This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0016
Council Directive 93/16/EEC of 5 April 1993 to facilitate the free movement of doctors and the mutual recognition of their diplomas, certificates and other evidence of formal qualifications
Id-Direttiva Tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom
Id-Direttiva Tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom
ĠU L 165, 07/07/1993, p. 1–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007; Imħassar b' 32005L0036
Official Journal L 165 , 07/07/1993 P. 0001 - 0024
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0102
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 49, l-Artikolu 57(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenza, u l-Artikolu 66 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi d-Direttivi tal-Kunsill 75/362/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, jinkludu miżuri biex jiffaċilitàw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi [3] u 75/363/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 li tikkonċerna l-koordinament tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolamenti u b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ l-attivitajiet tat-tobba [4] ġew emendati kemm-il darba u sostanzjalment; billi, għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, id-Direttivi msemmija għandhom ikunu kkonsolidati; billi huwa tajjeb wkoll li, billi jinġabru d-Direttivi msemmija f’test wieħed, tiġi inkorporata magħhom id-Direttiva tal-Kunsill 86/457/KEE tal-15 ta’ Settembru 1986 dwar taħriġ speċifiku fil-prattika medika ġenerali [5]; Billi, skond it-Trattat, kull trattament diskriminatorju fuq bażi ta’ nazzjonalità fir-rigward ta’stabbiliment u l-proviżjoni tas-servizzi huwa projbit mit-tmiem tal-perijodu transitorju; billi l-prinċipju ta’ trattament bħal dan ibbażat fuq in-nazzjonalità japplika b’mod partikolari għall-għoti ta’ xi awtorizzazzjoni mitluba biex wieħed jaħdem ta’ tabib u wkoll biex wieħed jirreġistra ma’, jew isir membru ta’, organizzazzjonijiet jew korpi professjonali; Billi jidher madankollu mixtieq li jkunu introdotti ċerti provvedimenti biex jiffaċilitàw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà biex jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ l-attivitajiet tat-tobba; Billi, skond it-Trattat, l-Istati Membri huma mitluba biex ma jagħtu l-ebda forma ta’ għajnuna li tista’ tgħawweġ il-kondizzjonijiet ta’ l-istabbiliment; Billi l-Artikolu 57(1) tat-Trattat jistipula li jinħarġu direttivi għar-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali; billi l-għan ta’ din id-Direttiva huwa r-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u evidenzi oħra ta’ kwalifiki formali li bihom wieħed jista’ jidħol fil-qasam tal-mediċina u r-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u evidenzi oħra formali fir-rigward ta’ speċjalisti; Billi, f’dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ ta’ speċjalisti, rikonoxximent tal-kwalifiki tat-taħriġ huwa xieraq fejn dawn il-kwalifiki, meta ma jkunux kondizzjoni ta’ aċċess biex tinbeda l-attività ta’ speċjalista, xorta jagħtuh iċ-ċans li juża t-titolu ta’ speċjalista; Billi xi tibdiliet fil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri ġabu magħhom ċerti emendi tekniċi meħtieġa biex jikkunsidraw, b’mod partikolari, il-bidliet fit-titoli tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali f’dawn il-professjonijiet jew fid-deskrizzjoni ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet mediċi, kif ukoll l-istabbiliment ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet mediċi ġodda jew in-nuqqas ta’ kontinwazzjoni ta’ ċerti speċjalizzazzjonijiet li kienu jsiru qabel fl-Istati Membri; Billi huwa xieraq li jsiru provvedimenti għal miżuri relatati mad-drittijiet miksuba fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina maħruġa mill-Istati Membri u li japprovaw it-taħriġ li kien inbeda qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; Billi, fir-rigward ta’ pussess ta’ ċertifikat formali ta’ taħriġ, peress li d-Direttiva dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi ma timplikax neċessarjament ekwivalenza mat-taħriġ kopert minn diplomi bħal dawn, l-użu ta’ kwalifiki għandu jkun awtorizzat biss fil-lingwa ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani; Billi, biex tiġi ffaċilitàta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-awtoritàjiet nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li, b’żieda maċ-ċertifikati formali ta’ taħriġ, il-persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ taħriġ mitluba minn din id-Direttiva għandha tipprovdi ċertifikat mill-awtoritàjiet kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha jew tal-pajjiż li ġejja minnu li fih tiddikjara li dawn iċ-ċertifikati huma dawk koperti mid-Direttiva; Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-provvedimenti stabbiliti b’liġi, b’regolamenti jew b’azzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri, li jipprojbixxu l-kumpaniji jew id-ditti kummerċjali milli jeżerċitaw professjoni medika jew li jimponu fuqhom ċerti kundizzjonijiet għal din it-tip ta’ professjoni; Billi, fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi, il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni ma’, jew li ssir membru ta’, organizzazzjonijiet jew korpi professjonali, peress li hija relatata man-natura fissa u permanenti ta’ l-attività magħmula fil-pajjiż ospitanti, mingħajr dubju tikkostitwixxi ostaklu għal persuna li tixtieq tipprovdi servizz, minħabba n-natura temporanja ta’ l-attività tagħha; billi din il-ħtieġa għandha għalhekk tkun imħassra; billi, però, f’dan il-każ, kontroll fuq id-dixxiplina professjonali, li hija r-responsabbiltà ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jew korpi professjonali, għandu jkun iggarantit; billi, għal dan il-għan, għandu jkun iggarantit; billi, għalhekk, għandu jkun ipprovdut, suġġett għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62 tat-Trattat, li l-persuna kkonċernata tista’ tkun mitluba li tissottometti lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita d-dettalji relatati mal-provvediment tas-servizzi; Billi, fir-rigward tal-ħtiġiet relatati ma’ karattru tajjeb u reputazzjoni tajba, għandha ssir distinzjoni bejn il-ħtiġiet li għandom ikunu sodisfatti biex wieħed jieħu l-professjoni u dawk li għandhom ikunu sodisfatti biex wieħed jipprattikaha; Billi, bil-għan li jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata u biex il-membri kollha tal-professjoni li huma ċittadini ta’ l-Istati Membri jitpoġġew fuq l-istess livell fi ħdan il-Komunità, xi koordinament għal ħtiġiet għat-taħriġ fil-mediċina speċjalizzata jidher meħtieġ; billi ċerti kriterji minimi għandhom ikunu stabbiliti għal dan il-għan li jikkonċerna id-dritt li wieħed jieħu t-taħriġ speċjalizzat, il-perijodu minimu ta’ taħriġ, il-metodu kif isir dan it-taħriġ u l-post fejn għandu jitwettaq, kif ukoll is-sorveljanza li għandu jkun suġġett għaliha; billi dawn il-kriterji jikkonċernaw biss l-ispeċjalizzazzjonijiet komuni fl-Istati Membri kollha jew f’żewġ Stati Membri jew aktar; Billi l-koordinament tal-kondizzjonijiet għad-dedikazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, kif ikkunsidrat minn din id-Direttiva, ma jeskludix kull koordinament sussegwenti; Billi l-punt intlaħaq fejn huwa universalment rikonoxxut li hemm bżonn ta’ taħriġ speċifiku għal tabib ġenerali biex ikollu ċ-ċans li jtejjeb il-funzjoni tiegħu; billi din il-funzjoni, li tiddependi l-aktar fuq it-tagħrif personali tat-tabib fuq l-ambjent tal-pazjenti tiegħu, tikkonsisti f’għoti ta’ pariri fuq il-prevenzjoni mill-mard u l-protezzjoni tas-saħħa ġenerali tal-pazjenti, minbarra l-għoti ta’ trattament xieraq; Billi dan il-bżonn għal taħriġ speċifiku għal tobba ġenerali qam prinċipalment bħala riżultat ta’ l-iżvilupp fix-xjenza medika, li kabbret dejjem aktar il-qasma bejn ir-riċerka medika u t-tagħlim fuq naħa u x-xogħol ta’ tabib fuq in-naħa l-oħra, biex b’hekk aspetti importanti tax-xogħol ta’ tabib m’għadhomx jistgħu ikunu mgħallma b’mod sodisfaċenti fl-istruttura preżenti ta’ taħriġ mediku ta’ l-Istati Membri; Billi, minbarra l-benefiċċji għal pazjenti, huwa rikonoxxut ukoll li taħriġ mtejjeb għal funzjoni speċifika ta’ tabib ġenerali jikkontribwixxi għal titjib fil-kura tas-saħħa, partikolarment bl-iżvilupp ta’ avviċinament aktar selettiv għal konsultazzjoni ta’ speċjalisti, użu ta’ laboratorji u stabbilimenti u tagħmir ieħor speċjalizzat ħafna; Billi taħriġ imtejjeb għal xogħol ta’ tabib sejjer jgħolli l-istatus ta’ tabib ġenerali; Billi, għalkemm din is-sitwazzjoni tidher irriversibbli; hija żviluppat b’rati differenti fl-Istati Membri varji; billi huwa mixtieq li jkun assigurat li modi differenti jikkonverġu fi stadji suċċessivi, mingħajr però ma jgħaġġlu żżejjed, bil-ħsieb li jkun hemm taħriġ xieraq għal kull tabib ġenerali biex jissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi ta’ tabib ġenerali; Billi, biex tiġi assigurata introduzzjoni gradwali għal din ir-riforma, huwa meħtieġ fi stadju tal-bidu li jkun istitwit f’kull Stat Membru taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali li jissodisfa l-ħtiġiet minimi ta’ kwalità u kwantità, u jżid mat-taħriġ bażiku minimu li t-tobba ġenerali għandhom jirċievu bi qbil ma’ din id-Direttiva; billi huwa immaterjali jekk dan it-taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali jinkisibx bħala parti ta’, jew separat mit-taħriġ bażiku minimu kif stabbilit nazzjonalment; billi, fit-tieni stadju, għandhom isiru provvedimenti sabiex l-eżerċizzju tax-xogħol ta’ tabib ġenerali taħt skema ta’ sigurtà soċjali tkun suġġetta għat-tlestija ta’ taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali; billi aktar proposti biex titkompla r-riforma għandhom sussegwentement jitressqu; Billi din id-Direttiva ma taffettwax is-saħħa ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi ta’ sigurtà nazzjonali tagħhom u li jiddeterminaw liema attivitajiet għandhom jittwettqu taħt dawn l-iskemi; Billi l-koordinament, skond din id-Direttiva, tal-kondizzjonijiet minimi li jirregolaw il-ħruġ ta’ diplomi, ċertifikati, jew provi oħra ta’ kwalifiki formali li jiċċertifikaw tlestija ta’ taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali sejjer irendi possibbli r-rikonoxximent ta’ dawn id-diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ kwalifiki formali mill-Istati Membri; Billi, skond din id-Direttiva, Stat Membru ospitanti mhux intitolat li jenħtieġ minn prattikanti tal-mediċina, li għandhom diplomi miksuba fi Stat Membru ieħor u rikonoxxuti bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, biex itemmu xi taħriġ addizzjonali biex jaħdmu fl-iskema tas-sigurtà soċjali tiegħu, anki meta t-taħriġ bħal dan huwa mitlub għal dawk li għandhom diplomi ta’ mediċina miksuba fit-territorju tiegħu; billi din il-konsegwenza ta’ din id-Direttiva sejra tibqa’ fis-seħħ fir-rigward ta’ l-attwazzjoni tax-xogħol ta’ tabib ġenerali permezz ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali sa l-1 ta’ Jannar 1995, minn din id-data din id-Direttiva teħtieġ lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu x-xogħol ta’ tabib ġenerali fil-kuntest ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom suġġetti għal pussess ta’ taħriġ speċifiku ġenerali fix-xogħol ta’ tabib ġenerali; billi tobba ġenerali stabbiliti qabel id-data skond din id-Direttiva għandu jkollhom id-dritt li jaħdmu bħala tobba ġenerali taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali tal-pajjiż ospitanti jekk ma jkunux temmew it-taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali; Billi l-koordinament ikkunsidrat minn din id-Direttiva jkopri it-taħriġ professjonali tat-tobba, billi, għal dak li jikkonċerna t-taħriġ, ħafna mill-Istati Membri preżentement ma jagħmlux distinzjoni bejn tobba li jagħmlu l-attività tagħhom bħala persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom; billi regoli relatati ma’ karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba, dixxiplina professjonali jew użu tat-titolu għal professjonijiet koperti huma jew jistgħu jkunu applikabbli, skond l-Istat Membru individwali, kemm għall-impjegati u kemm għal dawk li jaħdmu għal rashom; billi l-attivitajiet ta’ tabib huma suġġetti fl-Istati Membri kollha għal pussess ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina; billi attivitajiet bħal dawn huma magħmula kemm mill-impjegati kif ukoll minn dawk li jaħdmu għal rashom, jew mill-istess persuni fiż-żewġ kapaċitajiet tul il-karriera professjonali tagħhom; billi, biex tkun inkuraġġita l-libertà ta’ moviment ta’ dawn il-professjonisti fi ħdan il-Komunità, jidher għalhekk meħtieġ li din id-Direttiva tiġi estiża għal tobba impjegati; Billi, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-obbligi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw ż-żmien ta’ l-għeluq għat-transposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, Parti B, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: TITOLU I SKOP L-Artikolu 1 Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet ta’ tobba li jaħdmu bħala impjegati jew għal rashom li huma ċittadini ta’ l-Istati Membri. TITOLU II IR-RIKONOXXIMENT TA’ DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA KAPITOLU I DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA L-Artikolu 2 Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membriminn Stati Membri oħra bi qbil mal-Artikolu 23 u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3, billi jagħti lil dawn il-kwalifiki, sakemm id-dritt tax-xogħol ta’ tabib huwa kkonċernat, l-istess effett fit-territorju tiegħu kif jagħti l-istess Stat Membru. L-Artikolu 3 Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 2 huma kif ġej: (a) fil-Belġju: (diploma ta’ tabib tal-mediċina, tal-kirurġija u tal-ostetrija meħtieġa mil-liġi) mogħtija mill-fakultajiet tal-mediċina ta’ l-università, mill-Bord Ċentrali ta’ l-Eżaminijiet jew mill-Bord ta’ l-Eżaminijiet ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Università ta’ l-Istat; (b) fid-Danimarka: "bevis for bestået lægevidenskabelig embedseksamen" (diploma ta’ tabib ġenerali meħtieġa mil-liġi) mogħtija mill-fakultà tal-mediċina ta’ l-università u "dokumentation for gennemført praktisk uddannelse", (ċertifikat ta’ taħriġ prattiku maħruġ mill-awtoritàjiet kompetenti tas-servizzi tas-saħħa); (ċ) fil-Ġermanja: 1. "Zeugnis über die ärztliche Staatsprüfung"(iċ-ċertifikat ta’ l-eżami ta’ l-Istat fil-mediċina) mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti, "Zeugnis über die Vorbereitungszeit als Medizinalassistent" (ċertifikat li jiddikjara li l-perijodu ta’ preparazzjoni bħala assistent mediku ġie mwettaq) sakemm il-liġi Ġermaniża tkun għadha titlob perijodu biex ikun mitmum taħriġ mediku; 2. "Zeugnis über die ärztliche Staatsprüfung" (iċ-ċertifikat ta’ l-eżami ta’ l-Istati fil-mediċina) mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti wara t-30 ta’ Ġunju 1988 u ċertifikat li jafferma ix-xogħol tal-mediċina waqt il-perijodu ta’ taħriġ prattiku ("Arzt im Praktikum"); (d) fil-Greċja: "Πτυχιο Ιατρικης" (grad fil-mediċina) mogħti minn: - il-fakultà tal-mediċina ta’ università, jew - il-fakultà tax-xjenzi tas-saħħa, dipartiment tal-mediċina, ta’ università; (e) fi Spanja: "Título de Licenciado en Medicina y Cirugia" (grad universitarju fil-mediċina u fil-kirurġija) mogħti mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Xjenza jew mir-rettur ta’ l-università; (f) fi Franza: 1. "diplôme d’État de docteur en médecine" (diploma Statali ta’ tabib tal-mediċina) mogħtija mill-fakultajiet tal-mediċina ta’ l-università, il-fakultajiet magħquda tal-mediċina u l-farmaċija ta -università; jew mill-universitàjiet; 2. "diplôme d’université de docteur en médicine" (diploma universitarja ta’ tabib tal-mediċina) fejn dik id-diploma tiċċertifika t-tlestija tal-istess kors ta’ taħriġ bħal dak mniżżel għad-diploma Statali ta’ tabib tal-mediċina; (g) fl-Irlanda: kwalifika primarja mogħtija fl-Irlanda wara li wieħed jgħaddi mill-eżami ta’ kwalifika magħmul minn korp kompetenti ta’ l-eżamijiet u ċ-ċertifikat ta’ esperjenza mogħti mill-korp li japprova r-reġistrazzjoni bħala tabib ġenerali kompletament reġistrat; (h) fl-Italja: "diploma di laurea in medicina e chirurgia" (diploma ta’ gradwat fil-mediċina u fil-kirurġija) mogħtija minn università, akkumpanjata b’ "diploma di abilitazione all’esercizio della medicina e chirurgia" (diploma li tagħti d-dritt biex wieħed jipprattika l-mediċina u l-kiruġija) mogħtija mill-Kummissjoni ta’ l-Eżamijiet ta’ l-Istat; (i) fil-Lussemburgu: "diplôme d’État de docteur en médecine, chirurgie et accouchements" (diploma Statali ta’ tabib tal-mediċina, fil-kirurġija u fil-ostetriċja) mogħtija mill-Bord ta’ l-Eżamijiet ta’ l-Istat, u approvata uffiċċjalment mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, u "certificat de stage" (ċertifikat ta’ taħriġ prattiku) approvat uffiċċjalment mill-Ministeru għas-Saħħa Pubblika; (j) fl-Olanda: "universitair getuigschrift van arts" (ċertifikat universitarju ta’ tabib); (k) fil-Portugall: "Carta de curso de licenciatura em medicina" (diploma li tikkonferma t-tlestija ta’ l-istudji mediċi), mogħtija minn università, u d-"Diploma comprovativo da conclusão do internato geral" (diploma li tikkonferma t-tlestija ta’ l-internship ġenerali), mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti tal-Ministeru tas-Saħħa; (l) fir-Renju Unit: kwalifika primarja mogħtija fir-Renju Unit wara li wieħed jgħaddi mill-eżami ta’ kwalifika magħmul minn korp kompetenti ta’ l-eżamijiet u ċertifikat ta’ esperjenza mogħti mill-korp li approva r-reġistrazzjoni bħala tabib ġenerali reġistrat kompletament. KAPITOLU II DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA SPEĊJALIZZATA KOMUNI GĦALL-ISTATI MEMBRI KOLLHA L-Artikolu 4 Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata mogħtija lil ċittadini ta’ l-Istati Membri mill-Istati Membri l-oħra bi qbil mal-Artikoli 24, 25, 26 u 29 u li huma stabbiliti fl-Artikolu 5, billi jagħti lil dawn il-kwalifiki, l-istess effett fit-territorju tiegħu bħal dawk li jagħti l-Istat Membru nnifsu. L-Artikolu 5 1. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu dawk li, mogħtija mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti mniżżla fil-paragrafu 2, jikkorrispondu, għall-iskop tat-taħriġ speċjalizzat ikkonċernat, għal kwalifiki rikonoxxuti fid-diversi Stati Membri u mniżżla fil-paragrafu 3. 2. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 huma kif ġej: fil-Belġju: (prova formali ta’ kwalifika bħala speċjalist mediku) maħruġa mill-Ministeru responsabbli mis-saħħa pubblika; fid-Danimarka: "bevis for tilladelse til at betegne sig som speciallæge" (ċertifikat li jikkonċerna t-titolu ta’ speċjalista) maħruġ mill-awtoritàjiet kompetenti tas-servizz tas-saħħa; fil-Ġermanja: "Fachärztliche Anerkennung" (ċertifikat rikonoxxut ta’ speċjalista mediku, maħruġ mil-"Landesärztekammer" (Kamra ta’ Fiżiċi ta’ l-Art ikkonċernata); fil-Greċja: "Tίτλος Ιατρικής Ειδικοτητας" (ċertifikat ta’ speċjalizzazzjoni medika) mogħti mill-"Noμαρχίες" (prefetturi); fi Spanja: "Título de Especialista" (kwalifika professjonali ta’ speċjalista) mogħtija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Xjenza; fi Franza: - "certificat d’études spéciales de médecine" (ċertifikat ta’ studji speċjalizzati fil-mediċina) maħruġ mill-fakultà tal-mediċina ta’ università, fakultajiet magħquda tal-mediċina u tal-farmaċija ta’ l-università jew mill-universitàjiet, - ċertifikati ta’ speċjalist mediku kwalifikat, imħejji mill-Kunsill ta’ l-Ordre des médecins, - "certificat d'études spéciales de médecine" (ċertifikat ta’ studji speċjalizzati fil-mediċina) maħruġ mill-fakultà tal-mediċina ta’ università, fakultajiet magħquda tal-mediċina u tal-farmaċija ta’ l-università jew ċertifikati ekwivalenti magħmula taħt digriet tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, - "diplôme d’études spécialisées de médecine délivré par les universités"(diploma ta’ studji speċjalizzati fil-mediċina mogħtija minn università); fl-Irlanda: ċertifikat ta’ tabib speċjalizzat maħruġ mill-awtorità kompetenti rikonoxxut għal dan il-għan mill-Ministeru tas-Saħħa; fl-Italja: "diploma di medico specialista, rilasciati dal rettore di una università" (diploma ta’ tabib speċjalizzat, mogħtija minn rettur ta’ università); fil-Lussemburgu: "certificat de médecin spécialiste" (ċertifikat ta’ tabib speċjalista) maħruġ mill-Ministeru tas-Saħħa Pubblika fuq il-parir tal-kulleġġ mediku; fl-Olanda: - "Getuigschrift van erkenning en inschrijving in het Specialistenregister" (ċertifikat ta’ rikonoxximent u ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru ta’ l-Ispeċjalisti, maħruġ mill-"Specialisten-Registratiecommissie (SRC)" (Kummissjoni għar-Reġistrazzjoni ta’ l-Ispeċjalisti (CRS)), - "Getuigschrift van erkenning en inschrijving in het Register von Sociaal-Geneeskundigen" (ċertifikat ta’ approvazzjoni u reġistrazzjoni maħruġ mis-"Sociaal-Geneeskundigen Registratie-Commissie (SGRC)" (Bord ta’ Reġistrazzjoni ta’ Tobba ta’ Mediċina Soċjali); fil-Portugall: "Grau de Assistente" (grad ta’ assistent), mogħti mill-awtoritàjiet kompetenti tal-Ministeru tas-Saħħa, jew "Título de Especialista" (kwalifika professjonali ta’ speċjalista) mogħtija mill-assoċjazzjoni professjonali għat-tobba; fir-Renju Unit: ċertifikat ta’ tlestija tat-taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti rikonoxxuta għal dan il-għan. 3. It-titoli użati preżentement fl-Istati Membri li jikkorrispondu għal korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat f’dan il-każ huma kif ġej: - anestetiċi: Il-Belġju: | anesthésiologieanesthesiolgie | Id-Danimarka: | anæsteasiolgi | Il-Ġermanja: | Anästhesiologie | Il-Greċja: | αναισθησιολογία | Spanja: | anestesiología y reanimación | Franza: | anesthésiologie-réanimation chirurgicale | L-Irlanda: | anaesthetics | L-Italja: | anestesia e rianimazione | Il-Lussemburgu: | anesthésie-réanimation | L-Olanda: | anesthesiologie | Il-Portugall: | anestesiologia | Ir-Renju Unit: | anaesthetics, | - kirurġija ġenerali: Il-Belġju: | chirurgieheelkunde | Id-Danimarka: | kirurgi eller kirurgiske sygdomme | Il-Ġermanja: | Chirurgie | Il-Greċja: | χειρουργική | Spanja: | cirugía general y del aparato digestivo | Franza: | chirurgie générale | L-Irlanda: | general surgery | L-Italja: | chirurgia generale | Il-Lussemburgu: | chirurgie générale | L-Olanda: | heelkunde | Il-Portugall: | cirurgia geral | Ir-Renju Unit: | general surgery, | - kirurġija newroloġika: Il-Belġju: | neurochirurgieneurochirurgie | Id-Danimarka: | neurokirurgi eller kirurgiske nervesygdomme | Il-Ġermanja: | Neurochirurgie | Il-Greċja: | νευροχειρουργική | Spanja: | neurocirugia | Franza: | neurochirurgie | L-Irlanda: | neurological surgery | L-Italja: | neurochirurgia | Il-Lussemburgu: | neurochirurgie | L-Olanda: | neurochirurgie | Il-Portugall: | neurocirurgia | Ir-Renju Unit: | neurological surgery, | - ostetrija u ginekoloġija: Il-Belġju: | gynécologie-obstétriquegynecologie-verloskunde | Id-Danimarka: | gynaekologi og obstetrik eller kvindesygdomme og fødselshjæelp | Il-Ġermanja: | Frauenheilkunde und Geburtshilfe | Il-Greċja: | μαιευτική-γυναικολογία | Spanja: | obstetricia y ginecología | Franza: | gynécologie-obstétrique | L-Irlanda: | obstetrics and gynaecology | L-Italja: | ostetricia e ginecologia | Il-Lussemburgu: | gynécologie-obstétrique | L-Olanda: | verloskunde en gynaecologie | Il-Portugall: | ginecologia e obstetricia | Ir-Renju Unit: | obstetrics and gynaecology, | - mediċina (interna) ġenerali: Il-Belġju: | médecine interneinwendige geneeskunde | Id-Danimarka: | intern medicin eller medicinske sygdomme | Il-Ġermanja: | Innere Medizin | Il-Greċja: | παθολογία | Spanja: | medicina interna | Franza: | médecine interne | L-Irlanda: | general (internal) medicine | L-Italja: | medicina interna | Il-Lussemburgu: | maladies internes | L-Olanda: | inwendige geneeskunde | Il-Portugall: | medicina interna | Ir-Renju Unit: | general medicine, | - oftalmoloġija: Il-Belġju: | ophtalmologieoftalmologie | Id-Danimarka: | oftalmologi eller oøjensygdomme | Il-Ġermanja: | Augenheilkunde | Il-Greċja: | οφθαλμολογία | Spanja: | oftalmología | Franza: | ophtalmologie | L-Irlanda: | ophtalmology | L-Italja: | oculistica | Il-Lussemburgu: | ophtalmologie | L-Olanda: | oogheelkunde | Il-Portugall: | oftalmologia | Ir-Renju Unit: | opthalmology, | - oto rhino laringoloġija: Il-Belġju: | oto-rhino-laryngologieotorhinolaryngologie | Id-Danimarka: | oto-rhino-laryngologi eller øre-næse-halssygdomme | Il-Ġermanja: | Hals-Nasen-Ohrenheilkunde | Il-Greċja: | ωτορινολαρυγγολογία | Spanja: | otorrinolaringología | Franza: | oto-rhino-laryngologie | L-Irlanda: | otolaryngology | L-Italja: | otorinolaringoiatria | Il-Lussemburgu: | oto-rhino-laryngologie | L-Olanda: | keel-, neus-en oorheelkunde | Il-Portugall: | otorrinolaringologia | Ir-Renju Unit: | otolaryngology, | - pedjatrija: Il-Belġju: | pédiatriekindergeneeskunde | Id-Danimarka: | pædiatri eller børnesygdomme | Il-Ġermanja: | Kinderheilkunde | Il-Greċja: | παιδιατρική | Spanja: | pediatría sus áreas específicas | Franza: | pédiatrie | L-Irlanda: | paediatrics | L-Italja: | pediatria | Il-Lussemburgu: | pédiatrie | L-Olanda: | kindergeneeskunde | Il-Portugall: | pediatria | Ir-Renju Unit: | paediatrics, | - mediċina respiratorja: Il-Belġju: | pneumologiepneumologie | Id-Danimarka: | medicinske lungesydomme | Il-Ġermanja: | Lungen- und Bronchialheilkunde | Il-Greċja: | φυματιολογία-πνευμονολογία | Spanja: | neumologia | Franza: | pneumologie | L-Irlanda: | respiratory medicine | L-Italja: | tisiologia e malattie dell’apparato respiratorio | Il-Lussemburgu: | pneumo-phtisiologie | L-Olanda: | longziekten en tuberculose | Il-Portugall: | pneumologia | Ir-Renju Unit: | respiratory medicine, | - uroloġija Il-Belġju: | urologieurologie | Id-Danimarka: | urologi eller urinvejenes kirurgiske sygdomme | Il-Ġermanja: | Urologie | Il-Greċja: | ïõñïëïãßá | Spanja: | urología | Franza: | chirurgie urologique | L-Irlanda: | urology | L-Italja: | urologia | Il-Lussemburgu: | urologie | L-Olanda: | urologie | Il-Portugall: | urologia | Ir-Renju Unit: | urology; | - ortopedija: Il-Belġju: | orthopédieorthopedie | Id-Danimarka: | ortopædisk kirurgi | Il-Germanja: | Orthopädie | Il-Greċja: | ïñèïπåäéêή | Spanja: | traumatología y cirugía ortopédica | Franza: | chirurgie orthopédique et traumatologie | L-Irlanda: | orthopaedic surgery | L-Italja: | ortopedia e traumatologia | Il-Lussemburgu: | orthopédie | L-Olanda: | orthopedie | Il-Portugall: | ortopedia | Ir-Renju Unit: | orthopaedic surgery, | - anatomija patoloġika: Il-Belġju: | anatomie pathologiquepathologische anatomie | Id-Danimarka: | patologisk anatomi og histologi eller vævsundersøgelse | Il-Germanja: | Pathologie | Il-Greċja: | πáèïëïãéêή áíáôïìéêή | Spanja: | anatomía patológica | Franza: | anatomie et cytologie pathologique | L-Irlanda: | morbid anatomy and histopathology | L-Italja: | anatomia patologica | Il-Lussemburgu: | anatomie pathologique | L-Olanda: | pathologische anatomie | Il-Portugall: | anatomia patológica | Ir-Renju Unit: | morbid anatomy and histopathology; | - newroloġija: Il-Belġju: | neurologieneurologie | Id-Danimarka: | neuromedicin eller medicinske nervesygdomme | Il-Ġermanja: | Neurologie | Il-Greċja: | íåõñïëïãßá | Spanja: | neurologia | Franza: | neurologie | L-Irlanda: | neurology | L-Italja: | neurologia | Il-Lussemburgu: | neurologie | L-Olanda: | neurologie | Il-Portugall: | neurologia | Ir-Renju Unit: | neurology, | - psikjatrija: Il-Belġju: | psychiatriepsychiatrie | Id-Danimarka: | psykiatri | Il-Ġermanja: | Psychiatrie | Il-Ġreċja: | øõχéáôñéêή | Spanja: | psiquiatría | Franza: | psychiatrie | L-Irlanda: | psychiatry | L-Italja: | psichiatria | Il-Lussemburgu: | psychiatrie | L-Olanda: | psychiatrie | Il-Portugall: | psiquiatria | Ir-Renju Unit: | psychiatry. | KAPITOLU III DIPLOMI, ĊERTIFIKATI U PROVI OĦRA TA’ KWALIFIKI FORMALI FIL-MEDIĊINA SPEĊJALIZZATA PARTIKULARI GĦAL ŻEWĠ STATI MEMBRI JEW AKTAR L-Artikolu 6 Kull Stat Membru bi provvedimenti fuq din il-kwistjoni stabbilita bil-liġi, bir-regolamenti u bl-azzjonijiet amministrattivi għandu jirrikonoxxi d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata mogħtija liċ-ċittadini ta’ l-IstatiMembri mill-Istati Membri l-oħra bi qbil mal-Artikoli 24, 25, 27 u 29 u li huma stabbiliti fl-Artikolu 7, billi jagħti lil dawn il-kwalifiki l-istess effett fit-territorju tiegħu kif jagħti l-istess Stat Membru. L-Artikolu 7 1. Id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu dawk li, mogħtija mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti stabbiliti fl-Artikolu 5(2), jikkorrispondu għall-iskop tat-taħriġ speċjalizzat f’dan il-każ għan-nomini stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jagħtu taħriġ bħal dan. 2. In-nomini użati preżentement fl-Istati Membri li jikkorrispondu għal korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat f’dan il-każ huma kif ġej: - bijoloġija klinika: Il-Belġju: | biologie cliniqueklinische biologie | Spanja: | análisis clínicos | Franza: | biologie médicale | L-Italja: | patologia diagnostica di laboratorio | Il-Portugall: | patologia clínica, | - ematoloġija bijoloġika: Id-Danimarka: | klinisk blodtypeserologi | Franza: | hématologie | Il-Lussemburgu: | hématologie biologique | Il-Portugall: | hematologia clínica, | - mikrobijoloġija-batterjoloġija: Id-Danimarka: | klinisk mikrobiologi | Il-Ġermanja: | Mikrobiologie und Infektionsepidemiologie | Il-Greċja: | ìéêñïâéïëïãßá | Spanja: | microbiología y parasitología | L-Irlanda: | microbiology | L-Italja: | microbiologia | Il-Lussemburgu: | microbiologie | L-Olanda: | medische microbiologie | Ir-Renju Unit: | medical microbiology, | - kimika bijoloġika: Id-Danimarka: | klinisk kemi | Spanja: | bioquímica clínica | Irlanda: | chemical pathology | Il-Lussemburgu: | chimie biologique | L-Olanda: | klinische chemie | Ir-Renju Unit: | chemical pathology, | - immunoloġija: Spanja: | inmunología | L-Irlanda: | clinical immunology | Ir-Renju Unit: | immunology, | - kirurġija plastika: Il-Belġju: | chirurgie plastiqueplastische heelkunde | Id-Danimarka: | plastikkirurgi | Il-Greċja: | πëáóôéêή χåéñïõñãéêή | Spanja: | cirurgía plástica y reparadora | Franza: | chirurgie plastique, reconstructrice et esthétique | L-Irlanda: | plastic surgery | L-Italja: | chirurgia plastica | Il-Lussemburgu: | chirurgie plastique | L-Olanda: | plastische chirurgie | Il-Portugall: | cirurgia plástica e reconstrutiva | Ir-Renju Unit: | plastic surgery, | - kirurġija toraċika: Il-Belġju: | chirurgie thoraciqueheelkunde op de thorax | Id-Danimarka: | thoraxkirurgi eller brysthulens kirurgiske sygdomme | Il-Greċja: | χåéñïõñãéêή èώñáêïò | Spanja: | cirurgía torácica | Franza: | chirurgie thoracique et cardio-vasculaire | L-Irlanda: | thoracic surgery | L-Italja: | chirurgia toracica | Il-Lussemburgu: | chirurgie thoracique | L-Olanda: | cardio-pulmonale chirurgie | Il-Portugall: | cirurgia cárdio-torácica | Ir-Renju Unit: | thoracic surgery, | - kirurġija pedjatrika: Il-Greċja: | χåéñïõñãéêή πáßäùí | Spanja: | cirurgía pediátrica | Franza: | chirurgie infantile | L-Irlanda: | paediatric surgery | L-Italja: | chirurgia pediatrica | Il-Lussemburgu: | chirurgie pédiatrique | Il-Portugall: | cirurgia pediátrica | Ir-Renju Unit: | paediatric surgery, | - kirurġija vaskulari: Il-Belġju: | chirurgie des vaisseauxbloedvatenheelkunde | Spanja: | angiología y cirugía vascular | Franza: | chirurgie vasculaire | L-Italja: | chirurgia vascolare | Il-Lussemburgu: | chirurgie cardio-vasculaire | Il-Portugall: | cirurgia vascular, | - kardjoloġija: Il-Belġju: | cardiologiecardiologie | Id-Danimarka: | cardiologi eller hjerte-og-kredsløbssygdomme | Il-Greċja: | êáñäéïëïãßá | Spanja: | cardiología | Franza: | pathologie cardio-vasculaire | L-Irlanda: | cardiology | L-Italja: | cardiologia | Il-Lussemburgu: | cardiologie et angiologie | L-Olanda: | cardiologie | Il-Portugall: | cardiologia | Ir-Renju Unit: | cardio-vascular disease, | - gastroenteroloġija: Il-Belġju: | gastro-entérologiegastro-enterologie | Id-Danimarka: | medicinsk gastroenterologi eller medicinske mave-tarmsygdomme | Il-Greċja: | ãáóôñåíôåñïëïãßá | Spanja: | aparato digestivo | Franza: | gastro-entérologie et hépatologie | L-Irlanda: | gastro-enterology | L-Italja: | malattie dell’apparato digerente, della nutrizione e del ricambio | Il-Lussemburgu: | gastro-entérologie | L-Olanda: | gastro-enterologie | Il-Portugall: | gastrenterologia | Ir-Renju Unit: | gastro-enterology, | - rewmatoloġija: Il-Belġju: | rhumatologiereumatologie | Id-Danimarka: | reumatologi | Il-Greċja: | ñåõìáôïëïãßá | Spanja: | reumatología | Franza: | rhumatologie | L-Irlanda: | rheumatology | L-Italja: | reumatologia | Il-Lussemburgu: | rhumatologie | L-Olanda: | reumatologie | Il-Portugall: | reumatologia | Ir-Renju Unit: | rheumatology, | - ematoloġija ġenerali: Il-Greċja: | áéìáôïëïãßá | Spanja: | hematología hemoterapia | L-Irlanda: | haematology | L-Italja: | ematologia | Il-Lussemburgu: | hématologie | Il-Portugall: | imuno-hemoterapia | Ir-Renju Unit: | haematology, | - endokrinoloġija: Il-Greċja: | åíäïêñéíïëïãßá | Spanja: | endocrinología y nutrición | Franza: | endocrinologie — maladies | L-Irlanda: | endocrinology and diabetes mellitus | L-Italja: | endocrinologia | Il-Lussemburgu: | endocrinologie, maladies du métabolisme et de la nutrition | Il-Portugall: | endocrinologia-nutricção | Ir-Renju Unit: | endocrinology and diabetes mellitus, | - fiżjoterapija: Il-Belġju: | médecine physiquefysische geneeskunde | Id-Danimarka: | fysiurgi og rehabilitering | Il-Greċja: | öõóéêή éáôñéêή êáé áπïêáôÜóôáóç | Spanja: | rehabilitación | Franza: | rééducation et réadaptation fonctionnelles | L-Italja: | fisioterapia | L-Olanda: | revalidatie | Il-Lussemburgu: | rééducation et réadaptation fonctionnelles | Il-Portugall: | fisiatria, | - stomatoloġija: Spanja: | estomatología | Franza: | stomatologie | L-Italja: | odontostomatologia | Il-Lussemburgu: | stomatologie | Il-Portugall: | estomatologia, | - newro-psikjatrija: Il-Belġju: | neuropsychiatrieneuropsychiatrie | Il-Ġermanja: | Nervenheilkunde (Neurologie und Psychiatrie) | Il-Greċja: | íåõñïëïãßá — øõχéáôñéêή | Franza: | neuropsychiatrie | L-Italja: | neuropsichiatria | Il-Lussemburgu: | neuropsychiatrie | L-Olanda: | zenuw — en zielsziekten, | - dermato-veneroloġija: Il-Belġju: | dermato-vénéréologiedermato-venereologie | Id-Danimarka: | dermato-venerologie eller hud- og koønssygdomme | Il-Ġermanja: | Dermatologie und Venerologie | Il-Greċja: | äåñìáôïëïãßá-áöñïäéóéïëïãßá | Spanja: | dermatología médico-quirúrgica y venereología | Franza: | dermatologie et vénéréologie | L-Italja: | dermatologia e venerologia | Il-Lussemburgu: | dermato-vénéréologie | L-Olanda: | dermatologie en venerologie | Il-Portugall: | dermatovenereologia, | - dermatoloġija: L-Irlanda: | dermatology | Ir-Renju Unit: | dermatology, | - venereloġija: L-Irlanda: | venereology | Ir-Renju Unit: | venereology, | - radjoloġija: Il-Ġermanja: | Radiologie | Il-Greċja: | áêôéíïëïãßá — ñáäéïëïãßá | Spanja: | electrorradiología | Franza: | électro-radiologie | L-Italja: | radiologia | Il-Lussemburgu: | électroradiologie | L-Olanda: | radiologie | Il-Portugall: | radiologia, | - radjoloġija dijanjostika: Il-Belġju: | radiodiagnosticröntgendiagnose | Id-Danimarka: | diagnostisk radiologi eller — røntgenundersøgelse | Il-Ġermanja: | Radiologische Diagnostik | Il-Greċja: | aktinodiagnostiki | Spanja: | radiodiagnóstico | Franza: | radiodiagnostic et imagerie médicale | L-Irlanda: | diagnostic radiology | Il-Lussemburgu: | radiodiagnostic | L-Olanda: | radiodiagnostiek | Il-Portugall: | radiodiagnóstico | Ir-Renju Unit: | diagnostic radiology, | - radjuterapija: Il-Belġju: | radio- et radiumthérapieradio- en radiumtherapie | Id-Danimarka: | terapeutisk radiologi eller stralebehandling | Il-Ġermanja: | Strahlentherapie | Il-Greċja: | áêôéíïäéáãíùóôéêή | Spanja: | oncología radioterápica | Franza: | oncologie, option radiothérapie | L-Irlanda: | radiotherapy | Il-Lussemburgu: | radiothérapie | L-Olanda: | radiotherapie | Il-Portugall: | radioterapia | Ir-Renju Unit: | radiotherapy, | - mediċina tropikali: Id-Danimarka: | tropemedicin | L-Irlanda: | tropical medicine | L-Italja: | medicina tropicale | Il-Portugall: | medicina tropical | Ir-Renju Unit: | tropical medicine, | - psikjatrija tat-tfal: Id-Danimarka: | børnepsykiatri | Il-Ġermanja: | Kinder- und Jugendpsychiatrie | Il-Greċja: | πáéäïøõχéáôñéêή | Franza: | pédo-psychiatrie | L-Irlanda: | child and adolescent psychiatry | L-Italja: | neuropsichiatria infantile | Il-Lussemburgu: | psychiatrie infantile | Il-Portugall: | pedopsiquiatria | Ir-Renju Unit: | child and adolescent psychiatry, | - ġerjatrija: Spanja: | geriatría | L-Irlanda: | geriatrics | L-Olanda: | klinische geriatrie | Ir-Renju Unit: | geriatrics, | - mard tal-kliewi: Id-Danimarka: | nefrologi eller medicinske nyresygdomme | Il-Greċja: | íåöñïëïãßá | Spanja: | nefrología | Franza: | néphrologie | L-Irlanda: | nephrology | L-Italja: | nefrologia | Il-Lussemburgu: | néphrologie | Il-Portugall: | nefrologia | Ir-Renju Unit: | renal disease, | - mard infettiv: L-Irlanda: | communicable diseases | L-Italja: | malattie infettive | Ir-Renju Unit: | communicable diseases, | - mediċina komunitarja: Franza: | santé publique et médecine sociale | L-Irlanda: | community medicine | Ir-Renju Unit: | community medicine, | - farmakoloġija: Il-Ġermanja: | Pharmakologie | Spanja: | farmacología clínica | L-Irlanda: | clinical pharmacology and therapeutics | Ir-Renju Unit: | clinical pharmacology and therapeutics, | - mediċina tax-xogħol: Id-Danimarka: | samfundsmedicin/arbejdsmedicin | Il-Ġermanja: | Arbeitsmedizin | Il-Greċja: | ιατρική της εργασίας | Franza: | médecine du travail | L-Italja: | medicina del lavoro | L-Irlanda: | occupational medicine | L-Olanda: | arbeids-en bedrijfsgeneeskunde | Il-Portugall: | medicina do trabalho | Ir-Renju Unit: | occupational medicine, | - allergoloġija: Il-Greċja: | αλλεργιολογία | Spanja: | alergologia | L-Italja: | allergologia ed immunoligia clinica | L-Olanda: | allergologie | Il-Portugall: | imunoalergologia, | - kirurġija gastroenteroloġika: Il-Belġju: | chirurgie abdominaleheelkunde op het abdomen | Id-Danimarka: | kirurgisk gastroenterologi eller kirurgiske mave-tarmsygdomme | Spanja: | cirugía del aparato digestivo | Franza: | chirurgie viscérale | L-Italja: | chirurgia dell’apparato digerente, | - mediċina nukleari: Il-Belġju: | médecine nucléairenucleaire geneeskunde | Il-Ġermanja: | Nuklearmedizin | Il-Greċja: | πνρηνική ιατρική | Spanja: | medicina nuclear | Franza: | médecine nucléaire | L-Italja: | medicina nucleare | L-Olanda: | nucleaire geneeskunde | Il-Portugall: | medicina nuclear | Ir-Renju Unit: | nuclear medicine, | - kirurġija maxillo-facial (taħriġ mediku bażiku): Spanja: | cirugía oral y maxilofacial | Franza: | chirurgie maxillo-faciale et stomatologie | L-Italja: | chirurgia maxillo-facciale, | - kirurġija dentali, orali, u maxillo-facial (taħriġ mediku u dentali bażiku): Il-Belġju: | stomatologie/chirurgie orale et maxillo-faciale;stomatologie/orale en maxillo-faciale chirurgie | Il-Ġermanja: | Zahn-, Mund-, Kiefer- und Gesichtschirurgie | L-Irlanda: | oral and maxillo-facial surgery | Ir-Renju Unit: | oral and maxillo-facial surgery. | L-Artikolu 8 1. Iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jixtiequ jakwistaw waħda mid-diplomi, miċ-ċertifikati, jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali ta’ tobba speċjalisti li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 4 u 6, jew li, għalkemm imsemmija fl-Artikolu 6, mhumiex mogħtija fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru minn fejn ġej iċ-ċittadin barrani, jistgħu jkunu mitluba mill-Istat Membru ospitanti biex jissoddisfaw il-kondizzjonijiet ta’ taħriġ stabbiliti fir-rigward ta’ l-ispeċjalità skond il-liġi, ir-regolamenti u l-azzjonijiet amministrattivi tiegħu. 2. L-Istat Membru ospitanti għandu, però, jikkunsidra, b’mod sħiħ jew f’parti, il-perijodi ta’ taħriġ imwettqa miċ-ċittadini msemmija fil-paragrafu 1 u attestati bl-għoti ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ taħriġ formali mill-awtoritàjiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu ġej ċ-ċittadin barrani bil-kondizzjoni li perijodi ta’ taħriġ bħal dawn jikkorrispondu ma’ dawk mitluba fl-Istat Membru ospitanti għat-taħriġ speċjalizzat f’dak il-każ. 3. L-awtoritàjiet jew korpi kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti, wara li jivverifikaw il-kontenut u t-tul tat-taħriġ speċjalizzat tal-persuna kkonċernata fuq il-bażi tad-diplomi, taċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali sottomessi, għandhom jinfurmawh bil-perijodu addizzjonali ta’ taħriġ meħtieġ u l-oqsma li għandhom ikunu koporti f’dan it-taħriġ. KAPITOLU IV ĊIRKUSTANZI EŻISTENTI L-Artikolu 9 1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi kollha tat-taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 23, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi, bħala prova tajba biżżejjed, id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina mogħtija minn dawk l-Istati Membri meta huma jaffermaw għal taħriġ li jkun beda qabel: - 1 ta’ Jannar 1986 għal Spanja u l-Portugall, - 1 ta’ Jannar 1981 għall-Greċja, - 20 ta’ Diċembru 1976 għall-Istati Membri l-oħra, akkumpanjat minn ċertifikat li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u skond il-liġi jaħdmu fl-attivitajiet f’dak il-każ għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi waqt il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi skond l-Artikoli 24 sa 27, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi, bħala prova tajba biżżejjed, id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata mogħtija minn dawk l-Istati Membri meta huma jaffermaw għal taħriġ li jkun beda qabel: - 1 ta’ Jannar 1986 għal Spanja u l-Portugall, - 1 ta’ Jannar 1981 għall-Greċja, - 20 ta’ Diċembru 1976 għall-Istati Membri l-oħra. L-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata ikunu akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li jkunu ġejjin minnu, li jiddikjara li l-persuni li għandhom dawn iċ-ċertifikati kienu, fil-mediċina speċjalizzata, jaħdmu fl-attivitajiet f’dak il-każ għal perijodu ekwivalenti għad-doppju tad-differenza bejn il-perijodu ta’ taħriġ speċjalizzat ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li ġejjin minnu, u l-ħtiġiet minimi fir-rigward tat-tul tat-taħriġ stabbiliti fit-Titolu III, meta dawn il-perijodi ma jkunux ugwali għal perijodi ta’ taħriġ minimu stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27. Madankollu, jekk, qabel id-dati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru ospitanti kien jeħtieġ perijodu minimu ta’ taħriġ inqas minn dak f’dan il-każ kif msemmi fl-Artikoli 26 u 27, id-differenza msemmija fit-tieni subparagrafu tista’ tkun iddeterminata biss b’referenza għal perijodu minimu ta’ taħriġ stabbilit mill-Istat. 3. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, ċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina jikkonfermaw għal taħriġ meħud fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża li ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 23, l-Istati Membri minbarra il-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali bħala prova tajba biżżejjed jekk: - jattestaw għal taħriġ mibdi qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, - jintitolaw lil persuna biex taħdem ta’ tabib fit-territorju tal-Ġermanja bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk għal kwalifiki mogħtija mill-awtoritàjiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fil-punti 1 u 2 ta’ l-Artikolu 3(ċ), - ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet kompetenti Ġermaniżi li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini kienu effettivament u skond il-liġi jaħdmu fl-attivitajiet f’dak il-każ fil-Ġermanja għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi waqt il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat. 4. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina speċjalizzata jattestaw għal taħriġ meħud fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża li ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 27, l-Istati Membri minbarra il-Ġermanja għandhom jirrikonoxxu dawk id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali bħala prova tajba biżżejjed jekk: - jattestaw għal taħriġ mibdi qabel it-3 ta’ April 1992, u - jippermettu x-xogħol, bħala speċjalista, f’dak il-każ fit-territorju tal-Ġermanja bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk għal kwalifiki mogħtija mill-awtoritàjiet kompetenti Ġermaniżi u msemmija fl-Artikoli 5 u 7. Jistgħu, però, jitolbu li d-diplomi, iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali jkunu akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti tal-Ġermanja li jiddikjaraw li l-persuni kienu, bħala speċjalisti, jaħdmu fix-xogħol f’dak il-każ għal perijodu ekwivalenti għad-doppju tad-differenza bejn il-perijodu ta’ taħriġ speċjalizzat meħud fit-territorju Ġermaniż u t-tul minimu ta’ taħriġ stabbilit fit-Titolu III meta ma jissodisfawx il-ħtiġiet fir-rigward tat-tul tat-taħriġ stabbilit fl-Artikoli 26 u 27. 5. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom fil-mediċina jew fil-mediċina speċjalizzata mhumiex konformi mal-kwalifiki jew nominazzjonijiet stabbilitui fl-Artikoli 3, 5 jew 7, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi, bħala prova tajba biżżejjed, id-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija minn dawk l-Istati Membri, akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ mill-awtoritàjiet jew korpi kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li dawn id-diplomi, iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina jew fil-mediċina speċjalizzata kienu mogħtija wara taħriġ bi qbil mal-provvedimenti tat-Titolu III imsemmija, kif xieraq, fl-Artikoli 2, 4 jew 6, u huma ttrattati mill-Istati Membri li tawhom bħala l-kwalifiki jew n-nominazzjonijiet stabbiliti kif xieraq, fl-Artikoli 3, 5 jew 7. 6. L-Istati Membri li rrevokaw il-provvedimenti stabbiliti bil-liġi, bir-regolamenti jew bl-azzjonijiet amministrattivi relatati mal-għoti ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali fin-newro-psikjatrija, radjoloġija, kirurġija toraċika, kirurġija vaskulari, kirurġija gastroenteroloġika, ematoloġija bijoloġika, fiżjoterapija jew mediċina tropikali u ħadu l-miżuri rrelatati mad-drittijiet miksuba f’isem iċ-ċittadini tagħhom, għandhom jirrikonoxxu d-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri biex jibbenefikaw minn dawn l-istess miżuri, bil-kondizzjoni li d-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi formali tagħhom fin-newro-psikjatrija, radjoloġija, kirurġija toraċika, kirurġija vaskulari, kirurġija gastroenteroloġika, ematoloġija bijoloġika, fiżjoterapija jew mediċina tropikali jissodisfaw il-kondizzjonijiet relevanti stabbiliti jew fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 24, 25 and 27 u sakemm id-diplomi, iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki msemmija kienu mogħtija qabel id-data li fiha l-Istat Membru ospitanti jkun waqaf milli jagħti dawn id-diplomi,iċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fl-ispeċjalizzazzjonijiet ikkonċernati. 7. Id-dati li fihom l-Istati Membri kkonċernati kienu rrevokaw il-provvedimenti stabbiliti bil-liġi, r-regolamenti jew l-azzjonijiet amministrattivi fir-rigward tad-diplomi, ċ-ċertifikati jew l-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 6 huma stabbiliti fl-Anness II. KAPITOLU V UŻU TA’ TITOLU AKKADEMIKU L-Artikolu 10 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, l-Istati Membri ospitanti għandhom jassiguraw li ċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 4, 6 u 9 għandhom id-dritt bil-liġi li jużaw it-titolu akkademiku jew, fejn xieraq, taqsira tiegħu, ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħhom jew ta’ l-Istat Membru li ġejjin minnu, bil-lingwa ta’ dak l-Istat. L-Istati Membri ospitanti jistgħu jitolbu li dan it-titolu jkun segwit bl-isem u l-post ta’ l-istabbiliment jew tal-bord eżaminattiv li jkun tah. 2. Jekk it-titolu akkademiku użat fl-Istat Membru ta’ l-oriġini, jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija, jista’ jitħallat fl-Istat Membru ospitanti ma’ titolu li jitlob f’dak l-Istat taħriġ addizzjonali li l-persuna konċernata ma tkunx għamlet, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lil persuna biex tuża t-titolu użat fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru li ġejja minnu b’forma xierqa li għandha ssir mill-Istat Membru ospitanti. KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET BIEX JIFFAĊILITAW L-EŻERĊIZZJU EFFETTIV TAD-DRITT TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI WIEĦED JIPPROVDI SERVIZZI FIR-RIGWARD TA’ L-ATTIVITAJIET TAT-TOBBA A. Dispożizzjonijiet relatati speċifikament mad-dritt ta’ stabbiliment L-Artikolu 11 1. Stat Membru ospitanti li jitlob mill-persuni tan-nazzjonalità tiegħu prova ta’ karattru tajjeb u reputazzjoni tajba meta jibdew kull attività ta’ tabib għandu jaċċetta bħala prova tajba biżżejjed, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra, ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija, li jafferma li l-kondizzjonijiet ta’ karattru tajjeb u reputazzjoni tajba f’dak il-każ mitluba mill-Istat Membru ikunu ntlaħqu. 2. Meta l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija ma jeħtiġx prova ta’ karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba mill-persuni li jixtiequ jibdew l-attivitajiet f’dak il-każ għall-ewwel darba, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob miċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija estratt mir-rekord ġudizzjarju jew, jekk dan hu impossibbli, dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija. 3. Jekk l-Istat Membru ospitanti għandu tagħrif dettaljat ta’ każ serju li seħħ, qabel l-istabbiliment tal-persuna konċernata f’dak l-Istat, barra t-territorju tiegħu u li x’aktarx jista’ jaffettwa ix-xogħol fit-territorju konċernat, jista’ jinforma lill-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija. L-Istat Membru ta’ oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija għandu jivverifika d-dettalji tal-każ. L-awtoritajiet tiegħu għandhom jiddeċiedu fuq in-natura u l-estensjoni ta’ l-investigazzjoni li għandha ssir u għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru ospitanti b’kull azzjoni konsegwenti li huma jieħdu fir-rigward taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti li huma jkunu ħarġu. 4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw l-konfidenzjalità tal-informazzjoni li tintbagħat. L-Artikolu 12 1. Meta, fi Stat Membru ospitanti, id-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li jkunu fis-seħħ u jagħmlu kondizzjonijiet għal karattru tajjeb jew reputazzjoni tajba inklużi l-provvedimenti għal azzjoni dixxiplinari fir-rigward ta’ nuqqas ta’ kondotta professjonali serja jew kundanna ta’ offiżi kriminali u rrelatati ma l-attivitajiet ta’ tabib, l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija għandhom jibagħtu lill-Istat Membru ospitanti l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ miżuri u azzjoni dixxiplanarja ta’ natura professjonali jew amministrattiva meħuda fir-rigward tal-persuna konċernata jew pieni kriminali imposti fuq il-persuna fil-professjoni tagħha fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna. 2. Jekk l-Istat Membru ospitanti għandu tagħrif dettaljat ta’ każ serju li seħħ, qabel l-istabbaliment tal-persuna kkonċernata f’dak l-Istat, barra t-territorju tiegħu u li x’aktarx jista’ jaffettwa x-xogħol fit-territorju kkonċernat, jista’ jinforma l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija. L-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija għandu jivverifika d-dettalji tal-każ. L-awtoritàjiet tiegħu għandhom jiddeċiedu dwar in-natura u l-estensjoni ta’ l-investigazzjoni li għandha ssir u għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru ospitanti b’xi azzjoni b’konsegwenza ta’ dan li huma jieħdu fir-rigward ta’ l-informazzjoni li jkunu bagħtu bi qbil mal-paragrafu 1. 3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw l-konfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li tintbagħat. L-Artikolu 13 Meta Stat Membru ospitanti jitlob miċ-ċittadini tiegħu li jixtiequ jagħmlu l-attività ta’ tabib, ċertifikat ta’ saħħa fiżika jew mentali, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala prova tajba biżżejjed ta’ din il-preżentazzjoni tad-dokument mitlub fl-Istat Membru ta’ oriġini jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija. Meta l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija ma jimponix xi talbiet ta’ din ix-xorta għal dawk li jixtiequ jagħmlu l-attività f’dan il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jaċċetta minn ċittadin bħal dan ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti f’dak l-Istat li jikkorrispondi maċ-ċertifikati maħruġa mill-Istat Membru ospitanti. L-Artikolu 14 Id-dokumenti maħruġa bi qbil mal-Artikoli 11, 12 u 13 jistgħu ma jkunux ippreżentati aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tagħhom. L-Artikolu 15 1. Il-proċedura biex tawtorizza l-persuna konċernata biex tibda bl-attività ta’ tabib, skond l-Artikoli 11, 12 u 13, għandha tkun mħejjija malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tad-dokumenti kollha relatati ma’ din il-persuna, mingħajr preġudizzju għad-dewmien li jirriżulta minn kull appell li jista’ jsir meta tintemm din il-proċedura. 2. Fil-każi msemmija fl-Artikoli 11(3) u 12(2), talba għal ri-eżaminazzjoni għandha tissospendi il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1. L-Istati Membri kkunsultati għandhom jagħtu t-tweġiba tagħhom fi żmien tliet xhur. Meta jirċievi t-tweġiba jew fi tmiem tal-perijodu l-Istat Membru ospitanti għandu jkompli bil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1. L-Artikolu 16 Meta Stat Membru ospitanti jitlob miċ-ċittadini tiegħu li jixtiequ jsegwu l-attività ta’ tabib biex jieħdu ġurament jew li jagħmlu dikjarazzjoni solenni u meta il-forma ta’ dan il-ġurament jew dikjarazzjoni ma tistax tkun użata minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li forma xierqa jew ekwivalenti ta’ ġurament jew dikjarazzjoni tkun offerta lil persuna konċernata. B. Provvedimenti speċjali rrelatati mal-provvista ta’ servizzi L-Artikolu 17 1. Meta Stat Membru jitlob miċ-ċittadini tiegħu li jixtiequ jsegwu l-attività ta’ tabib, awtorizzazzjoni jew li jkunu membri ta’, jew irreġistrati ma’, organizzazzjoni jew korp professjonali, dak l-Istat Membru għandu fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi jeżenta liċ-ċittadini ta’ Stati Membri minn din il-ħtieġa. Il-persuna konċernata għandha tipprovdi servizzi bl-istess drittijiet u obbligi bħal dawk ta’ ċittadini ta’ l-Istat Membru ospitanti; b’mod partikolari il-persuna għandha tkun suġġetta għar-regoli ta’ kondotta ta’ natura professjonali jew amministrattivi li japplikaw f’dak l-Istat Membru. Għal dan il-għan u b’żieda għad-dikjarazzjoni pprovduta filparagrafu 2 relatata mas-servizzi li għandhom ikunu pprovduti, l-Istati Membri jistgħu, biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-provvedimenti relatati mal-kondotta professjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom, jitolbu jew reġistrazzjoni awtomatika temporanja jew sħubija pro forma ta’ organizzazzjoni jew korp professjonali jew, bħala alternattiva, reġistrazzjoni, bil-kondizzjoni li din ir-reġistrazzjoni jew sħubija ma ttawwalx jew b’xi mod tikkomplika il-provvista tas-servizzi jew timponi xi spejjeż addizzjonali fuq il-persuna li tipprovdi s-servizzi. Meta Stat Membru ospitanti jaddotta miżura skond it-tieni subparagrafu jew isir jaf b’fatti li jmorru kontra dawn il-provvedimenti, għandu jinforma minnufih lill-Istat Membru fejn il-persuna konċernata hija stabbilita. 2. L-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-persuna kkonċernata biex tagħmel dikjarazzjoni bil-quddiem lejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-provvedimenti tas-servizzi meta dawn jinvolvu soġġorn temporanju fit-territorju tiegħu. F’każi urġenti din id-dikjarazzjoni tista’ ssir malajr kemm jista’ jkun wara li s-servizzi jkunu pprovduti. 3. Bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lil-persuna biex tforni dokument wieħed jew aktar li jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin: - id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, - ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata tkun legalment issegwi l-attivitajiet f’dak il-każ fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, - ċertifikat li l-persuna kkonċernata għandha wieħed jew ieħor mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali xierqa għal provvediment tas-servizzi f’dak il-każ u msemmija f’din id-Direttiva. 4. Id-dokument jew dokumenti speċifikati fil-paragrafu 3 ma jistgħux jinġiebu aktar minn 12-il xahar wara d-data tal-ħruġ. 5. Meta Stat Membru temporanjament jew b’mod permanenti jċaħħad, b’mod sħiħ jew f’parti, id-dritt ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor stabbilit fit-territorju tiegħu milli jagħmel xi attività ta’ tabib, l-Istat Membru għandu, jassigura l-irtirar temporanju jew permanenti taċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 3. L-Artikolu 18 Meta reġistrazzjoni ma’ korp pubbliku ta’ sigurtà soċjali hija mitluba fl-Istat Membru ospitanti għat-twettieq mal-korpi ta’ assigurazzjoni tal-kontijiet relatati mas-servizzi magħmula lil persuni assigurati bl-iskemi ta’ sigurtà soċjali, l-Istat Membru għandu jeżenta liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra stabbiliti fi Stat Membru ieħor minn din it-talba, fil-każi ta’ provvista ta’ servizzi li jirrikjedu vjaġġi minn-naħa tal-persuna konċernata. Madankollu, il-persuni kkonċernati għandhom jissupplixxu lil dan il-korp l-informazzjoni bill-quddiem, jew, f’każi urġenti, sussegwentement, li tikkonċerna s-servizzi pprovduti. Ċ. Dispożizzjonijiet komuni għad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu provduti servizzi L-Artikolu 19 Meta fi Stat Membru ospitanti l-użu tat-titolu professjonali relatat ma’ waħda mill-attivitajiet ta’ tabib huwa suġġett għal regoli, ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 9 (1), (3) u (5) għandhom jużaw it-titolu professjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti li, f’dak l-Istat, jikkorrispondi mal-kondizzjonijiet ta’ kwalifiki u għandhom jużaw it-titolu mqassar. L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll għall-użu ta’ titoli professjonali ta’ tobba speċjalisti minn dawk li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 6 u 9 (2), (4), (5) u (6). L-Artikolu 20 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħtu l-opportunità lill-persuni kkonċernati li jiksbu l-informazzjoni fuq il-liġijiet ta’ saħħa u s-sigurtà soċjali u, fejn applikabbli, fuq l-etika professjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti. Għal dan il-għan l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċentri informattivi minn fejn persuni bħal dawn jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa. F’każ ta’ stabbiliment, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jitolbu lill-benefiċjarji biex jikkuntattjaw dawn iċ-ċentri. 2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċ-ċentri msemmija fil-paragrafu 1 fi ħdan l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li huma għandhom jinnominaw. 3. L-Istati Membri għandhom jaraw li, fejn xieraq, il-persuni kkonċernati jitgħallmu, fl-interess tagħhom u tal-pazjenti tagħhom, il-lingwa meħtieġa biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fil-pajjiż ospitanti. L-Artikolu 21 L-Istati Membri li jeħtieġu liċ-ċittadini tagħhom li jwettqu perijodu ta’ taħriġ preparatorju biex isiru eliġibbli biex jaħdmu bħala tobba ta’ skema ta’ sigurtà soċjali jistgħu jimponu l-istess kondizzjoni fuq iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra għal perijodu ta’ ħames snin li jibda mill-20 ta’ Ġunju 1975. Il-perijodu ta’ taħriġ ma jistax, però, jeċċedi sitt xhur. L-Artikolu 22 Fil-każ ta’ dubji ġġustifikati, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob mill-awtoritàjiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor konferma tal-awtentiċità tad-diplomi, taċ-ċertifikati jew tal-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali maħruġa f’dak l-Istat Membru l-ieħor u msemmija fil-Kapitoli I sa IV tat-Titolu II u wkoll konferma tal-fatt li l-persuna kkonċernata tkun issodisfat it-taħriġ kollu meħtieġ stabbilit fit-Titolu III. TITOLU III KOORDINAMENT TA’ DISPOŻIZZJONIJIET STABBILITI B’LIĠI, B’REGOLAMENTI JEW B’AZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI FIR-RIGWARD TA’ ATTIVITAJIET TA’ TOBBA L-Artikolu 23 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jixtiequ jsegwu l-professjoni medika jkollhom diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina msemmija fl-Artikolu 3 li jiggarantixxu li waqt il-perijodu ta’ taħriġ il-persuna kkonċernata tkun kisbet: (a) tagħrif adekwat tax-xjenzi li fuqhom hija bbażata l-mediċina u fehma tajba tal-metodi xjentifiċi inklużi il-prinċipji li jkejlu l-funzjonijiet bijoloġiċi, l-evalwazzjoni ta’ fatti xjentifiċi u l-analiżi tal-informazzjoni; (b) fehma biżżejjed ta’ l-istruttura, il-funzjonijiet u l-imġieba ta’ persuni b’saħħithom u morda, kif ukoll relazzjonijiet bejn l-istat ta’ saħħa u l-istat fiżiku u tas-soċjetà ta’ madwaril-bniedem; (ċ) tagħrif adekwat ta’ dixxiplini kliniċi u prattika, li jagħtuh stampa koerenti ta’ mard mentali u mard fiżiku, tal-mediċina mill-aspett ta’ profilassi, dijanjożi u terapija u tar-riproduzzjoni umana; (d) esperjenza klinika fl-isptarijiet taħt sorveljanza xierqa. 2. Perijodu mwettaq ta’ taħriġ mediku ta’ din ix-xorta għandu jkun mill-inqas kors ta’ sitt snin jew 5500 sigħat ta’ istruzzjoni teoretika u prattika mogħtija f’università jew taħt is-sorveljanza ta’ università. 3. Biex jiġi aċċettat għal dan it-taħriġ, il-kandidat għandu jkollu diploma jew ċertifikat li jintitolah biex jiġi aċċettat fl-universitajiet ta’ l-Istat Membru għal kors ta’ l-istudju kkonċernat. 4. Fil-każ ta’ persuni li bdew it-taħriġ qabel l-1 ta’ Jannar 1972, it-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jinkludi sitt xhur taħriġ prattiku full-time f’livell universitarju taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti. 5. F’din id-Direttiva xejn ma jippreġudika xi faċilità li tista’ tiġi mogħtija bi qbil mar-regoli tagħhom mill-Istati Membri fir-rigward tat-territorju tagħhom biex jawtorizzaw lil persuni li għandhom diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ kwalifiki formali li ma nkisbux fi Stat Membru biex jibdew u jsegwu l-attivitajiet bħala tobba. L-Artikolu 24 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-taħriġ li jwassal għal diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata, jkun jaqbel mill-anqas mal-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) għandu jinvolvi t-twettieq b’suċċess ta’ sitt snin studju fi ħdan l-istruttura tal-kors ta’ taħriġ msemmi fl-Artikolu 23; it-taħriġ li jwassal għal għoti ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ speċjalizzazzjoni fil-kirurġija dentali, orali u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali) jinvolvi wkoll it-twettieq b’suċċess tal-kors ta’ taħriġ bħala dentist imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/687/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 li tikkonċerna l-koordinament tal-provvedimenti stabbiliti b’liġi, b’regolamenti jew b’azzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ dentisti [6]; (b) għandu jinvolvi istruzzjoni teoretika u prattika; (ċ) għandu jkun kors full-time issorveljat mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti skond il-punt 1 ta’ l-Anness I; (d) għandu jsir f’ċentru universitarju, fi sptar ta’ tagħlim jew, fejn xieraq, fi stabbiliment tas-saħħa approvat għal dan l-iskop mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti; (e) għandu jinvolvi l-parteċipazzjoni personali tat-tabib li qed jitħarreġ biex isir speċjalista fix-xogħol u fir-responsabbiltajiet ta’ l-istabbilimenti konċernati. 2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-għoti ta’ diploma, ta’ ċertifikat jew ta’ prova oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina speċjalizzata suġġett għal pussess ta’ wieħed mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina msemmija fl-Artikolu 23. Ħruġ ta’ diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ speċjalizzazzjoni fil-kirurġija dentali, orali u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali) huwa wkoll suġġett għal pussess ta’ wieħed mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki bħala dentist imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/687/KEE. L-Artikolu 25 1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ taħriġ full-time kif stabbilit fl-Artikolu 24(1)(ċ), u sa dak iż-żmien li l-Kunsill jieħu d-deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu taħriġ speċjalizzat part-time, taħt il-kondizzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta taħriġ fuq bażi full-time ma jkunx prattikabbli għal raġunijiet individwalment validi. 2. Taħriġ part-time għandu jingħata bi qbil mal-punt 2 ta’ l-Anness I u bi standard kwalitattiv ekwivalenti għat-taħriġ full-time. Dan l-istandard ta’ taħriġ m’għandux ikun imfixkel, jew bin-natura tal-part-time tiegħu jew bl-attwazzjoni ta’ attività professjonali privata bi ħlas. It-tul totali tat-taħriġ speċjalizzat ma jistax ikun imqassar fil-każi meta jkun organizzat fuq bażi ta’ part-time. 3. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, mhux iktar tard mill-25 ta’ Jannar 1989, jekk il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 għandhomx jinżammu jew ikunu emendati, fid-dawl ta’ l-eżaminazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni u fuq proposta tal-Kummissjoni, b’rigward għal fatt li l-possibbiltà ta’ taħriġ part-time għandhiex tkompli teżisti f’ċerti ċirkustanzi li għandhom ikunu eżaminati speċjalità bi speċjalità. Taħriġ speċjalizzat part-time li nbeda qabel l-1 ta’ Jannar 1983 jista’ jitlesta bi qbil mal-provvedimenti fis-seħħ qabel din id-data. L-Artikolu 26 L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tul minimu tal-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat imsemmi hawn isfel ma jistax ikun inqas minn dan li ġej: L-ewwel grupp (ħames snin): - kirurġija ġenerali - newro-kirurġija - mediċina interna - uroloġija - ortopedija; It-tieni grupp (erba’ snin): - ginekoloġija u ostetrija - pedjatrija - pnewmotiżjoloġija - anatomija patoloġika - newroloġija - psikjatrija It-tielet grupp (tliet snin): - anastesjoloġija u rijanimazzjoni - oftalmoloġija - otorinolaringoloġija. L-Artikolu 27 L-Istati Membri li għamlu provvedimenti b’liġi, b’regolamenti u b’azzjonijiet amministrattivi f’dan il-qasam għandhom jassiguraw li t-tul minimu tal-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat imsemmi hawn taħt ma jistax ikun inqas minn dan li ġej: L-ewwel grupp (ħames snin): - kirurġija plastika - kirurġija toraċika - kirurġija vaskulari - newro-psikjatrija - kirurġija pedjatrika - kirurġija gastroenteroloġika - kirurġija maxillo-facial (taħriġ mediku bażiku) It-tieni grupp (erba’ snin): - kardjoloġija - gastroenteroloġija - rewmatoloġija - bijoloġija klinika - radjoloġija - radjoloġija dijagnostika - radjoterapija - mediċina tropikali - farmakoloġija - psikjatrija tat-tfal - mikrobijoloġija-batterjoloġija - mediċina tax-xogħol - kimika bijoloġika - immunoloġija - dermatoloġija - venereloġija - ġerjatrija - mard tal-kliewi - mard li jittieħed - mediċina komunitarja - ematoloġija bijoloġika - mediċina nukleari - kirurġija dentali, orali, u maxillo-facial (taħriġ bażiku mediku u dentali); It-tielet grupp (tliet snin): - ematoloġija ġenerali - endokrinoloġija - fiżjoterapija - stomatoloġija - dermato-veneroloġija - allergoloġija. L-Artikolu 28 Bħala miżura tranżizzjonali u minkejja l-Artikoli 24(1)(ċ) u 25, l-Istati Membri li l-provvedimenti tagħhom, stabbiliti b’liġi, b’regolamenti, jew b’azzjonijiet amministrattivi, magħmula għal taħriġ speċjalizzat part-time fl-20 ta’ Ġunju 1975, jistgħu jkomplu japplikaw dawn il-provvedimenti għal kandidati li bdew it-taħriġ bħala speċjalisti mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1983. Kull Stat Membru ospitanti għandu jkun awtorizzat li jitlob lill-benefiċjarji ta’ l-ewwel paragrafu biex ifornu, b’żieda mad-diplomi, maċ-ċertifikati u mal-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali, attestazzjoni li jiċċertifika li għall-anqas għal tliet snin konsekuttivi fil-ħames snin ta’ qabel il-ħruġ ta’ l-attestazzjoni huma kienu legalment jaħdmu bħala speċjalisti fil-qasam ikkonċernat. L-Artikolu 29 Bħala miżura tranżizzjonali u minkejja l-Artikolu 24(2): (a) f’dak li għandu x’jaqsam mal-Lussemburgu, u fir-rigward biss tad-diplomi tal-Lussemburgu koperti bil-liġi ta’ l-1939 tal-Lussemburgu dwar l-għoti tal-gradi akkademiċi u universitarji, il-ħruġ ta’ ċertifikat bħala speċjalista għandu jkun kondizzjonali sempliċiment fuq il-pussess tad-diploma ta’ tabib tal-mediċina, tal-kirurġija u ta’ l-ostetriċja mogħti mill-Bord ta’ l-Eżamijiet ta’ l-Istat tal-Lussemburgu; (b) f’dak li għandu x’jaqsam mad-Danimarka, u fir-rigward tad-diplomi Daniżi ta’ tobba meħtieġa mil-liġi mogħtija mill-fakultà tal-mediċina ta’ università Daniża bi qbil mad-digriet tal-Ministeru ta’ l-Intern tal-14 ta’ Mejju 1970, il-ħruġ ta’ ċertifikat bħala speċjalista għandu jkun kondizzjonali sempliċiment fuq il-pussess tad-diplomi msemmija hawn fuq. Id-diplomi msemmija f’(a) u f’(b) jistgħu jingħataw lill-kandidati li bdew it-taħriġ tagħhom qabel l-20 ta’ Diċembru 1976. TITOLU IV TAĦRIĠ SPEĊIFIKU FIX-XOGĦOL TA’ TABIB ĠENERALI L-Artikolu 30 Kull Stat Membru li jeżenta t-taħriġ imwettaq li hemm referenza għalih fl-Artikolu 23 fit-territorju tiegħu għandu jinstitwixxi taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali li jaqbel mal-kondizzjonijiet mill-anqas daqshekk stretti bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32, b’mod li l-ewwel diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija fit-tmiem il-kors ikunu maħruġa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1990. L-Artikolu 31 1. It-taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 30 għandu jaqbel mal-kondizzjonijiet minimi li ġejjin: (a) id-dħul għandu jkun kondizzjonali għal twettieq b’suċċess ta’ mill-anqas sitt snin studju fl-istruttura tal-kors tat-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikolu 23; (b) għandu jkun kors full-time ta’ mill-anqas sentejn, u għandu jkun issorveljat mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti; (ċ) għandu jkun ibbażat fuq il-prattika aktar milli fuq it-teorija; l-istruzzjoni prattika għandha tingħata, min-naħa l-waħda, mill-anqas għal sitt xhur fi sptar jew klinika approvata b’tagħmir u servizzi xierqa u, min-naħa l-oħra, mill-anqas għal sitt xhur fi prattika ta’ tabib ġenerali approvata jew f’ċentru approvat fejn it-tobba jfornu kura primarja; għandu jsir f’kuntatt ma’ stabbilimenti jew strutturi oħra li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ tabib ġenerali; però mingħajr preġudizzju għall-perijodi minimi diġà msemmija ta’ l-istruzzjoni prattika li tista’ tingħata għal perijodu massimu ta’ sitt xhur fi stabbilimenti jew fi strutturi oħra approvati li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ tabib ġenerali; (d) għandu jinvolvi il-parteċipazzjoni personali ta’ l-imħarreġ fl-attivitajiet u r-responsabbiltajiet professjonali tal-persuni li jaħdem magħhom. 2. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jiddeferixxu l-applikazzjoni tal-provvedimenti tal-paragrafu 1(ċ) relatati mal-perijodi minimi ta’ istruzzjoni sa l-1 ta’ Jannar 1995 l-aktar tard. 3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ħruġ ta’ diplomi, ta’ ċertifikati jew ta’ provi oħra ta’ kwalfiki formali mogħtija wara t-taħriġ speċifiku fix-xogħol ta’ tabib ġenerali, kondizzjonali fuq jekk il-kandidat ikollux waħda mid-diplomi, miċ-ċertifikati jew mill-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3. L-Artikolu 32 Jekk, fit-22 ta’ Settembru 1986, Stat Membru kien qed jipprovdi taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali permezz ta’ esperjenza fix-xogħol ta’ tabib ġenerali miksub mit-tabib fil-klinika tiegħu taħt is-sorveljanza ta’ kontrollur awtorizzat ta’ taħriġ, dak l-Istat Membru jista’ jżomm dan it-tip ta’ taħriġ fuq bażi sperimentali bil-kondizzjoni li: - jkun konformi mal-Artikolu 31(1)(a) u (b), u (3); - it-tul tiegħu jkun id-doppju tad-differenza bejn il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 31(1)(b) u s-somma tal-perijodi stabbiliti fit-tielet paragrafu t’hawnhekk, - jinvolvi perijodu fi sptar jew fi klinika approvata b’tagħmir u servizzi xierqa u perijodu fi prattika ta’ tabib ġenerali jew f’ċentru approvat fejn it-tobba jipprovdu kura primarja; mill-1 ta’ Jannar 1995, it-tul ta’ kull wieħed minn dawn il-perijodi għandu jkun mill-anqas ta’ sitt xhur. L-Artikolu 33 Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba, u fid-dawl tal-progress fit-taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali, il-Kummissjoni għandha tissottometti lil Kunsill, sa l-1 ta’ Jannar 1996 l-aktar tard, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 31 u 32 u l-proposti xierqa biex tinkiseb aktar armonizzazzjoni fit-taħriġ ta’ xogħol ta’ tabib ġenerali. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattat qabel l-1 Jannar ta’ 1997. L-Artikolu 34 1. Mingħajr preġudizzju għal prinċipju ta’ taħriġ full-time stabbili fl-Artikolu 31(1)(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw taħriġ speċifiku part—time fix-xogħol ta’ tabib ġenerali b’żieda mat-taħriġ full-time fejn il-kondizzjonijiet partikolari li ġejjin jintlaħqu: - it-tul totali tat-taħriġ ma jistax ikun imqassar għax ikun qiegħed isir fuq bażi ta’ part-time, - it-tul fil-ġimgħa ta’ taħriġ part-time ma jistax ikun anqas minn 60 % tat-taħriġ fil-ġimgħa full-time, - it-taħriġ part-time għandu jinkludi ċertu numru ta’ perijodi ta’ taħriġ full-time, kemm għat-taħriġ magħmul fi sptar jew fi klinika u kemm għat-taħriġ magħmul fi prattika medika approvata jew f’ċentru approvat fejn it-tobba jipprovdu kura primarja. Dawn il-perijodi ta’ taħriġ full-time għandhom ikunu ta’ numru u tul biżżejjed biex jipprovdu preparazzjoni adekwata għax-xogħol effettiv ta’ tabib ġenerali. 2. Taħriġ part-time għandu jkollu livell ta’ kwalità ekwivalenti għal dak tat-taħriġ full-time. Għandu jwassal għal diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 30. L-Artikolu 35 1. Irrispettivament minn kull dritt miksub li jirrikonoxxu, l-Istat Membri jistgħu joħorġu id-diploma, iċ-ċertifikat jew il-prova l-oħra ta’ kwalifika formali li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 30 lil tabib ġenerali li ma jkunx temm it-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikoli 31 u 32 imma li għandu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li jattesta t-twettieq ta’ kors ta’ taħriġ addizzjonali ieħor, madankollu, l-Istati Membri jistgħu joħorġu diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifika formali bħal din biss jekk din tattesta għal livell ta’ sengħa ekwivalenti għal dak milħuq fi tmiem it-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikoli 31 u 32. 2. Huma u jadottaw ir-regoli tagħhom bi qbil mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-estensjoni li għaliha t-taħriġ addizzjonali diġà mwettaq mill-kandidat u l-esperjenza professjonali tiegħu jistgħu jkunu kkunsidrati flok it-taħriġ li hemm referenza għalih fl-Artikoli 31 u 32. L-Istati Membri jistgħu joħorġu d-diploma, iċ-ċertifikat jew il-prova l-oħra ta’ kwalifika formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 biss jekk il-kandidat ikun kiseb mill-anqas sitt xhur esperjenza fix-xogħol ta’ tabib ġenerali fi prattika ta’ tabib ġenerali jew f’ċentru fejn it-tobba jipprovdu kura primarja, kif hemm referenza dwar dan fl-Artikolu 31(1)(ċ). L-Artikolu 36 1. Mill-1 ta’ Jannara 1995, u suġġett għad-drittijiet miksuba li hi tkun irrikonoxxiet, kull Stat Membru għandu jagħmel l-eżerċizzju ta’ tabib ġenerali taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali tiegħu b’kondizzjoni fuq il-pussess ta’ diploma, ta’ ċertifikat jew ta’ prova oħra ta’ kwalifiki formali kif imsemmi fl-Artikolu 30. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din il-kondizzjoni persuni li qed jagħmlu taħriġ speċifiku fil-prattika medika ġenerali. 2. Kull Stat Membru għandu jispeċifika d-drittijiet miksuba li hu jirrikonoxxi. Madankollu, għandu jirrikonoxxi d-dritt li wieħed jagħmel ix-xogħol ta’ tabib ġenerali ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali mingħajr id-diploma, iċ-ċertifikat jew l-prova l-oħra ta’ kwalifika formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 bħala miksuba minn dawk it-tobba kollha li fil-31 ta’ Diċembru 1994 kellhom dan id-dritt skond l-Artikoli 1 sa 20 u li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu f’dik id-data bis-saħħa tal-artikolu 2 jew 9(1) 3. Kull Stat Membru jista’ japplika l-paragrafu 1 qabel l-1 ta’ Jannar 1995, suġġett għal kondizzjoni li kull tabib li temm it-taħriġ li hemm referenza fl-Artikolu 23 fi Stat Membru ieħor ikun jista’ jistabbilixxi ruħu fit-territorju tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 1994 u jkun jista’ jipprattika permezz ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali tiegħu bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 jew 9 (1). 4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom joħorġu fuq talba ċertifikat li jagħti, lit-tobba li għandhom drittijiet miksuba bis-saħħa tal-paragrafu 2, id-dritt li jaħdmu bħala tobba ġenerali taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali mingħajr diploma, ċertifikat jew prova oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30. 5. Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jippreġudika l-possibbiltà, li hi miftuħa għall-Istati Membri, li jagħtu, bi qbil mar-regoli tagħhom u fir-rigward tat-territorju tagħhom, id-dritt ta’ xogħol bħala tabib ġenerali taħt skema ta’ sigurtà soċjali lill-persuni li m’għandhomx diplomi, ċertifikati jew provi oħra formali ta’ taħriġ mediku u ta’ taħriġ speċifiku f’xogħol ta’ tabib ġenerali miksub fiż-żewġ każi fl-Istat Membru, imma li għandhom diplomi, ċertifikati jew provi oħra ta’ wieħed jew ta’ tnejn minn dawn it-tip ta’ taħriġ miksub f’pajjiż mhux membru. L-Artikolu 37 1. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi permezz ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, għall-iskop ta’ prattikant mediku ġenerali, id-diplomi, iċ-ċertifikati jew il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 mogħtija liċ-ċittadini ta’ Stati Membri minn Stati Membri oħra bi qbil mal-Artikoli 31, 32, 34 u 35. 2. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 36(4) maħruġa liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri minn Stati Membri oħra, u għandu jikkonsidrahom bħala ekwivalenti fit-territorju tiegħu għad-diplomi, għaċ-ċertifikati jew għall-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li joħroġ hu stess, u li jippermettu x-xogħol ta’ tabib ġenerali skond l-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali. L-Artikolu 38 Ċittadini ta’ Stati Membri li lilhom Stat Membru jkun ħareġ id-diplomi, iċ-ċertifikati jew il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 30 jew 36(4) għandhom ikollhom id-dritt li jużaw fl-Istat Membru ospitanti t-titolu professjonali eżistenti f’dak l-Istat u l-abbrevjazzjoni tiegħu. L-Artikolu 39 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, l-Istati Membri ospitanti għandhom jassiguraw li ċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri koperti bl-Artikolu 37 għandhom id-dritt ta’ l-użu legali tat-titolu akkademiku, jew, fejn xieraq, abbrevjazzjoni tiegħu, ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħhom jew ta’ l-Istat Membru li ġejjin minnu, bil-lingwa ta’ dak l-Istat. L-Istati Membri ospitanti jistgħu jitolbu li dan it-titolu jkun segwit bl-isem u l-post ta’ l-istabbiliment jew bord ta’ l-eżamijiet li jkun tah. 2. Jekk it-titolu akkademiku użat fl-Istat Membru ta’ l-oriġini, jew fl-Istat Membru li minnu ġejja l-persuna barranija, jista’ jkun konfuż fl-Istat Membru ospitanti ma’ titolu li jkun jenħtieġ f’dak l-Istat taħriġ addizzjonali li l-persuna kkonċernata ma tkunx għamlet, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lil persuna biex tuża t-titolu ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew ta’ l-Istat Membru li ġejja minnu b’forma xierqa li għandha tkun indikata mill-Istat Membru ospitanti. L-Artikolu 40 Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba, u fid-dawl tal-progress fit-taħriġ fix-xogħol ta’ tabib ġenerali, il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Kunsill, sa l-1 ta’ Jannar 1997 l-aktar tard, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu u, jekk meħtieġ, proposti xierqa b’ħarsa lejn taħriġ xieraq għal kull tabib ġenerali biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattikant mediku ġenerali. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawk il-proposti bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattat. L-Artikolu 41 Malli Stat Membru ikun avvża lill-Kummissjoni bid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri li jkun ħa bi qbil mal-Artikolu 30, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jindika n-nomini addottati minn dak l-Istat Membru għad-diploma, għaċ-ċertifikat jew għall-prova l-oħra ta’ kwalifiki formali u, fejn xieraq, it-titolu professjonali f’dak il-każ. TITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI L-Artikolu 42 L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti biex joħorġu jew jirċievu d-diplomi, iċ-ċertifikati jew il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali kif ukoll id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija f’din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. L-Artikolu 43 Meta Stat Membu jiltaqa’ ma’ diffikultajiet kbar f’ċerti oqsma, waqt li japplika din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina dawn id-diffikultajiet flimkien ma’ l-Istat u għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 75/365/KEE [7]. Meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa lejn il-Kunsill. L-Artikolu 44 Id-Direttiva stabbilita fl-Anness III, il-Parti A, hija hawnhekk imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw iż-żmien ta’ għeluq għat-transposizzjoni stabbilita fl-Anness III, il-Parti B. Referenzi għad-Direttivi msemmija għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta’ korrelazzjoni pprovduta fl-Anness IV. L-Artikolu 45 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-5 ta’ April 1993. Għall-Kunsill Il-President J. Trøjborg [1] ĠU C 125, tat-18.5.1992, p. 170; u ĠU C 72, tal-15.3.1993. [2] ĠU C 98, ta’ l-24.4.1992, p. 6. [3] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 1; Id-direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/658/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p.73). [4] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 14; Id-direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/658/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p.73). [5] ĠU L 267, tad-19.9.1986, p. 26. [6] ĠU L 233, ta’ l-24.8.1978, p. 10. [7] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1 Karatteristiċi tat-taħriġ full-time u part-time ta’ speċjalisti kif imsemmi fl-Artikoli 24(1)(ċ) u 25 1. Taħriġ full-time ta’ speċjalisti Taħriġ bħal dan għandu jsir f’postijiet speċifiċi rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti. Għandu jinvolvi l-parteċipazzjoni f’kull attività medika tad-dipartiment fejn isir it-taħriġ, inklużi on-call duties, biex l-ispeċjalista mħarreġ jiddedika l-attività professjonali kollha tiegħu għal dan it-taħriġ prattiku u teoritiku tul iż-żmien tal-ġimgħa standard ta’ xogħol u tul is-sena skond il-provvedimenti miftehma mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk dawn il-postijiet għandhom ikunu suġġetti għal remunerazzjoni xierqa. It-taħriġ jista’ jkun imwaqqaf għal raġunijiet bħal ma huma s-servizz militari, secondment, tqala, jew mard. It-tul totali tat-taħriġ m’għandux jitnaqqas għal raġunijiet ta’ xi interruzzjoni. 2. Taħriġ part-time ta’ speċjalisti Dan it-taħriġ għandu jilħaq l-istess rekwiżiti tat-taħriġ full-time, li għandu jkun differenti biss fil-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni limitata fl-attivitajiet mediċi għal perijodu mill-anqas nofs dak ipprovdut fit-tieni paragrafu ta’ punt 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li t-tul totali u l-kwalità tat-taħriġ part-time ta’ l-ispeċjalisti ma jkunux anqas minn dawk imħarrġa full-time. Remunerazzjoni xierqa għandha konsegwentement tkun taqbel mat-taħriġ part-time bħal dan. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Dati li minnhom ċerti Stati Membri ħassru l-provedimenti stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-għoti ta’ diplomi, ta’ ċertifikati u ta’ provi oħra ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 9(7) IL-BELĠJU Kirurġija toraċika: | 1 ta’ Jannar 1983 | | Kirurġija vaskulari: | 1 ta’ Jannar 1983 | | Psikjatrija-newroloġika: | 1 ta’ Awissu 1987, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data | Kirurġija gastroenteroloġika: | 1 ta’ Jannar 1983 | | ID-DANIMARKA Ematoloġija bijoloġika: | 1 ta’ Jannar 1983, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data u li spiċċawh sa l-aħħar tas-sena 1988 | Fiżjoterapija: | 1 ta’ Jannar 1983, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data u li spiċċawh sa l-aħħar tas-sena 1988 | Mediċina tropikali: | 1 ta’ Awissu 1987, | minbarra għal persuni li bdew it-taħriġ qabel dik id-data | FRANZA Radjoloġija: | 3 ta’ Diċembru 1971 | | Psikjatrija-newroloġika: | 31 ta’ Diċembru 1971 | | IL-LUSSEMBURGU Radjoloġija: | Id-diplomi, iċ-ċertifikati u il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li m’għadhomx aktar jingħataw fir-rigward tat-taħriġ mibdi wara l-5 ta’ Marzu 1982 | Psikjatrija-newroloġika: | Id-diplomi, iċ-ċertifikati u il-provi l-oħra ta’ kwalifiki formali li m’għadhomx aktar jingħataw fir-rigward tat-taħriġ mibdi wara l-5 ta’ Marzu 1982 | L-OLANDA Radjoloġija: | 8 ta’ Lulju 1984 | | Psikjatrija-newroloġika: | 9 ta’ Lulju 1984 | | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Il-Parti A Id-direttivi mħassra (li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 44) 1. Id-direttiva 75/362/KEE 2. Id-direttiva 75/363/KEE u l-emendi suċċessivi tagħhom: - Id-direttiva 81/1057/KEE: biss ir-referenzi magħmula mill-Artikolu 1 għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi mħassra 75/362/KEE u 75/363/KEE - Id-direttiva 82/76/KEE - Id-direttiva 89/594/KEE: biss l-Artikoli 1 sa 9. - Id-direttiva 90/658/KEE: biss l-Artikolu 1(1) u (2), u l-Artikolu 2 3. Id-direttiva 86/457/KEE Il-Parti B Iż-żmien limitu għat-transpożizzjoni fil-liġi nazzjonali (kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 44) Id-Direttiva | Żmien limitu għat-transpożizzjoni | 75/362/KEE (ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 1) | 20 ta’ Diċembru 1976 | 81/1057/KEE (ĠU L 385, tal-31.12.1981, p. 25) | 30 ta’ Ġunju 1982 | 75/363/KEE (ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 14) | 20 ta’ Diċembru 1976 | 82/76/KEE (ĠU L 43, tal-15.2.1982, p. 21) | 31 ta’ Diċembru 1982 | 89/594/KEE (ĠU L 341, tat-23.11.1989, p. 19) | 8 ta’ Mejju 1991 | 90/658/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 73) | 1 ta’ Lulju 1991 | 86/457/KEE (ĠU L 267, tad-19.9.1986, p. 26) | 1 ta’ Jannar 1985 | -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Din id-direttiva | Id-direttiva 75/362/KEE | Id-direttiva 75/363/KEE | Id-direttiva 86/457/KEE | Id-direttiva 81/1057/KEE | Id-direttiva 89/594/KEE | Id-direttiva 82/76/KEE | L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 u 24 | | | | | | L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 | | | | | | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | | | | | | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 | | | | | | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 | | | | | | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 | | | | | | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7 | | | | | | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 8 | | | | | | L-Artikolu 9(1) | L-Artikolu 9(1) | | | L-Artikolu 1 | | | L-Artikolu 9(2) | L-Artikolu 9(2) | | | L-Artikolu 1 | | | L-Artikolu 9(3) | L-Artikolu 9a(1) | | | | | | L-Artikolu 9(4) | L-Artikolu 9a(2) | | | | | | L-Artikolu 9(5) | L-Artikolu 9(3) | | | | | | L-Artikolu 9(6) | | | | | L-Artikolu 9(1) | | L-Artikolu 9(7) | | | | | L-Artikolu 9(2) | | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 10 | | | | | | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 11 | | | | | | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 12 | | | | | | L-Artikolu 13 | L-Artikolu 13 | | | | | | L-Artikolu 14 | L-Artikolu 14 | | | | | | L-Artikolu 15 | L-Artikolu 15 | | | | | | L-Artikolu 16 | L-Artikolu 15a | | | | | | L-Artikolu 17 | L-Artikolu 16 | | | | | | L-Artikolu 18 | L-Artikolu 17 | | | | | | L-Artikolu 19 | L-Artikolu 18 | | | | | | L-Artikolu 20 | L-Artikolu 20 | | | | | | L-Artikolu 21 | L-Artikolu 21 | | | | | | L-Artikolu 22 | L-Artikolu 22 | | | | | | L-Artikolu 23 | | L-Artikolu 1 | | | | | L-Artikolu 24 | | L-Artikolu 2 | | | | | L-Artikolu 25(1) | | L-Artikolu 3(1) | | | | | L-Artikolu 25(2) | | L-Artikolu 3(2) | | | | | L-Artikolu 25(3) l-ewwel subparagrafu | | L-Artikolu 3(3) l-ewwel subparagrafu | | | | | L-Artikolu 25(3) it-tieni sottoparagrafu | | | | | | L-Artikolu 14 | L-Artikolu 26 | | L-Artikolu 4 | | | | | L-Artikolu 27 | | L-Artikolu 5 | | | | | L-Artikolu 28 | | L-Artikolu 7 | | | | | L-Artikolu 29 | | L-Artikolu 8 | | | | | L-Artikolu 30 | | | L-Artikolu 1 | | | | L-Artikolu 31 | | | L-Artikolu 2(1), (2) u (3) | | | | L-Artikolu 32 | | | L-Artikolu 3 | | | | L-Artikolu 33 | | | L-Artikolu 4 | | | | L-Artikolu 34 | | | L-Artikolu 5 | | | | L-Artikolu 35 | | | L-Artikolu 6 | | | | L-Artikolu 36 | | | L-Artikolu 7 | | | | L-Artikolu 37 | | | L-Artikolu 8 | | | | L-Artikolu 38 | | | L-Artikolu 9 | | | | L-Artikolu 39 | | | L-Artikolu 10 | | | | L-Artikolu 40 | | | L-Artikolu 11 | | | | L-Artikolu 41 | | | L-Artikolu 12(2) | | | | L-Artikolu 42 | L-Artikolu 23 | | L-Artikolu 2(4) | | | | L-Artikolu 43 | L-Artikolu 26 | L-Artikolu 10 | | | | | L-Artikolu 44 | | | | | | | L-Artikolu 45 | L-Artikolu 27 | | | | | | L-Anness I | L-Anness | | | | | | L-Anness II | | | | | L-Anness | | --------------------------------------------------