This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0669
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Rethinking Education:Investing in skills for better socio-economic outcomes
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EWROPEW EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Reviżjoni tal-Edukazzjoni:Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EWROPEW EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Reviżjoni tal-Edukazzjoni:Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar
/* COM/2012/0669 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EWROPEW EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Reviżjoni tal-Edukazzjoni:Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar /* COM/2012/0669 final */
1. edukazzjoni u ħiliet – ass
strateġiku ewlieni għat-tkabbir L-investiment
fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet
huma essenzjali sabiex jitkattru t-tkabbir u l-kompetittività: il-ħiliet
jiddeterminaw il-kapaċità tal-Ewropa sabiex tiżdied il-produttività.
Fil-futur imbiegħed, il-ħiliet jistgħu jakkawżaw
innovazzjoni u tkabbir, imexxu l-produzzjoni ‘l fuq fil-katina tal-valur,
jistimulaw il-konċentrazzjoni ta’ ħiliet fuq livell ogħla fl-UE
u jiffurmaw is-suq futur tax-xogħol. Tul l-aħħar deċenju,
ż-żieda massiva fil-fornitura globali ta’ persuni b’ħiliet
għolja toħloq sfida għall-Ewropa. Iż-żmien meta
l-kompetizzjoni ġiet prinċiparjament minn pajjiżi li setgħu
joffru biss ħiliet ta’ xogħol baxxi ġie fi tmiemu. Il-kwalità tal-edukazzjoni u l-fornitura ta’
ħiliet żdiedet globalment u l-Ewropa jeħtieġ li tirrispondi L-edukazzjoni
Ewropea u s-sistema ta’ taħriġ għadhom wisq ‘il bogħod
milli jipprovdu l-ħiliet addattati għall-impjegabilità, u mhumiex
qegħdin jaħdmu b’mod adekwat man-negozji jew mal-ħaddiema sabiex
iġibu l-esperjenzi tat-tagħlim eqreb tar-realtà tal-ambjent
tax-xogħol Dawn in-nuqqasijiet fil-ħiliet huma ta’ tħassib kbir
għall-kompetittività tal-industrija Ewropea[1]. Minkejja
l-progress matul dawn l-aħħar ħames snin
fil-persentaġġi ta’ dawk kwalifikati minn edukazzjoni ogħla,
hemm bżonn ta’ sforzi sostnuti sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 40 %
taż-żagħżagħ li jkompli fl-edukazzjoni ogħla. Minkejja t-titjib
tal-effikaċja f’dawn l-aħħar ħames snin, it-tluq bikri
mill-iskola jibqa’ wieħed ta’ livelli inaċċettabli f’ħafna
Stati Membri, bħalma huma Spanja b’26,5 % u l-Portugall bi 23,2 %.
L-azzjoni mmirata tibqa’ neċessarja biex jitnaqqas it-tluq bikri
mill-iskola permezz ta’ strateġiji komprensivi, b’mira, bbażata fuq
evidenza hekk kif imsejjħa fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li ġiet
adottata dan l-aħħar. Tibqa’
teżisti evidenza sinifikanti ta’ nuqqas ta' riżultati f’żoni
oħrajn: miljun adult għandhom biss livell baxx ta' edukazzjoni;
kważi 20 % taż-żagħżagħ ta’ 15-il sena
għandhom nuqqas ta’ kapaċità fil-qari; u l-parteċipazzjoni
fl-edukazzjoni tul il-ħajja hija biss ta’ 8,9 %. Sas-sena 2020, 20 %
aktar impjiegi se jirrikjedu ħiliet ta’ livell ogħla. Hemm bżonn
li l-edukazzjoni titqawwa kemm fl-istandards kif ukoll fil-livelli
tal-għanijiet biex jaqblu ma’ din id-domanda kif ukoll
tinkoraġġixxi l-ħiliet trasversali li jinħtieġu sabiex
jassiguraw li ż-żagħżagħ kapaċi jkunu
imprenditorjali u jadattaw għat-tibdil li b’mod inevitabbli qed
jiżdied fis-suq tax-xogħol matul il-karriera tagħhom. Il- missjoni ġenerali
tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tinkorpora objettivi bħalma huma
ċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-benesseri. Filwaqt li dawn jimxu id f’id mal-ħtieġa biex jittejbu
l-ħiliet għall-impjegabilità, fl-isfond ta’ tkabbir ekonomiku kajman
u forza ta’ xogħol li qed tiċkien minħabba tixjiħ
demografiku, l-aktar sfidi urġenti għall-Istati Membri huma li
jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ekonomija u li jiffukaw fuq
soluzzjonijiet sabiex jittrattaw żieda mgħaġġla ta’
qgħad fost iż-żgħażagħ. F’din
il-kommunikazzjoni, l-enfasi qiegħda titpoġġa fuq il-wasla
tal-ħiliet addattati għall-impjegabilità, biż-żieda
fl-effiċjenza u l-inklussività fl-edukazzjoni tagħna u
fl-instituzzjonijiet ta’ taħriġ u bil-ħidma kollaborattiva ma’
persuni interessati relevanti. Il-kamp u
r-ritmu tar-riformi għandu jgħola sabiex il-ħiliet ta’
kwalità għolja jkunu jistgħu jappoġġjaw kemm
lit-tkabbir kif ukoll lill-impjieg. Il-Kummissjoni hawn tidentifika numru
limitat ta’ prijoritajiet strateġiċi li għandhom jiġu
indirizzati mill-Istati Membri, flimkien ma’ azzjonijiet ġodda tal-UE biex
tieħu vantaġġ mill-isforzi nazzjonali. Il-prijoritajiet
jirriflettu r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi tal-Pajjiż[2]li l-Kummissjoni għamlet lil numru ta’
Stati Membri u jappoġġjaw l-Istħarriġ Annwali ta’ Tkabbir
għall-2012[3]Fost dawn, qed tingħata attenzjoni partikolari
għall-ġlieda kontra l-qgħad fost
iż-żgħażagħ. Din il-Kommunikazzjoni tkopri erba’ oqsma
essenzjali sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni u fejn l-Istati Membri
għandhom iżidu l-isforzi. •
L-iżvilupp ta’ edukazzjoni vokazzjonali u
taħriġ ta’ livell dinji sabiex tgħola l-kwalità tal-ħiliet
vokazzjonali •
Il-promozzjoni ta’ tagħlim imsejjes fuq
ix-xogħol tinkludi il-kwalità għall-iskemi ta' taħriġ,
l-apprentistat u l-mudelli doppji ta’ tagħlim biex jgħinu
fit-tranżizzjoni mit-tagħlim għax-xogħol •
Il-promozzjoni ta’ sħubija bejn
l-instituzzjonijiet pubbliċi u privati (sabiex jassiguraw kurrikulu xieraq
u provvediment ta’ ħiliet) •
Il-promozzjoni ta’ mobiltà permezz tal-programm
propost Erasmus għal Kulħadd[4] Dawn il-kwistjonijiet huma ta’ rilevanza
diretta għall-pakkett dwar l-Impjieg taż-Żagħżagħ
għandhom jitressqu mill-Kummissjoni qabel l-aħħar tal-2012.
Il-Pakkett taż-Żagħżagħ se jipproponi għodda
ġdida sabiex tindirizza l-qgħad fost iż-żagħżagħ
u jiffaċilita t-transizzjonijiet tax-xogħol. Sabiex tissejjes il-gwida provduta hawn, din
il-Kommunikazzjoni hija akkumpanjata minn: dokumenti tal-pajjjiżi li
jagħtu sintesi tal-performanza u r-riforma politika tal-Istati Membri
fl-oqsma ewlenin koperti mill-Komunikazzjoni; l-ewwel edizzjoni tal-Monitor
tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ,li jagħti stampa tal-fornitura
tal-ħiliet attwali u tal-progress lejn il-miri ewlenija tal-Ewropa tal-2020;
U ħames Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal oħrajn, li
jivvalorizzaw l-evidenza tal-politika u prattika tajba. 2. sfidi fl-istati membri li se jkunu
indirizzati fis-Semestru Ewropew 2.1. It-tisħiħ
tal-ħiliet għas-seklu 21 Il-ħiliet trasversali u
basiċi L-isforzi
jridu jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali… Ekonomiji
moderni, bbażati fuq l-għerf jeħtieġu nies b’ħiliet
ogħla u aktar relevanti. Il-previżjonijiet tas-CEDEFOP ibassru li
l-proporzjon tal-impjiegi fl-UE li jirrikjedu kwalifiki fuq livell terzjarju se
jiżdied minn 29 % fl-2010 għal 34 % fl-2020, filwaqt li
l-proporzjon ta’ impjiegi b’ħiliet baxxi se jaqa’ fl-istess perjodu minn 23 %
għal 18 %. Il-ħiliet trasversali bħalma huma l-abbiltà biex
taħseb b’mod kritiku, li tieħu inizzjattiva, li ssolvi l-problemi u
taħdem b’kollaborazzjoni se jippreparaw lill-individwi għal varjetà
ta’ rotot li ma jistgħux jitbassru tal-karrieri tal-lum. …ħiliet
intraprenditorjali partikolari… L-attenzjoni
għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-iżvilupp tal-ħiliet
intraprenditorjali [5]għax
dawn mhux biss jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ negozju ġdid
imma wkoll għall-impjegabbiltà taż-żagħżagħ.
Madankollu, fuq livell nazzjonali sitt Stati Membri biss għandhom
strateġija speċifika għall-edukazzjoni tal-intraprenditorija[6]. Biex tindirizza dan, fl-2013
il-Kummissjoni se tippubblika gwida ta’ politika sabiex tappoġġja
t-titjib fil-kwalità u prevalenza tal-edukazzjoni tal-intraprenditorija madwar
l-UE. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw ħiliet
intraprenditorjali permezz ta’ modi ġodda u kreattivi ta’ tagħlim
mogħti u dak miksub mill-iskola primarja ’l quddiem, minbarra li jiffokaw
minn edukazzjoni sekondarja għal dik ogħla dwar l-opportunità
tal-ħolqien tan-negozju bħala destinazzjoni għal karriera.
L-esperjenza fid-dinja reali, permezz ta’ tagħlim ibbażat fuq
il-problemi u r-rabtiet mal-intrapriża, għandhom ikunu inkorporati
fid-dixxiplini kollha u mfassla fuq il-livelli kollha
tal-edukazzjoni. Iż-żagħżagħ kollha għandhom
minn tal-anqas jibbenifikaw minn esperjenza intraprenditorjali prattika
waħda qabel ma jħallu l-edukazzjoni obbligatorja. Huwa important li
jitqies l-impatt ta’ din il-ħidma, u sabiex tappoġġja
lill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tidentifika għodda sabiex tevalwa
l-progress u turi l-kisba tal-ħiliet intraprenditorjali. Fil-livell
tal-instituzzjoni individwali, il-progress se jissaħħaħ b’qafas
ta’ awtovalutazzjoni, li jitwettaq b’mod konġunt mal-OECD, sabiex jiggwida
u javvanza fl-iżvilupp tal-instituzzjonijiet tal-edukazzjoni
intraprenditorjali fil-livelli kollha nklużi l-iskejjel u l-edukazzjoni
vokazzjonali u t-taħriġ (ETV). ...filwaqt
li d-domanda għal ħiliet regatati ma’ STEM għadha għolja Is-suġġetti
xjentifiċi huma importanti wkoll. Id-domanda għall-forza
tax-xogħol kwalifikata fit-teknoloġija u fis-setturi intensivi
tar-riċerka hija u se tibqa’ f’livell għoli, b’impatt fuq id-domanda
ta’ ħiliet relatai max-xjenza, mat-teknoloġija, mal-inġenerija u
mal-matematika (STEM). Wasal iż-żmien li jsir kull sforz sabiex
jenfasizza l-iSTEM bħala żona prijoritarja tal-edukazzjoni, u
jiżdied l-impenn fil-livelli kollha. Minkejja li l-isfida wiesgħa
huma magħrufin sew, bħalma hi l-ħtieġa sabiex tagħmlu
aktar attraenti għan-nisa, bħalissa huwa importanti wkoll li
jiżdied il-fehim tat-triq tal-karriera segwita mill-gradwati tal-iSTEM …imma
l-ewwel pass għandu jkun dak li l-ħiliet ta’ bażi jew
bażiċi jinkisbu minn kulħadd… Il-ħiliet
bażiċi tal-kitba, tal-għadd, tal-matematika u tax-xjenza huma
l-pedament fundamentali għal aktar tagħlim kif jidher fl-akkumpanjament
tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012, u huma t-triq li
twassal għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Dawn
il-ħiliet qegħdin xorta waħda jerġgħu jiġu
ddefiniti mir-revoluzzjoni diġitali li għadha għaddejja, peress
li l-forom ġodda ta’ qari u kitba u d-diversità ta’ sorsi ta’
informazzjoni qegħdin jibdlu n-natura tagħhom. Madwar l-UE,
r-riformi għandhom kurrikulu simplifikat. Dawn introduċew testijiet
nazzjonali standardizzati; stabbilixxew infrastruttura taċ-ċentri
tal-kitba, tal-matematika u tax-xjenza; ħolqu netwerks tal-għalliema
u żvilupp professjonali kontinwu; u tiżdied l-azzjoni sabiex itejbu
l-litteriżmu diġitali u tal-mezzi tax-xandir. Madankollu,tibqa’
teżisti l-prestazzjoni u li tindirizza l-għanijiet baxxi issa huwa
urġenti. Il-proporzjon ta' żagħżagħ ta’ 15-il sena
fl-Ewropa li għadhom ma akkwistawx il-ħiliet bażiċi huwa
ta’ bejn wieħed u ieħor 20 %, filwaqt li ħames pajjiżi
għandhom ‘il fuq minn 25 % ta’ studenti b’kapaċità baxxa
fil-qari. L-Istati Membri jridu jintroduċu riformi sistematiċi
ġodda sabiex isaħħu l-iskrining bikri u l-interventi
għad-diffikultajiet fit-tagħlim u sabiex jissostitwixxu
r-repetizzjoni jew tal-gruppi skont l-abbiltajiet b’sosten akbar
fit-tagħlim. Dawn l-isforzi fi
ħdan l-iskejjel obbligatorji jridu jkunu ppreċeduti minn edukazzjoni
bikrija tat-tfulija u attenzjoni bi kwalità għolja u affordabbli. Dawn
għandhom jiġu kkumplimentati bi programmi tal-familja dwar il-kitba u
l-għadd kif ukoll programme ta’ ħiliet bażiċi tal-adulti
ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari permezz ta’ tagħlim fuq
ix-xogħol. L-isforzi huma neċċessarji sabiex jiżdied
il-livell ta’ parteċipazzjoni li bħalissa huwa baxx ħafna
fit-tagħlim tal-adulti f’ħafna mill-Istati Membri[7], u hemm bżonn ta’ politika fuq bażi ta’ evidenza
bbażata fuq ir-riżultati dwar l-istħarriġ tal-PIAAC[8]. Il-parteċipazzjoni medja tal-adulti fl-edukazzjoni tul
il-ħajja fl-UE hija dik ta' 8.9 %. F’sebgħa Stati Membri
l-parteċipazzjoni tal-adulti hija waħda baxxa ta’ 5 % jew inqas. …filwaqt li
t-tagħlim tal-lingwa huwa importanti għall-impjieg u
jeħtieġ attenzjoni partikolar F’dinja ta’
skambji internazzjonali, l-abbiltà li titkellem lingwi barranin huwa fattur
għall-kompetittività. Il-lingwi huma aktar u aktar importanti sabiex
jiżdiedu l-livelli ta’ impjegabilità[9] u mobilità
taż-żagħżagħ, u ħiliet dgħajjfin tal-lingwa
huma xkiel ewlieni għaċ-ċaqlieq liberu tal-ħaddiema.
Fir-rigward tan-negozji, dawn jirrikjedu l-ħiliet tal-lingwa
meħtieġa sabiex jiffunzjonaw fis-suq globali. Kif
imniżżel fl-akkumpanjament tad-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal
dwar il-Lingwi, l-ewwel Stħarriġ Ewropew dwar il-Kompetenza
fil-Lingwi[10] juri li, minkejja l-investiment f’ħafna pajjiżi, is-sistemi
edukattivi f'numru ta' Stati Membri xorta għadhom mhux effiċjenti
biżżejjed[11] biex ilaħqu ma’ dawn l-isfidi. Fi Franza 14 % biss
tal-istudenti laħqu l-livell ta’ utent indipendenti ta’ lingwa barranija
fl-aħħar tal-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, u fir-Renju
Unit dan kien biss ta’ 9 %. Hemm bżonn ta’ riforma aktar
mgħaġġla mill-Istati Membri, li tibbaża fuq
metodoloġiji u teknologiji ġodda sabiex jgħallmu kemm l-ewwel
kif ukoll it-tieni lingwa barranija, b’għan li tintlaħaq il-mira
mfissra mill-Kapijiet tal-Istati bħala 'il-lingwa materna u tnejn'[12]. Ħiliet
Vokazzjonali Iż-żieda
fil-kwalità tal-ħiliet vokazzjonali tirrikjedi l-iżvilupp tas-sistemi
ta’ eċċellenza ETV... Iż-żieda
tal-ħiliet bażiċi u trasversali weħidhom mhux se jkunu
biżżejjed sabiex jiġġeneraw it-tkabbir u l-kompetittività,
u għad hemm wisq distanza bejn l-ambjent tal-edukazzjoni u l-post tax-xogħol.
L-investiment immirat lejn l-ETV, b’mod partikolari t-taħriġ inizjali
u kontinwu, huwa vitali għall-innovazzjoni, t-tkabbir u l-kompetittività.
Il-valur tal-ETV, u b’mod notevoli s-sistemi ta’ taħriġ doppju,
fil-faċilitar tal-impjieg taż-żagħżagħ huwa llum
l-ġurnata rikonoxxut b’mod qawwi. Xi pajjiżi
Ewropej diġa’ għandhom sistemi eċċezzjonali tal-ETV
(il-Ġermanja, l-Awstrija, d-Danimarka u l-Olanda) b’mekkaniżmi
inkorporati sabiex jadattaw għall-ħtieġa tal-ħiliet
kurrenti u future u b’hekk it-taħriġ huwa mmexxi aktar skont
id-domanda. Dawn jirrapportaw inqas problemi relatati ma’ nuqqas ta'
tlaqqigħ tal-ħiliet u juru rati aħjar ta’ impjiegi
għaż-żagħżagħ, u f’dawn il-pajjiżi
l-edukazzjoni tal-ETV hija karatteriżżata minn sistemi doppji li
għandhom proporzjon għoli ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol.
Ħafna oħrajn, tipikament fl-Ewropa
tan-Nofsinhar, għadhom lura f’dak li għandu x’jaqsam ma’
parteċipazzjoni, kwalità, eżiti u attrattività Figura nru. 1
turi d-disparità bejn il-pajjiżi li għandhom persentaġġ u
huma involuti fl-ETV u l-edukazzjoni ġenerali fil-livell secondarju
għoli. Dawn id-differenzi huma minħabba
t-tradizzjonijiet u l-perċezzjonijiet soċjo-kulturali, d-diversi
strutturi ta’ sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tal-ekonomija u
s-suq tax-xogħol,ir-riformi meħuda, dwar kemm huma involuti
l-imsieħba soċjali kif ukoll il-prospetti tal-impjiegi tal-gradwati
tal-ETV, u l-preferenzi tal-individwi. Figura nru. 1 – Distribuzzjoni ta’ studenti tas-sekondarja
għolja (ISCED 3) bl-orjentazzjoni tal-programm (ġenerali jew
vokazzjonali). %. (2010) Sors: Bażi tad-data tal-Eurostat[13], ġbir ta' data UOE It-tagħlim
ibbażat fuq ix-xogħol u b’mod notevoli l-apprentistat u mudelli
doppja oħrajn jgħinu sabiex jiffaċilitaw t-transizzjoni
mit-tagħlim għax-xogħol. Dawn jirrikjedu qafas regolatorju
ċar, rwoli definiti għall-parteċipanti differenti u jridu
jagħmlu parti integrali mas-sistema edukattiva kollha. L-approċċ
li jsejjes is-sistema doppja – edukazzjoni bbażati f'klassi waħda
fejn oħra b'esperjenza prattika fil-post tax-xogħol - għandu
rwol potenzjali importanti x'jilgħab fil-livell terzjarju. Sabiex wieħed
jakkwista eċċellenza fl-ETV, il-kurrikulu jrid jkun sistematikament
imġedded, it-trasferiment għandu jkun kostantement modernizzat u
n-negozji, b’mod speċjali l-SMEs, iridu jinvolvu ruħhom b’mod attiv;
kif imniżżel fid-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal mehmuż.
L-ETV għandha tkun tista' tirreaġixxi għad-domanda
għall-ħiliet vokazzjonali avvanzat, magħmul għall-kuntest
ekonomiku reġjonali. Għandha wkoll bżonn tiftaħ il-bibien
għal dawk li jridu aċċess għall-edukazzjoni ogħla, kif
ukoll għall-individwi li għandhom bżonn jerġgħu
jidħlu fit-tagħlim sabiex jaġġornaw il-ħiliet
tagħhom. …li jista’
jikkontribwixxi bil-kbir fit-tnaqqis min-nuqqas ta' kapaċitajiet Is-sistemi tal-ETV
jistgħu u jrid ikollhom rwol ewlieni fl-indirizzar tan-nuqqas ta’
kapaċitajiet b’mod speċjali għas-setturi b'potenzjal
għat-tkabbir bħalma huma l-ICT, is-saħħa u l-kura,
t-teknoloġija b'emissjoni baxxa ta' karbonju, s-servizzi personalizzati,
is-servizzi tan-negozju, l-ekonomija marittima[14] u
s-setturi ambjentali, jew dawk li għaddejjin minn trasformazzjoni kbira
jeħtieġ li jkollhom forza tax-xogħol b’ħiliet aħjar.
Investiment immirat fl-ETV sabiex jindirizza n-nuqqas ta’ kapaċitajiet
jista’ jsostni t-tkabbir f’dawn is-setturi. Dawn is-setturi għandhom ukoll
ikunu mħeġġa sabiex jagħmlu użu mill-għodda
Ewropej għall-kwalifiki eżitenti (il-QEK), għall-kreditu
(l-ECVET) u l-assigurazzjoni tal-kwalità (l-EQAVET) sabiex jiffaċilitaw il-mobilità
ta’ ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati …permezz ta’
livell ogħla ta’ koperazzjoni fil-livell Ewropew It-tagħlim
ibbażat fuq ix-xogħol bħalma huma l-approċċi doppji,
għandu jkun il-pilastru ċentrali tas-sistemi tal-edukazzjoni
vokazzjonali u t-taħriġ madwar l-Ewropa, bl-għan li jitnaqqas
il-qgħad fost iż-żgħażagħ, jiffaċilita
t-transizzjoni mit-tagħlim għall-qgħad u jirrispondi
għall-ħtieġa ta’ ħiliet ta’ suq tax-xogħol. Sabiex
jintlaħaq dan l-objettiv, il-laqgħa li se ssir f’Berlin bejn
il-Ministri tal-Edukazzjoni tal-UE f’Diċembru 2012 se tkun l-ewwel
pass lejn livelli ġodda ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni
vokazzjonali u t-taħriġ. Il-Ministri se jiffirmaw memorandum
b’enfażi lejn l-ambizzjonijiet tagħhom għall-ETV madwar
l-Ewropa: iridu jitjiebu l-attraenza u l-kwalità tal-edukazzjoni vokazzjonali u
t-taħriġ; it-toroq li jwasslu għat-tagħlim iridu
jilħqu livelli ogħla ta’ edukazzjoni; l-imsieħba socjali u
partijiet oħra relevanti interessati jridu jkunu nvoluti b’mod attiv
fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni; u għandha tiġi introdotta
żieda fil-miżuri ta’ mobilità. Sabiex jingħata sosten lil din
il-koperazzjoni, il-Kummissjonu se tistabbilixxi livell ġdid ta’ Alliance
for Apprenticeships tal-UE sabiex tressaq il-viżjoni 'l quddiem, billi
tgħaqqad flimkien lill-Istati Membri u firxa wiesgħa ta’ partijiet
interessati sabiex jitgħallmu mingħand xulxin u jieħdu azzjoni
fuq livell nazzjonali. 2.2. L-istimular
miftuħ u t-tagħlim flessibli Titjib fir-riżultati
tat-tagħlim, valutazzjoni u rikonoxximent L-għanijiet
għandhom ikunu immexxija mir-riżultati tat-tagħlim… L-edukazzjoni u
t-taħriġ jistgħu jikkontribwixxu biss għat-tkabbir u
l-ħolqien tax-xogħol jekk it-tagħlim jiffoka fuq
it-tagħrif, il-ħiliet u l-kompetenzi li jakkwistaw l-istudenti
(ir-riżultati tat-tagħlim) permezz tal-proċess ta’ tagħlim,
milli fuq li jiħi komplu stadju speċifiku jew fuq il-ħin
imqatta' l-iskola. Filwaqt li
l-approċċ tar-riżultati tat-tagħlim huwa diġa’
l-bażi tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u l-qafas nazzjonali tal-kwalifiki,
din iċ-ċaqlieqa fundamentali għadha ma ġietx perkolata
b’mod sħiħ permezz tat-tagħlim u l-valutazzjoni.
L-instituzzjonijiet fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ
għadhom iridu jadattaw sabiex ikunu jistgħu jżidu fir-relevanza
u fil-kwalità ta’ sehemhom fl-edukazzjoni lill-istudenti u lis-suq tax-xogħol,
sabiex jitwessa l-aċċess u jiffaċilitaw t-transizzjonijiet bejn
toroq edukattivi u ta’ taħriġ differenti. …u
l-poter tal-valutazzjoni jeħtieġ li jkun sfruttat aħjar Dan li
jiġi assesjat jista’ ħafna drabi jiddetermina dak li fih valur u dak
li hu mgħallem. Filwaqt li ħafna Stati Membri rriformaw l-kurrikulu,
tibqa’ xorta sfida biex jimmodernizzaw il-valutazzjoni għas-sapport
fit-tagħlim. Kif imniżżel fl-anness tad-Dokument tal-Ħidma
tal-Persunal dwar il-valutazzjoni tal-kompetenzi prinċipali, il-poter
tal-valutazzjoni ġie sfruttat b’kompetenzi definiti skont
ir-riżultati tat-tagħlim u t-twessigħ tal-iskop tat-testi u
l-eżamijiet sabiex tkoprihom. Il-valutazzjoni għall-iskop formattiv
sabiex jingħata ta’ kuljum is-sapport lit-tagħlim tal-ħiliet
tal-istudenti teħtieġ wkoll li tintuża b'mod aktar wiesa'. F’dan
il-kuntest, il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda sabiex jgħinu
għat-tiftix ta’ modi għall-valutazzjoni ta’ kompetenzi
prinċipali jeħtieġ li jkun esplorat bi sħiħ. Barra
mill-iskola, l-individwi jeħtieġu wkoll li jkunu kapaċi li
jkollhom ħiliethom assesjati, validati u rikonoxxuti, billi jkun provdut
profili tal-ħiliet lill-ħaddiema potenzjali. L-informazzjoni
dwar il-kwalità u l-kwantità tal-ħiliet madwar il-populazzjoni se
tagħti permess lill-awtoritajiet sabiex iwasslu għal titjib
fl-iskarsezzi potenzjali u jiffokaw fuq iż-żoni li għandhom
l-aqwa redditu fuq l-investiment L-isforzi għandhom ikomplu
sabiex jiżviluppaw l-għodda għall-valutazzjoni tal-ħiliet
individwali, b’mod partikolari f’dawk iż-żoni b’soluzzjoni
tal-problemi, bi ħsieb kritiku, b’kollaborazzjoni u b’inizjattiva
imprenditorjali. Il-kwalifiki
għandhom joffru kemm jista’ jkun opportunitajiet… Numru ta’
strumenti Ewropej bħalma hu l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (il-QEK),
il-Europass, is-Sistema Ewropea tat-Trasferiment ta' Krediti (l-ECTS u
l-ECVET), il-klassifikazzjoni multilingwali ta’ Ħiliet/Kompetenzi,
Kapaċitajiet, u Xogħol Ewropej (l-ESCO) u l-oqfsa ta' assigurazzjoni
tal-kwalità ġew implimentati fl-aħħar deċennju biex isostnu
l-mobilità ta’ dawk li qegħdin jitgħallmu u tal-ħaddiema. Dawn
l-għodda qegħdin itejbu t-trasparenza, pereżempju li
jagħmlu l-kwalifiki komparabbli madwar il-pajjiżi (il-QEK) u
jitrasferixxu l-punti ta’ kreditu (l-ECTS). Dawn
l-istrumenti ma kinux żviluppati f’iżolament minn xulxin; madankollu,
hemm post għal koerenza aktar qrib fejn l-għodda u s-servizzi
differenti – li jinkludu t-trasperenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki,
tal-validazzjoni ta’ tagħlim u iggwidar tul ta’ ħajja formali u mhux
formali jiġu offruti b’mod kkoordinat. Dan se jikkontribwixxi għal
mobilità reali Ewropea fejn l-għarfien ta’ persuna, Il-ħiliet
tagħha u l-kompetenzi jistgħu jinftiehmu b’mod ċar u jiġu
rikonoxxuti malajr. Il-ħolqien tal-Żona Ewropea tal-Ħiliet u
l-Kwalifiki se jappoġġja dan il-kuntest sabiex jikseb it-trasparenza
u r-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi bejn il-fruntieri, miġbura
fl-edukazzjoni vokazzjonali u ogħla. …u
r-rikonoxximent akkademiku jista’ jwitti t-triq Ir-rikonoxximent
kemm tal-kwalifiki tal-edukazzjoni ogħla kif ukoll dawk li jagħmlu
possibli l-aċċess għall-edukazzjoni ogħla kien fuq
l-aġenda politika Ewropea għal ftit żmien. Il-mobilità
akkademika qiegħda kulma tmur tiżdied b’riżultat tal-tibdil
fl-istrutturi tas-sitemi ta’ edukazzjoni ogħla, u din l-internazzjonalizzazzjoni
tiġi kkumplimentata f’dan il-kuntest għall-promozzjoni tal-UE
bħala destinazzjoni għall-istudju u r-riċerka[15]. Madankollu, sabiex l-UE tkun
aktar attraenti għall-istudenti u r-riċerkaturi jeħtieġu
approċċi aħjar għar-rikonoxximent, kif ukoll applikazzjoni
aktar sistematika u kkoordinata tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u
t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS) u titjibiet fl-applikazzjoni u l-valutazzjoni
tar-riżultati tat-tagħlim. Barra minn hekk, dan se jikkontribwixxi
għaż-Żona Ewropea tal-Ħiliet u l-Kwalifiki. L-iżvilupp
li għaddej dwar il-Proċess ta’ Bolonja jipprovdi kontribuzzjoni
importanti għall-promozzjoni tat-trasparenza u rikonoxximent xieraqta’
kwalifiki edukattivi ogħla fl-Ewropa kif ukoll barra. Bħala parti
minn din u l-Communiqué riċenti ta’ Bukarest, il-pajjiżi impenjati
sabiex itejbu ir-rikonoxximent akkademiku tad-diplomi. Dan jinkludi
tgħarbil fil-leġislazzjoni nazzjonali kontra l-Konvenzjoni dwar
ir-Rikonoxximent ta’ Lisbona u jinkoraġixxi l-validazzjoni
tal-proċeduri instituzzjonali ta’ rikonoxximent għall-garanzija
tal-kwalità. Grupp Pathfinder ta’ pajjiżi qed jittestja modi kif
jintlaħaq l-għarfien ta’ rikonoxximent awtomatiku ta’ lawrji
akkademiċi kumparabbli. L-għan tiegħu huwa sabiex
ipoġġu lill-istudenti f’livell ugwali, irrispettivament
mill-oriġini tal-lawrji akkademiċi tagħhom, billi jċaqalqu
l-attenzjoni tar-rikonoxximent tal-lawrji akkademiċi tal-individwi
għall-approċċ ibbażat fuq fidi fis-sistema li fiha
ġiet mgħotija d-diploma. Ibbenifika
mill-potenzjal tal-ICT u Riżorsi tal-Edukazzjoni Miftuħin
għat-tagħlim Ir-rivoluzzjoni
diġitali ġġib magħha opportunitajiet importanti
għall-edukazzjoni… It-teknoloġija
toffri opportunitajiet bla preċedent sabiex jittejbu il-kwalità,
l-aċċess u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Din hija
lieva importanti għal aktar tagħlim effettiv u għat-tnaqqis
fl-ostakoli għall-edukazzjoni, b’mod partikolari dawk soċjali.
L-individwi jistgħu jitgħallmu kullimkien, f’kull żmien, flimkien
ma’ toroq flessibbli u individwalizzati. It-tagħlim
diġitali u t-tendenzi riċenti fir-Riżorsi Edukattivi
Miftuħa[16]
(OER) qed jippermettu t-tibdil fundamentali fid-dinja edukattiva, billi
jespandu l-offerta edukattiva lil hinn mill-formati u l-fruntieri
tradizzjonali. Modi ġodda ta’ tagħlim, kkaratterizzati
mill-personalizazzjoni, l-impenn, l-użu ta’ midja diġitali,
l-kollaborazzjoni, l-prattika minn isfel għal fuq u fejn dak li qed
jitgħallem jew l-għalliem huwa dak li joħloq il-kontenut
tat-tagħlim qegħdin ikunu emerġenti, billi jiġu
faċilitati mit-tkabbir esponenzjali fl-OER li jinsab fuq l-internet.
L-Ewropa għandha tuża l-potenzjal tal-OER ħafna aktar milli kif
inhu l-każ bħalissa. Dan jirrikjedi ħiliet tajbin tal-kompjuter,
imma xi Stati Membri għadhom xorta lura kif jidher fil- Monitor
tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012, b’9 Stati Membri b’aktar minn 50 %
ta’ żagħżagħ bejn is-16 u l-74 sena bla ħiliet
tal-kompjuter jew bi ftit. Filwaqt li l-użu tal-ICT fl-edukazzjoni u
t-taħriġ kien għoli fir-rigward tal-aġenda tal-politika,
l-elementi kritiċi mhumiex qegħdin f’posizzjoni sabiex ikun jista’
jsir it-tagħlim diġitali u l-OER biex jiġu integrati madwar
is-setturi kollha edukattivi u ta’ taħriġ. Strateġija koerenti
fil-livell tal-UE tista’ tindirizza l-iskop, il-qies u l-kumplessità tal-isfidi
li jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-katina kollha
tal-partijiet interessati. …u wasal
iż-żmien sabiex jiżdied l-użu tal-ICT fit-tagħlim… Ir-riċerka
li saret riċentament[17]
turi li l-inugwaljanzi jippersistu fid-disponibilità tal-għodda u
l-kontenut edukattiv bbażat fuq l-ICT. Il-valutazzjoni bbażata fuq
l-ICT hija ħafna drabi rakkomandata imma rarament tiġi indikata kif
għandha tkun applikata. Għat-tagħlim personalizzat u flessibli,
l-użu tat-teknoloġiji għandhom ikunu inkorporati fil-prattika
edukattiva. Proġetti pilota fuq skala kbira fl-ambjent tal-ħajja
reali għandhom jidentifikaw kif, meta u fejn l-ICT jista’ jintuża
b'mod effettiv fl-approċċi pedagoġiċi u ta’ valutazzjoni.
Li taqleb ir-riċerka fi prattika edukattiva huwa aktar
neċċessarju f’ambjent li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.
Kommunitajiet ta’ prattika (eż. L-eTwinning; L-Istitut Ewropew
tat-Teknoloġija (l-EIT) il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni) u
ċentri ta’ eċċellenza fil-bażi tal-ICT għandhom
jiżviluppaw aktar, l-istess bħat-trasferiment mgħaġġel
ta’ riċerka innovattiva fil-prattika edukattiva. F’dan kollu,
l-ingaġġar u l-kollaborazzjoni tal-partijiet interessati huma
kondizzjoni għas-suċċess. …sabiex
tivvalorizza għarfien disponibbli liberament Il-kwalità ta’
edukazzjoni tiddependi fuq taħlita ta’ materjali edukattivi differenti Sabiex
jinkiseb dan, jeħtieġ l-aċċess aktar wiesgħa u
l-użu tal-OER sabiex jiġu akkumpanjati minn standards bi kwalità
ċara u mekkaniżmi sabiex jivvalutaw u jivvalidaw il-ħiliet u
l-kompetenzi akkwistati permezz tiegħu.
L-istituzzjonijiet edukattiva u ta’ taħriġ li għadhom ma
integrawx l-OER għandhom ifittxu wkoll il-kooperazzjoni tal-produtturi
edukattivi aktar avvanzati fit-teknoloġija sabiex jissodisfaw
l-aspettattivi ta’ dawk li qed jitgħallmu dak li jinħoloq b'mod
diġitali. L-għalliema għandhom tendenza li jakkwistaw
il-ħiliet tat-tagħlim tal-ICT permezz ta’ edukazzjoni formali aktar
milli permezz ta’ żvilupp professjonali; Jeħtieġ li huma jkunu
atrezzati għall-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda fil-mod ta' kif
jgħallmu, sabiex jistimolaw u jinvolvu lil dawk li qed jitgħallmu. Is-suq
edukattiv qed jiġi trasformat. Hemm numri ta’ produtturi mhux
kummerċjali tal-OER li qed jikbru minbarra l-avvanzi teknoloġiċi
bħalma huma l-aċċess miftuħ, il-qsim ta’ fajls permezz
tal-internet u sorsi miftuħa, u l-pubblikaturi tal-edukazzjoni u
industrija aktar wiesgħa tkompli taddatta għal dan it-tibdil. Huma
qegħdin diġa’ jirrevedu l-mudelli ta’ negozju tagħhom sabiex
jipprofittaw minn opportunitajiet kummerċjali ġodda. Sapport
lill-għalliema Ewropej[18] L-għalliema
b’mod rapidu jiltaqgħu ma’ domandi ta’ tibdil… Għalliema
ta’ kwalità għolja u mħarrġin sew jgħinu lil dawk li qed
jitgħallmu sabiex jiżviluppaw il-kompetenzi li għandhom
bżonn fis-suq globali tax-xogħol bbażat fuq il-livelli ta’
ħiliet, u l-evidenza[19]
turi li l-influwenza primarja fuq il-performanza ta’ dawk li qed
jitgħallmu hija l-kwalità ta’ tagħlim. Madankollu l-għalliema
llum jiffaċjaw sfidi bla preċedent. Hekk kif hu elaborat
fl-akkumpanjament tad- Dokument tal-Ħidma tal-Persunal, ir-rekwiżiti
tal-edukazzjoni li qegħdin dejjem jikbru, l-irtirar massiv
tal-għalliema minn ġenerazzjoni ta' 'splużjoni' fir-rata
tat-twelid (ara figura nru 2) u n-nuqqas sever ta’ ħaddiema f’xi
oqsma ta' suġġetti se jirriżultaw f'żieda fid-domanda
għall-edukaturi kwalifikati fil-livelli kollha u sejħa
għall-azzjonijiet komprensiva sabiex jagħtu spinta lill-attrattività
tal-professjoni. Dawn għandhom jinkludu kemm l-inċentivi finanzjarji
u kemm dawk mhux finanzjarji. Il-kriżi u l-forza tax-xogħol
disponibbli preżentement, joffru wkoll opportunità li jsir it-tiġdid
tal-ħiliet madwar il-professjoni u l-attrazzjoni ta’ persunal ġdid
kwalifikat. Figura
nru 2 –
Id-distribuzzjoni tal-età tal-għalliema fl-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel
livell u dawk tal-iskola sekondarja vokazzjonali % (2010) Sors: Bażi tad-data tal-Eurostat[20], ġbir ta'
data UOE …li
jirrikjedu set ġdid ta’ kompetenzi għall-għalliema,
l-għalliema edukaturi u dawk li jmexxu l-edukazzjoni… Madankollu,
strateġiji b’riżorsi tajbin huma neċċessarji
għar-reklutaġġ, iż-żamma u l-iżvilupp ta’
għalliema ta’ kwalità għolja, billi jkopru l-edukazzjoni tal-bidu
tal-għalliem u l-iżvilupp professjonali twil tal-karriera. L-Istati
Membri jridu jistabbilixxu qafas ta’ kompetenza jew profili professionali
għall-għalliema li jinkludi edukaturi fl-ETV inizjali u dak kontinwu. Sabiex wieħed jsostni dan, l-irwol
tal-għalliem edukatur jrid jkun definit b’mod ċar permezz ta’
kriterja bażika. Flimkien mal-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità,
din għanda tkun il-bażi sabiex terġa’ tfassal is-sistemi
ta’ riklutaġġ sabiex tattira u żżomm kandidati ta’ kwalità
għolja fit-tagħlim. Ir-reklutaġġ,
il-preparazzjoni u ż-żamma tal-persunal adekwat
għall-pożizzjoni ta' tmexxija fil-livelli kollha ta' edukazzjoni huwa
daqstant importanti u jirrikjedi aktar investiment. Dawn l-irwoli
jeħtieġ li jiffokaw fuq it-titjib tat-tagħlim, li jibqgħu
problema f’ħafna Stati Membri minħabba l-volumi ta’ xogħol
amministrattivi li qegħdin jikbru. Akkademji tat-tmexxija jew programme
ta’ żvilupp personali joffru mudelli ta’ prattika tajba. …u talba
għall-azzjoni b’saħħitha sabiex ssostni approċċi
ġodda għat-tagħlim… Il-kurrikulu,
b’mod speċjali fl-ETV, għandu jkun magħmul aktar relevanti
għall-post tax-xogħol permezz ta’ kollaborazzjoni kontinwa
man-negozji u dawk li jħaddmu, pereżempju l-imprenditur li
jinġiebu fil-klassijiet sabiex jittejjeb it-tagħlim. Ir-riformi
tal-approċċ tat-tagħlim huma meħtieġa fil-livelli
kollha, kif ukoll fl-iżvilupp b’riżorsi professjonali kontinwi li
għadhom jinkludu provvista ta’ feedback regolari u sosten
mill-għalliema edukaturi. L-għalliema jeħtieġu impenn sod
għat-taħriġ: fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda; sabiex
jitjiebu l-kompetenzi tat-tagħlim ta’ kif wieħed jitgħallem kif
jaħsbu għad-diversità u l-inklużjoni; u li jilħqu
l-ħtieġijiet ta’ dawk li qed jitgħallmu imma jħossuhom
żvantaġġati, bħal każ ta' Ruma, tfal b'diżabiltà
jew dawn li ġejjin minn sfond ta' migranti. L-aħħar fokus ta’
dawn l-attivitajiet kollha għandu jkun sabiex itejbu ir-riżultati
tat-tagħlim. …u l-kwalità
tat-tagħlim hija kwistjoni kritika fl-edukazzjoni ogħla wkoll Jekk l-isforzi
jinżammu, allura l-Unjoni Ewropea x’aktarx li takkwista l-mira ewlenija
ta’ 40 % kompletar ta’ livell ta’ edukazzjoni terzjarja. Kemm
ir-riċerka[21] kif ukoll it-tagħlim għandhom jiġu sostnuti
bid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-opportunitajiet professjonali
tajbin. Imma din għadha qed tgħallem li l-influwenzi primarjament
ir-riżultati tal-istudenti, billi jtejbu l-impjegabilità tal-gradwati u
jgħollu l-profili tal-instituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla
fl-Ewropa mad-dinja kollha. Bħalissa, hemm ftit pajjiżi li
għandhom l-istrateġiji sabiex jippromovu l-kwalità fit-tagħlim
tal-edukazzjoni ogħla, li jinkludi t-taħriġ tal-persunal li
jgħallem il-ħiliet pedagoġiċi. Il-Kummissjoni nediet
il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni
għolja, u fl-2013 dan il-grupp se jagħmel rakkomandazzjonijiet lil
dawk li jfasslu l-politika u l-instituzzjonijeit ta’ edukazzjoni ogħla
dwar kif tiġi promossa l-kwalità fit-tagħlim. 2.3. Il-promozzjoni
ta’ sforz ikkolaborat Il-finanzjament edukattiv L-investiment
fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa element ewlieni
għaż-żieda fil-produttività u t-tkabbir ekonomiku u huwa
tħassib għal kulħadd… Minkejja l-istrateġija
ċara u r-redditu pożittiv għal żmien twil
għall-edukazjoni, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-ħtieġa
assoċjata mal-konsolidament fiskali waslu sabiex ħafna Stati Membri
jnaqqsu l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Mis-sena skolastika 2009/10
b’mod speċjali wara nofs l-2010, numru mhux ħażin ta’
pajjiżi kienu obbligati japplikaw tnaqqis fir-remunerazzjoni
għall-għalliema u impjegati pubbliċi oħrajn. Fl-2012,
il-maġġoranza ta’ pajjiżi żammew l-arranġamenti
tagħhom fir-rigward tal-finanzjament ta’ mekkaniżmu ta’
appoġġ lit-tfal tal-iskola u l-istudenti u/jew lill-familji
tagħhom. Mill-pajjiżi li għandhom l-informazzjoni disponibbli
Spanja (il-baġit ċentrali), Ċipru u l-Portugall biss irrapportaw
nuqqas fil-finanzjament ta’ skemi disponibbli għas-sosten tal-individwi
fl-edukazzjoni. Kull infiq anqas illum se jkollu inevitabbilment konsegwenzi
serji fiż-żmien medju għal dak twil għall-bażi ta’
ħiliet Ewropea. Filwaqt li
l-kamra għal manuvra tista’ tkun akbar għal xi Stati Membri aktar
milli oħrajn, dawn kollha jaqsmu l-istess sfida doppja: sabiex
jipprijoritizzaw l-investiment pubbliku fis-settur edukattiv u ta’ tari, u
sabiex isibu modi aktar efficienti billi jintużaw ir-riżorsi
finanzjarji disponibbli li tista’ teħtieġ għar-riforma
strutturali f’sistemi edukattivi partikolari. Il-livell ewlieni sabiex
tiżdied l-effiċjenza tal-investiment fl-edukazzjoni u
t-taħriġ huwa billi titjieb il-kwalità tad-dispożizzjonijiet u
tiffoka fuq il-prevenzjoni ta’ falliment fl-edukazzjoni. L-Istat Membri
qegħdin kulma jmur jiżviluppaw mudelli ta' qsim tal-ispejjeż
bejn imsieħba differenti fil-proċess edukattiv – l-istat, in-negozji
u l-individwi, il-fundazzjonijiet u universitajiet – bl-għajnuna ta’
investiment pubbliku biex jilleva l-finanzjarjament tas-settur fi sħubija
privata. …u
l-enfażi għandha tkun sabiex jiġu massimizzati l-investimenti
effikaċi fil-livelli kollha edukattivi… Prijorità
għall-użu aktar effiċjenti ta’ fondi għandu jkun fi stadji
edukattivi iaktar bikrija, sabiex jipprevjenu falliment edukattiv bikri u
l-konsegwenzi tiegħu fil-maturità (riżultati aħjar l-iskola,
rati ta' impjieg, qligħ, prevenzjoni tal-kriminalità, saħħa,
eċċ)[22].
Tkun offruta kwalità għolja u l-edukazzjoni tat-tfulija bikrija
affordabbli tigwadanja, b’mod partikolari għal gruppi soċjalment
żvantaġġati. Għalkemm xi pajjiżi investew aktar sa
mis-sena 2000 fil-qasam ta’ edukazzjoni preprimarja u edukazzjoni
skolastika, l-investiment pubbliku per capita fil-fażi bikrija
tat-tfulija għadha aktar baxxa minn kwalunkwe stadju ieħor. L-investiment
pubbliku għandu jinżamm fl-edukazzjoni skolastika, iżda
l-gvernijiet għandhom ifittxu modi kif jakkwistaw aktar b’dawn
ir-riżorsi. Ir-redditi importanti tal-investiment jista’ jinkiseb permezz
ta' reklutaġġ aktar effettiv tal-għalliema, ż-żamma u
s-sosten professjonali (imfisser fis-sezzjoni 2.2). …bi qsim
tal-ispejjeż fl-ETV u edukazzjoni ogħla l-għażla sabiex
tgħin li tintlaħaq dik il-mira Ir-redditi
pubbliċi u privati fl-ETV, l-edukazzjoni ogħla u t-tagħlim
tal-adulti huma kkunsidrati[23].
Fis-sistemi doppji u stabbiliti sew tal-ETV il-kumpaniji jakkwistax redditi fuq
żmien twil anki meta l-ispejjeż għall-apprentistat jistgħu
l-ewwel jaqbżu d-dħul mill-istrumenti finanzjari mix-xogħol
tal-apprentistat. Sabiex tiġi stimulata d-dispożizzjoni tal-apprentistat,
il-fondi pubbliċi għandhom jimmiraw b’mod speċjali lejn setturi
bi tkabbir ta’ ħtieġa għall-forza tax-xogħol. Il-kumpaniji,
min-naħa l-oħra, għandhom iżidu l-investiment fl-ETV
tal-bidu b’mod notevoli permezz ta’ l-involviment tagħhom f’mudelli alternattivi
ta’ taħriġ, imma wkoll billi jiġu sostnuti skejjel
b’tagħmir addattat. L-ETV kontinwu
jista’ jassoċja mar-redditi privati sostanzjali u l-gwadanji
tal-produttività għall-impjegati. Ir-riċerka tissuġġerixxi,
madankollu, li l-istrumenti ta’ finanzjament pubbliku attwali (kontijiet ta’
tagħlim individwali, sussidji għat-taħriġ eċċ)
jistgħu ma jkunux effiċjenti fil-mira tagħhom, billi
d-dispożizzjonijiet għandhom ħabta li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni
ta’ ħaddiema b’ħiliet għoljin u r-redditi privati tagħhom.
Il-finanzjament pubbliku f’dan il-qasam għandu bżonn li jkun evalwat
sew u jiffoka fuq kif jgħolli l-parteċipazzjoni ġdida
tat-taħriġ, b’mod notevoli tal-gruppi żvantaġġati.
Ir-responsabbiltà pubblika żżid ukoll fiż-żmien ta’
ristruttura ekonomika. Il-mekkaniżmi sabiex jinqasam il-piż
finanzjarju tat-taħriġ bejn l-impjegati, bħalma huma
l-finanzjamenti settorali tat-taħriġ, jeħtieġ li jkunu
applikati b'mod aktar wiesgħa. Fl-edukazzjoni
ogħla, ġie stabbilit sew li l-investiment jista' jiġġenera
redditi sostanzjali kemm għall-individwu kif ukoll għas-soċjetà
fil-kobor[24].
Mudelli differenti ta’ finanzjament jinsabu madwar l-Istati Membri, bin-numru
ta’ pajjiżi li qed jikber bl-introduzzjoni ta’ qsim ta’ spejjeż akbar
fis-sistemi tal-edukazzjoni ogħla tagħhom, fil-konfront tan-numru ta’
studenti li qed jikber u l-pressjoni għar-restrizzjonijiet baġitarji.
Filwaqt li l-għażla tal-aktar mekkaniżmu ta’ finanzjament xieraq
huwa prerogattiva għall-Istati Membri, il-kunsiderazzjonijiet
tal-effiċjenza għandhom jimxu id f’id mat-tħassib fuq l-ekwità u
l-aċċess. Il-grad li bih l-istudenti jew oħrajn jikkontribwixxu
direttament fuq l-ispejjeż tal-istudji tagħhom[25] u b’mod aktar ġenerali
l-effetti tal-qsim tal-ispejjeż, huma kwistjoni ta’ dibattitu u
jixirqilhom ikunu sostnuti b’aktar riċerka u analiżi. Finalment,
fil-kuntest ta’ inqas riżorsi, il-gvernijiet iridu jagħmlu użu
effettiv tal-Fondi Strutturali disponibbli, b’mod partikolari l-Fond
Strutturali Ewropew. Ħafna pajjiżi riċentament riallokaw
finanzjament sinifikanti fil-perjodu tal-programmar 2007-13 lejn prijorità
ewlenija edukattiva u ta’ taħriġ. Għall-perjodu 2014-2020,
tinħtieġ aktar konċentrazzjoni u prijoritizzazzjoni sabiex
isostnu l-investiment fl-edukazzjoni u l-infrastruttura rispettiva. L-Erasmus għal
Kulħadd 2014-2020 propost, permezz tal-mobilità, l-kooperazzjoni u
l-azzjonijiet ta’ sostenn politiku, se jappoġġjaw ukoll l-inizjattivi
transnazzjonali ta’ sostenn f’dawn l-oqsma. Partenarjati Il-partenarjati
jistgħu jipprovdu pjattaforma għall-mira tal-ħiliet ‘xierqa’-
jekk huma attivament appoġġjati Il-partenarjati
tal-instituzzjonijiet pubbliċi u privati mhumiex biss sors tal-iffinanzjar
edukattiv imma wkoll sors ta’ tagħlim reċiproku, żvilupp
konġunt tal-politika u implimentazzjoni. Il-partenarjati jippreżentaw
opportunità għall-iżvilupp ta’ aġendi ta’ ħiliet b’mod
immirat, innovattiv u ta’ sostenn u li jinkludi dawk involuti
fid-dispożizzjoni, fl-applikazzjoni u fl-aġġornament ta’
ħiliet speċifiċi. Dawn jistgħu jgħaqqdu oqsma ta’
politika varji, sotto setturi edukattivi u ta’ tagħlim, atturi
pubbliċi u privati, u livelli differenti ta’ governanza[26]. Għall-edukazzjoni
u t-taħriġ, approċċ imsaħħaħ tal-partenarjat
ifisser li wieħed isir aktar attiv fl-iżvilupp tal-istrateġiji
tal-ħiliet, aktar milli sempliċiment ‘fornitur’. Sabiex ikunu ta’
sostenn, il-partenarjati jridu jinbnew fuq oġġettivi ċari u
jridu jagħmlu parti sistematika mill-approċċ politiku. Dawn
għandhom jinvolvi l-partijiet ikkonċernati, li jinkludu
rappreżentattivi mill-organizzazzjonijiet tal-għalliema,
imsieħba soċjali u korpi ta’ studenti. L-approċċ
ta’ sħubija huwa fattur ewlieni għas-suċċess tal-iskemi ta’
Garanzija taż-Żagħżagħ (ara il-Pakkett dwar l-Impjieg
taż-Żagħżagħ li ġej). L-instituzzjonijiet edukattivi
u ta’ taħriġ iridu jiffurmaw parti minn sforz miftiehem ma’ partijiet
ikkonċernati oħrajn sabiex jitfgħu f’posthom dawn l-iskemi
komprensivi. Forom differenti
ta’ partenarjati qed ikunu promossi fuq il-livell tal-UE. Il-Komunitajiet
magħżula ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KICs), sostnuti
mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), jiġbru
flimkien l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kummerċ sabiex jindirizzaw
l-iżvilupp ta’ ħiliet b’manjiera integrata ħafna konsistenti
mal-ħtieġijiet u l-isfidi għall-atturi ekonomiċi relevanti.
Eżempju ieħor, din id-darba fuq settur speċifiku, huwa l-Grand Coalition for ICT Jobs. Il-Koalizzjoni se tgħaqqad
flimkien l-industrija, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-gvernijiet sabiex
jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fis-settur tal-ICT. Il-programm ta’
finanzjament Erasmus għal Kulħadd propost se jipprovdi wkoll
inċentivi għall-partenarjati Se jingħata sosten lill-Alleanza tal-Għarfien sabiex
timplimenta sett komprensiv ta’ attivitajiet li jistimula l-qsim, tpartit u
l-fluss tal-għarfien bejn instituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u
intrapriżi. Dawn jimmiraw biex iħaddnu
eċċellenza u innovazzjoni u joħolqu kurrikulu multidixxiplinarju
ġdid għall-promozzjoni tal-ħiliet bħalma huma
l-intrapreditorija, s-soluzzjoni tal-problemi dak il-ħin stess u l-ħsieb
kreattiv. Fix-xena tal-ETV, il-fondi se jkunu provduti lill-Alleanzi
tal-Ħiliet Settorali, li jgħaqqdu l-instituzzjonijiet ta’
taħriġ, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet professjonali,
sabiex jiddisinjaw il-kurrikulu u l-programmi ta’ taħriġ. Kemm l-Għerf
kif ukoll l-Aleanza tal-Ħaliet Settorali se jibbenefikaw minn xogħol
ta’ imsieħba soċjali li għaddej bħalissa sabiex
jiddentifikaw il-ħtieġa tal-ħiliet speċifiċi
settorali, li jinkludu dawn fuq livell tal-UE permezz tal-Kunsilli Ewropej dwar
il-Ħiliet Settorali. 3 PRIJORITAJIET
GĦALL-ISTATI MEMBRI In-natura u l-urġenza varjabbli
tal-isfidi li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri jirrikjedu l-użu
ta’ strumenti differenti implimentati fuq skali differenti ta’ żmien, u
tinħtieġ azzjoni konġunta kemm mid-dinja edukattiva kif ukoll
mill-impjieg. Sforzi sabiex tingħata spinta l-provvista tal-ħiliet
relevanti u bi kwalità għolja għandhom jimxu id f’id mal-azzjonijiet
fil-mira sabiex twassal għat-transizzjoni mill-iskejjel għax-xogħol,
tnaqqas l-ostakli għall-mobilità u jimpruvjaw il-funzjonament tas-suq
tax-xogħol biex b’hekk iż-żagħżagħ ikollhom
aċċess aktar wiesgħa għall-opportunità tax-xogħol. Il-Pakkett dwar l-Impjieg
taż-Żagħżagħ se jgħajat
lill-Istati Membri sabiex jintensifikaw l-isforzi fill-qasam tat-tagħlim
ibbażat fuq ix-xogħol, il-mobiltà u l-iskema ta’ tagħlim, u li
tippromwovi partenarjati (li jinkludu l-edukazzjoni) sabiex
jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Garanziji
taż-Żagħżagħ bħala risposta immedjata
għall-kriżi tal-qgħad fost iż-Żagħżagħ.
B’mod konformi mal-azzjonijiet imressqin
fir-Rakkmandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-2012,
il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri tagħha sabiex
jitressqu r-riformi edukattivi sabiex jikkumbattu l-qgħad fost
iż-żagħżagħ u jagħtu spinta lill-provvista
tal-ħiliet permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: 1.
Il-promozzjoni eċċellenti
fl-edukazzjoni vokazzjonali u fit-taħriġ (l-ETV). L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jiżviluppaw skont
iċ-ċirkostanzi nazzjonali, is-sistemi doppja tal-ETV bi kwalità
għolja, it-tiqrib tal-politika tal-ETV bi strateġiji ta’ żvilupp
ekonomiku reġjonali/lokali fosthom għall-ispeċjalizzazzjoni
intelliġenti, li tippermetti l-permeabilità ma’ offerti edukattivi
oħrajn, biż-żvilupp taċ-ċiklu qasir bi kwalifiki
terzjarji (sentejn) li jiffoka fuq l-oqsma identifikati ta’ nuqqas ta’
ħiliet b’mod speċjali fejn hemm tkabbir potenzjali bħal
eżempju fl-ICT, fil-ħiliet tas-saħħa u dawk ambjentali, u
li jitqawwew il-partenarjat u n-netwerks lokali, nazzjonali u internzzjonali
bejn il-kumpaniji b’mod speċjali l-SMEs u l-fornituri tal-ETV. 2.
Jimpruvjaw il-performanza tal-gruppi ta’
studenti b’riskji għoljin tat-tluq bikri mill-iskola u l-ħiliet
bażiċi baxxi. L-azzjonijiet ewlenin
qegħdin ipoġġu f’posthom l-kwalità għolja u
l-aċċessibiltà fl-edukazzjoni bikrija tat-tfulija u l-attenzjoni,
billi jsaħħu it-tagħlim tal-ħiliet bażiċi
bħalma huma l-kitba, l-għadd, il-matematika u x-xjenza, l-iskoperta
bikrija ta’ studenti b’kapaċità baxxa fil-ħiliet bażiċi
fil-fażijiet kollha tal-iskola u jipprovdu appoġġ individwalizzat
kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ strateġiji bbażati fuq l-evidenza
sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola. 3.
Tissaħħaħ il-provvista ta’
ħiliet transversali li jżiedu l-impjegabbilità bħalma huma
l-inizzjattiva intraprenditorjali, il-ħiliet diġitali u l-lingwi
barranin. L-azzjonijiet ewlenin qegħdin
jassiguraw li l-miżuri jittieħdu sabiex jiġu tradotti
l-ġiliet transversali fil-kurrikulu sa minn stajdi bikrija ta’ edukazzjoni
sal-ogħla edukazzjoni, bl-użu ta’ approċċi pedagoġiċi
innovattivi u li jiffukaw fuq l-istudent, u li jiddisinjaw għodod ta’
valutazzjoni li permezz tagħhom il-livell ta’ kompetenza jistgħu
jkunu valutati b’mod effettiv u evalwati. Iż-żagħżagħ
kollha għandom jibbenifikaw fuq minn tal-anqas esperjenza
intrapreditorjali waħda qabel iħallu l-edukazzjoni obbligatorja. 4.
Inaqqsu n-numru ta’ adulti b’ħiliet baxxi L-azzjonijiet ewlenin qed jiffissaw miri
nazzjonali u strateġiji, billi jżidu l-inċentivi
għat-taħriġ tal-adulti mill-kumpaniji, jivvalidaw il-ħiliet
u l-kompetenzi miksuba barra l-edukazzjoni formali, u jissettjaw punti ta’
aċċess (punt ta’ kuntatt wieħed) li jintegraw s-servizzi ta’
tagħlim differenti fuq żmien twil bħalma huma l-validazzjoni u
l-gwida ta’ karriera li joffru tagħlim imfassal għall-individwi li
qed jitgħallmu. 5.
Jiżdied l-użu tal-ICT fit-tagħlim
appoġġjat u l-aċċess għal kwalità għolja tal-OER.
L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jiġu
mmodernizzati fl-infrastruttura skolastika tal-ICT, bl-appoġġ
mogħti lit-tagħlim ibbażat fuq l-ICT u l-prattiki tal-assesjar,
bil-promozzjoni tat-trasparenza tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ dawk
li jużaw il-kontenut diġitalizzat, billi jistabbilixxu
mekkaniżmi sabiex jivvalidaw u jirrikonoxxu l-ħiliet u l-kompetenzi
akkwistati permezz ta’ l-OER u l-instituzjonijiet edukattivi u ta’
taħriġ sabiex jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom
bil-ħruġ tal-OER. 6.
Jirrevedu u jsaħħu l-profili
professjonali tal-professjonijiet tat-tagħlim kollha (għalliema ta’ kull livell, il-mexxejja edukattivi, l-edukattivi
għalliema). L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jaraw l-effett kif ukoll
l-kwalità akkademika u pedogoġika tal-Eukazzjoni Inizjali
tal-Għalliema, bl-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ riżorsi koerenti u
adattati, l-iżvilupp selettiv, inizjali u professjonali tal-impjegati
tat-tagħlim ibbażati fuq kompetenzi ddefeniti b’mod ċar li
jenħtieġu f’kull stajdu tal-karriera tat-tagħlim, u
ż-żieda tal-kompetenza diġitali tal-għalliema. L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi mhux se jkunu ta’
suċċess mingħajr l-effiċjenza tal-finanzjament edukattiv.
Sabiex tindirizza l-isfida kumplessa, il-Kummissjoni tappella lill-Istati
Membri sabiex jistimulaw id-dibattiti nazzjonali dwar il-modi kif jiġu
provduti mekkaniżmi ta’ finanzjament sostenibbli sabiex itejbu
l-istabbiltà u l-effiċjenza, filwaqt li jidderieġi l-appoġġ
lejn dawn li għandhom tendenza li jipparteċipaw anqas. Fost dawn,
trid tingħata attenzjoni partikolari lejn l-iżvilupp tal-finanzjament
tal-iskemi għall-ETV u t-tagħlim tal-adulti li hu ffinanzjat permezz
ta’ responsabbiltà maqsuma bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-intrapriżi
u l-kontribuzzjonijiet individwali appropjati (eż. fondi ta’
taħriġ settorali, l-imposti għat-taħriġ,
eċċ) u jimmiraw għall-attrazzjoni ta’ kumpaniji kbar u SMEs
sabiex jipprovdu t-taħriġ ibbażat fuq ix-xogħol tal-ETV. 4.LIVELL EWROPEW TA’ KOORDINAZZJONI U
KONTRIBUZZJONIJIET Filwaqt li
r-responsabbiltà u l-istrumenti sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet
identifikati f’din il-kommunikazzjoni jibqgħu f’idejn l-Istati Membri,
ir-riformi ambizzjużi li hemm bżonn jgħajtu għal sforz
konġunt kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri. Fuq livell tal-UE, se
tingħata wkoll attenzjoni immedjata lill-azzjonijiet ewlenin li
ġejjin: 1. Titjib fl-attenzjoni ta’ pajjiż speċifiku u appoġġ
lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex
jimplimentaw il-prijoritajiet identifikati minn: -
monitoraġġ tal-progress f’kull Stat
Membru fil-kuntest tas-Simestru Ewropew li jmiss u jdaħħlu
r-riżultati ta’ din l-eżaminazzjoni tal-pajjiż
fil-preparazzjonijiet tal-abbozz tal-2013 tar-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiż; -
tissaħħaħ il-bażi analitika
tal-monitoraġġ tal-pajjiż permezz ta’ i) analiżi regolari
mill-pari fil-qafas tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni
għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ, ii) qafas għal kooperazzjoni
bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD fil-qasam ta’ politika ta’ ħiliet. Fi
ħdan il-kuntest ta’ dan il-qafas, il-portal pubbliku “Education and
Skills Online Assessment" ser jitnied fil-ħarifa tal-2013, billi
jħalli l-individwi u l-intrapriżi, permezz tal-metodoloġija
PIAAC, għall-ħiliet b’punt ta’ riferiment kontra dawk li jużaw
stħarriġ ieħor; iii) titjib fil-monitoraġġ b’punti ta’
riferimenti edukattivi u ta’ taħriġ, li jinkludu punt ta’
riferiment ġdid fuq it-tagħlim tal-lingwi billi jelaboraw fuq
id-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal dwar il-Lingwi. 2.
Jitħaffef it-titjib fit-tagħlim
ibbażat fuq ix-xogħol, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita
l-EU-level Alliance for Apprenticeships (ara wkoll il-Pakkett dwar
l-Impjieg taż-Żagħżagħ li ġej) Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se
tappoġġja Memorandum dwar il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni
vokazzjonali u t-taħriġ, billi tgħaqqad flimkien numru ta’ Stati
Membri sabiex jitgħallmu minn approċċi u skemi
b’suċċess. 3.
Il-ħolqien ta’ Qasam Ewropew
għall-Ħiliet u Kwalifiki sabiex tiġi
promossa konverġenza b’saħħitha bejn it-trasparenza u
l-għodod ta’ rikonoxximent tal-UE sabiex jassiguraw li l-ħiliet u
l-kwalifiki jistgħu jintlaħqu b’mod faċli bejn il-fruntieri,
bbażati fuq evalwazzjonijiet li għaddejin u jsegwu r-riżultati tal-approċċ
tat-tagħlim. 4.
Il-Funzjonament tat-Tkabbir Edukattiv sabiex jissaħħaħ l-impenn tal-forza tax-xogħol li
fih il- ħiliet u huwa mħarreġ b’mod kontinwu u jerġa jkun
imħarreġ minn: -
monitoraġġ ta’ azzjonijiet meħudin
mill-Istati Membri sabiex jagħtu prijorità lin-nefqa fit-titjib
tat-tkabbir u fl-iżvilupp ta’ qafas ibbażat fuq l-evidenza li
tanalizza l-effiċjenza tan-nefqa pubblika għall-edukazzjoni u
t-taħriġ ta’ kwalità; -
li jibda dibattitu għall-ewwel darbu fuq
il-livell tal-UE b’partijiet involuti relevanti fuq il-benefiċċji
tal-investiment f’setturi edukattivi u ta’ taħriġ differenti
(it-taħriġ vokazzjonali, it-tagħlim tal-adulti, l-edukazzjoni
ogħla) u modi kif tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa; -
Li tesplora mal-Imsieħba Soċjali fuq
livell tal-UE l-għażliet sabiex jiżdied b’mod sinifikattiv il-livell
ta’ taħriġ proviżjonali għall-adulti li jaħdmu
fil-kumpaniji, b’ħarsa li tipprovdi l-ħiliet mill-ġdid u ttejjeb
il-ħiliet tal-forza tax-xogħol. Din il-konsultazzjoni se ssir wara
ħafna konsultazzjonijet għaddejjin dwar il-Qafas ta’ Kwalità tat-Tagħlim
imsejjes fuq ix-xogħol sabiex b’mod sħiħ jikkunsidraw
ir-riżultati tagħha. 5.
Janalizzaw l-impatt li jipprovdu
appoġġ tal-EU sabiex jgħollu l-aċċess u l-użu
tal-OER u l-ICT, billi jistabbilixxu parametri ta’ kwalità u proċessi ta’
ċertifikazzjoni għall-OER, l-iżvilupp li jħalli l-prattiki
tat-tagħlim fl-ICT u li joħolqu dimenzjoni tal-UE
għall-edukazzjoni fuq l-internet. Ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol
preparatorju se jwassal għall-inizjattiva ewropea ġdida dwar
“Il-Ftuħ tal-Edukazzjoni”. 6. Azzjoni edukattiva
intraprenditorjali li tinkludi: il-gwida
tal-pubblikazzjoni tal-politika fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali fl-2013;
billi jiġi stabbilit, u konġunt mal-OECD, qafas ta’ gwida
għall-instituzzjonijiet edukattivi intraprenditorjali; u l-iżvilupp
ta’ għodod sabiex jsir il-monitoraġġ tal-progress u l-akkwist
tal-kompetenzi intraprenditorjali. 7. Il-partenarjati bejn l-edukazzjoni, il-kummerċ u r-riċerka bħall-Alleanza tal-Għarfien, l-Alleanza fil-Ħiliet
Settorjali u l-azzjonijiet ta’ partinarjat fi ħdan il-programm
Sklodowska-Curie se jkun promoss permezz tal-programm Erasmus għal
Kulħadd 2014-2020 propost u Horizon 2020 sabiex jadattaw sistemi
fl-edukazzjoni u t-taħriġ li joqorbu għall-ħtieġa
tal-kumpaniji, b’mod speċjali l-SMEs. 5. KONKLUŻJONIJIET L-Ewropa se
terġa tibda’ tkabbar permezz ta’ ħaddiema bi produttività ogħla
u bi provvista għolja ta’ ħiliet, u hija din ir-riforma tas-sistemi
edukattivi u ta’ taħriġ li hi essenzjali sabiex jinkiseb dan. Din
il-Kommunikazzjoni u l-analiżi tal-pajjiż provduta fl-akkumpanjament
tad-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal huma maħsubin sabiex jagħtu
l-impetu lill-gvernijiet,lill-instituzzjonijiet edukattivi u ta’
taħriġ, lill-għalliema, lill-kummerċ u imsieħba
oħrajn simili sabiex jingħaqdu flimkien, skont iċ-ċirkustanzi
nazzjonali, bi spinta kkordinata għar-riforma. Fuq livell nazzjonali,
l-Istati Membri huwa mistiedna sabiex iwettqu r-riflessi tagħhom dwar dan
id-dokument permezz ta’ dibattiti mal-Parlamentarji tagħhom u partijiet
interessati relevanti sabiex javvanzaw fir-riformi. Il-Kummissjoni tassigura li l-kontribuzzjoni
edukattiva u l-investiment fil-ħiliet għat-tkabbir u impjieg huma
riflessi b’mod komplet fis-Simestru Ewropew. Hi se tuża l-pjattaformi
Ewropej għad-djalogu bħalma huma l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni
fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-proċess ta’ Bolonja
għall-Edukazjoni Ogħla u l-proċess ta’ Kopenħagen
għall-ETV kif ukoll l-instrumenti ta’ finanzjament sabiex tenfasizza
s-sens ta’ urġenza dwar il-prijoritajiet identifikati hawn. [1] Aġġornament fil-Komunikazzjoni dwar
il-Politika Industrijali COM (2012) 582 [2] http://ec.europa.eu/europe2020/index_en.htm
[3] Stħarriġ tat-tkabbir Annwali COM (2011) 815 [4] Erasmu għal kulħadd huwa
l-programm propost mill-UE għall-edukazzjoni, taħriġ,
żagħżagħ u sport imressaq mill-Kummissjoni Ewropea fit-23
ta' Novembru 2011 [5] Għal prospett dwar ħiliet
intraprenditorjali, cf id-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal dwar
il-valutazzjoni tal-Kompetenzi Prinċipali [6] L-Edukazzjoni Intraprenditorja fl-Iskola Ewropea -
Strateġiji Nazzjonali, Kurrikulu u Riżultati tat-Tagħlim
(Eurydice 2012) [7] Cf. Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012 [8] Il-Programm dwar l-Assessjar
Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti - il-PIAAC Għal aktar informazzjoni żur is-sit http://ec.europa.eu/education/literacy/resources/statistics/more-info/index_en.htm [9] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2011:372:0027:01:EN:HTML [10] http://ec.europa.eu/languages/eslc/index.html [11] Cf. Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012 [12] Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona, Marzu 2002. [13] Għal noti dwar data fuq pajjiż speċifiku
rreferi għal websajt tal-Eurostat [14] L-opportunitajiet fit-Tkabbir Marittimu
għat-tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu
fil-COM(2012) 494 [15] Il-proposta tal-Kummissjoni li ġejja
għat-tibdil tad-Direttiva 2004/114.KE u 2005/71/KE [16] Ir-Riżorsi Edukattivi Miftuħa l-OER), hekk
definiti mill-UNESCO fl-2002, huma “il-materji ta' tagħlim u riċerka
li qegħdin fid-domanju pubbliku jew rilaxxati b’liċenzja ta’ propjetà
intelletwali li tippermetti użu liberu, adattament u distribuzzjoni".
L-Edukazzjoni Miftuħa (l-OE) hija kunċett aktar wiesgħa li
tirreferi għall-prattika u l-organizzazzjonijiet mmirati sabiex
ineħħu l-ostakoli sabiex wieħed jidħol fl-edukazzjoni. L-OER
hija parti mill-OE, li rciviet tefa' tajba permezz tal-użu tal-ICT. Għal
iktar tagħrif jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit elettroniku
tal-UNESCO fuq l-OER: http://www.unesco.org/new/en/communication-and-information/access-to-knowledge/open-educational-resources [17] http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/key_data_series/129EN.pdf [18] Cf. Id-deinizzjoni fid-Dokument tal-Ħidma
tal-Persunal dwar is-Sapport lill-Professjonijiet tal-Tagħlim għal
Riżultati ta’ Tagħlim Aħjar [19] Cf.. Cf. Ibid, OECD Education at a Glance 2012 [20] Għal noti dwar data fuq pajjiż speċifiku
rreferi għal websajt tal-Eurostat [21]http://ec.europa.eu/euraxess/pdf/research_policies/Towards_a_European_Framework_for_Research_Careers_final.pdf [22] Cf. EURYDICE (li ġej), Tendenzi Reċenti
fil-Finanzjament Pubbliku tal-Edukazzjoni Ewropea [23] Cf. Ibid, OECD Education at a Glance 2012 [24] Cf. OECD L-Edukazzjoni Illum, id-29 ta’ Ġunju 2012 [25] Cf.
EURYDICE (2012), Miżati nazzjonali ta’ l-istudenti u sistemi ta' support 2011/2012 [26] Għall-prattika tal-Istati Membri cf. Id-Dokument
ta’ Ħidma tal-Persunal u toroq flessibli għall-iżvilupp
tal-ħiliet fuq żmien twil