Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0080

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/80/KE ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti, sabiex jiġi kkonsolidat dak l-Anness u tiġi nkluża sustanza attiva oħra (lambda-cyhalothrin)

    ĠU L 309, 09/12/2000, p. 14–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/80/oj

    32000L0080



    Official Journal L 309 , 09/12/2000 P. 0014 - 0023


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/80/KE

    ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti, sabiex jiġi kkonsolidat dak l-Anness u tiġi nkluża sustanza attiva oħra (lambda-cyhalothrin)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2000 dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/68/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol li ssir riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [3], kif l-aħħar emednat bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol li ssir riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "id-Direttiva"). Skond dak ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 li jistabbilixxi s-sustanzi attivi ta' prodotti li jipproteġu l-pjanti u li jinnomina l-Istati Membri relaturi għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi attivi ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li possibilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva.

    (2) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Anness I għal perjodu ta’ mhux aktar minn 10 snin jekk huwa probabbli li la l-użu ta’, l-anqas residwi minn, prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva ma jkollhom xi effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma ta’ l-art jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent.

    (3) Għal lambda-cyhalothrin l-effetti fuq is-saħħa tal-bnedmin u l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal skala ta’ użi proposti min-notifikanti. L-Isvezja ġiet innominata bħala Stat Membru relatur skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/95 [7] li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3600/92 u r-Regolament (KE) Nru 933/94, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-integrazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi nnominati u l-produtturi fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fl-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol li ssir riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva. L-Isvezja ssottomettiet ir-rapport ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Ġunju 1996, skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar- Regolament (KEE) Nru 3600/92.

    (4) Dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. Dik ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata fid-19 ta’ Ottubru 2000 fil-forma ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar il-lambda-cyhalothrin. Jekk ir-rapport ta’ reviżjoni jrid jiġi aġġornat sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni tal-lambda-cyhalothrin fl-Anness I tad-Direttiva jeħtieġu li jiġu emendati ukoll skond id-Direttiva.

    (5) Id-dossier u l-informazzjoni mir-reviżjoni ġew ukoll sottomessi lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti għal konsultazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu tat-28 ta’ Jannar 2000 [8], il-Kumitat innota illi għandha ssir evalwazzjoni akuta tar-riskji tad-dieta għall-konsumaturi u għandha tiġi definita doża akuta ta’ referenza. Barra minn hekk, fir-rigward tal-ħarsien ta’ l-ambjent, il-Kumitat saħaq illi għandha tiġi applikata mitigazzjoni xierqa tar-riskju sabiex jiġu evitati effetti li huma inaċċettabbli fuq organiżmi ta’ l-ilma u antropodi inklużi li ma jinsabux fil-mira. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ittieħdu u ġew meqjusa fil-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-rapport ta’ reviżjoni relevanti.

    (6) Deher mid-diversi eżamijiet li saru li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva involuta x’aktarx jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu li jkunu ġew eżaminati u mniżżla fid-dettal fir-rapport ta' reviżjoni. Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża s-sustanza attiva involuta fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva involuta jkunu jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva.

    (7) Id-Direttiva tistabbilixxi illi wara l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom, matul il-perjodu stabbilit, jagħtu, ivarjaw jew jirtiraw, skond kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva. B'mod partikolari, il-prodotti li jipproteġu l-pjanti m'għandhomx jiġu awtorizzati sakemm ma jiġux meqjusa l-kondizzjonijiet assoċjati ma’ l-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I u l-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva skond il-bażi tad-dossier li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti tad-data.

    (8) Għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I sabiex jippermetti li l-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirrizultaw mill-inklużjoni. Barra minn hekk, wara l-inklużjoni, huwa meħtieġ perjodu raġonevoli sabiex jippermetti li l-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom il-lambda-cyhalothrin. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom, matul dak il-perjodu, jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u, fejn ikun xieraq, jagħtu awtorizzazzjonijiet ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Għandu jiġi stabbilit perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni tad-dossier kollu ta' kull prodott li jipproteġi l-pjanti skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva. Għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom diversi sustanzi attivi, l-evalwazzjoni sħiħa skond il-bazi tal-prinċipji uniformi tista' ssir biss meta s-sustanzi attivi kollha involuti jkunu ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva.

    (9) Huwa xieraq li jsir provvediment sabiex ir-rapport iffinalizzat ta' reviżjoni (ħlief għal informazzjoni konfidenzjali) jinżamm disponibbli jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni mill-partijiet kollha interessati.

    (10) Ir-rapport ta' reviżjoni huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri, ta' diversi taqsimiet tal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva, meta dawk il-prinċipji jirreferu għall-evalwazzjoni tad-data li tkun ġiet sottomessa għall-iskop ta' l-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva.

    (11) Ġew inklużi numru ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva permezz ta' serje ta' Direttivi tal-Kummissjoni, jiġifieri d-Direttivi 97/73/KE [9], 98/47/KE [10], 1999/1/KE [11], 1999/73/KE [12], 1999/80/KE [13], 2000/10/KE [14], 2000/49/KE [15], 2000/50/KE [16]. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, id-dettalji dwar dawk is-sustanzi għandhom jiġu elenkati b'mod tabulari u dawk id-Direttivi għandhom jiġu mħassra mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni stabbiliti fl-Anness II.

    (12) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u l-applikazzjoni uniformi, huwa approprjat li jiġi stabbilit li għandu jiġi meqjus ir-rapport iffinalizzat ta' reviżjoni dwar kull sustanza meta jiġu applikati l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tal-prodotti li jipproteġu l-pjanti taħt l-Anness VI tad-Direttiva. Bl-istess mod, ir-rapporti ta' reviżjoni kollha (minbarra l-informazzjoni konfidenzjali) għandhom jinżammu disponibbli jew jitqiegħdu għad-disposizzjoni mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni mill-partijiet kollha interessati.

    (13) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti mogħtija fid-19 ta’ Ottubru 2000,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE qiegħed jiġi ssostitwit bit-test fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jimxu ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2002. Huma għandha jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

    B'mod partikolari għandhom, skond id-Direttiva 91/414/KEE, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti li jħarsu l-pjanti li jkun fihom il-lambda-cyhalothrin bħala sustanza attiva sa dik id-data.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-riferenza.

    2. Fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni u t-teħid ta' deċiżjoni skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, skond il-bażi ta' dossier li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' żmien biex jiġu emendati jew irtirati l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom il-lambda-cyhalothrin bħala l-unika sustanza attiva għandu jkun sa l-1 ta’ Jannar 2006.

    3. Għall-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom il-lambda-cyhalothrin flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, il-perjodu sabiex jiġu emendati jew irtirati l-awtorizzazzjonijiet għandu jagħlaq erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tinkludi l-aħħar waħda minn dawk is-sustanzi fl-Anness I.

    Artikolu 3

    Id-Direttivi elenkati fit-tielet kolonna ta’ l-Anness II qegħdin b'dan jiġu mħassra mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri dwar it-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni u d-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2 dwar is-sustanza attiva lambda-cyhalothrin flimkien ma' l-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2002.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 4 Diċembru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 41.

    [3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

    [4] ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27.

    [5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8.

    [6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1.

    [7] ĠU L 49, ta' l-4.3.1995, p. 50.

    [8] Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 28.1.2000.

    [9] ĠU L 353, ta' l-24.12.1997, p. 26.

    [10] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 50.

    [11] ĠU L 21, tat-28.1.1999, p. 21.

    [12] ĠU L 206, tal-5.8.1999, p. 16.

    [13] ĠU L 210, ta' l-10.8.1999, p. 13.

    [14] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28.

    [15] ĠU L 197, tat-3.8.2000, p. 32.

    [16] ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 39.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    "

    “L-ANNESS I

    SUSTANZI ATTIVI AWTORIZZATI GĦALL-UŻU FI PRODOTTI LI JIPPROTEĠU L-PJANTI

    Dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għas-sostanzi kollha elenkati f'dan l-Anness:

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi fl-Anness VI għar-rigward ta' kull sustanza, il-konklużjonijiet fir-rapport ta' reviżjoni dwarha, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fid-data indikata taħt "dispożizzjonijiet speċifiċi" għal dik is-sustanza għandhom jiġu meqjusa.

    L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli ir-rapporti kollha ta' reviżjoni (minbarra informazzjoni kunfidenzjali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva) għal konsultazzjoni ma' kull parti interessata jew għandha tpoġġihom għad-dispożizzjoni tagħhom fuq talba speċifika.

    In-numru | L-isem komuni, n-numri ta' identifikazzjoni | L-isem IUPAC | Il-purità | Id-dħul fis-seħħ | L-iskadenza ta'l-inklużjoni | Id-dispożizzjonijiet speċifiċi |

    1 | Imazalil CAS Nru 73790-28-0, 35554-44-0 | (±)-1-(b-allyloxy-2,4- dichlorophenyle- thyl) imidazole | 975 g/kg | 1.1.1999 | 31.12.2008 | L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat Għall-użu li ġej japplikaw il-kondizzjonijiet partikolari li ġejjin: It-trattament ta' wara l-ħsad fuq il-frott, il-ħxejjex u l-patata jista' jiġi awtorizzat biss meta tkun disponibbli sistema approprjata ta' dekontaminazzjoni jew inkella jekk l-istima tar-riskju tkun uriet lill-Istat Membru awtorizzanti li r-rimi tas-soluzzjoni tat-trattament m'huwiex ta' riskju inaċċettabbli għall-ambjent u b'mod partikolari għall-organiżimi akwatiċi,It-trattament ta' wara l-ħsad fuq il-patata jista' jiġi awtorizzat biss meta l-istima tar-riskju tkun uriet lill-Istat Membru awtorizzanti li r-rimi ta' l-iskart ta' l-ipproċessar mill-patata ittrattata m'huwiex ta' riskju inaċċettabbli għall-ambjent u b'mod partikolari għall-organiżimi akwatiċi,L-użu fuq barra rrelatat mal-foljaġġ jista' jiġi awtorizzat biss meta l-istima tar-riskju tkun uriet lill-Istat Membru awtorizzanti li l-użu m'għandux effetti inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u għall-ambjentData tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport tar-reviżjoni ġie ffinalizzat: 11.7.1997. |

    2 | Azoxystrobin CAS Nru 131860-33-8 CIPAC Nru 571 | Methyl (E)-2-{2[6-(2- | 930 g/kg (Z | 1.7.1998 | 1.7.2008 | L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat Matul it-teħid tad-deċiżjoni skond il-prinċipji uniformi, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akwatiċi. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri approprjati ta' mitigazzjoni tar-riskju Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rappot ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: 22.4.1998 |

    3 | Kresoxim-methyl CAS Nru 143390-89-0 CIPAC Nru 568 | Methyl (E)-2-methoxyi- | 910 g/kg | 1.2.1999 | 31.1.2009 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala funġiċida Matul it-teħid tad-deċiżjoni skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ġieri taħt kondizzjonijiet vulnerabbli. Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rappot ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    4 | Spiroxamine CAS Nru 1181134-30-8 CIPAC Nru 572 | (8-tert-Butyl-1,4-dioxaspiro [4.5] decan-2-ylme-thyl)-ethyl-propylamine | 940 g/kg | 1.9.1999 | 1.9.2009 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala funġiċida Matul it-teħid tad-deċiżjoni skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għas-sigurtà ta' l-operatur u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri protettivi approprjati, uiridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri approprjati ta' mitigazzjoni tar-riskjuData tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rappot ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    5 | Azimsulfuron CAS Nru 120162-55-2 CIPAC Nru 584 | 1-(4,6-dimethoxypyri- | 980 g/kg | 1.10.1999 | 1.10.2009 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida L-applikazzjoni mill-ajru ma tistax tiġi awtorizzata Matul it-teħid tad-deċiżjoni skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u pjanti terrestri mhux immirati u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri approprjati ta' mitigazzjoni tar-riskju (e.ż. fil-koltivazzjoni tar-ross irid ikun hemm perjodi minimi ta' żamma għall-ilma qabel ir-rimi) Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rappot ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    6 | Fluroxypyr CAS Nru 69377-81-7 CIPAC Nru 431 | 4-amino-3,5-dichloro-6-fluoro-2-actu pyridyloxyacetic | 950 g/kg | 1.12.2000 | 30.11.2010 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri: għandhom iqisu l-informazjzoni addizzjonali mitluba f' punt 7 tar-rapport tar-reviżjoni,iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ġieri,iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskjuL-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk il-provi addizzjonali mitluba u l-informazzjoni msemmija fil-punt 7 tar-rapport ta' reviżjoni ma jkunux ġew ippreżentati sal- 1.12.2000 Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rappot ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    7 | Metsulfuron-methyl CAS Nru 74223-64-6 KEE Nru 441 | Methyl-2-(4-methoxy-6-methyl-1,3,5,-triazin-2- | 960 g/kg | 1.7.2001 | 30.6.2011 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ġieri,iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskjuData tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    8 | Prohexadione-kalċju CAS Nru 127277-53-6 CIPAC Nru 567 | Kalċju 3,5-dioxo-4-pro- | 890 g/kg | 1.10.2000 | 1.10.2010 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala regolatur tat-tkabbir Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    9 | Triasulfuron CAS Nru 82097-50-5 CIPAC Nru 480 | 1-[2-(2-chloroethoxy) | 940 g/kg | 1.8.2001 | 31.7.2011 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ġieri,iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akwatiċi u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskjuData tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    10 | Esfenvalerate CAS Nru 66230-04-4 CIPAC Nru 481 | (S)- -Cyano-3-phenoxyben- | 830 g/kg | 1.8.2001 | 31.7.2011 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akwatiċi u l-antropodi mhux immirati inklużi n-naħal u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri ta' mitigazzjoni,Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    11 | Bentazone CAS Nru 25057-89-0 CIPAC Nru 366 | 3-isopropyl-(1H)-2,1,3- | 960 g/kg | 1.8.2001 | 31.7.2011 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ġieri Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    12 | Lambda-cyhalothrin CAS Nru 91465-08-6 CIPAC Nru 463 | A 1:1 taħlita ta': (S)-α -cyano-3-phenoxybenzyl(Z)-(1R,3R)-3-(2-chloro-3,3,3-trifluoropropenyl)- | 810 g/kg | 1.1.2002 | 31.12.2011 | Huwa awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida Matul it-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi, l-Istati Membri: iridu jagħtu attenzjoni partikolari għas-sigurtà ta' l-operatur,iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akwatiċi u l-antropodi mhux immirati inklużi n-naħal u jridu jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn approprjat, miżuri ta' mitigazzjoni,iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-fdalijiet fl-ikel u speċjalment l-effetti akuti ta' dan.Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' reviżjoni ġie ffinalizzat: |

    "

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    TERMINI TA' SKADENZA GĦALL-MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI FL-ISTATI MEMBRI GĦAL SUSTANZI ATTIVI AWTORIZZATI GĦALL-UŻU FI PRODOTTI LI JIPPROTEĠU L-PJANTI

    In-numru | L-isem komuni | Id-direttiva ta' inklużjoni | It-terminu ta' skadenza tat-trasposizzjoni | Id-dispożizzjonijiet speċifiċi |

    1 | Imazalil | Direttiva 97/73/KE | 30.6.1999 | L-Istati Membri għandhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imazalil sat-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni Madanakollu, fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dan, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż: għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom biss l-imazalil, u li m'humiex intiżi għall-użu fuq barra ta' foljaġġ, għall- 1.1.2003,għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imazalil u sustanzi attivi oħra li għadhom m'humiex inklużi fl-Anness I, u li m'humiex intiżi għal użu fuq barra ta' foljaġġ, sa erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva kif għandhom jinkludu l-aħħar minn dawk is-sustanzi fl-Anness I |

    2 | Azoxystrobin | Direttiva 98/47/KE | 1.1.1999 | Għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-azoxystrobin flimkien ma' sustanza attiva oħra inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż sakemm perjodu itwal ta' implimentazzjoni huwa stabbilit mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva dwar l-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva oħra fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE |

    3 | Kresoxim-methyl | Direttiva 1999/1/KE | 31.7.1999 | Għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-kresoxim-methyl flimkien ma' sustanza attiva oħra inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż safejn huwa stabbilit perjodu itwal ta' implimentazzjoni mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva dwar l-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva oħra fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE |

    4 | Spiroxamine | Direttiva 1999/73/KE | 1.1.2000 | Għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ispiroxamine flimkien ma' sustanza attiva oħra inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż safejn huwa stabbilit perjodu itwal ta' implimentazzjoni mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva dwar l-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva oħra fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE |

    5 | Azimsulfuron | Direttiva 1999/80/KE | 1.4.2000 | Fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-azimsulfuron għall- 1.4.2001 Għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-azimsulfuron flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż safejn huwa stabbilit perjodu itwal ta' implimentazzjoni mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva dwar l-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva oħra fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE |

    6 | Fluroxypyr | Direttiva 2000/10/KE | 1.6.2000 | L-Istati Membri għandhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluroxypyr bħala sustanza attiva sat-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni Madanakollu, fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal: għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom biss il-fluroxypyr għall- 1.12.2004,għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluroxypyr flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, sa erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li għandha tinkludi l-aħħar ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I |

    7 | Metsulfuron-methyl | Direttiva 2000/49/KE | 31.12.2001 | L-Istati Membri għandhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metsulfuron-methyl bħala sustanza attiva fi żmien it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni Madanakollu, fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal: għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metsulfuron-methyl b'ala l-unika sustanza attiva għal 1.7.2005,għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metsulfuron-methyl flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, sa erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li għandha tinkludi l-aħħar ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I |

    8 | Prohexadione-kalċju | Direttiva 2000/50/KE | 1.1.2001 | Fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal awtorizzazzjonijiet eżistenti proviżorji ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-prohexadione-kalċju għall- 1.1.2002 Għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-prohexadione-kalċju flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż safejn perjodu itwal ta' implimentazzjoni huwa stabbilit mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva dwar l-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva oħra fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE |

    9 | Triasulfuron | Direttiva 2000/66/KE | 31.1.2002 | L-Istati Membi għandhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triasulfuron bħala sustanza attiva mat-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni Madanakollu, fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal: għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triasulfuron bħala l-unika sustanza attiva għall- 1.8.2005,għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triasulfuron flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, sa erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li għandha tinkludi l-aħħar ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I |

    10 | Esfenvalerate | Direttiva 2000/67/KE | 31.1.2002 | L-Istati Membi għandhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-esfenvalerate bħala sustanza attiva mat-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni Madanakollu, fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal: għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-esfenvalerate bħala l-unika sustanza attiva għall- 1.8.2005,għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-esfenvalerate flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, sa erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li għandha tinkludi l-aħħar minn dawk is-sustanzi fl-Anness I |

    11 | Bentazone | Direttiva 2000/68/KE | 31.1.2002 | L-Istati Membi għandhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemenda jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bentazone bħala sustanza attiva mat-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni Madanakollu, fir-rigward ta' l-istima u t-teħid ta' deċiżjonijiet skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III tiegħu, it-terminu ta' skadenza tat-traspożizzjoni huwa estiż għal: għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bentazone bħala l-unika sustanza attiva għall- 1.8.2005,għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bentazone flimkien ma' sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, sa erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li għandha tinkludi l-aħħar minn dawk is-sustanzi fl-Anness I |

    --------------------------------------------------

    Top