This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0024
Council Directive 2005/24/EC of 14 March 2005 with regard to the use of ova and embryos and storage centres for semen from pure-bred breeding animals of the bovine species (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kunsill 2005/24/KE ta' l- 14 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttiva 87/328/KEE fir-rigward taċ-ċentri ta' ħażna tas-semen u l-użu ta’ ovuli u embrijoni mill-bhejjem ta’ l-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura Test b’relevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kunsill 2005/24/KE ta' l- 14 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttiva 87/328/KEE fir-rigward taċ-ċentri ta' ħażna tas-semen u l-użu ta’ ovuli u embrijoni mill-bhejjem ta’ l-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura Test b’relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 78, 24/03/2005, p. 43–44
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 159M, 13/06/2006, p. 277–278
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2018; Impliċitament imħassar minn 32016R1012
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
277 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2005/24/KE
ta' l-14 ta’ Marzu 2005
li temenda d-Direttiva 87/328/KEE fir-rigward taċ-ċentri ta' ħażna tas-semen u l-użu ta’ ovuli u embrijoni mill-bhejjem ta’ l-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta' Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għall-iskopijiet ta’ tgħammir ta’ bhejjem ta’ l-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura (3) jistipula li s-semen għall-kummerċ intra-Komunitarju għandu jinġabar, jiġi ttrattat u jinħażen f'ċentru ta' l-inseminazzjoni artifiċjali uffiċjalment approvat. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' deep frozen semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini (4), tippermetti li s-semen jinħażen mhux biss f'ċentri ta' ġbir tas-semen iżda wkoll f'ċentri ta' ħażna tas-semen. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 87/328/KEE għandu jiġi adattat għall-ambitu ta’ applikazzjoni estiż u għad-definizzjonijiet ġodda introdotti fid-Direttiva 88/407/KEE. Għalhekk, huwa meħtieġ li d-Direttiva 87/328/KEE tiġi allinjata mal-bqija tal-leġislazzjoni dwar bhejjem ta’ l-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura fir-rigward ta’ l-ovuli u l-embrijoni, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 87/328/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali, ma jiġux ipprojbiti, ristretti jew ostakolati:
|
2) |
L-Artikolu 4 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-kummerċ intra-Komunitarju, is-semen imsemmi fl-Artikolu 2 jiġi miġbur, proċessat, u maħżun f'ċentru ta' ġbir jew, jekk ikun hemm bżonn, maħżun f’ċentru tal-ħażna, approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini (*). (*) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, 4.2.2004, p.15).”" |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 24 ta' Marzu 2007, filwaqt li għandhom mingħajr dewmien jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jikkontienu riferiment għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modalitajiet ta' dan ir-riferiment għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar il-14 ta’ Marzu 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2004 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-15 ta' Diċembru 2004 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54.
(4) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, 4.2.2004, p. 15).