This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31979R1377
Commission Regulation (EEC) No 1377/79 of 2 July 1979 amending for the second time Regulation (EEC) No 3083/73 on the communication of information necessary for implementing Regulation (EEC) No 2358/71 on the common organization of the market in seeds
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1377/79 tat-2 ta’ Lulju 1979 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1377/79 tat-2 ta’ Lulju 1979 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ
ĠU L 166, 04/07/1979, p. 6–8
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 26/11/1988; Impliċitament imħassar minn 31988R3642
Official Journal L 166 , 04/07/1979 P. 0006 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0022
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0022
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0154
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0154
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1377/79 tat-2 ta’ Lulju 1979 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 3083/73 dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1119/79 [3] jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-qamħirrun ibridu; Billi, sabiex din is-sistema tikseb tkun tista’ tikseb il-mira tagħha, il-Kummissjoni għandha jkollha għad-disposizzjoni tagħha ċ-ċifri ta’ importazzjoni mistennija; billi, għal dan l-iskop, għandha tiġi fornita b’ċerta nformazzjoni mill-Istati Membri; Billi x-xorta ta’ din l-informazzjoni u d-dati finali għall-komunikazzjoni tagħha għandhom ikunu stabbiliti; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3083/73 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 685/79 [5], għandu jiġi supplimentat kif imiss; Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3083/73 huwa għalhekk mibdul bl-Anness ta’ dan. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 1979. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel,fit-2 ta’ Lulju 1979. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2. [3] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 13. [4] ĠU L 314, tal-15.11.1973, p. 20. [5] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 15. -------------------------------------------------- ANNESS Nru | Xorta ta' informazzjoni (skond l-ispeċje u l-grupp tal-varjetà) | Data sa meta l-informazzjoni trid tingħata | Sena kalendarja ta' qabel il-ħsad | Sena kalendarja tal-ħsad | Sena kalendarja ta' wara l-ħsad | 1. | Stima taż-żona miżrugħa taħt il-kuntratt (f' ett) | 1 ta' Diċembru | | | 2. | Żona totali mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni (f'ett) | | 1 ta' Lulju. | | 3. | Tbassir tal-konsum intern (f'100 kg) | | 15 ta' Novembru. | | 4. | Żona totali aċettata għaċ-ċertifikazzjoni (f'ett) | | 15 ta' Novembru. | | 5. | Ħsad stmat (f'100 kilogrammi) | | 15 ta' Novembru. | | 6. | Kwantitajiet totali maħsuda (f'100 kg) | | | 1 ta' Ottubru. | 7 | Prezz tal-bejgħ nett irċevut minn min ikabbar | | | 1 ta' Ottubru. | 8. | Kummerċ totali (f'100 kg) għas-sena tal-marketing | | | 1 ta' Ottubru. | 9. | Ħażniet totali miżmuma mill-bejjiegħa bl-ingrossa fit-tmiem tas-sena tal-marketing | | | 1 ta' Ottubru. | 10. | Informazzjoni dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni għall-qamħirrum ibridu | L-10 ta' kull xahar | 11. | Informazzjoni dwar l-importazzjoni ta' qamħirrum ibridu minn pajjiżi terzi | | 12. | Informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament KEE Nru 2514/78 | 30 jum wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Anness ta' dak ir-Regolament | --------------------------------------------------