassiguratur, fil-qrati ta’ Stat Membru li fih jinġiebu l-proċedimenti kontra l-assiguratur prinċipali. |
2. Assiguratur li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru iżda li jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f’wieħed mill-Istati Membri għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, ikun meqjus li jkun domiċiljat f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 12
Fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbilità jew assigurazzjoni fuq proprjetà immobbli, l-assiguratur jista’ jiġi mfittex ukoll fil-qrati tal-post fejn ikun seħħ l-avveniment dannuż. L-istess japplika jekk proprjetà mobbli u immobli taqa’ taħt l-istess polza ta’ assigurazzjoni u t-tnejn jiġu affettwati ħażin bl-istess kontinġenza.
Artikolu 13
1. Fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbilità, l-assiguratur jista’ wkoll, jekk tippermetti l-liġi tal-qorti, jiġi kjamat fil-proċedimenti li l-parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun ressqet kontra l-assiguratur.
2. L-Artikoli 10, 11 u 12 għandhom japplikaw għall-azzjonijiet miġjuba mill-parti li tkun ġarrbet il-ħsara kontra l-assiguratur, meta tali azzjonijiet diretti jkunu permessi.
3. Jekk il-liġi li tirregola tali azzjonijiet diretti tipprevedi li min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jew dak li jkun assigurat jista’ jiġi kjamat fil-kawża, l-istess qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni fuqhom.
Artikolu 14
1. Mingħajr preġudizzu għall-Artikolu 13(3), l-assiguratur jista’ jressaq proċedimenti biss fil-qrati tal-Istat Membru li fih il-konvenut ikun domiċiljat, irrispettivament milli jekk ikunx dak li jkollu l-polza tal-assigurazzjoni, l-assigurat jew il-benefiċjarju.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima m’għandhomx jaffettwaw id-dritt li titressaq kontrotalba fil-qorti li fiha tkun pendenti, skont din it-Taqsima, it-talba oriġinali.
Artikolu 15
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:
(1) |
li jkun seħħ wara li tkun qamet it-tilwima; |
(2) |
li jippermetti lil min ikollu polza ta’ assigurazzjoni, dak li jkun assigurat jew benefiċjarju li jressaq proċedimenti fi qrati oħrajn għajr dawk indikati f’din it-Taqsima; |
(3) |
li jkun ġie konkluż bejn dak li jkollu l-polza tal-assigurazzjoni u dak li jassigura, li t-tnejn li huma filwaqt tal-konklużjoni tal-kuntratt ikunu domiċiljati jew abitwalment residenti fl-istess Stat Membru, u li jkollu l- effett li jagħti ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ dak l-Istat Membru anki jekk l-inċident ta’ ħsara kellu jseħħ il-barra mill-Istat, dment li ftehim bħal dak ma jmurx kontra l-liġi ta’ dak l-Istat Membru; |
(4) |
li jiġi konkluż ma’ dak li jkollu polza ta’ assigurazzjoni li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, ħlief sal-limitu li l-assigurazzjoni tkun obbligatorja jew relatata ma’ proprjetà immobbli fi Stat Membru; jew |
(5) |
li jkun relatat ma’ kuntratt ta’ assigurazzjoni sakemm ikopri wieħed jew aktar mir-riskji mniżżla fl-Artikolu 16. |
Artikolu 16
Dawn li ġejjin huma r-riskji msemmija fil-punt 5 tal-Artikolu 15:
(1) |
xi telf jew ħsara għal:
|
(2) |
kwalunkwe responsabbilità, apparti minn dik ta’ korriment tal-passiġġieri jew telf jew ħsara tal-bagalji tagħhom:
|
(3) |
kwalunkwe telf finanzjarju konness mal-użu jew l-operat ta’ vapuri, installazzjonijiet jew ajruplani msemmija fil-punt 1(a), b’mod partikolari t-telf ta’ tagħbija jew ta’ kiri b’charter; |
(4) |
kwalunkwe riskju jew interess konness ma’ wħud minn dawk imsemmija fil-punti 1 sa 3; |
(5) |
independentement mill-punti 1 sa 4, “ir-riskji kbar” kollha kif definiti Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (14). |
TAQSIMA 4
Ġurisdizzjoni dwar kuntratti tal-konsumatur
Artikolu 17
1. Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jitqies lil hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din it-Taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 u l-punt 5 tal-Artikolu 7, jekk:
(a) |
ikun kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti li jitħallsu bin-nifs; |
(b) |
ikun kuntratt għal self li jitħallas bin-nifs, jew għal xi għamla oħra ta’ kreditu, magħmula sabiex tiffinanzja l-bejgħ ta’ oġġetti; jew |
(c) |
fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, bi kwalunkwe mezzi, tidderieġi tali attivitajiet lejn dak l-Istat Membru jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u l-kuntratt jidħol fl-ambitu ta’ attivitajiet bħal dawk. |
2. Meta konsumatur jidħol f’kuntratt ma’ parti li ma tkunx domiċiljata fi Stat Membru iżda li jkollha fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f’wieħed mill-Istati Membri, dik il-parti għandha, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment, tkun meqjusa bħala domiċiljata f’dak l-Istat Membru.
3. Din it-Taqsima m’għandhiex tapplika għal kuntratt ta’ trasport apparti minn kuntratt li, għal prezz inklużiv, jipprovdi għal taħlita ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni.
Artikolu 18
1. Konsumatur jista’ jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra ta’ kuntratt fil-qrati tal-Istat Membru li fih tkun domiċiljata dik il-parti jew, irrispettivament mid-domiċilju tal-parti l-oħra, fil-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat il-konsumatur.
2. Jistgħu jitressqu proċeduri kontra konsumatur mill-parti l-oħra tal-kuntratt biss fil-qrati tal-Istat Membru li fih ikun domiċiljat il-konsumatur.
3. Dan l-Artikolu m’għandux jaffettwa d-dritt li titressaq kontrotalba fil-qorti li fiha, skont din it-Taqsima, tkun pendenti t-talba oriġinali.
Artikolu 19
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:
(1) |
li jkun seħħ wara li tkun qamet it-tilwima; |
(2) |
li jippermetti lill-konsumatur li jressaq proċedimenti fi qrati apparti minn dawk indikati f’din it-Taqsima; jew |
(3) |
li jkun seħħ mill-konsumatur u l-parti l-oħra tal-kuntratt li t-tnejn li huma filwaqt tal-konklużjoni tal-kuntratt ikunu domiċiljati jew ikunu abitwalment residenti fl-istess Stat Membru, u li jagħti l-ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ dak l-Istat Membru, dment li ftehim bħal dak ma jkunx kuntrarju għal-liġi ta’ dak l-Istat Membru. |
TAQSIMA 5
Ġurisdizzjoni fuq kuntratti individwali ta’ impjieg
Artikolu 20
1. Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti individwali ta’ impjieg, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din it-Taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, għall-punt 5 tal-Artikolu 7, u, f’każ ta’ proċedimenti mressqa mill-impjegat, għall-punt 1 tal-Artikolu 8.
2. Meta impjegat jidħol f’kuntratt individwali ta’ impjieg ma’ min jimpjegah u dan tal-aħħar ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru iżda jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f’wieħed mill-Istati Membri, dak li jimpjegah għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment, ikun meqjus li huwa domiċiljat f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 21
1. Min jimpjega li jkun domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi mfittex:
(a) |
fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat; jew |
(b) |
fi Stat Membru ieħor:
|
2. Min jimpjega li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.
Artikolu 22
1. Min jimpjega jista’ jressaq proċedimenti biss fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat l-impjegat.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima m’għandhomx jaffettwaw id-dritt li titressaq kontrotalba fil-qorti li fiha tkun pendenti, skont din it-Taqsima, it-talba oriġinali.
Artikolu 23
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:
(1) |
li jkun seħħ wara li tkun qamet il-kwistjoni; jew |
(2) |
li jippermetti lill-impjegat li jressaq proċedimenti fi qrati apparti minn dawk indikati f’din it-Taqsima. |
TAQSIMA 6
Ġurisdizzjoni esklużiva
Artikolu 24
Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:
(1) |
fi proċedimenti li l-objettiv tagħhom ikunu drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà. Madankollu, fi proċedimenti li jkollhom bħala l-objettiv tagħhom kirjiet ta’ proprjetà immobbli li jkunu konklużi għal użu privat temporanju għal perijodu massimu ta’ sitt xhur konsekuttivi, il-qrati tal-Istat Membru li fih ikun domiċiljat il-konvenut għandhom ukoll ikollhom il-ġurisdizzjoni, dment li l-kerrej ikun persuna fiżika u li s-sid tal-kera u l-kerrej ikunu domiċiljati fl-istess Stat Membru; |
(2) |
fi proċedimenti li jkollhom bħala l-objettiv tagħhom il-validità tal-kostituzzjoni, in-nullità jew ix-xoljiment ta’ kumpanniji jew ta’ persuni ġuridiċi oħra jew għaqdiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew il-validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom, il-qrati tal-Istat Membru li fih il-kumpannija, il-persuna ġuridika jew għaqda jkollha s-sede tagħhom. Sabiex tiddetermina dik is-sede, il-qorti għandha tapplika r-regoli tagħha tad-dritt internazzjonali privat; |
(3) |
fi proċedimenti li jkollhom bħala l-objettiv tagħhom il-validità tad-dħul f’reġistri pubbliċi, il-qrati tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru; |
(4) |
fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ privattivi, trade marks, disinnji, jew drittijiet oħra simili li jridu jiġu depożitati jew reġistrati, indipendentement minn jekk il-kwistjoni titqajjem permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għad-depożitu jew ir-reġistrazzjoni, tkun seħħet jew tkun meqjusa li seħħet taħt it-termini ta’ strument tal-Unjoni jew ta’ konvenzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għal l-ġurisdizzjoni tal-Uffiċju Ewropew tal-Privattivi skont il-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej, iffirmata f’Munich fil-5 ta’ Ottubru 1973, il-qrati ta’ kull Stat Membru għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva fi proċedimenti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ xi privattiv Ewropew mogħti għal dak l-Istat Membru; |
(5) |
fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-qrati tal-Istat Membru li fih is-sentenza kienet jew għandha tiġi eżegwita. |
TAQSIMA 7
Proroga tal-ġurisdizzjoni
Artikolu 25
1. Jekk il-partijiet, irrispettivament mid-domiċilju tagħhom, ikunu qablu li qorti jew qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni sabiex isolvu xi tilwimiet li jkunu qamu jew li jistgħu iqumu inkonnessjoni ma’ relazzjoni legali partikolari, dik il-qorti jew dawk il-qrati għandhom ikollhom ġurisdizzjoni, sakemm il-ftehim ma jkunx null u bla effett legali fil-validità sostantiva tiegħu skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Ġurisdizzjoni bħal din għandha tkun esklużiva sakemm il-partijiet ma jiftiehmux mod ieħor. Il-ftehim li jagħti ġurisdizzjoni għandu jkun jew:
(a) |
bil-kitba jew ikkonfermat bil-kitba; |
(b) |
f’għamla li taqbel mal-prattiki li l-partijiet ikunu stabbilixxew bejniethom; jew |
(c) |
f’negozju jew kummerċ internazzjonali, f’għamla li taqbel mal-użanza li dwarha l-partijiet huma jew li kellhom ikunu konxji u li f’dak in-negozju jew kummerċ tkun magħrufa sewwa, u regolarment osservata minn, partijiet għal kuntratti tat-tip involut f’dak in-negozju jew kummerċ partikolari kkonċernat. |
2. Kwalunkwe komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi li tipprovdi rekord dewwiemi tal-ftehim għandha tkun ekwivalenti għal ‘kitba’.
3. Il-qorti jew qrati ta’ Stat Membru li lilhom tkun ingħatat il-ġurisdizzjoni permezz ta’ strument ta’ trust għandhom ikollhom ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe proċedimenti kontra settlor, trustee jew benefiċjarju, jekk ikunu involuti r-relazzjonijiet bejn dawk il-persuni jew id-drittijiet jew l-obbligi tagħhom taħt it-trust.
4. Ftehim jew dispożizzjonijiet ta’ strument ta’ trust li jagħtu ġurisdizzjoni m’għandux ikollhom forza legali jekk dawn imorru kontru l-Artikoli 15, 19 jew 23, jew jekk il-qrati li l-ġurisdizzjoni tagħhom dawn iridu jeskludu jkollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 24.
5. Ftehim li jagħti ġurisdizzjoni li huwa parti minn kuntratt għandu jiġi ttrattat bħala ftehim indipendenti mit-termini l-oħra tal-kuntratt.
Il-validità tal-ftehim li jagħti ġurisdizzjoni ma jistax jiġi kkuntestat biss fuq il-bażi li l-kuntratt mhuwiex validu.
Artikolu 26
1. Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. Din ir-regola m’għandhiex tapplika meta d-dehra kienet saret biex tkun ikkontestata l-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 24.
2. Fi kwistjonijiet li jsir riferiment għalihom fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 meta d-detentur tal-polza tal- assigurazzjoni, l-assigurat, il-benefiċjarju tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara, il-konsumatur jew l-impjegat ikun il-konvenut, il-qorti għandha, qabel ma tassumi l-ġurisdizzjoni skont il-paragrafu 1, tiżgura li l-konvenut jiġi infurmat dwar id-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti u dwar il-konsegwenzi li jsegwu jekk jidher jew jekk ma jidhirx għall-proċeduri.
TAQSIMA 8
Eżami dwar il-ġurisdizzjoni u l-ammissibbiltà
Artikolu 27
Meta qorti ta’ Stat Membru jkollha quddiemha talba li tkun prinċipalment tirrigwarda kwistjoni li fuqha l-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 24, din għandha tiddikjara b’inizjattiva tagħha li m’għandhiex ġurisdizzjoni.
Artikolu 28
1. Meta konvenut domiċiljat fi Stat Membru wieħed jitressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor u ma jidhirx quddiem il-qorti, il-qorti għandha tiddikjara bl-inizjattiva tagħha stess li m’għandhiex ġurisdizzjoni sakemm il-ġurisdizzjoni tagħha ma tkunx ġejja mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-qorti għandha tissospendi l-proċedimenti sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta’ jirċievi d-dokument li jniedi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti sabiex ikun jista’ jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu, jew li l-passi kollha meħtieġa jkunu ttieħdu għal dan il-għan.
3. L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) (15) għandu japplika minflok il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jekk id-dokument li jniedi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jkun trażmess minn Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor bis-saħħa ta’ dak ir-Regolament.
4. Meta r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 ma jkunux applikabbli, għandu japplika l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-notifika barra mill-pajjiż ta’ atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali għandu japplika jekk id-dokument li nieda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trasmess barra mill-pajjiż skont dik il-Konvenzjoni.
TAQSIMA 9
Lis pendens — azzjonijiet relatati
Artikolu 29
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31(2), meta proċedimenti li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet ikunu miġjuba quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, kull qorti apparti l-ewwel qorti li jkollha quddiemha l-każ għandha fuq inizjattiva tagħha stess tissospendi l-proċedimenti ta’ quddiemha sa dak iż-żmien li fih tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti invokata.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, fuq talba ta’ qorti li tieħu konjizzjoni tal-kawża, kwalunkwe qorti invokata għandha mingħajr dewmien tinforma lill-ewwel qorti bid-data meta tressqu l-proċedimenti quddiemha skont l-Artikolu 32.
3. Meta tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti invokata, kull qorti oħra apparti l-ewwel qorti invokata għandha tastjeni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.
Artikolu 30
1. Meta azzjonijiet relatati jkunu pendenti fi qrati ta’ Stati Membri differenti, kwalunkwe qorti apparti l-qorti li tkun l-ewwel invokata għandha tissospendi l-proċedimenti ta’ quddiemha.
2. Fejn l-azzjoni tkun pendenti fil-prim’istanza quddiem l-ewwel qorti, kwalunkwe qorti oħra tista’ wkoll, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni jekk il-qorti l-ewwel invokata jkollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet ikkonċernati u li l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet huma meqjusa li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.
Artikolu 31
1. Meta l-azzjonijiet jaqgħu fil-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ diversi qrati, kwalunkwe qorti apparti l-ewwel qorti invokata għandha tastjeni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, meta qorti ta’ Stat Membru li lilha ftehim kif imsemmi fl-Artikolu 25 jagħti ġurisdizzjoni esklużiva tiġi invokata, kwalunkwe qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha tissospendi l-proċedimenti sa dak iż-żmien meta l-qorti invokata fuq il-bażi tal-ftehim tiddikjara li m’għandha l-ebda ġurisdizzjoni taħt il-ftehim.
3. Meta l-qorti indikata fil-ftehim tkun stabbiliet ġurisdizzjoni f’konformità mal-ftehim, kwalunkwe qorti ta’ Stat Membr ieħor għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal kwistjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 fejn id-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni, l-assigurat, il-benefiċjarju tal-kuntratt tal-assigurazzjoni, il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara, il-konsumatur jew l-impjegat ikun ir-rikorrent u l-ftehim ma jkunx validu taħt dispożizzjoni li tinsab f’dawk it-Taqsimiet.
Artikolu 32
1. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, qorti għandha tkun meqjusa bħala invokata:
(a) |
filwaqt meta id-dokument li jniedi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat fil-qorti, dment li r-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu sabiex il-konvenut jiġi notifikat; jew |
(b) |
jekk id-dokument għandu jkun innotifikat qabel ma jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, fil-ħin meta tirċevih l-awtorità responsabbli għan-notifika, dment illi l-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu biex jara li d-dokument ikun ippreżentat lill-qorti. |
L-awtorità responsabbli għan-notifika msemmija fil-punt (b) għandha tkun l-ewwel awtorità li tirċievi d-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati.
2. Il-qorti, jew l-awtorità responsabbli għan-notifika, imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu nota, rispettivament, tad-data li fiha ġie ppreżentat id-dokument li jniedi l-proċedimenti jew id-dokument ekwivalenti, jew id-data tal-irċevuta tad-dokumenti għan-notifika.
Artikolu 33
1. Meta l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikoli 4 jew fuq l-Artikoli 7, 8 jew 9 u jkunu pendenti proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat terz fiż-żmien meta l-qorti ta’ Stat Membru tieħu konjizzjoni ta’ kawża li tinvolvi l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet bħall-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz, il-qorti tal-Istat Membru tista’ tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk:
(a) |
huwa mistenni li l-qorti tal-Istat terz tagħti sentenza li tista’ tiġi rikonoxxuta u, fejn ikun applikabbli, tkun tista’ tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru; u |
(b) |
il-qorti tal-Istat Membru tkun sodisfatta li sospensjoni hija neċessarja għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja. |
2. Il-qorti tal-Istat Membru tista’ tkompli bil-proċedimenti fi kwalunkwe ħin jekk:
(a) |
il-proċedimenti fil-qorti fl-Istat terz jiġu sospiżi jew jitwaqqfu; |
(b) |
il-qorti tal-Istat Membru jidhrilha li huwa improbabbli li l-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz jiġu konklużi fi żmien raġonevoli; jew |
(c) |
it-tkomplija tal-proċedimenti hija meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja. |
3. Il-qorti tal-Istat Membru għandha ttemm il-proċedimenti jekk il-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz jiġu konklużi u jirriżultaw f’sentenza li tista’ tiġi rikonoxxuta u, fejn applikabbli, li tista’ tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru.
4. Il-qorti tal-Istat Membru għandha tapplika dan l-Artikolu fuq ir-rikors ta’ xi waħda mill-partijiet jew, fejn hu possibbli taħt id-dritt nazzjonali, ex officio.
Artikolu 34
1. Meta l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikoli 4 jew fuq l-Artikoli 7, 8 jew 9 u azzjoni tkun pendenti f’qorti ta’ Stat terz fl-istess waqt li qorti ta’ Stat Membru tieħu konjizzjoni ta’ kważa li tkun relatata mal-kawża fil qorti tal-Istat terz, il-qorti tal-Istat Membru tista’ tissospendi l-proċedimenti jekk:
(a) |
ikun jaqbel li l-kawżi relatati jiġu ttrattati u deċiżi flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli li jistgħu jirriżultaw minn proċedimenti separati; |
(b) |
ikun mistenni li l-qorti tal-Istat terz ser tagħti deċiżjoni li tista’ tkun rikonoxxuta u, fejn applikabbli, eżegwita f’dak l-Istat Membru; u |
(c) |
il-qorti tal-Istat Membru tkun sodisfatta li sospensjoni hija neċessarja għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja. |
2. Il-qorti tal-Istat Membru tista’ tkompli bil-proċedimenti fi kwalunkwe ħin jekk:
(a) |
il-qorti tal-Istat Membru jidhrilha li ma għadx hemm riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli; |
(b) |
il-proċedimenti nnifishom fil-qorti tal- Istat terz huma sospiżi jew imwaqqfa; |
(c) |
il-qorti tal-Istat Membru jidhrilha li huwa improbabbli li l-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz jiġu konklużi fi żmien raġonevoli; jew |
(d) |
it-tkomplija tal-proċedimenti hija meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja. |
3. Il-qorti tal-Istat Membru tista’ tiċħad il-proċedimenti jekk il-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz huma konklużi u rriżultaw f’deċiżjoni li tista’ tiġi rikonoxxuta u, fejn applikabbli, li tista’ tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru.
4. Il-qorti tal-Istat Membru għandha tapplika dan l-Artikolu fuq ir-rikors ta’ xi waħda mill-partijiet jew, fejn hu possibbli taħt id-dritt nazzjonali, ex officio.
TAQSIMA 10
Miżuri proviżorji, inklużi dawk kawtolatorji
Artikolu 35
Tista’ ssir talba lill-qrati ta’ Stat Membru għal miżuri proviżorji bħal dawn, inklużi miżuri kawtolatorji, previsti mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anki jekk, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni rigward is-sustanza tal-kwistjoni.
KAPITOLU III
RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 36
1. Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali.
2. Kwalunkwe parti interessata tista’, f’konformità mal-proċedura prevista fis-SubTaqsima 2 tat-Taqsima 3, tapplika għal deċiżjoni li m’hemm l-ebda raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 45.
3. Jekk ir-riżultat tal-proċedimenti f’qorti ta’ Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta’ kwistjoni inċidentali ta’ rifjut tar-rikonoxximent, dik il-qorti għandha jkollha ġurisdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.
Artikolu 37
1. Parti li tkun tixtieq tinvoka fi Stat Membru sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tippreżenta:
(a) |
kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u |
(b) |
iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53. |
2. Il-qorti jew awtorità li quddiemha tiġi invokata sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista’, meta jkun meħtieġ, teħtieġ lill-parti li qed tinvokaha biex tipprovdi, f’konformità mal-Artikolu 57, traduzzjoni jew tranżliterazzjoni tal-kontenut taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1. Il-qorti jew l-awtorità tista’ teħtieġ lill-parti li tipprovdi traduzzjoni tas-sentenza minflok traduzzjoni tal-kontenut taċ-ċertifikat jekk ma tistax tipproċedi mingħajr din it-traduzzjoni.
Artikolu 38
Il-qorti jew awtorità li quddiemha tiġi invokata ir-rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista’ tissospendi l-proċedimenti kollha jew tissospendi parti minnhom, jekk:
(a) |
is-sentenza tiġi kkontestata fl-Istat Membru ta’ oriġini; jew |
(b) |
tiġi ppreżentata talba għal deċiżjoni li m’hemm l-ebda raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 45 jew għal deċiżjoni li r-rikonoxximent jiġi rifjutat fuq il-bażi ta’ waħda minn dawk ir-raġunijiet. |
TAQSIMA 2
Eżekuzzjoni
Artikolu 39
Sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli f’dak l-Istat Membru għandha tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.
Artikolu 40
Sentenza eżegwibbli timplika bi dritt is-setgħa li wieħed jipproċedi għal kull miżura kawtelatorja prevista mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat.
Artikolu 41
1. Soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli fl-Istat Membru indirizzat għandha tiġi eżegwita hemmhekk taħt l-istess kondizzjonijiet bħal sentenza mogħtija fl-Istat Membru indirizzat.
2. Minkejja l-paragrafu 1, ir-raġunijiet għar-rifjut jew għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat għandhom japplikaw sakemm ma jkunux inkompatibbli mar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 45.
3. Il-parti li titlob l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor m’għandhiex tkun meħtieġa li jkollha indirizz postali fl-Istat Membru indirizzat. Dik il-parti lanqas m’għandha tkun meħtieġa li jkollha rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru indirizzat sakemm tali rappreżentant ma jkunx obbligatorju irrispettivament miċ-ċittadinanza jew id-domiċilju tal-partijiet.
Artikolu 42
1. Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza fi Stat Membru mogħtija fi Stat Membru ieħor, ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni kompetenti:
(a) |
kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u |
(b) |
iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 li jiċċertifika li s-sentenza hija eżegwibbli u li jkun fih silta mis-sentenza kif ukoll, meta jkun xieraq, l-informazzjoni rilevanti dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru tal-proċedimenti u l-kalkolu tal-imgħax. |
2. Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor li tordna miżura proviżorja, inkluża miżura kawtelatorja, ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni kompetenti:
(a) |
kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; |
(b) |
iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 li jinkludi deskrizzjoni tal-miżura u li jiċċertifika li:
|
(c) |
meta l-miżura ġiet ordnata mingħajr ma l-konvenut ikun tħarrek biex jidher, il-prova tan-notifika tas-sentenza. |
3. L-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni tista’, meta jkun meħtieġ, teħtieġ li r-rikorrent jipprovdi, skont l-Artikolu 57, traduzzjoni jew tranżliterazzjoni tal-kontenut taċ-ċertifikat.
4. L-awtorità kompetenti ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun teħtieġ li r-rikorrent jipprovdi traduzzjoni tas-sentenza biss jekk ma tkunx tista’ tipproċedi mingħajr din it-traduzzjoni.
Artikolu 43
1. Meta tintalab l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 għandu jkun notifikat lill-persuna li kontra tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni qabel l-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun akkumpanjat mis-sentenza, jekk din ma tkunx diġà ġiet innotifikata lil dik il-persuna.
2. Meta persuna li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni hija domiċiljata fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ oriġini, hija tista’ titlob traduzzjoni tas-sentenza sabiex tikkontesta l-eżekuzzjoni jekk is-sentenza mhijiex miktuba jew akkumpanjata minn traduzzjoni f’xi waħda mil-lingwi segwenti:
(a) |
lingwa li tifhem; jew |
(b) |
il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih hija domiċiljata jew, fejn hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn hija domiċiljata. |
Meta traduzzjoni tas-sentenza hija mitluba taħt l-ewwel subparagrafu, ma tista’ tittieħed l-ebda miżura ta’ eżekuzzjoni għajr miżuri kawtelatorji sakemm dik it-traduzzjoni tkun ingħatat lill-persuna li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.
Dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk is-sentenza tkun diġa ġiet innotifikata lill-persuna li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni f’waħda mil-lingwi msemmija fl-ewwel subparagrafu jew tkun akkumpanjata minn traduzzjoni f’waħda minn dawk il-lingwi.
3. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-eżekuzzjoni ta’ miżura kawtolatorja f’sentenza jew meta l-persuna li qed titlob l-eżekuzzjoni tipproċedi għal miżuri kawtelatorji skont l-Artikolu 40.
Artikolu 44
1. Fil-każ ta’ talba għal rifjut tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza skont is-SubTaqsima 2 tat-Taqsima 3, il-Qorti fl-Istat Membru indirizzat tista’, fuq it-talba tal-persuna li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni:
(a) |
tillimita l-proċedimenti tal-eżekuzzjoni għal miżuri kawtolatorji; |
(b) |
tissoġġetta l-eżekuzzjoni għall-għoti ta’ garanzija li hi tistabbilixxi; jew |
(c) |
tissospendi l-proċedimenti tal-eżekuzzjoni kollha kemm huma jew ta’ parti minnhom. |
2. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru indirizzat għandha, fuq it-talba tal-persuna li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, tissospendi l-proċedimenti tal-eżekuzzjoni fil-każ fejn l-eżegwibbiltà tas-sentenza tkun sospiża fl-Istat Membru tal-oriġini.
TAQSIMA 3
Rifjut tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
Artikolu 45
1. Fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, ir-rikonoxximent ta’ sentenza għandha tiġi rifjutata:
(a) |
jekk dak ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-istrateġija pubblika (ordre public) tal-Istat Membru indirizzat; |
(b) |
meta s-sentenza tingħata b’kontumaċja, jekk il-konvenut ma kienx ġie notifikat bid-dokument li jkun fetaħ il-proċedimenti jew b’dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b’tali manjiera li dan ikun jista’ jħejji għad-difiża tiegħu, sakemm il-konvenut ma jkunx naqas milli jibda l-proċedimenti biex jikkontesta s-sentenza meta kien possibli għalih li jagħmel hekk; |
(c) |
jekk is-sentenza tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru indirizzat; |
(d) |
jekk is-sentenza tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija aktar kmieni fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz li jinvolvi l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet, dment li s-sentenza preċedenti tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru indirizzat; jew |
(e) |
jekk is-sentenza tkun f’konflitt ma’:
|
2. Fl-eżami tagħha tar-raġunijiet tal-ġurisdizzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, il-qorti li lilha ssir it-talba għandha tkun marbuta bis-sejbiet dwar il-fatt li fuqhom il-qorti tal-oriġini tkun ibbażat il-ġurisdizzjoni tagħha.
3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1(e), il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini ma tistax tiġi riveduta. It-test ta’ strateġija pubblika msemmija fil-paragrafu 1(a) ma jistax jiġi applikat għal regoli li għandhom x’jaqsmu mal-ġurisdizzjoni.
4. It-talba għal rifjut ta’ rikonoxximent għandha ssir skont il-proċeduri previsti fis-SubTaqsima 2 u, fejn adatt fit-Taqsima 4.
Artikolu 46
Fuq it-talba tal-persuna li kontra tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni ta’ sentenza għandha tiġi rrifjutata meta jinstab li teżisti waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 45.
Artikolu 47
1. It-talba għal rifjut ta’ eżekuzzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-qorti li l-Istat Membru kkonċernat ikun għarraf lill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 75 bħala l-qorti li quddiema għandha tiġi ppreżentata t-talba.
2. Il-proċedura għal rifjut ta’ eżekuzzjoni għandha, sakemm mhux koperta minn dan ir-Regolament, tiġi rregolata bil-liġi tal-Istat Membru indirizzat.
3. Ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-qorti b’kopja tas-sentenza u, fejn meħtieġ, traduzzjoni jew tranżliterazzjoni tagħha.
Il-qorti tista’ ma teħtieġx il-produzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dawn ikunu diġà fil-pussess tagħha jew jekk tikkunsidra li ma jkunx raġonevoli li teħtieġ lir-rikorrent biex jipprovdihom. F’dan l-aħħar każ, il-qorti tista’ teħtieġ lill-parti l-oħra biex tipprovdi dawk id-dokumenti.
4. Il-parti li titlob rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor m’għandhiex tkun meħtieġa li jkollha indirizz postali fl-Istat Membru indirizzat. Dik il-parti lanqas m’għandha tkun meħtieġa li jkollha rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru indirizzat sakemm tali rappreżentant ma jkunx obbligatorju irrispettivament miċ-ċittadinanza jew id-domiċilju tal-partijiet.
Artikolu 48
Il-qorti għandha tiddeċiedi dwar it-talba għar-rifjut ta’ eżekuzzjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 49
1. Id-deċiżjoni dwar it-talba għar-rifjut ta’ eżekuzzjoni tista’ tiġi appellata minn kull parti.
2. L-appell għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li l-Istat Membru kkonċernat ikun għarraf lill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 75 bħala l-qorti li quddiema għandu jiġu ppreżentat tali appell.
Artikolu 50
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ appell fejn mgħarraf mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 75.
Artikolu 51
1. Il-qorti li fiha tkun ġiet ippreżentata talba għal rifjut ta’ eżekuzzjoni jew il-qorti li tisma’ appell ippreżentat skont l-Artikoli 49 jew 50 tista’ tissospendi l-proċedimenti jekk ikun tressaq appell ordinarju kontra s-sentenza fl-Istat Membru tal-oriġini jew jekk iż-żmien għal tali appell ma jkunx għadu skada. F’dan l-aħħar każ, il-qorti tista’ tispeċifika ż-żmien li fih għandu jitressaq dan l-appell.
2. Meta s-sentenza tkun ingħatat fl-Irlanda, Ċipru jew ir-Renju Unit, kwalunkwe forma ta’ appell disponibbli fl-Istat Membru tal-oriġini għandu jiġi ttrattat bħala appell ordinarju għall-finijiet ta’ paragrafu 1.
TAQSIMA 4
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 52
Taħt l-ebda ċirkostanzi, ma tista’ tiġi riveduta sentenza mogħtija fi Stat Membru fir-rigward tal-mertu tagħha fl-Istat Membru indirizzat.
Artikolu 53
Il-qorti tal-oriġini għandha, fuq talba ta’ kull parti interessata, toħroġ iċ-ċertifikat bl-użu tal-formula li tidher fl-Anness I.
Artikolu 54
1. Jekk sentenza jkun fiha miżura jew ordni li ma jkunux magħrufa fil-liġi tal-Istat Membru indirizzat, dik il-miżura jew ordni għandha, sa fejn ikun possibbli, tiġi adattata għal miżura jew ordni magħrufa fil-liġi ta’ dak l-Istat Membru li jkollha l-effetti ekwivalenti marbutin magħha u li ssegwi għanijiet u interessi simili.
Tali adattament m’għandux jirriżulta f’effetti li jmorru lil hinn minn dawk previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-oriġini.
2. Kwalunkwe parti tista’ tikkontesta l-adattament tal-miżura jew l-ordni quddiem qorti.
3. Jekk ikun neċessarju, il-parti li tinvoka is-sentenza jew titlob eżekuzzjoni tagħha tista’ tiġi mitluba tipprovdi traduzzjoni jew tranżliterazzjoni tas-sentenza.
Artikolu 55
Sentenza mogħtija fi Stat Membru li tordna pagament bħala penali għandha tkun eżegwibbli fl-Istat Membru indirizzat biss jekk l-ammont tal-pagament ikun ġie finalment determinat mill-qorti tal-oriġini.
Artikolu 56
L-ebda garanzija, obbligu jew depożitu, independentement kif deskritt, m’għandu jkun meħtieġ minn parti li fi Stat Membru tapplika għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi li hu jkun ċittadin barrani jew li hu ma jkunx domiċiljat jew residenti fl-Istat Membru indirizzat.
Artikolu 57
1. Meta tkun meħtieġa traduzzjoni jew tranżliterazzjoni skont dan ir-Regolament, tali traduzzjoni jew tranżliterazzjoni għandha ssir bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat jew, meta jkun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, din għandha ssir bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-proċedimenti tal-qorti tal-post fejn tiġi invokata sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor jew fejn tiġi fformulata t-talba, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
2. Għall-finijiet tal-formoli msemmija fl-Artikoli 53 u 60, it-traduzzjonijiet jew it-tranżliterazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll bi kwalunkwe lingwa jew lingwi uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun indika li jista’ jaċċetta.
3. Kwalunkwe traduzzjoni magħmula skont dan ir-Regolament għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f’wieħed mill-Istati Membri.
KAPITOLU IV
STRUMENTI AWTENTIĊI U TRANŻAZZJONIJIET ĠUDIZZJARJI
Artikolu 58
1. Strument awtentiku li jkun eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa tal-ebda dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà. L-eżekuzzjoni tal-istrument awtentiku tista’ tiġi rifjutata biss jekk tali eżekuzzjoni tmur manifestament kontra l-istrateġija pubblika (ordre public) tal-Istat Membru indirizzat.
Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2, is-SubTaqsima 2 tat-Taqsima 3, u t-Taqsima 4 tal-Kapitolu III għandhom japplikaw kif xieraq għall-istrumenti awtentiċi.
2. L-istrument awtentiku prodott għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex tkun stabbilita l-awtentiċità tiegħu fl-Istat Membru tal-oriġini.
Artikolu 59
Tranżazzjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini għandha tkun eżegwita fl-Istati Membri l-oħra taħt l-istess kondizzjonijiet bħal strumenti awtentiċi.
Artikolu 60
L-awtorità kompetenti jew qorti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha toħroġ, fuq it-talba ta’ xi parti interessata, iċ-ċertifikat skont il-formola stabbilita fl-Anness II li jkun jinkludi taqsira tal-obbligu eżegwibbli rreġistrat fl-istrument awtentiku jew tal-ftehim bejn il-partijiet irreġistrati fit-tranżazzjoni ġudizzjarja.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 61
L-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili oħra m’għandha tkun meħtieġa għal dokumenti maħruġa fi Stat Membru fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 62
1. Sabiex jiġi ddeterminat jekk parti jkollhiex id-domiċilju fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu ikunu invokati bil-kwistjoni, il-qorti għandha tapplika l-liġi interna tiegħu.
2. Jekk parti ma tkunx domiċiljata fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu ikunu invokati bil-kwistjoni, allura, sabiex ikun iddeterminat jekk parti jkollhiex id-domiċilju fi Stat Membru ieħor, il-qorti għandha tapplika il-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 63
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kumpannija jew persuna ġuridika oħra jew assoċjazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkollha d-domiċilju fil-post fejn hi jkollha:
(a) |
is-sede statutorja; |
(b) |
iċ-ċentru amministrattiv; jew |
(c) |
il-post prinċipali tan-negozju tagħha. |
2. Għall-finijiet tal-Irlanda, Ċipru u r-Renju Unit, ‘sede statutorja’ tfisser l-uffiċċju rreġistrat jew, meta ma jkun hemm imkien uffiċċju bħal dan, il-post tal-inkorporazzjoni jew meta ma jkun hemm imkien post bħal dan, il-post skont il-liġi li fih tkun seħħet il-formazzjoni.
3. Sabiex jiġi determinat jekk trust ikollhiex id-domiċilju fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkunu invokati bil-kwistjoni, il-qorti għandha tapplika r-regoli tagħha tad-dritt internazzjonali privat.
Artikolu 64
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar favorevoli tal-liġijiet nazzjonali, persuni li jkollhom d-domiċilju fi Stat Membru u li jkunu għaddejjin minn prosekuzzjoni fil-qrati kriminali ta’ Stat Membru ieħor li tiegħu ma jkunux ċittadini għal reat li ma kienx imwettaq intenzjonalment jistgħu jiġu difiżi minn persuni kkwalifikati għal hekk, anki jekk ma jidhrux huma personalment. Madankollu, il-qorti invokata bil-kwistjoni tista’ tordna l-preżenza personali; fil-każ ta’ kontumaċja, sentenza mogħtija fl-azzjoni ċivili mingħajr ma l-persuna kkonċernata kellha l-opportunità li tħejji għad-difiża tagħha, din mhux bil-fors tiġi rikonoxxuta jew tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 65
1. Il-ġurisdizzjoni speċifikata fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 13 f’azzjonijiet dwar garanzija jew f’xi proċedimenti oħra ta’ parti terza jistgħu jiġu invokati fl-Istati Membri inklużi fil-lista stabbilita mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 76(2) fil-każ biss li jiġi permess skont il-liġi nazzjonali. Persuna li jkollha d-domiċilju tagħha f’xi Stat Membru ieħor tista’ tiġi mistiedna biex tkun parti mill-proċedimenti quddiem il-qrati ta’ dawk l-Istati Membri f’konformità mar-regoli dwar notifiki lill-partijiet terzi msemmija f’dik il-lista.
2. Sentenzi mogħtija fi Stat Membru bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) jew l-Artikolu 13 jistgħu jiġu rikonoxxuti u eżegwiti skont il-Kapitolu III fi kwalunkwe Stat Membru ieħor. Kwalunkwe effett li s-sentenzi mogħtija f’dawk l-Istati Membri inklużi fil-lista u li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 jista’ jkollhom, skont il-leġiżlazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri, fuq partijiet terzi bl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha.
3. L-Istati Membri inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (16) (“in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew”) jipprovdu informazzjoni dwar kif l-effetti tas-sentenzi msemmija fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2 ser jiġu determinati, skont id-dritt nazzjonali tagħhom.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Artikolu 66
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti legali istitwiti, għal strumenti awtentiċi imfassla jew irreġistrati formalment u għal tranżazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi fid-data jew wara l-10 ta’ Jannar 2015.
2. Minkejja l-Artikolu 80, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jkompli japplika għal sentenzi mogħtija fi proċedimenti legali istitwiti, għal strumenti awtentiċi formalment imfassla jew irreġistrati u għal tranżazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi qabel l-10 ta’ Jannar 2015 u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.
KAPITOLU VII
RELAZZJONI MA’ STRUMENTI OĦRA
Artikolu 67
Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza fi kwistjonijiet speċifiċi li jinstabu fi strumenti tal-Unjoni jew f’leġiżlazzjoni nazzjonali armonizzata bis-saħħa ta’ strumenti bħal dawn.
Artikolu 68
1. Dan ir-Regolament għandu, bejn l-Istati Membri, jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, ħlief f’dak li jirrigwarda t-territorji tal-Istati Membri li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dik il-Konvenzjoni u li huma esklużi minn dan ir-Regolament bis-saħħa tal-Artikolu 355 tat-TFUE.
2. Sakemm dan ir-Regolament jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 bejn l-Istati Membri, kwalunkwe referenza għal dik il-Konvenzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament.
Artikolu 69
Soġġett għall-Artikoli 70 u 71, dan ir-Regolament għandu, bejn l-Istati Membri, jabroga l-konvenzjonijiet li jkopru l-istess kwistjonijiet bħal dawk li għalihom japplika dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-konvenzjonijiet inklużi fil-lista stabbilita mill-Kummissjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 76(2) għandhom jiġu abrogati.
Artikolu 70
1. Il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 69 għandu jibqa’ jkollhom effett fir-rigward ta’ kwistjonijiet li dwarhom dan ir-Regolament ma japplikax.
2. Huma għandhom jibqgħu jkollhom effett fir-rigward ta’ sentenzi mogħtija, ta’ strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
Artikolu 71
1. Dan ir-Regolament m’għandu jaffettwa l-ebda konvenzjoni li għaliha l-Istati Membri jkunu parti u, li b’relazzjoni għal kwistjonijiet partikolari, tirregola l-ġurisdizzjoni jew ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi.
2. Bil-għan tal-interpretazzjoni uniformi tiegħu, il-paragrafu 1 għandu jiġi applikat b’dan il-mod:
(a) |
dan ir-Regolament m’għandux ifixkel qorti ta’ Stat Membru li jkun parti mill-konvenzjoni dwar kwistjoni partikolari milli jassumi ġurisdizzjoni skont dik il-konvenzjoni, anki meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Membru ieħor li ma jkunx parti minn dik il-konvenzjoni. Il-qorti li tkun tismal-azzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tapplika l-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
sentenzi mogħtija fi Stat Membru minn qorti fl-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni prevista f’konvenzjoni dwar kwistjoni partikolari għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra skont dan ir-Regolament. |
Meta konvenzjoni dwar kwistjoni partikolari li dwarha kemm l-Istat Membru tal-oriġini u l-Istat Membru indirizzat ikunu partijiet tkun stabbiliet kondizzjonijet għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, dawn il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jistgħu japplikaw.
Artikolu 72
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa ftehimiet li permezz tiegħu Stati Membri ntrabtu, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, bis-saħħa tal-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, li ma jirrikonoxxux sentenzi mogħtija, b’mod partikolari fi Stati Kontraenti oħra għal dik il-Konvenzjoni, kontra konvenuti li jkunu domiċiljati jew abitwalment residenti fi Stat terz meta, f’każi previsti fl-Artikolu 4 ta’ dik il-Konvenzjoni, is-sentenza tista’ tkun ibbażata biss fuq bażi ta’ ġurisdizzjoni speċifikata fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dik il-Konvenzjoni.
Artikolu 73
1. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-2007.
2. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ New York tal-1958.
3. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet u ftehimiet bilaterali bejn Stat terz u Stat Membru li ġew konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 li jkopru kwistjonijiet irregolati b’dan ir-Regolament.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 74
L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u bil-ħsieb li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, id-deskrizzjoni ta’ regoli u proċeduri nazzjonali li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni, inklużi l-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni, u informazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni, b’mod partikolari r-regoli ta’ protezzjoni tad-debitur u l-perijodi ta’ limitazzjoni jew ta’ preskrizzjoni.
L-Istati Membri għandhom iżommu din l-informazzjoni kontinwament aġġornata.
Artikolu 75
Sal-10 ta’ Jannar 2014 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
il-qrati fejn għandu jiġi ppreżentat ir-rikors għal rifjut ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 47(1); |
(b) |
il-qrati fejn għandu jiġi ppreżentat l-appell kontra d-deċiżjoni fuq ir-rikors għal rifjut ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2); |
(c) |
il-qrati fejn għandu jiġi ppreżentat kwalunkwe appell ieħor skont l-Artikolu 50; u |
(d) |
il-lingwi li huma aċċettati għat-traduzzjonijiet tal-formoli kif imsemmi fl-Artikolu 57(2). |
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.
Artikolu 76
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:
(a) |
ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2); |
(b) |
ir-regoli dwar in-notifika lil partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 65; u |
(c) |
il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 69. |
2. Fuq il-bażi tan-notifiki mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-listi korrispondenti.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emendi sussegwenti meħtieġa għal dawk il-listi. Il-Kummissjoni għandha temenda dawk il-listi kif xieraq.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-listi u kull emenda sussegwenti magħmula fihom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f’konformità mal-paragrafi 1 u 3 permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor li jkun adatt, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.
Artikolu 77
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 78 fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I u II.
Artikolu 78
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 77 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mid-9 ta’ Jannar 2013.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 77 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 77 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 79
Sal-11 ta’ Jannar 2022 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-ħtieġa possibbli għal estensjoni ulterjuri tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni għal konvenuti mhux domiċiljati fi Stat Membru b’kont meħud tal-operat ta’ dan ir-Regolament u żviluppi possibbli fil-livell internazzjonali. Fejn opportun, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 80
Dan ir-Regolament għandu jħassar ir-Regolament (KE) Nru 44/2001. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni kif stipulati fl-Anness III.
Artikolu 81
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-10 ta’ Jannar 2015, minbarra l-Artikoli 75 u 76, li għandhom japplikaw mill-10 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 78.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2012.
(5) ĠU L 299, 31.12.1972, p. 32, ĠU L 304, 30.10.1978, p. 1, ĠU L 388, 31.12.1982, p. 1, ĠU L 285, 3.10.1989, p. 1, ĠU C 15, 15.1.1997, p. 1. Għal test konsolidat, ara ĠU C 27, 26.1.1998, p. 1.
(6) ĠU L 319, 25.11.1988., p. 9.
(7) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.
(8) ĠU L 147, 10.6.2009, p. 5.
(10) ĠU L 74, 27.3.1993, p. 74.
(11) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(12) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.
(13) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
(14) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(15) ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.
(16) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 44/2001 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 1(2) punt (a) |
Artikolu 1(2), punti (a) u (ea) |
Artikolu 1(2), punti (b) sa (d) |
Artikolu 1(2), punti (b) sa (d) |
— |
Artikolu 1(2), punt (e) |
Artikolu 1(3) |
— |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5, kliem tal-bidu |
Artikolu 7, kliem tal-bidu |
Artikolu 5, punt (1) |
Artikolu 7, punt (1) |
Artikolu 5, punt (2) |
— |
Artikolu 5, punti (3) u (4) |
Artikolu 7, punti (2) u (3) |
— |
Artikolu 7, punt (4) |
Artikolu 5, punti (5) sa (7) |
Artikolu 7, punti (5) sa (7) |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17 |
Artikolu 19 |
Artikolu 18 |
Artikolu 20 |
Artikolu 19, punti (1) u (2) |
Artikolu 21(1) |
— |
Artikolu 21 (2) |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
Artikolu 23(1) u (2) |
Artikolu 25(1) u (2) |
Artikolu 23(3) |
— |
Artikolu 23(4) u (5) |
Artikolu 25(3) u (4) |
— |
Artikolu 25(5) |
Artikolu 24 |
Artikolu 26(1) |
— |
Artikolu 26(2) |
Artikolu 25 |
Artikolu 27 |
Artikolu 26 |
Artikolu 28 |
Artikolu 27(1) |
Artikolu 29(1) |
— |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 27(2) |
Artikolu 29(3) |
Artikolu 28 |
Artikolu 30 |
Artikolu 29 |
Artikolu 31(1) |
— |
Artikolu 31(2) |
— |
Artikolu 31(3) |
— |
Artikolu 31(4) |
Artikolu 30 |
Artikolu 32(1), punti (a) u (b) |
— |
Artikolu 32(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 32(2) |
— |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 34 |
Artikolu 31 |
Artikolu 35 |
Artikolu 32 |
Artikolu 2, punt (a) |
Artikolu 33 |
Artikolu 36 |
— |
Artikolu 37 |
— |
Artikolu 39 |
— |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 43 |
— |
Artikolu 44 |
Artikolu 34 |
Artikolu 45(1), punti (a) sa (d) |
Artikolu 35(1) |
Artikolu 45(1), punt (e) |
Artikolu 35(2) |
Artikolu 45(2) |
Artikolu 35(3) |
Artikolu 45(3) |
— |
Artikolu 45(4) |
Artikolu 36 |
Artikolu 52 |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 38, punt (a) |
Artikolu 38 |
— |
Artikolu 39 |
— |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 43 |
— |
Artikolu 44 |
— |
Artikolu 45 |
— |
Artikolu 46 |
— |
Artikolu 47 |
— |
Artikolu 48 |
— |
— |
Artikolu 46 |
— |
Artikolu 47 |
— |
Artikolu 48 |
— |
Artikolu 49 |
— |
Artikolu 50 |
— |
Artikolu 51 |
— |
Artikolu 54 |
Artikolu 49 |
Artikolu 55 |
Artikolu 50 |
— |
Artikolu 51 |
Artikolu 56 |
Artikolu 52 |
— |
Artikolu 53 |
— |
Artikolu 54 |
Artikolu 53 |
Artikolu 55(1) |
— |
Artikolu 55(2) |
Artikolu 37(2), Artikolu 47(3) u Artikolu 57 |
Artikolu 56 |
Artikolu 61 |
Artikolu 57(1) |
Artikolu 58(1) |
Artikolu 57(2) |
— |
Artikolu 57(3) |
Artikolu 58(2) |
Artikolu 57(4) |
Artikolu 60 |
Artikolu 58 |
Artikolu 59 u Artikolu 60 |
Artikolu 59 |
Artikolu 62 |
Artikolu 60 |
Artikolu 63 |
Artikolu 61 |
Artikolu 64 |
Artikolu 62 |
Artikolu 3 |
Artikolu 63 |
— |
Artikolu 64 |
— |
Artikolu 65 |
Artikolu 65(1) u (2) |
— |
Artikolu 65(3) |
Artikolu 66 |
Artikolu 66 |
Artikolu 67 |
Artikolu 67 |
Artikolu 68 |
Artikolu 68 |
Artikolu 69 |
Artikolu 69 |
Artikolu 70 |
Artikolu 70 |
Artikolu 71 |
Artikolu 71 |
Artikolu 72 |
Artikolu 72 |
— |
Artikolu 73 |
Artikolu 73 |
Artikolu 79 |
Artikolu 74(1) |
Artikolu 75, l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (c) u l-Artikolu 76(1), punt (a) |
Artikolu 74(2) |
Artikolu 77 |
— |
Artikolu 78 |
— |
Artikolu 80 |
Artikolu 75 |
— |
Artikolu 76 |
Artikolu 81 |
Anness I |
Artikolu 76(1), punt (a) |
Anness II |
Artikolu 75, punt (a) |
Anness III |
Artikolu 75, punt (b) |
Anness IV |
Artikolu 75, punt (c) |
Anness V |
Anness I u Anness II |
Anness VI |
Anness II |
— |
Anness III |