Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0773

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta' Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU L 139I, 27/05/2019, p. 5–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/09/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/773/oj

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 139/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/773

    tas-16 ta' Mejju 2019

    dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (2) jistabbilixxi l-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà (TSIs) tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni.

    (2)

    Skont il-punti (b) u (f) tal-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1474, it-TSIs jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati magħha, u jiġu aġġornati r-referenzi għall-istandards.

    (3)

    Skont il-punt (c) tal-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1474, it-TSIs jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex jagħlqu l-punti miftuħin li jkun fadal. B'mod partikolari, il-kamp tal-applikazzjoni tal-punti miftuħin għall-operazzjonijiet irid jiġi definit u għandha ssir distinzjoni bejn ir-regoli nazzjonali applikabbli u r-regoli li jesiġu l-armonizzazzjoni permezz tal-liġi tal-Unjoni sabiex jippermettu l-migrazzjoni lejn sistema interoperabbli li tiddefinixxi l-livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika.

    (4)

    Fit-22 ta' Settembru 2017, f'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) biex tħejji rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' għażla tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1474.

    (5)

    Fil-25 ta' Ottubru 2018, l-Aġenzija ħarġet ir-rakkomandazzjoni ERA-REC-125 fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistema ta' “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, li tkopri l-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE (4) ġiet emendata f'diversi okkażjonijiet. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, huwa rakkomandabbli li din titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

    (7)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE jenħtieġ li titħassar.

    (8)

    Jenħtieġ li dan ir-regolament jipprovdi d-dati ta' implimentazzjoni għar-rekwiżiti differenti tat-TSI relatati mas-subsistema ta' “operat u ġestjoni tat-traffiku' tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Id-dati ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jqisu li ċerti Stati Membri nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 filwaqt li ċerti Stati Membri ma għamlux dan.

    (9)

    It-tibdiliet fil-proċess u fir-responsabbiltajiet miġjuba bis-saħħa tal-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u bit-taqsima 4.2.2.5 u l-appendiċi D1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitmexxew mill-impriżi ferrovjarji u fejn xieraq, mill-maniġers tal-infrastruttura permezz tas-sistema rispettiva tagħhom tal-ġestjoni tas-sikurezza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji japplikaw għal aġġornament taċ-ċertifikati tas-sikurezza tagħhom f'konformità mal-Artikolu 10(13) tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jekk minħabba l-Artikolu 23, it-tip jew il-firxa tal-operazzjonijiet tagħhom jinbidlu sostanzjalment, jew jekk korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jesiġi dan f'konformità mal-Artikolu 10(15) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    (10)

    Jekk l-Istati Membri jiskattaw il-proċedura ta' defiċjenza f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, fejn xieraq, jenħtieġ li jieħdu azzjoni f'waqtha biex jirrettifikaw is-sitwazzjoni u joħorġu opinjoni dwar mezz aċċettabbli ta' konformità, inkella jikkoreġu dan ir-Regolament.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistema ta'” operat u ġestjoni tat-traffiku' tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, kif stabbilita fl-Anness.

    It-TSI stabbilita fl-Anness għandha tapplika għas-subsistema ta' “operat u ġestjoni tat-traffiku” stipulata fil-punt 2.5 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn it-tipi ta' ftehimiet li ġejjin lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2020, jekk dawn ma jkunux diġà ġew innotifikati skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/920/KE (6), 2008/231/KE (7), 2011/314/UE (8) jew 2012/757/UE:

    (a)

    ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura jew l-awtoritajiet tas-sikurezza li jrendu livelli sinifikanti ta' interoperabbiltà lokali jew reġjonali;

    (b)

    ftehimiet internazzjonali bejn wieħed jew aktar mill-Istati Membri u tal-anqas pajjiż terz wieħed, jew bejn impriżi ferrovjarji jew maniġers tal-infrastruttura tal-Istat(i) Membru/i u tal-anqas impriża ferrovjarja waħda jew maniġer tal-infrastruttura ta' pajjiż terz, li jrendu livelli sinifikanti ta' interoperabbiltà lokali jew reġjonali.

    Artikolu 3

    Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom ikunu kif stabbilit fir-regoli nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru fejn isseħħ l-operat, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    fis-sitwazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-punt 7.2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament;

    (b)

    fir-rigward tat-temi elenkati bħala punti mhux konklużi u l-oqsma għar-regoli nazzjonali msemmija fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness.

    Artikolu 4

    Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, l-Aġenzija għandha tippubblika gwida dwar l-appikazzjoni tas-subsistema “operat u ġestjoni tat-traffiku” (gwida dwar l-applikazzjoni). L-Aġenzija għandha żżomm il-gwida dwar l-applikazzjoni aġġornata.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 2012/757/UE titħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2021.

    Madankollu, l-Appendiċi A u C tal-Anness tad-Deċiżjoni 2012/757/UE jistgħu jibqgħu applikabbli sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2024.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2021.

    Madankollu, t-taqsimiet 4.2.2.1.3.2 u 4.4 tal-Anness għandhom japplikaw mis-16 ta' Ġunju 2019.

    It-Taqsima 4.2.2.5 u l-appendiċi D1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    It-Taqsima 4.2.2.5 u l-appendiċi D1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mis-16 ta' Ġunju 2020 fl-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    L-Appendiċi A u C tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44

    (2)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE tal-14 ta' Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (ĠU L 345, 15.12.2012, p. 1).

    (5)  Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE tal-11 ta' Awwissu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà relatata mas-subsistema “l-Operat u l-Maniġment tat-Traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta' Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja tranż-Ewropea ta' veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat-30 ta' Mejju 2002 (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/314/UE tat-12 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 144, 31.5.2011, p. 1).


    ANNESS

    WERREJ

    1.

    Introduzzjoni 12

    1.1.

    Kamp ta' applikazzjoni tekniku 12

    1.2.

    Kamp ta' applikazzjoni ġeografiku 12

    1.3.

    Kontenut ta' dan ir-Regolament 12

    2.

    Deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni 12

    2.1.

    Il-persunal u l-ferroviji 12

    2.2.

    Prinċipji 13

    2.3.

    Applikabbiltà għall-vetturi u l-infrastruttura eżistenti mhux konformi mat-TSI 13

    3.

    Rekwiżiti essenzjali 13

    3.1.

    Konformità mar-rekwiżiti essenzjali 13

    3.2.

    Rekwiżiti essenzjali – ħarsa ġenerali 13

    4.

    Karatteristiċi tas-subsistema 16

    4.1.

    Introduzzjoni 16

    4.2.

    L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema 16

    4.2.1.

    Speċifikazzjonijiet relatati mal-persunal 17

    4.2.1.1.

    Rekwiżiti ġenerali 17

    4.2.1.2.

    Dokumentazzjoni għas-sewwieqa 17

    4.2.1.2.1.

    Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa 17

    4.2.1.2.2.

    Deskrizzjoni tal-binarju u t-tagħmir rilevanti mal-ġenb tal-binarji assoċjat mal-binarji li fuqhom joperaw il-ferroviji 18

    4.2.1.2.2.1.

    Tħejjija tal-Ktieb tar-Rotot 18

    4.2.1.2.2.2.

    Modifiki għall-informazzjoni inkluża fil-Ktieb tar-Rotot 19

    4.2.1.2.2.3.

    Informazzjoni lis-sewwieq f'ħin reali 19

    4.2.1.2.3.

    Skedi tal-ħinijiet 19

    4.2.1.2.4.

    Vetturi ferrovjarji 19

    4.2.1.3.

    Dokumentazzjoni għall-membri tal-persunal tal-impriża ferrovjarja għajr is-sewwieqa 19

    4.2.1.4.

    Dokumentazzjoni għall-membri tal-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura li jawtorizzaw il-movimenti tal-ferroviji 19

    4.2.1.5.

    Komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija, membri tal-persunal oħrajn tal-impriża ferrovjarja u membri tal-persunal li jawtorizzaw il-movimenti tal-ferroviji 20

    4.2.2.

    Speċifikazzjonijiet relatati mal-ferroviji 20

    4.2.2.1.

    Il-viżibbiltà tal-ferrovija 20

    4.2.2.1.1.

    Rekwiżit ġenerali 20

    4.2.2.1.2.

    It-tarf ta' quddiem 20

    4.2.2.1.3.

    It-tarf ta' wara 21

    4.2.2.1.3.1.

    Ferroviji tal-passiġġieri 21

    4.2.2.1.3.2.

    Ferroviji tal-merkanzija 21

    4.2.2.2.

    Kemm tinstemal-ferrovija 22

    4.2.2.2.1.

    Rekwiżit ġenerali 22

    4.2.2.2.2.

    Il-kontroll 22

    4.2.2.3.

    L-identifikazzjoni tal-vettura 23

    4.2.2.4.

    Is-sikurezza tal-passiġġieri u tat-tagħbija 23

    4.2.2.4.1.

    Is-sikurezza tat-tagħbija 23

    4.2.2.4.2.

    Is-sikurezza tal-passiġġieri 23

    4.2.2.5.

    Il-kompatibbiltà tar-rotot u l-kompożizzjoni tal-ferroviji 23

    4.2.2.5.1.

    Kompatibbiltà tar-rotot 23

    4.2.2.5.2.

    Il-kompożizzjoni tal-ferroviji 24

    4.2.2.6.

    Ibbrejkjar tal-ferrovija 25

    4.2.2.6.1.

    Rekwiżiti minimi tas-sistema tal-ibbrejkjar 25

    4.2.2.6.2.

    Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar u l-veloċità massima permessa 25

    4.2.2.7.

    L-iżgurar li l-ferrovija qed taħdem sewwa 26

    4.2.2.7.1.

    Rekwiżit ġenerali 26

    4.2.2.7.2.

    Data ta' qabel it-tluq 26

    4.2.2.8.

    Rekwiżiti għall-viżibbiltà tas-sinjali u tal-markaturi mal-ġenb tal-binarji 26

    4.2.2.9.

    Il-viġilanza tas-sewwieqa 27

    4.2.3.

    Speċifikazzjonijiet relatati ma' attivitajiet ferrovjarji 27

    4.2.3.1.

    L-ippjanar tal-ferroviji 27

    4.2.3.2.

    L-identifikazzjoni tal-ferroviji 27

    4.2.3.2.1.

    Il-format tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija 27

    4.2.3.3.

    It-tluq tal-ferrovija 27

    4.2.3.3.1.

    Kontrolli u testijiet qabel it-tluq 27

    4.2.3.3.2.

    Informazzjoni lill-maniġer tal-infrastruttura dwar l-istatus operattiv tal-ferrovija 27

    4.2.3.4.

    Ġestjoni tat-traffiku 27

    4.2.3.4.1.

    Rekwiżiti ġenerali 27

    4.2.3.4.2.

    Ir-rappurtaġġ tal-ferrovija 28

    4.2.3.4.2.1.

    Id-data meħtieġa għar-rappurtaġġ dwar il-pożizzjoni tal-ferrovija u l-ħin ta' trasferiment imbassar 28

    4.2.3.4.3.

    Oġġetti perikolużi 28

    4.2.3.4.4.

    Kwalità operattiva 29

    4.2.3.5.

    Reġistrazzjoni tad-data 29

    4.2.3.5.1.

    Reġistrazzjoni tad-data tas-superviżjoni barra l-ferrovija 29

    4.2.3.5.2.

    Reġistrazzjoni tad-data ta' superviżjoni abbord il-ferrovija 29

    4.2.3.6.

    Operat degradat 30

    4.2.3.6.1.

    Notifiki lil utenti oħrajn 30

    4.2.3.6.2.

    Notifiki lis-sewwieqa tal-ferroviji 30

    4.2.3.6.3.

    Arranġamenti ta' kontinġenza 30

    4.2.3.7.

    L-immaniġġjar ta' sitwazzjoni ta' emerġenza 30

    4.2.3.8.

    L-għajnuna lill-ekwipaġġ tal-ferrovija f'każ ta' inċident jew ta' ħsara maġġuri fil-vetturi ferrovjarji 31

    4.3.

    Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi 31

    4.3.1.

    Interfaċċi mat-TSI dwar l-infrastruttura (INF TSI) 31

    4.3.2.

    Interfaċċi mat-TSI dwar il-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni (CCS TSI) 32

    4.3.3.

    Interfaċċi mat-TSIs dwar il-vetturi ferrovjarji 32

    4.3.3.1.

    Interfaċċi mat-TSI lokomottivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri (LOC&PAS TSI) 32

    4.3.3.2.

    Interfaċċi mat-TSI Vaguni tal-Merkanzija (WAG TSI) 33

    4.3.4.

    Interfaċċi mat-TSI dwar l-Enerġija (ENE TSI) 34

    4.3.5.

    Interfaċċi mat-TSI dwar is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji (SRT TSI) 34

    4.3.6.

    Interfaċċi mat-TSI dwar l-Istorbju (NOI TSI) 34

    4.3.7.

    Interfaċċi mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014, TSI dwar Persuni b'Mobbiltà Mnaqqsa (PRM TSI) 35

    4.4.

    Regoli operattivi 35

    4.4.1.

    Prinċipji u regoli operattivi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea 35

    4.4.2.

    Regoli nazzjonali 35

    4.4.3.

    Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità 35

    4.4.4.

    Tranżizzjoni mill-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali sal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament 36

    4.5.

    Regoli ta' manutenzjoni 36

    4.6.

    Kompetenzi professjonali 36

    4.6.1.

    Kompetenza professjonali 36

    4.6.2.

    Kompetenza lingwistika 36

    4.6.2.1.

    Prinċipji 36

    4.6.2.2.

    Livell ta' għarfien 36

    4.6.3.

    Valutazzjoni tal-bidu u kontinwa tal-persunal 37

    4.6.3.1.

    Elementi bażiċi 37

    4.6.3.2.

    Analiżi u aġġornament tal-ħtiġijiet ta' taħriġ 37

    4.6.4.

    Persunal awżiljarju 37

    4.7.

    Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza 37

    4.7.1.

    Introduzzjoni 37

    4.7.2.

    Eżamijiet mediċi u valutazzjonijiet psikoloġiċi 38

    4.7.2.1.

    Qabel il-ħatra 38

    4.7.2.1.1.

    Kontenut minimu tal-eżami mediku 38

    4.7.2.1.2.

    Valutazzjoni psikoloġika 38

    4.7.2.2.

    Wara l-ħatra 39

    4.7.2.2.1.

    Il-frekwenza ta' eżamijiet mediċi perjodiċi 39

    4.7.2.2.2.

    Kontenut minimu tal-eżami mediku perjodiku 39

    4.7.2.2.3.

    Eżamijiet mediċi addizzjonali u/jew valutazzjonijiet psikoloġiċi 39

    4.7.3.

    Rekwiżiti mediċi 39

    4.7.3.1.

    Rekwiżiti ġenerali 39

    4.7.3.2.

    Rekwiżiti tal-vista 39

    4.7.3.3.

    Rekwiżiti tas-smigħ 40

    4.8.

    Informazzjoni addizzjonali dwar l-infrastruttura u l-vetturi 40

    4.8.1.

    Infrastruttura 40

    4.8.2.

    Vetturi ferrovjarji 40

    5.

    Kostitwenti tal-Interoperabbiltà 40

    5.1.

    Definizzjoni 40

    5.2.

    Lista ta' kostitwenti 40

    6.

    Valutazzjoni tal-konformità u/jew tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti u verifika tas-subsistema 40

    6.1.

    Kostitwenti tal-Interoperabbiltà 40

    6.2.

    Subsistema tal-Operat u Ġestjoni tat-Traffiku 41

    6.2.1.

    Prinċipji 41

    7.

    Implimentazzjoni 41

    7.1.

    Prinċipji 41

    7.2.

    Każijiet speċifiċi 41

    7.2.1.

    Introduzzjoni 41

    7.2.2.

    Lista ta' każijiet speċifiċi 41

    7.2.2.1.

    Każ speċifiku permanenti (P) l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja 41

    7.2.2.2.

    Każ speċifiku permanenti l-Irlanda u r-Renju Unit għall-Irlanda ta' Fuq 42

    7.2.2.3.

    Każ speċifiku temporanju (T1) l-Irlanda u r-Renju Unit 42

    7.2.2.4.

    Każ speċifiku permanenti (P) fil-Finlandja 42
    Appendiċi A Prinċipji u regoli operattivi tal-ERTMS 43
    Appendiċi B Prinċipji u regoli operattivi komuni 44
    Appendiċi C Metodoloġija tal-komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza 49
    Appendiċi D Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Ktieb tar-Rotot 56
    Appendiċi D1 Parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat 56
    Appendiċi D2 Elementi li l-maniġer tal-infrastruttura jrid jipprovdi lill-impriża ferrovjarja għall-Ktieb tar-Rotot 66
    Appendiċi E Livell tal-Lingwa u tal-Komunikazzjoni 86
    Appendiċi F Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompiti assoċjati mal-“akkumpanjament tal-ferroviji” 87
    Appendiċi G Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompitu ta' tħejjija tal-ferroviji 89
    Appendiċi H In-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar alfabetiku fuq il-bodi 91
    Appendiċi I Lista ta' oqsma li għalihom jistgħu jkomplu japplikaw regoli nazzjonali skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/798 93
    Appendiċi J Glossarju 95

    1.   INTRODUZZJONI

    1.1.   Kamp ta' applikazzjoni tekniku

    Din l-Ispeċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà (“Technical Specification for Interoperability” - “TSI”) tkopri s-subsistema tal-“operat u ġestjoni tat-traffiku” murija fil-lista inkluża fil-punt 1 u definita fil-punt 2.5 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    1.2.   Kamp ta' applikazzjoni ġeografiku

    Il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku ta' dan ir-Regolament huwa n-netwerk tal-Unjoni kif speċifikat fit-taqsima 1 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797 u jeskludi l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    1.3.   Kontenut ta' dan ir-Regolament

    F'konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797, dan ir-Regolament:

    (a)

    jindika l-kamp ta' applikazzjoni intenzjonat tiegħu għas-subsistema tal-“operat u ġestjoni tat-traffiku”;

    (b)

    jistipula r-rekwiżiti essenzjali għas-subsistema kkonċernata u l-interfaċċi tagħha vis-à-vis subsistemi oħrajn;

    (c)

    jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati mis-subsistema fil-mira u l-interfaċċi tagħha vis-à-vis subsistemi oħrajn. Jekk ikun meħtieġ, dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-subsistema;

    (d)

    jiddetermina l-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-interfaċċi koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà fi ħdan is-sistema ferrovjarja Ewropea;

    (e)

    jiddikjara, f'kull każ li jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw sabiex jivvalutaw il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà;

    (f)

    jindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni tat-TSI. B'mod partikolari, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-istadji li għandhom jitlestew u l-elementi li jistgħu jiġu applikati sabiex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSI għandha tkun in-norma;

    (g)

    jindika, għall-membri tal-persunal ikkonċernati, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li huma meħtieġa għall-operat u l-manutenzjoni tas-subsistema kkonċernata, kif ukoll għall-implimentazzjoni tat-TSI;

    (h)

    jindika d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistemi u l-vetturi eżistenti mhux konformi mat-TSI, b'mod partikolari fil-każ ta' aġġornament u tiġdid u, f'każijiet bħal dawn, ix-xogħol ta' modifika li jeħtieġ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġdida;

    (i)

    jindika l-parametri tal-vetturi u tas-subsistemi fissi li għandhom jiġu vverifikati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu vverifikati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel l-ewwel użu tal-vettura sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom iridu jitħaddmu.

    Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, tista' ssir dispożizzjoni għal każijiet speċifiċi għal kull TSI.

    2.   DESKRIZZJONI TAL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    2.1.   Il-persunal u l-ferroviji

    Il-punti 4.6 u 4.7 japplikaw għal dawk il-membri tal-persunal li jwettqu l-kompiti kritiċi għas-sikurezza assoċjati mal-akkumpanjament ta' ferrovija.

    Il-punt 4.6.2 japplika għas-sewwieqa tal-ferroviji, mingħajr preġudizzju għall-punt 8 tal-Anness VI tad-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    Għal dawk il-membri tal-persunal li jwettqu l-kompiti kritiċi għas-sikurezza assoċjati mad-dispaċċ tal-ferroviji u l-awtorizzazzjoni tal-movimenti tal-ferroviji, għandhom japplikaw kemm ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, kif ukoll il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza.

    Għal dawk il-membri tal-persunal li jwettqu l-kompiti kritiċi għas-sikurezza assoċjati mal-aħħar tħejjija ta' ferrovija qabel ma tkun skedata li taqsam il-fruntiera/i u li jaħdmu lil hinn minn kwalunkwe post(ijiet) deżinjat(i) bħala l-'fruntiera' fid-dikjarazzjoni tan-netwerk ta' maniġer tal-infrastruttura u inkluż(i) fl-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tiegħu, għandu japplika l-punt 4.6, filwaqt li r-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għandu japplika għall-punt 4.7. Ferrovija ma għandhiex titqies bħala servizz transkonfinali, jekk hija tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-punt (8) tal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    2.2.   Prinċipji

    Dan ir-Regolament ikopri dawk l-elementi tas-subsistema ferrovjarja tal-“operat u ġestjoni tat-traffiku”, fejn hemm interfaċċi operattivi bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura u fejn hemm benefiċċju partikolari għall-interoperabbiltà.

    L-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw ir-regoli u l-proċeduri, kif ukoll id-dokumentazzjoni, jiġu ssodisfati permezz tal-istabbiliment tal-proċessi xierqa. L-istruttura ta' dawn il-proċessi hija parti rilevanti mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza (minn hawn 'il quddiem imsejħa “SMS”) tal-impriża ferrovjarja u tal-maniġer tal-infrastruttura kif meħtieġ mid-Direttiva (UE) 2016/798. L-SMS innifisha tiġi vvalutata mill-awtorità tas-sikurezza nazzjonali rilevanti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ASN”) qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji jew mill-ASN rilevanti qabel ma jingħata ċertifikat tas-sikurezza.

    2.3.   Applikabbiltà għall-vetturi u l-infrastruttura eżistenti mhux konformi mat-TSI

    Filwaqt li l-maġġoranza tar-rekwiżiti li jinsabu f'dan ir-Regolament huma relatati ma' proċessi u proċeduri, hemm numru minnhom li huma relatati ma' elementi fiżiċi ta' vetturi u ta' infrastruttura li huma importanti għall-funzjoni operattiva tagħhom fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

    Dawk l-elementi fiżiċi huma speċifikati fit-TSIs strutturali li jkopru subsistemi oħrajn għajr l-operat u l-ġestjoni tat-traffiku. Dawn għandhom jiġu vvalutati skont il-proċeduri definiti f'dawk it-TSIs.

    L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandha tintuża sabiex tiġġustifika regola nazzjonali taħt TSI strutturali.

    3.   REKWIŻITI ESSENZJALI

    3.1.   Konformità mar-rekwiżiti essenzjali

    Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/797, is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, is-subsistemi tagħha u l-kostitwenti tal-interoperabbiltà tagħhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fit-termini ġenerali fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

    3.2.   Rekwiżiti essenzjali – ħarsa ġenerali

    Ir-rekwiżiti essenzjali jkopru:

    is-sikurezza,

    l-affidabbiltà u d-disponibbiltà,

    is-saħħa,

    il-ħarsien tal-ambjent,

    il-kompatibbiltà teknika,

    l-aċċessibbiltà.

    Skont id-Direttiva (UE) 2016/797, ir-rekwiżiti essenzjali jistgħu jkunu applikabbli b'mod ġenerali għas-sistema ferrovjarja kollha tal-Unjoni jew inkella jkunu speċifiċi għal kull subsistema u l-kostitwenti tagħha.

    It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-korrispondenza bejn ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 u dan ir-Regolament.

    Klawżola

    Titolu tal-Klawżola

    Sikurezza

    Affidabbiltà u Disponibbiltà

    Saħħa

    Ħarsien tal-ambjent

    Kompatibbiltà teknika

    Aċċessibbiltà

    Rekwiżiti essenzjali speċifiċi għall-operat u l-ġestjoni tat-traffiku

    1.1.1

    1.1.2

    1.1.3

    1.1.4

    1.1.5

    1.2

    1.3.1

    1.3.2

    1.4.1

    1.4.2

    1.4.3

    1.4.4

    1.4.5

    1.5

    1.6.1

    1.6.2

    2.6.1

    2.6.2

    2.6.3

    2.6.4

    4.2.1.2

    Dokumentazzjoni għas-sewwieqa

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.1.2.1

    Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.1.2.2

    Ktieb tar-rotot

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.1.2.2.1

    Tħejjija tal-Ktieb tar-rotot

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.1.2.2.2

    Modifika għall-Informazzjoni inkluża fil-ktieb tar-rotot

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.1.2.2.3

    Informazzjoni lis-sewwieq f'ħin reali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.1.2.3

    Skedi tal-ħinijiet

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.1.2.4

    Vetturi ferrovjarji

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.1.3

    Dokumentazzjoni għall-membri tal-persunal tal-impriża ferrovjarja għajr is-sewwieqa

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.1.4

    Dokumentazzjoni għall-membri tal-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura li jawtorizzaw il-movimenti tal-ferroviji

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    4.2.1.5

    Komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija, membri tal-persunal oħrajn tal-impriża ferrovjarja u membri tal-persunal li jawtorizzaw il-movimenti tal-ferroviji

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.2.1

    Il-viżibbiltà tal-ferrovija

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.1.1

    Rekwiżit ġenerali

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.1.2

    It-tarf ta' quddiem

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.1.3

    It-tarf ta' wara

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.2

    Kemm tinstemal-ferrovija

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.2.1

    Rekwiżit ġenerali

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.2.2

    Il-kontroll

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    4.2.2.3

    L-identifikazzjoni tal-vettura

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.4

    Is-sikurezza tal-passiġġieri u tat-tagħbija

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.2.5

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.2.5.1

    Kompatibbiltà tar-Rotot

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.2.5.2

    Il-kompożizzjoni tal-ferroviji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.2.6

    Ibbrejkjar tal-ferrovija

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.6.1

    Rekwiżiti minimi tas-sistema tal-ibbrejkjar

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.6.2

    Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.7

    L-iżgurar li l-ferrovija qed taħdem sewwa

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.7.1

    Rekwiżit ġenerali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.7.2

    Data ta' qabel it-tluq

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.2.8

    Rekwiżiti għall-viżibbiltà tas-sinjali u tal-markaturi mal-ġenb tal-binarji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

    X

     

     

     

    4.2.2.9

    Il-viġilanza tas-sewwieqa

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.3.1

    L-ippjanar tal-ferroviji

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

    4.2.3.2

    L-identifikazzjoni tal-ferroviji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.3

    It-tluq tal-ferrovija

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.3.3.1

    Kontrolli u testijiet qabel it-tluq

     

    X

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.3.3.2

    Informazzjoni lill-maniġer tal-infrastruttura dwar l-istatus operattiv tal-ferrovija

     

    X

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

    4.2.3.4

    Ġestjoni tat-traffiku

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.4.1

    Rekwiżiti ġenerali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.4.2

    Ir-rappurtaġġ tal-ferrovija

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.4.2.1

    Data meħtieġa għar-rappurtaġġ dwar il-pożizzjoni tal-ferrovija

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.3.4.2.2

    Ħin tat-trasferiment imbassar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.3.4.3

    Oġġetti perikolużi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    4.2.3.4.4

    Kwalità operattiva

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

    4.2.3.5

    Reġistrazzjoni tad-data

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

    4.2.3.5.1

    Reġistrazzjoni tad-data tas-superviżjoni barra l-ferrovija

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

    4.2.3.5.2

    Reġistrazzjoni tad-data ta' superviżjoni abbord il-ferrovija

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

    4.2.3.6

    Operat degradat

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.6.1

    Notifiki lil utenti oħrajn

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    4.2.3.6.2

    Notifiki lis-sewwieqa tal-ferroviji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.2.3.6.3

    Arranġamenti ta' kontinġenza

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.7

    L-immaniġġjar ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.2.3.8

    L-għajnuna lill-ekwipaġġ tal-ferrovija f'każ ta' inċident jew ta' ħsara maġġuri fil-vetturi ferrovjarji

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    4.4

    Regoli operattivi tal-ERTMS

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    4.6

    Kwalifiki professjonali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    4.7

    Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.8

    Informazzjoni addizzjonali dwar l-infrastruttura u l-vetturi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.8.1

    Infrastruttura

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.8.2

    vetturi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    4.   KARATTERISTIĊI TAS-SUBSISTEMA

    4.1.   Introduzzjoni

    F'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), hija r-responsabbiltà globali tal-maniġer tal-infrastruttura li jipprovdi r-rekwiżiti xierqa kollha li għandhom jiġu ssodisfati minn ferroviji permessi li joperaw fuq in-netwerk tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet ġeografiċi tal-linji individwali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew funzjonali stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

    4.2.   L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali tas-subsistema tal-“operat u ġestjoni tat-traffiku” jinkludu dawn li ġejjin:

    speċifikazzjonijiet relatati mal-persunal,

    speċifikazzjonijiet relatati mal-ferroviji,

    speċifikazzjonijiet relatati mal-operazzjonijiet ferrovjarji.

    4.2.1.   Speċifikazzjonijiet relatati mal-persunal

    4.2.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

    Dan il-punt jittratta l-persunal li jikkontribwixxi għat-tħaddim tas-subsistema billi jwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza li jinvolvu interfaċċa diretta bejn impriża ferrovjarja u maniġer tal-infrastruttura.

    (1)

    Persunal tal-impriża ferrovjarja:

    (a)

    li jwettaq il-kompitu li jsuq il-ferroviji ('sewwieq') u li jifforma parti mill-“ekwipaġġ tal-ferrovija”,

    (b)

    li jwettaq kompiti abbord (minbarra sewqan) u li jifforma parti mill-“ekwipaġġ tal-ferrovija”,

    (c)

    li jwettaq il-kompitu ta' tħejjija tal-ferroviji.

    (2)

    Il-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura jwettaq il-kompitu li jawtorizza l-moviment tal-ferroviji

    L-oqsma koperti huma:

    Dokumentazzjoni

    Komunikazzjoni

    Barra minn hekk, għall-persunal kif definit fil-punt 2.1, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar:

    Il-kwalifiki (ara l-punt 4.6 u l-Appendiċi G)

    Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza (ara l-punt 4.7)

    4.2.1.2.   Dokumentazzjoni għas-sewwieqa

    L-impriża ferrovjarja li topera l-ferrovija għandha tipprovdi lis-sewwieq bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq id-doveri tiegħu; dawn jistgħu jkunu f'format stampat jew f'format elettroniku.

    Din l-informazzjoni għandha tqis l-elementi meħtieġa għall-operat f'sitwazzjonijiet normali, degradati u ta' emerġenza għar-rotot li fuqhom joperaw il-ferroviji u l-vetturi ferrovjarji użati fuq dawk ir-rotot.

    4.2.1.2.1.    Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa

    Il-proċeduri kollha meħtieġa għas-sewwieq għandhom jiġu inklużi f'dokument jew mezz tal-kompjuter imsejjaħ il-“Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa”.

    Il-Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa għandu jiddikjara r-rekwiżiti għar-rotot kollha maħduma u l-vetturi ferrovjarji użati fuq dawk ir-rotot skont is-sitwazzjonijiet ta' operat normali, operat degradat u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li s-sewwieq jista' jiltaqa' magħhom.

    Il-Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa għandu jkopri żewġ aspetti distinti:

    wieħed li jiddeskrivi s-sett ta' regoli u proċeduri komuni (b'kont meħud tal-kontenut tal-Appendiċijiet A, B u C),

    ieħor li jistabbilixxi kwalunkwe regoli u proċeduri meħtieġa speċifiċi għal kull maniġer tal-infrastruttura.

    Hija għandha tinkludi l-proċeduri li jkopru, bħala minimu, l-aspetti li ġejjin:

    Is-sikurezza u s-sigurtà tal-persunal,

    Sinjalazzjoni u kontroll-kmand,

    It-tħaddim tal-ferrovija, inkluża l-modalità degradata,

    It-trazzjoni u l-vetturi ferrovjarji,

    L-inċidenti u l-aċċidenti.

    L-impriża ferrovjarja għandha tkun responsabbli għall-Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa u tikkompilah b'tali mod li jkun komplet u preċiż, u li s-sewwieq ikun jista' japplika r-regoli operattivi kollha.

    L-impriża ferrovjarja għandha tippreżenta l-Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa f'format ċar għall-infrastruttura kollha li fuqha ser jaħdmu s-sewwieqa tagħha.

    Il-Ktieb tar-Regoli għandu jkollu żewġ appendiċijiet:

    Appendiċi 1: Manwal tal-proċeduri ta' komunikazzjoni;

    Appendiċi 2: Ktieb tal-Forom.

    Għandu jkun hemm mill-inqas messaġġi u forom definiti minn qabel bil-lingwa/i “operattiva/i” tal-maniġer(s) tal-infrastruttura.

    Il-proċess tal-impriża ferrovjarja għat-tħejjija u l-aġġornament tal-Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa għandu jinkludi l-passi li ġejjin:

    il-maniġer tal-infrastruttura (jew l-organizzazzjoni responsabbli għat-tħejjija tar-regoli operattivi) għandu jipprovdi lill-impriża ferrovjarja bl-informazzjoni xierqa bil-lingwa operattiva tal-maniġer tal-infrastruttura,

    l-impriża ferrovjarja għandha tfassal id-dokument inizjali jew aġġornat;

    jekk il-lingwa magħżula mill-impriża ferrovjarja għall-Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa ma tkunx il-lingwa li biha kienet oriġinarjament ipprovduta l-informazzjoni xierqa, hija r-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja li tagħmel l-arranġamenti għal kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa u/jew tipprovdi noti ta' spjegazzjoni b'lingwa oħra.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-kontenut tad-dokumentazzjoni pprovduta lill-impriża/i ferrovjarja/i jkun komplut u preċiż.

    4.2.1.2.2.    Deskrizzjoni tal-binarju u t-tagħmir rilevanti mal-ġenb tal-binarji assoċjat mal-binarji li fuqhom joperaw il-ferroviji

    Is-sewwieqa għandhom jiġu pprovduti b'deskrizzjoni tal-binarji u t-tagħmir assoċjat mal-ġenb tal-binarji għall-binarji li fuqhom għandhom joperaw u li huma rilevanti għall-kompitu tas-sewqan. Tali informazzjoni għandha tiġi stipulata f'dokument uniku msejjaħ il-“Ktieb tar-Rotot”.

    Din li ġejja hija lista ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bħala minimu:

    il-karatteristiċi operattivi ġenerali,

    indikazzjoni ta' gradjenti, 'il fuq jew 'l isfel,

    dijagramma dettaljata tal-binarji.

    4.2.1.2.2.1.   Tħejjija tal-Ktieb tar-Rotot

    Il-format tal-Ktieb tar-Rotot għandu jitħejja bl-istess mod għall-infrastrutturi kollha li fuqhom joperaw il-ferroviji ta' impriża ferrovjarja individwali.

    L-impriża ferrovjarja hija responsabbli għall-kompilazzjoni korretta u kompluta tal-Ktieb tar-Rotot, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-maniġer(s) tal-infrastruttura. L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li l-kontenut tal-Ktieb tar-Rotot ikun komplut u preċiż, inkluż meta jinġabru flimkien il-modifiki għall-informazzjoni li tinsab fil-ktieb tar-Rotot. L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li l-ktieb tar-rotot jiddeskrivi b'mod xieraq il-kundizzjonijiet operattivi relatati mal-karatteristiċi tal-binarji u mal-karatteristiċi tal-vetturi.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-impriża ferrovjarja b'mill-inqas l-informazzjoni għall-ktieb tar-rotot kif definit fl-Appendiċi D2 permezz tar-RINF. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti li għandha titqies biex l-operat tal-ferrovija jiġi adattat għall-karatteristiċi tal-binarji u għall-karatteristiċi tal-vetturi. Sakemm ir-RINF jipprovdi l-parametri rilevanti f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 (3), il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi din l-informazzjoni permezz ta' mezzi oħrajn mingħajr ħlas u kemm jista' jkun malajr u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum għall-ewwel sottomissjoni, sakemm l-impriża ferrovjarja ma taqbilx fuq skadenza itwal.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-impriża ferrovjarja dwar il-bidliet fl-informazzjoni tal-ktieb tar-rotot permezz tar-RINF, kull meta tali informazzjoni ssir disponibbli jew permezz ta' mezzi oħrajn sakemm ir-RINF jippermetti tali funzjonalità.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-informazzjoni pprovduta lill-impriża/i ferrovjarja/i tkun kompluta u preċiża. Għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew informazzjoni f'ħin reali, il-mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi xierqa tal-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiżguraw informazzjoni immedjata lill-impriża ferrovjarja dwar l-Appendiċi D2.

    4.2.1.2.2.2.   Modifiki għall-informazzjoni inkluża fil-Ktieb tar-Rotot

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu javża lill-impriża ferrovjarja bi kwalunkwe modifiki permanenti jew temporanji għall-informazzjoni pprovduta skont il-punt 4.2.1.2.2.1.

    Dawn il-bidliet għandhom jinġabru mill-impriża ferrovjarja f'dokument iddedikat jew mezz tal-kompjuter li l-format tiegħu għandu jkun l-istess għall-infrastrutturi kollha li fuqhom joperaw il-ferroviji ta' impriża ferrovjarja individwali.

    4.2.1.2.2.3.   Informazzjoni lis-sewwieq f'ħin reali

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lis-sewwieqa bi kwalunkwe bidliet fil-binarju jew fit-tagħmir mal-ġenb tal-binarju rilevanti li ma ġewx avżati bħala modifiki għall-informazzjoni għall-Ktieb tar-Rotot kif stabbilit fil-punt 4.2.1.2.2.2.

    4.2.1.2.3.    Skedi tal-ħinijiet

    L-għoti ta' informazzjoni dwar l-iskeda tal-ferrovija jiffaċilita t-tħaddim puntwali tal-ferroviji u jgħin fil-prestazzjoni tas-servizz.

    L-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi lis-sewwieqa bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħaddim normali tal-ferrovija u, bħala minimu, tinkludi:

    l-identifikazzjoni tal-ferrovija;

    il-jiem tat-tħaddim tal-ferrovija (jekk meħtieġa);

    il-punti ta' waqfien u l-attivitajiet assoċjati magħhom;

    punti oħrajn taż-żamma tal-ħin;

    il-ħinijiet tal-wasla/tat-tluq/tal-passaġġ f'kull wieħed minn dawk il-punti.

    Din l-informazzjoni dwar it-tħaddim tal-ferrovija, li għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura, tista' tiġi pprovduta b'mod elettroniku jew f'format stampat.

    Il-preżentazzjoni lis-sewwieq għandha tkun konsistenti fuq il-binarji kollha li fuqhom topera l-impriża ferrovjarja.

    4.2.1.2.4.    Vetturi ferrovjarji

    L-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi lis-sewwieq bl-informazzjoni kollha rilevanti għat-tħaddim tal-vetturi ferrovjarji fis-sitwazzjonijiet degradati (bħal ferroviji li jeħtieġu l-assistenza). Din id-dokumentazzjoni għandha tiffoka wkoll fuq l-interfaċċa speċifika mal-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura f'dawn il-każijiet.

    4.2.1.3.   Dokumentazzjoni għall-membri tal-persunal tal-impriża ferrovjarja għajr is-sewwieqa

    L-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi lill-membri kollha tal-persunal tagħha (fuq il-ferrovija kif ukoll mhux fuq il-ferrovija) li jwettqu kompiti kritiċi għas-sikurezza li jinvolvu interfaċċa diretta mal-persunal, it-tagħmir jew is-sistemi tal-maniġer tal-infrastruttura bir-regoli, il-proċeduri, il-vetturi ferrovjarji u l-informazzjoni speċifika għar-rotta li hija tqis bħala xierqa għal tali kompiti. Din l-informazzjoni għandha tkun applikabbli kemm waqt l-operat normali kif ukoll waqt operat degradat.

    Għall-persunal abbord il-ferroviji, l-istruttura, il-format, il-kontenut u l-proċess għat-tħejjija u l-aġġornament ta' din l-informazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-ispeċifikazzjoni stabbilita fis-Subtaqsima 4.2.1.2.

    4.2.1.4.   Dokumentazzjoni għall-membri tal-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura li jawtorizzaw il-movimenti tal-ferroviji

    L-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-komunikazzjoni relatata mas-sikurezza bejn il-persunal li jawtorizza l-moviment tal-ferroviji u l-ekwipaġġi tal-ferroviji għandha tiġi stipulata:

    f'dokumenti li jiddeskrivu l-Prinċipji tal-Komunikazzjoni (Appendiċi C);

    fid-dokument intitolat Ktieb tal-Forom.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jfassal dawn id-dokumenti bil-lingwa/i operattiva/i kollha tiegħu.

    4.2.1.5.   Komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija, membri tal-persunal oħrajn tal-impriża ferrovjarja u membri tal-persunal li jawtorizzaw il-movimenti tal-ferroviji

    Il-lingwa użata għall-komunikazzjoni relatata mas-sikurezza bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija, persunal ieħor tal-impriża ferrovjarja (kif definit fl-Appendiċi G) u l-persunal li jawtorizza l-movimenti tal-ferroviji għandha tkun il-lingwa/i operattiva/i (kif definita fl-Appendiċi J) użata/i mill-maniġer tal-infrastruttura fuq ir-rotta kkonċernata.

    Il-prinċipji għall-komunikazzjoni relatata mas-sikurezza bejn l-ekwipaġġ tal-ferroviji u l-persunal responsibbli għall-awtorizzazzjoni tal-moviment tal-ferroviji jinsabu fl-Appendiċi C.

    F'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġer tal-infrastruttura huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tal-lingwa/i “operattiva/i” użata/i mill-persunal tiegħu fl-użu operattiv ta' kuljum.

    Madankollu, meta l-prassi lokali tirrikjedi li tiġi pprovduta wkoll lingwa oħra, hija r-responsabbiltà tal-maniġer tal-infrastruttura li jiddetermina l-konfini ġeografiċi għall-użu tagħha.

    4.2.2.   Speċifikazzjonijiet relatati mal-ferroviji

    4.2.2.1.   Il-viżibbiltà tal-ferrovija

    4.2.2.1.1.    Rekwiżit ġenerali

    L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li l-ferroviji jkunu mgħammra b'mezzi għall-indikazzjoni tal-parti ta' quddiem u dik ta' wara tal-ferrovija.

    4.2.2.1.2.    It-tarf ta' quddiem

    L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li ferrovija li tkun qed tavviċina tkun viżibbli b'mod ċar u tkun rikonoxxibbli bħala tali, bil-preżenza u t-tqassim tad-dwal bojod mixgħulin fuq it-tarf ta' quddiem.

    It-tarf ta' quddiem tal-vettura ewlenija ta' ferrovija li jħares 'il quddiem għandu jkun mgħammar bi tliet dwal, fil-forma ta' triangolu iżoxxile, kif muri hawn taħt. Dawn id-dwal għandhom ikunu mixgħulin dejjem meta l-ferrovija tkun qed tinstaq minn dak it-tarf.

    Image 1

    Id-dwal ta' quddiem għandhom itejbu d-detezzjonabbiltà tal-ferrovija (dwal markaturi), jipprovdu biżżejjed viżibbiltà għas-sewwieq tal-ferrovija (id-dwal ta' quddiem) billejl u f'kundizzjonijiet ta' dawl baxx, u ma għandhomx jgħammxu lis-sewwieqa tal-ferroviji li jkunu qed joqorbu.

    L-ispazjar, l-għoli 'l fuq mill-binarji, id-dijametru, l-intensità tad-dwal, id-dimensjonijiet u l-forma tar-raġġ ta' dawl mitfugħ kemm fl-operat ta' matul il-jum kif ukoll ta' matul il-lejl huma definiti fit-TSI “vetturi ferrovjarji - lokomottivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri” (“LOC&PAS TSI”).

    Sad-dati msemmija hawn taħt għall-armonizzazzjoni tas-sinjal fit-tarf ta' wara skont it-taqsima 4.2.2.1.3.2, l-intensità luminuża tal-fanali ta' quddiem tal-vettura għandha tkun skont il-punt (5) tat-taqsima 4.2.7.1.1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (4) (Loc&Pas TSI) sabiex jiġu aċċessati l-linji identifikati fir-RINF fejn jintuża sewqan permissiv.

    4.2.2.1.3.    It-tarf ta' wara

    L-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi l-mezzi meħtieġa għall-indikazzjoni tal-parti ta' wara ta' ferrovija. Is-sinjal tat-tarf ta' wara għandu jintwera biss fuq it-tarf ta' wara tal-aħħar vettura tal-ferrovija. Dan is-sinjal għandu jintwera kif muri hawn taħt.

    Image 2

    4.2.2.1.3.1.   Ferroviji tal-passiġġieri

    Is-sinjal fit-tarf ta' wara ta' ferrovija tal-passiġġieri għandu jikkonsisti f'2 dwal ħomor stabbli fl-istess għoli 'l fuq mill-buffer fuq l-assi trasversali.

    4.2.2.1.3.2.   Ferroviji tal-merkanzija

    Is-sinjal fit-tarf ta' wara ta' ferrovija tal-merkanzija għandha tikkonsisti f'2 pjanċi riflettivi fl-istess għoli 'l fuq mill-buffer fuq l-assi trasversali. Kwalunkwe ferrovija mgħammra b'2 dwal ħomor stabbli għandha titqies ukoll bħala konformi ma' dan l-obbligu.

    Il-pjanċi riflettivi għandhom jikkonformaw mal-Appendiċi E tat-TSI għall-Vaguni u għandu jkollhom il-forma li ġejja bi triangoli bojod fuq il-ġnub u triangolu aħmar fuq in-naħa ta' fuq u n-naħa ta' isfel:

    Image 3

    Il-pjanċi għandhom ikunu fl-istess għoli 'l fuq mill-buffer fuq l-assi trasversali.

    Każijiet speċifiċi:

    Il-Belġju, Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit jistgħu jkomplu japplikaw regoli nazzjonali notifikati li jirrikjedu li l-ferroviji tal-merkanzija jkunu mgħammra b'2 dwal ħomor stabbli bħala kundizzjoni sabiex jaħdmu fuq sezzjonijiet tan-netwerk tagħhom, fejn dan ikun ġustifikat minn prattiki operattivi li jkunu diġà fis-seħħ u/jew minn regoli nazzjonali notifikati qabel tmiem Jannar 2019.

    Rapporti:

    Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2020, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti dwar l-użu tagħhom ta' pjanċi riflettivi, li jidentifikaw kwalunkwe ostakoli serji għall-eliminazzjoni ppjanata tar-regoli nazzjonali.

    Kooperazzjoni ma' pajjiżi ġirien:

    Sadanittant, f'każ li l-valutazzjoni jkollha riżultat pożittiv, l-Istati Membri kkonċernati, b'mod partikolari fuq talba tal-impriżi ferrovjarji, għandhom iwettqu valutazzjoni bil-ħsieb li jaċċettaw l-użu ta' 2 pjanċi riflettivi fit-taqsima waħda jew aktar tan-netwerk tagħhom u għandhom jiddefinixxu kundizzjonijiet xierqa, li għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji u tar-rekwiżiti operattivi. Il-valutazzjoni għandha titlesta sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tasal it-talba tal-impriża ferrovjarja. L-aċċettazzjoni tal-pjanċi riflettivi għandha tingħata, sakemm l-Istat Membru ma jkunx jista' debitament jiġġustifika r-rifjut abbażi tar-riżultat negattiv tal-valutazzjoni.

    B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jippermettu l-użu ta' pjanċi riflettivi fil-kurituri tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, bil-ħsieb li tingħata prijorità lill-punti ta' konġestjoni tat-traffiku attwali. Dawn is-sezzjonijiet u d-dettalji dwar kull kundizzjoni relatata magħhom għandhom jiġu rreġistrati fir-RINF. Sakemm l-informazzjoni tiġi kkodifikata fir-RINF, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-impriżi ferrovjarji b'mezzi xierqa oħrajn. Is-sezzjonijiet tal-binarji li fuqhom huma meħtieġa 2 dwal ħomor stabbli għandhom jiġu identifikati mill-maniġer tal-infrastruttura fir-RINF.

    Eliminazzjoni gradwali:

    Sal-31 ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija u filwaqt li tqis is-sejbiet fir-rapporti kkonsenjati mill-Istati Membri, għandha twettaq rieżami tad-dati u tal-ispeċifikazzjonijiet bil-ħsieb li s-sinjal fit-tarf ta' wara jiġi armonizzat biex il-pjanċi riflettivi jiġu aċċettati għall-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jitqiesu wkoll it-tħassib dwar is-sikurezza u l-kapaċità u l-impatt tal-kostijiet matul it-tranżizzjoni.

    Sakemm dik ir-reviżjoni ma tipprevedix mod ieħor, għandhom japplikaw l-iskadenzi li ġejjin għall-aċċettazzjoni ta' ferroviji tal-merkanzija mgħammra b'2 pjanċi riflettivi:

    (1)

    Mill-1 ta' Jannar 2022, tul il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija speċifikati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (2)

    Mill-1 ta' Jannar 2026, fin-netwerk ferrovjarju kollu tal-Unjoni Ewropea.

    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797 rigward il-progress fl-implimentazzjoni tat-taqsima 4.2.2.1.

    4.2.2.2.   Kemm tinstemal-ferrovija

    4.2.2.2.1.    Rekwiżit ġenerali

    L-Impriża Ferrovjarja għandha tiżgura li l-ferroviji jkunu mgħammra b'apparat ta' twissija akustika sabiex jiġi indikat li tkun qed tavviċina ferrovija.

    4.2.2.2.2.    Il-kontroll

    L-attivazzjoni tal-apparat ta' twissija akustika għandha tkun possibbli mill-pożizzjonijiet tas-sewqan kollha.

    4.2.2.3.   L-identifikazzjoni tal-vettura

    Kull vettura għandu jkollha numru li jidentifikaha b'mod uniku minn kwalunkwe vettura ferrovjarja oħra. Dan in-numru għandu jintwera b'mod prominenti mill-inqas fuq kull naħa lonġitudinali tal-vettura.

    Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu identifikati r-restrizzjonijiet operattivi applikabbli għall-vettura.

    Aktar rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi H.

    4.2.2.4.   Is-sikurezza tal-passiġġieri u tat-tagħbija

    4.2.2.4.1.    Is-sikurezza tat-tagħbija

    L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li l-vetturi tal-merkanzija jitgħabbew b'mod sigur u sikur u jibqgħu hekk matul il-vjaġġ.

    4.2.2.4.2.    Is-sikurezza tal-passiġġieri

    L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li t-trasport tal-passiġġieri jsir b'mod sikur fit-tluq u matul il-vjaġġ.

    4.2.2.5.   Il-kompatibbiltà tar-rotot u l-kompożizzjoni tal-ferroviji

    4.2.2.5.1.    Kompatibbiltà tar-rotot

    (A)

    L-impriża ferrovjarja hija responsabbli sabiex tiżgura li l-vetturi kollha li jikkostitwixxu l-ferrovija tagħha jkunu kompatibbli mar-rotta/rotot maħsuba.

    L-impriża ferrovjarja għandu jkollha proċess fl-SMS tagħha sabiex tiżgura li l-vetturi kollha li tuża jkunu awtorizzati, irreġistrati u kompatibbli mar-rotta/rotot maħsuba, inklużi r-rekwiżiti li għandhom jiġu segwiti mill-persunal tagħha.

    Il-proċess tal-kompatibbiltà tar-rotot ma għandux jidduplika l-proċessi mwettqa bħala parti mill-awtorizzazzjoni tal-vettura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (6) sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk(s). Il-parametri tal-Appendiċi D1 li jkunu diġà ġew ivverifikati u kkontrollati waqt l-awtorizzazzjoni tal-vettura jew waqt proċessi oħra simili ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid fi ħdan il-qafas tal-kontroll tal-kompatibbiltà tar-rotot.

    Għall-vetturi awtorizzati skont id-Direttiva (UE) 2016/797, id-data rilevanti dwar il-vettura relatata mal-parametri elenkati fl-Appendiċi D1, li diġà tkun ġiet ivverifikata matul il-proċess ta' awtorizzazzjoni, li tkun parti minn:

    il-fajl imsemmi fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u

    l-awtorizzazzjoni tal-vettura msemmija fl-Artikolu 21(10) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

    għandha tiġi pprovduta mill-applikant imsemmi fl-Artikolu 2(22) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew mid-detentur lill-impriża ferrovjarja fuq talba, meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fl-ERATV jew f'reġistri oħrajn għall-vetturi ferrovjarji.

    Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fl-ERATV jew f'reġistri oħrajn għall-vetturi ferrovjarji, fil-każ ta' vetturi awtorizzati qabel id-Direttiva (UE) 2016/797, id-data rilevanti dwar il-vettura relatata mal-parametri elenkati fl-Appendiċi D1 għandha tiġi pprovduta lill-impriża ferrovjarja mit-titular jew mid-detentur tad-dokumentazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-vettura.

    Il-proċessi għall-kompatibbiltà tar-rotot fl-SMS tal-impriża ferrovjarja għandhom jinkludu l-kontrolli li ġejjin, li jistgħu jitwettqu b'mod parallel fi kwalunkwe ħin xieraq jew fi kwalunkwe sekwenza xierqa:

    li kull vettura tkun awtorizzata u rreġistrata;

    li kull vettura fil-ferrovija tkun kompatibbli mar-rotta;

    li l-kompożizzjoni tal-ferrovija tkun kompatibbli mar-rotta u mal-mogħdija;

    li t-tħejjija tal-ferrovija sabiex jiġi żgurat li l-ferrovija tkun iffurmata b'mod korrett u kompluta.

    (B)

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi l-informazzjoni għall-kompatibbiltà tar-rotot kif definit fl-Appendiċi D1 permezz tar-RINF.

    L-Appendiċi D1 jistabbilixxi l-parametri kollha li għandhom jintużaw fil-proċess tal-impriża ferrovjarja qabel l-ewwel użu ta' vettura jew konfigurazzjoni tal-ferrovija sabiex jiġi żgurat li l-vetturi kollha li jikkostitwixxu ferrovija huma kompatibbli mar-rotta/rotot li fuqha jew fuqhom huwa ppjanat li topera l-ferrovija, inkluż, fejn xieraq, rotot ta' devjazzjoni u rotot lejn workshops. Għandhom jitqiesu l-modifiki tar-rotta u l-bidliet fil-karatteristiċi tal-infrastruttura. Meta parametru tal-Appendiċi D1 ikun armonizzat fil-livell ta' netwerk(s) ta' żona ta' użu, il-konformità ma' dak il-parametru tista' tkun preżunta għal kull vettura awtorizzata għal dik iż-żona ta' użu. Fil-prinċipju, ir-regoli nazzjonali jew ir-rekwiżiti nazzjonali addizzjonali għall-aċċess għan-netwerk fir-rigward tal-kompatibbiltà tar-rotot huma meqjusa bħala inkompatibbli mal-Appendiċi D1. Il-maniġer tal-infrastruttura ma għandux jirrikjedi kontrolli tekniċi addizzjonali għal finijiet ta' kompatibbiltà tar-rotot oħra għajr dawk stipulati fl-Appendiċi D1.

    Kif meħtieġ mill-Artikolu 23(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/797, sakemm ir-RINF jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tal-parametri rilevanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi din l-informazzjoni permezz ta' mezzi oħrajn bla ħlas u mill-aktar fis possibbli f'format elettroniku lill-impriżi ferrovjarji, lill-applikanti awtorizzati għal talbiet għall-mogħdijiet u, fejn applikabbli, għall-applikant imsemmi fl-Artikolu 2(22) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    L-ewwel sottomissjoni ta' informazzjoni dwar il-kompatibbiltà tar-rotot mill-maniġer tal-infrastruttura permezz ta' mezzi oħrajn għajr ir-RINF għandha titwassal fuq talba tal-impriża ferrovjarja kemm jista' jkun malajr u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum, sakemm il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja ma jaqblux fuq skadenza itwal. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-informazzjoni pprovduta lill-impriża/i ferrovjarja/i tkun kompluta u preċiża.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-impriża ferrovjarja dwar il-bidliet fil-karatteristiċi tar-rotta permezz tar-RINF, kull meta tali informazzjoni ssir disponibbli jew permezz ta' mezzi oħrajn sakemm ir-RINF jippermetti tali funzjonalità.

    Għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew informazzjoni f'ħin reali, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li tingħata informazzjoni immedjata lill-impriża ferrovjarja permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni xierqa.

    (C)

    Fejn rilevanti, għandhom jiġu vverifikati elementi addizzjonali għall-kompatibbiltà tar-rotot:

    it-trasport ta' merkanzija perikoluża kif imsemmi fil-punt 4.2.3.4.3,

    rotta aktar kwieta kif imsemmi fit-TSI dwar l-Istorbju,

    trasport eċċezzjonali kif imsemmi fl-Appendiċi I

    kundizzjonijiet ta' aċċess għal stazzjonijiet taħt l-art għal sistemi tad-diżil u għal sistemi oħrajn ta' trazzjoni termali msemmija fil-klawżola 4.2.8.3 tal-LOC&PAS TSI.

    4.2.2.5.2.    Il-kompożizzjoni tal-ferroviji

    Ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tal-ferroviji għandhom iqisu l-elementi li ġejjin skont il-mogħdija allokata:

    (a)

    il-vetturi kollha li jikkostitwixxu ferrovija, inklużi t-tagħbijiet tagħhom

    għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti kollha applikabbli fuq ir-rotot li fuqhom għandha taħdem il-ferrovija;

    għandhom ikunu mgħammra biex jaħdmu bil-veloċità massima li biha tkun skedata li taħdem il-ferrovija;

    (b)

    il-vetturi kollha fuq il-ferrovija għandhom ikunu attwalment fl-intervall tal-manutenzjoni speċifikata tagħhom u għandhom jibqgħu hekk għad-durata (f'termini kemm ta' ħin kif ukoll ta' distanza) tal-vjaġġ li jkun qed isir;

    (c)

    il-ferrovija magħmula minn vetturi, inklużi t-tagħbijiet tagħhom, għandha tikkonforma mar-restrizzjonijiet tekniċi u operattivi tar-rotta kkonċernata u għandha tkun fi ħdan it-tul massimu permessibbli għat-terminals tal-kunsinna u tar-riċeviment.

    (d)

    l-impriża ferrovjarja hija responsabbli sabiex tiżgura li l-vetturi kollha li jikkostitwixxu l-ferrovija, inkluża t-tagħbija tagħhom, ikunu teknikament adatti għall-vjaġġ li jkun ser isir u li jibqgħu hekk matul il-vjaġġ kollu.

    L-impriża ferrovjarja jista' jkollha bżonn tikkunsidra restrizzjonijiet addizzjonali minħabba t-tip ta' sistema tal-ibbrejkjar jew it-tip ta' trazzjoni fuq ferrovija partikolari (ara l-punt 4.2.2.6).

    4.2.2.6.   Ibbrejkjar tal-ferrovija

    4.2.2.6.1.    Rekwiżiti minimi tas-sistema tal-ibbrejkjar

    Il-vetturi kollha f'ferrovija għandhom ikunu konnessi mas-sistema tal-ibbrejkjar awtomatika kontinwa kif definita fl-LOC&PAS TSI u fid-WAG TSI.

    L-ewwel u l-aħħar vaguni (inklużi kwalunkwe unitajiet tat-trazzjoni) fi kwalunkwe ferrovija għandu jkollhom il-brejk awtomatiku operattiv.

    Fil-każ li ferrovija aċċidentalment tinqasam f'żewġ partijiet, iż-żewġ settijiet ta' vaguni separati għandhom jieqfu awtomatikament bħala riżultat ta' applikazzjoni massima tal-brejk.

    4.2.2.6.2.    Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar u l-veloċità massima permessa

    (1)

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-impriża ferrovjarja bil-karatteristiċi tal-binarji rilevanti kollha għal kull rotta permezz tar-RINF:

    Id-distanzi tas-sinjalazzjoni (twissija, waqfien) bil-marġini inerenti tas-sikurezza tagħhom,

    il-gradjenti,

    il-veloċitajiet massimi permessi u

    il-kundizzjonijiet tal-użu tas-sistemi tal-ibbrejkjar li jistgħu jaffettwaw l-infrastruttura, bħall-brejk manjetiku, dak riġenerattiv u dak b'eddy-current.

    Sakemm ir-RINF jipprovdi l-parametri rilevanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi din l-informazzjoni permezz ta' mezzi oħrajn mingħajr ħlas u kemm jista' jkun malajr u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum għall-ewwel sottomissjoni, sakemm l-impriża ferrovjarja ma taqbilx fuq skadenza itwal.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-impriża ferrovjarja dwar il-bidliet fil-karatteristiċi tal-linja permezz tar-RINF, kull meta tali informazzjoni ssir disponibbli jew permezz ta' mezzi oħrajn sakemm ir-RINF jippermetti tali funzjonalità.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-informazzjoni pprovduta lill-impriża/i ferrovjarja/i tkun kompluta u preċiża.

    (2)

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

    (i)

    Għall-ferroviji li jistgħu jaħdmu b'veloċità massima ogħla minn 200 km fis-siegħa, profil tad-deċellerazzjoni u ħin ta' rispons ekwivalenti fuq binarji invell;

    (ii)

    Għal settijiet ta' ferroviji jew għal kompożizzjonijiet fissi ta' ferroviji, li ma jistgħux jaħdmu b'veloċità massima ogħla minn 200 km fis-siegħa, deċellerazzjoni (bħal hawn fuq f'(i)) jew perċentwal tal-piż ibbrejkjat;

    (iii)

    Għal ferroviji oħrajn (kompożizzjonijiet varjabbli ta' ferroviji li ma jistgħux jaħdmu b'veloċità massima ogħla minn 200 km fis-siegħa): perċentwal tal-piż ibbrejkjat.

    Jekk il-maniġer tal-infrastruttura jipprovdi l-informazzjoni msemmija hawn fuq, din għandha tkun disponibbli għall-impriżi ferrovjarji kollha li jkollhom il-ħsieb li joperaw il-ferroviji fuq in-netwerk tiegħu b'mod mhux diskriminatorju.

    It-tabelli tal-ibbrejkjar diġà użati u aċċettati għall-binarji eżistenti mhux konformi mat-TSI fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu disponibbli wkoll.

    (3)

    L-impriża ferrovjarja għandha, fl-istadju tal-ippjanar, tiddetermina l-kapaċità tal-ibbrejkjar tal-ferrovija u l-veloċità massima korrispondenti billi tqis:

    il-karatteristiċi rilevanti tal-binarji kif espressi fil-punt (1) ta' hawn fuq u, jekk tkun disponibbli, l-informazzjoni pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura skont il-punt (2) ta' hawn fuq; u

    il-marġini relatati mal-vetturi ferrovjarji derivati mill-affidabbiltà u d-disponibbiltà tas-sistema tal-ibbrejkjar.

    Barra minn hekk, l-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li, matul l-operat, kull ferrovija tikseb mill-inqas il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa. L-impriża ferrovjarja għandha tistabbilixxi u timplimenta regoli korrispondenti u għandha tamministrahom fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha.

    B'mod partikolari, l-impriża ferrovjarja għandha tistabbilixxi regoli li għandhom jintużaw jekk ferrovija ma tilħaqx il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar meħtieġa matul l-operat. F'dan il-każ, l-impriża ferrovjarja għandha tinforma minnufih lill-maniġer tal-infrastruttura. Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jieħu miżuri xierqa sabiex inaqqas l-impatt fuq it-traffiku globali fuq in-netwerk tiegħu.

    4.2.2.7.   L-iżgurar li l-ferrovija qed taħdem sewwa

    4.2.2.7.1.    Rekwiżit ġenerali

    L-impriża ferrovjarja għandha tiddefinixxi l-proċess sabiex tiżgura li t-tagħmir kollu relatat mas-sikurezza fuq il-ferrovija jkun fi stat kompletament funzjonali u li l-ferrovija tista' taħdem b'mod sikur.

    L-impriża ferrovjarja għandha tinforma lill-maniġer tal-infrastruttura dwar kwalunkwe modifika għall-karatteristiċi tal-ferrovija li jaffettwaw il-prestazzjoni tagħha jew kwalunkwe modifika li tista' taffettwa l-kapaċità li l-ferrovija tiġi akkomodata fil-mogħdija allokata tagħha.

    Il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja għandhom jiddefinixxu u jżommu aġġornati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għat-tħaddim tal-ferrovija temporanjament f'modalità degradata.

    4.2.2.7.2.    Data ta' qabel it-tluq

    L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li d-data li ġejja meħtieġa għall-operat sikur u effiċjenti tiġi magħmula disponibbli għall-maniġer(s) tal-infrastruttura qabel it-tluq tal-ferrovija:

    l-identifikazzjoni tal-ferrovija

    l-identità tal-impriża ferrovjarja responsabbli għall-ferrovija

    it-tul attwali tal-ferrovija

    jekk ferrovija ġġorrx passiġġieri jew annimali meta ma tkunx skedata li tagħmel dan

    kwalunkwe restrizzjonijiet operattivi b'indikazzjoni tal-vettura/i kkonċernata/i (gejġ, restrizzjonijiet tal-veloċità, eċċ.)

    l-informazzjoni li jeħtieġ il-maniġer tal-infrastruttura għat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

    L-impriża ferrovjarja għandha tavża lill-maniġer(s) tal-infrastruttura jekk ferrovija ma tokkupax il-mogħdija allokata tagħha jew tiġi kkanċellata.

    4.2.2.8.   Rekwiżiti għall-viżibbiltà tas-sinjali u tal-markaturi mal-ġenb tal-binarji

    Is-sewwieq għandu jkun jista' josserva s-sinjali u l-markaturi mal-ġenb tal-binarji, u dawn għandhom ikunu jistgħu jiġu osservati mis-sewwieq, kull fejn applikabbli. L-istess japplika għal tipi oħrajn ta' sinjali mal-ġenb tal-binarji jekk ikunu relatati mas-sikurezza.

    Għalhekk, is-sinjali, il-markaturi mal-ġenb tal-binarji u l-pannelli ta' informazzjoni għandhom ikunu ddisinjati u ppożizzjonati b'mod konsistenti sabiex dan jiġi ffaċilitat. Il-kwistjonijiet li għandhom jitqiesu jinkludu:

    li jitpoġġew b'mod adegwat sabiex id-dwal ta' quddiem tal-ferrovija jippermettu lis-sewwieq jaqra l-informazzjoni,

    l-adegwatezza u l-intensità tat-tidwil, fejn ikun meħtieġ biex idawwal l-informazzjoni,

    meta tintuża r-retroriflessività, il-karatteristiċi riflettivi tal-materjal użat ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet xierqa u s-sinjali jkunu manifatturati b'tali mod li d-dwal ta' quddiem tal-ferrovija jippermettu lis-sewwieq jaqra l-informazzjoni faċilment.

    Il-kabini tas-sewqan għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod konsistenti li s-sewwieq ikun jista' jara faċilment l-informazzjoni murija lilu.

    4.2.2.9.   Il-viġilanza tas-sewwieqa

    Huwa meħtieġ mezz ta' monitoraġġ abbord tal-viġilanza tas-sewwieq. Dan il-mezz għandu jintervjeni biex il-ferrovija titwaqqaf f'każ li s-sewwieq ma jiħux reazzjoni f'ċertu intervall ta' ħin; dan l-intervall ta' ħin huwa speċifikat fit-TSI “vetturi ferrovjarji”.

    4.2.3.   Speċifikazzjonijiet relatati ma' attivitajiet ferrovjarji

    4.2.3.1.   L-ippjanar tal-ferroviji

    F'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jgħid x'data hija meħtieġa meta tintalab mogħdija ferrovjarja.

    4.2.3.2.   L-identifikazzjoni tal-ferroviji

    Kull ferrovija għandha tiġi identifikata minn numru tat-tħaddim tal-ferrovija. In-numru tat-tħaddim tal-ferrovija jingħata mill-maniġer tal-infrastruttura meta jalloka mogħdija tal-ferrovija u għandu jkun magħruf mill-impriża ferrovjarja u mill-maniġers tal-infrastruttura kollha li joperaw il-ferrovija. In-numru tat-tħaddim tal-ferrovija għandu jkun uniku għal kull netwerk. Għandu jiġi evitat li jsiru bidliet fin-numru tat-tħaddim tal-ferrovija waqt li din il-ferrovija tkun qed tivvjaġġa.

    4.2.3.2.1.    Il-format tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija

    Il-format tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija huwa definit fit-TSI dwar il-kontroll-kmand u sinjalazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “CCS TSI”, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (7))

    4.2.3.3.   It-tluq tal-ferrovija

    4.2.3.3.1.    Kontrolli u testijiet qabel it-tluq

    L-impriża ferrovjarja għandha tiddefinixxi l-kontrolli u t-testijiet maħsuba sabiex jiżguraw li kwalunkwe tluq isir b'mod sikur (eż. bibien, tagħbija, brejkijiet).

    4.2.3.3.2.    Informazzjoni lill-maniġer tal-infrastruttura dwar l-istatus operattiv tal-ferrovija

    L-impriża ferrovjarja għandha tinforma lill-maniġer tal-infrastruttura meta ferrovija tkun lesta sabiex tikseb aċċess għan-netwerk.

    L-impriża ferrovjarja għandha tinforma lill-maniġer tal-infrastruttura bi kwalunkwe anomalija li taffettwa l-ferrovija jew l-operat tagħha li jkollha riperkussjonijiet possibbli fuq it-tħaddim tal-ferrovija qabel it-tluq u matul il-vjaġġ.

    4.2.3.4.   Ġestjoni tat-traffiku

    4.2.3.4.1.    Rekwiżiti ġenerali

    Il-ġestjoni tat-traffiku għandha tiżgura l-operat sikur, effiċjenti u puntwali tal-ferrovija, inkluż l-irkupru effettiv minn interruzzjoni tas-servizz.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddetermina l-proċeduri u l-mezzi għal:

    il-ġestjoni f'ħin reali tal-ferroviji,

    il-miżuri operattivi sabiex tinżamm l-aħjar prestazzjoni possibbli tal-infrastruttura f'każ ta' dewmien jew inċidenti, kemm jekk attwali kif ukoll jekk antiċipati, u

    l-għoti ta' informazzjoni lill-impriża/i ferrovjarja/i f'tali każijiet.

    Kwalunkwe proċessi addizzjonali meħtieġa mill-impriża ferrovjarja u li jaffettwaw l-interfaċċa mal-maniġer(s) tal-infrastruttura jistgħu jiġu introdotti wara li jiġu maqbula mal-maniġer tal-infrastruttura.

    4.2.3.4.2.    Ir-rappurtaġġ tal-ferrovija

    4.2.3.4.2.1.   Id-data meħtieġa għar-rappurtaġġ dwar il-pożizzjoni tal-ferrovija u l-ħin ta' trasferiment imbassar

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu:

    (a)

    jipprovdi mezz ta' reġistrazzjoni f'ħin reali tal-ħinijiet li fihom il-ferroviji jitilqu minn, jaslu fi jew jgħaddu minn punti ta' rappurtaġġ xierqa definiti minn qabel fuq in-netwerks tagħhom u l-valur tal-ħin delta;

    (b)

    ikollu proċess li jippermetti indikazzjoni tan-numru stmat ta' minuti ta' devjazzjoni mill-ħin skedat li ferrovija tkun skedata li tiġi ttrasferita minn maniġer tal-infrastruttura wieħed għal ieħor; dan għandu jinkludi informazzjoni dwar l-interruzzjoni tas-servizz (deskrizzjoni u l-post tal-problema).

    (c)

    jipprovdi d-data speċifika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (8) (Applikazzjonijiet Telematiċi għas-Servizz tat-Trasport tal-Merkanzija - TAF TSI) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (9) (Applikazzjonijiet Telematiċi għal Servizzi tal-Passiġġieri - TAP TSI) meħtieġa fir-rigward tar-rappurtaġġ tal-pożizzjoni tal-ferrovija. Din l-informazzjoni għandha tinkludi:

    (1)

    L-identifikazzjoni tal-ferrovija

    (2)

    L-identità tal-punt tar-rappurtaġġ

    (3)

    Il-binarju li fuqu tgħaddi l-ferrovija

    (4)

    Il-ħin skedat fil-punt tar-rappurtaġġ

    (5)

    Il-ħin attwali fil-punt tar-rappurtaġġ (u jekk tkunx qed titlaq, tasal jew tgħaddi - il-ħinijiet separati tal-wasla u tat-tluq għandhom jiġu pprovduti fir-rigward tal-punti ta' rappurtaġġ intermedji li fihom tgħaddi l-ferrovija)

    (6)

    In-numru ta' minuti kmieni jew tard fil-punt tar-rappurtaġġ

    (7)

    Spjegazzjoni inizjali ta' kull dewmien li jaqbeż l-10 minuti jew kif mitlub mod ieħor mis-sistema ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni

    (8)

    Indikazzjoni li rapport għal ferrovija jkun tard u n-numru ta' minuti li jkunu għaddew

    (9)

    Identifikazzjoni(jiet) preċedenti tal-ferrovija, jekk ikun il-każ

    (10)

    Il-ferrovija kkanċellata għal vjaġġ sħiħ jew parti minnu.

    4.2.3.4.3.    Oġġetti perikolużi

    L-impriża ferrovjarja għandha tiddefinixxi l-proċeduri għat-twettiq tat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

    Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu:

    id-dispożizzjonijiet kif speċifikati fid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), skont kif applikabbli

    l-għoti ta' informazzjoni lis-sewwieq dwar il-preżenza u l-pożizzjoni ta' oġġetti perikolużi fuq il-ferrovija

    informazzjoni li jeħtieġ il-maniġer tal-infrastruttura għat-trasport ta' oġġetti perikolużi

    determinazzjoni, flimkien mal-maniġer tal-infrastruttura, tal-linji tal-komunikazzjoni u l-ippjanar ta' miżuri speċifiċi f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu l-oġġetti.

    4.2.3.4.4.    Kwalità operattiva

    Il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja għandu jkollhom fis-seħħ proċessi sabiex jissorveljaw l-operat effiċjenti tas-servizzi kollha kkonċernati.

    Il-proċessi tal-monitoraġġ għandhom ikunu ddisinjati sabiex janalizzaw id-data u jidentifikaw ix-xejriet sottostanti, kemm f'termini ta' żbalji tal-bniedem kif ukoll ta' żbalji tas-sistema. Ir-riżultati ta' din l-analiżi għandhom jintużaw sabiex jiġġeneraw azzjonijiet ta' titjib, iddisinjati sabiex jeliminaw jew inaqqsu l-avvenimenti li jistgħu jikkompromettu l-operat effiċjenti tan-netwerk.

    Meta dawn l-azzjonijiet ta' titjib ikollhom benefiċċji għan-netwerk kollu, li jinvolvu maniġers tal-infrastruttura u impriżi ferrovjarji oħrajn, dawn għandhom, soġġetti għall-kunfidenzjalità kummerċjali, jiġu kkomunikati kif xieraq.

    L-avvenimenti li jkunu fixklu l-operat b'mod sinifikanti għandhom jiġu analizzati mill-aktar fis possibbli mill-maniġer tal-infrastruttura. Fejn ikun xieraq u, b'mod partikolari, meta jkun ikkonċernat wieħed mill-membri tal-persunal, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistieden lill-impriża/i ferrovjarja/i involuta/i fl-avveniment ikkonċernat sabiex tipparteċipa/jipparteċipaw fl-analiżi. Meta r-riżultat ta' din l-analiżi jwassal għal rakkomandazzjonijiet ta' titjib fin-netwerk maħsuba sabiex jeliminaw jew inaqqsu l-kawżi ta' aċċidenti/inċidenti, dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji rilevanti kollha kkonċernati.

    Dawn il-proċessi għandhom jiġu ddokumentati u jkunu soġġetti għal verifika interna.

    4.2.3.5.   Reġistrazzjoni tad-data

    Id-data li tappartjeni għat-tħaddim ta' ferrovija għandha tiġi rreġistrata u miżmuma għall-finijiet ta':

    Appoġġ sistematiku għall-monitoraġġ tas-sikurezza bħala mezz għall-prevenzjoni ta' inċidenti u aċċidenti.

    Identifikazzjoni tal-prestazzjoni tas-sewwieq, tal-ferrovija u tal-infrastruttura fil-perjodu li jwassal sa u, jekk xieraq, minnufih wara inċident jew aċċident, sabiex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni tal-kawżi u jiġi appoġġjat il-każ għal miżuri ġodda jew modifikati sabiex jiġi evitat li dan jerġa' jseħħ.

    Reġistrazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-prestazzjoni kemm tal-unità lokomottiva/tat-trazzjoni, kif ukoll tas-sewwieq.

    Għandu jkun possibbli li d-data rreġistrata titqabbel ma':

    id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni;

    il-pożizzjoni ġeografika preċiża tal-avveniment li jkun qed jiġi rreġistrat;

    l-identifikazzjoni tal-ferrovija;

    l-identità tas-sewwieq.

    Id-data li trid tiġi rreġistrata għall-ETCS/GSM-R hija dik definita fis-CCS TSI u li tkun rilevanti meta wieħed iqis ir-rekwiżiti f'dan il-punt 4.2.3.5.

    Id-data għandha tiġi ssiġillata u maħżuna b'mod sigur u tkun aċċessibbli għall-korpi awtorizzati, inklużi l-Korpi ta' Investigazzjoni, fit-twettiq tar-rwol tagħhom skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    4.2.3.5.1.    Reġistrazzjoni tad-data tas-superviżjoni barra l-ferrovija

    Bħala minimu, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jirreġistra d-data li ġejja:

    il-ħsara fit-tagħmir mal-ġenb tal-binarji assoċjat mal-moviment tal-ferroviji (sinjalazzjoni, punti, eċċ.);

    id-detezzjoni ta' bering tal-fus li jkun qed jisħon iżżejjed, jekk ikun immuntat;

    komunikazzjoni bejn is-sewwieq tal-ferrovija u s-sinjalatur b'rabta mas-sikurezza.

    4.2.3.5.2.    Reġistrazzjoni tad-data ta' superviżjoni abbord il-ferrovija

    Bħala minimu, l-impriża ferrovjarja għandha tirreġistra d-data li ġejja:

    id-detezzjoni li ġew injorati sinjali ta' periklu jew ta' “tmiem ta' awtorizzazzjoni tal-moviment”;

    l-applikazzjoni tal-brejk ta' emerġenza;

    il-veloċità li biha tkun miexja l-ferrovija;

    kwalunkwe iżolament jew ovverriding tas-sistemi tal-kontroll (sinjalazzjoni) abbord il-ferrovija;

    l-operat tal-apparat ta' twissija akustika;

    l-operat tal-kontrolli tal-bibien (rilaxx, għeluq), jekk ikunu mmuntati;

    id-detezzjoni minn sistemi ta' allarm abbord relatati mal-operat sikur tal-ferrovija, jekk ikunu mmuntati;

    l-identità tal-kabina li dwarha tkun qed tiġi rreġistrata d-data sabiex tiġi vverifikata.

    Aktar speċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-apparat tar-reġistrazzjoni huma stabbiliti fl-LOC&PAS TSI.

    4.2.3.6.   Operat degradat

    4.2.3.6.1.    Notifiki lil utenti oħrajn

    Il-maniġer tal-infrastruttura flimkien mal-impriża/i ferrovjarja/i għandu jiddefinixxi proċess sabiex il-partijiet ikkonċernati jinformaw minnufih lil xulxin bi kwalunkwe sitwazzjoni li timpedixxi s-sikurezza, il-prestazzjoni u/jew id-disponibbiltà tan-netwerk ferrovjarju jew tal-vetturi ferrovjarji.

    4.2.3.6.2.    Notifiki lis-sewwieqa tal-ferroviji

    Fi kwalunkwe każ ta' operat degradat assoċjat mal-qasam ta' responsabbiltà tal-maniġer tal-infrastruttura, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jagħti struzzjonijiet formali lis-sewwieqa dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex id-degradazzjoni tingħeleb b'mod sikur.

    4.2.3.6.3.    Arranġamenti ta' kontinġenza

    Il-maniġer tal-infrastruttura, flimkien mal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw fuq l-infrastruttura tiegħu, kif ukoll il-maniġers tal-infrastrutturi ġirien, kif xieraq, għandhom jiddefinixxu, jippubblikaw u jagħmlu disponibbli miżuri ta' kontinġenza xierqa u jassenjaw responsabbiltajiet ibbażati fuq il-ħtieġa li jitnaqqas kwalunkwe impatt negattiv bħala riżultat ta' operat degradat.

    Ir-rekwiżiti tal-ippjanar u r-rispons għal avvenimenti bħal dawn għandhom ikunu proporzjonali man-natura u s-severità potenzjali tad-degradazzjoni.

    Dawn il-miżuri, li bħala minimu għandhom jinkludu pjanijiet għall-irkupru tan-netwerk għal stat “normali”, jistgħu jindirizzaw ukoll:

    il-ħsarat fil-vetturi ferrovjarji (pereżempju, dawk li jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet sostanzjali tat-traffiku, il-proċeduri għas-salvataġġ tal-ferroviji bil-ħsara);

    il-ħsarat fl-infrastruttura (pereżempju, meta jkun hemm ħsara fl-enerġija elettrika jew il-kundizzjonijiet li fihom il-ferroviji jistgħu jiġu ddevjati mir-rotta prevista);

    kundizzjonijiet tat-temp estremi.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi u jżomm informazzjoni ta' kuntatt aġġornata għall-persunal ewlieni tal-maniġer tal-infrastruttura u għall-persunal ewlieni tal-impriża ferrovjarja li jistgħu jiġu kkuntattjati f'każ ta' interruzzjoni tas-servizz li jwassal għal operat degradat. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji ta' kuntatt kemm waqt kif ukoll wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.

    L-impriża ferrovjarja għandha tissottometti din l-informazzjoni lill-maniġer tal-infrastruttura u tavża lill-maniġer tal-infrastruttura bi kwalunkwe bidliet f'dawn id-dettalji ta' kuntatt.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu javża lill-impriżi ferrovjarji kollha bi kwalunkwe bidliet fid-dettalji tiegħu.

    4.2.3.7.   L-immaniġġjar ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, b'konsultazzjoni ma':

    l-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw fuq l-infrastruttura tiegħu, jew, fejn xieraq, il-korpi rappreżentattivi tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fuq l-infrastruttura tiegħu,

    il-maniġers tal-infrastruttura tal-madwar, kif xieraq,

    l-awtoritajiet lokali, il-korpi rappreżentattivi tas-servizzi ta' emerġenza (inkluż it-tifi tan-nar u s-salvataġġ) fil-livell lokali jew nazzjonali, kif xieraq,

    jiddefinixxi, jippubblika u jagħmel disponibbli miżuri xierqa għall-immaniġġjar ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza u sabiex il-linja ferrovjarja tiġi restawrata għal operat normali.

    Tipikament, dawn il-miżuri għandhom ikopru:

    il-ħabtiet,

    in-nirien fuq il-ferroviji,

    l-evakwazzjoni tal-ferroviji,

    l-aċċidenti f'mini,

    l-inċidenti li jinvolvu oġġetti perikolużi,

    il-ħruġ 'il barra mil-linji.

    L-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi lill-maniġer tal-infrastruttura bi kwalunkwe informazzjoni speċifika fir-rigward ta' dawn iċ-ċirkostanzi, speċjalment fir-rigward tal-irkupru jew it-tqegħid lura fuq il-linji tal-ferroviji tagħhom.

    Barra minn hekk, l-impriża ferrovjarja għandu jkollha proċessi sabiex tinforma lill-passiġġieri dwar proċeduri ta' emerġenza u sikurezza abbord.

    4.2.3.8.   L-għajnuna lill-ekwipaġġ tal-ferrovija f'każ ta' inċident jew ta' ħsara maġġuri fil-vetturi ferrovjarji

    L-impriża ferrovjarja għandha tiddefinixxi proċeduri xierqa ta' għajnuna lill-ekwipaġġ tal-ferrovija f'sitwazzjonijiet degradati bil-għan li jiġi evitat jew jitnaqqas id-dewmien ikkawżat minn ħsarat tekniċi jew ħsarat oħrajn tal-vetturi ferrovjarji (pereżempju, linji ta' komunikazzjoni, miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' evakwazzjoni ta' ferrovija).

    4.3.   Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi

    Fid-dawl tar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi huma dawn li ġejjin:

    4.3.1.   Interfaċċi mat-TSI dwar l-infrastruttura (INF TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    INF TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar u l-veloċità massima permessa

    4.2.2.6.2

    Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

    4.2.6.2

    Modifiki għall-informazzjoni inkluża fil-ktieb tar-rotot

    4.2.1.2.2.2

    Regoli operattivi

    4.4

    Operat degradat

    4.2.3.6

    Il-parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat

    Appendiċi D1

    L-aċċertazzjoni tal-kompatibbiltà tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji wara l-awtorizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji

    7.6

    4.3.2.   Interfaċċi mat-TSI dwar il-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni (CCS TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    CCS TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa

    4.2.1.2.1

    Regoli operattivi (kundizzjonijiet normali u degradati)

    4.4

    Regoli operattivi

    4.4

    Rekwiżiti għall-viżibbiltà tas-sinjali u tal-markaturi mal-ġenb tal-binarji

    4.2.2.8

    Il-viżibbiltà tal-oġġetti ta' kontroll-kmand fil-ġenb tal-binarji u ta' sinjalazzjoni

    4.2.15

    Ibbrejkjar tal-ferrovija

    4.2.2.6

    Il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ferroviji

    4.2.2

    Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa

    4.2.1.2.1

    L-użu ta' tagħmir tat-trammil

    Lubrifikazzjoni tal-flanġ abbord

    Użu ta' blokok tal-brejk komposti

    4.2.10

    Il-format tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija

    4.2.3.2.1

    DMI tal-ETCS

    4.2.12

    DMI tal-GSM-R

    4.2.13

    Reġistrazzjoni tad-data

    4.2.3.5

    Interfaċċa għar-reġistrazzjoni tad-data għal finijiet regolatorji

    4.2.14

    L-iżgurar li l-ferrovija qed taħdem sewwa

    4.2.2.7

    Ġestjoni taċ-ċwievet

    4.2.8

    Il-parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat

    Appendiċi D1

    Verifiki tal-kompatibbiltà mar-rotta qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati

    4.9

    4.3.3.   Interfaċċi mat-TSIs dwar il-vetturi ferrovjarji

    4.3.3.1.   Interfaċċi mat-TSI lokomottivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri (LOC&PAS TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    LOC&PAS TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    Arranġamenti ta' kontinġenza

    4.2.3.6.3

    Akkoppjament ta' salvataġġ

    4.2.2.2.4

    Akkoppjament tat-tarf

    4.2.2.2.3

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    parametru tat-tagħbija fuq il-fus

    4.2.3.2.1

    Ibbrejkjar tal-ferrovija

    4.2.2.6

    Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar

    4.2.4.5.

    Il-viżibbiltà tal-ferrovija

    4.2.2.1

    Dwal esterni

    4.2.7.1

    Kemm tinstemal-ferrovija

    4.2.2.2

    Horn (apparat ta' twissija permezz tal-ħoss)

    4.2.7.2

    Rekwiżiti għall-viżibbiltà tas-sinjali u tal-markaturi mal-ġenb tal-binarji

    4.2.2.8

    Viżibbiltà esterna

    4.2.9.1.3

    Karatteristiċi ottiċi tal-windskrin

    4.2.9.2.2

    Tidwil intern

    4.2.9.1.8

    Il-viġilanza tas-sewwieqa

    4.2.2.9

    Il-funzjoni ta' kontroll tal-attività tas-sewwieqa

    4.2.9.3.1

    Reġistrazzjoni tad-data ta' superviżjoni abbord il-ferrovija

    4.2.3.5.2

    Apparat tar-reġistrazzjoni

    4.2.9.6

    L-immaniġġjar ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

    4.2.3.7

    Dijagramma tal-irfigħ u struzzjonijiet

    4.2.12.5

    Deskrizzjonijiet relatati mas-salvataġġ

    4.2.12.6

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    Dokumentazzjoni operattiva

    4.2.12.4

    Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompiti assoċjati mal-“akkumpanjament tal-ferroviji”

    Appendiċi F

    Trammil

    Appendiċi B

    Karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għall-kompatibilità mas-sistema ta' detezzjoni tal-ferrovija ibbażata fuq ċirkwiti tal-binarji - Iżolament tal-emissjonijiet

    4.2.3.3.1.1

    Il-parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat

    Appendiċi D1

    Verifiki tal-kompatibbiltà mar-rotta qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati

    4.9

    4.3.3.2.   Interfaċċi mat-TSI Vaguni tal-Merkanzija (WAG TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    WAG TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    It-tarf ta' wara

    4.2.2.1.3

    Apparat ta' twaħħil għal sinjal fit-tarf ta' wara

    4.2.6.3

    Ferroviji tal-merkanzija

    4.2.2.1.3.2

    Sinjal fit-tarf ta' wara

    Appendiċi E

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    Wisa' bejn il-linji

    4.2.3.1

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    Il-kompatibbiltà mal-kapaċità tal-ġarr tat-tagħbija tal-binarji

    4.2.3. 2

    Arranġamenti ta' kontinġenza

    4.2.3.6.3

    Saħħa tal-unità - Irfigħ u ġġakkjar

    4.2.2.2

    Ibbrejkjar tal-ferrovija

    4.2.2.6

    Brejkijiet

    4.2.4

    Il-parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat

    Appendiċi D1

    Verifiki tal-kompatibbiltà mar-rotta qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati

    4.9

    4.3.4.   Interfaċċi mat-TSI dwar l-Enerġija (ENE TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    ENE TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    Kurrent massimu tal-ferrovija

    4.2.4.1

    Tħejjija tal-Ktieb tar-Rotot

    4.2.1.2.2.1

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    Sezzjonijiet ta' separazzjoni:

     

    Tħejjija tal-Ktieb tar-Rotot

    4.2.1.2.2.1

    Fażi

    4.2.15

    Sistema

    4.2.16

    Il-parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat

    Appendiċi D1

    Verifiki tal-kompatibbiltà mar-rotta qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati

    7.3.5

    4.3.5.   Interfaċċi mat-TSI dwar is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji (SRT TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    SRT TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    L-iżgurar li l-ferrovija qed taħdem sewwa

    4.2.2.7

    Regola ta' emerġenza

    4.4.1

    It-tluq tal-ferrovija

    4.2.3.3

    Operat degradat

    4.2.3.6

    L-immaniġġjar ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

    4.2.3.7

    Pjan ta' emerġenza għall-mini

    4.4.2

    Eżerċizzji

    4.4.3

    L-għoti ta' informazzjoni dwar l-emerġenza u s-sikurezza fuq il-ferroviji lill-passiġġieri

    4.4.5

    Kompetenza professjonali

    4.6.1

    Kompetenza speċifika għall-mini tal-ekwipaġġ tal-ferrovija u membri tal-persunal oħrajn

    4.6.1

    4.3.6.   Interfaċċi mat-TSI dwar l-Istorbju (NOI TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    NOI TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    Il-kompatibbiltà tar-rotot u l-kompożizzjoni tal-ferroviji

    4.2.2.5

    Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-applikazzjoni ta' din it-TSI għall-vaguni eżistenti

    7.2.2

    L-ippjanar tal-ferroviji

    4.2.3.1

    Rotot aktar kwieti

    Appendiċi D

    Arranġamenti ta' kontinġenza

    4.2.3.6.3

    Regoli speċifiċi għall-operat tal-vaguni fuq rotot aktar kwieti fil-każ ta' operat degradat

    4.4.1

    4.3.7.   Interfaċċi mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (12) , TSI dwar Persuni b'Mobbiltà Mnaqqsa (PRM TSI)

    Referenza f'dan ir-Regolament

     

    PRM TSI ta' referenza

     

    Parametru

    Punt

    Parametru

    Punt

    Kompetenza Professjonali

    4.6.1

    Subsistema tal-infrastruttura

    4.4.1

    Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompiti assoċjati mal-“akkumpanjament tal-ferroviji”

    Appendiċi F

    Kompetenza Professjonali

    4.6.1

    Subsistema tal-vetturi ferrovjarji

    4.4.2

    Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompiti assoċjati mal-“akkumpanjament tal-ferroviji”

    Appendiċi F

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Kompożizzjoni tal-Ferroviji

    4.2.2.5

    Subsistema tal-vetturi ferrovjarji

    4.4.2

    4.4.   Regoli operattivi

    4.4.1.   Prinċipji u regoli operattivi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea

    Il-prinċipji u r-regoli operattivi li għandhom jiġu applikati fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea huma speċifikati fl-Appendiċi A (Prinċipji u regoli operattivi tal-ERTMS) u fl-Appendiċi B (Prinċipji u regoli operattivi komuni).

    4.4.2.   Regoli nazzjonali

    Ir-regoli nazzjonali mhumiex kompatibbli ma' din it-TSI, ħlief għall-Appendiċi I li jelenka ż-żoni fejn ma jeżistux prinċipji u regoli operattivi komuni u li jistgħu jkunu soġġetti għal regoli nazzjonali. Skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1474, l-Aġenzija u l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandhom jikkooperaw biex jivvalutaw il-lista ta' punti mhux konklużi bil-ħsieb li:

    (a)

    jarmonizzaw aktar ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament permezz ta' dispożizzjonijiet dettaljati jew permezz ta' mezzi aċċettabbli ta' konformità, jew

    (b)

    jiffaċilitaw l-integrazzjoni tar-regoli nazzjonali fis-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u tal-maniġers tal-infrastruttura, jew

    (c)

    jikkonfermaw il-ħtieġa għal regoli nazzjonali.

    4.4.3.   Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità

    L-Aġenzija tista', permezz ta' opinjoni teknika, tiddefinixxi mezzi aċċettabbli ta' konformità, li l-konformità magħhom għandha tkun preżunta bħala li tiżgura l-konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' dan ir-Regolament, u tiżgura s-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798.

    Il-Kummissjoni, l-Istati Membri jew il-partijiet ikkonċernati affettwati jistgħu jitolbu lill-Aġenzija tiddefinixxi mezzi aċċettabbli ta' konformità skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 (13). L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati affettwati u għandha tippreżenta l-opinjoni teknika lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797 qabel l-adozzjoni tagħha.

    Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2021, l-Aġenzija għandha tagħti opinjonijiet tekniċi li jiddefinixxu mezzi aċċettabbli ta' konformità li tal-inqas ikopru kull waħda minn dawn l-oqsma li ġejjin:

    Is-sikurezza tat-tagħbija (ara 4.2.2.4.1);

    Is-sikurezza tal-passiġġieri (ara 4.2.2.4.2);

    Kontrolli u testijiet qabel it-tluq, inklużi l-brejkijiet u l-kontrolli matul l-operat (ara 4.2.3.3.1)

    It-tluq tal-ferrovija (ara 4.2.3.3)

    Operazzjonijiet degradati (ara 4.2.3.6).

    Qabel il-15 ta' Ottubru 2019, jekk l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati affettwati jkunu tal-fehma li regola speċifika għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tad-definizzjoni ta' mezz aċċettabbli ta' konformità fl-oqsma msemmija hawn fuq, huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji dwar dan lill-Aġenzija, li għandha tipproċedi f'konformità mal-proċeduri msemmija fil-punt 4.4.3.

    4.4.4.   Tranżizzjoni mill-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali sal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament

    Matul it-tranżizzjoni mill-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali sal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom iwettqu rieżami tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-operat sikur. Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaġġornaw is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom.

    F'sitwazzjoni ta' nuqqas, għandha tapplika l-proċedura tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    4.5.   Regoli ta' manutenzjoni

    Mhux applikabbli

    4.6.   Kompetenzi professjonali

    4.6.1.   Kompetenza professjonali

    Il-persunal tal-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura għandhom ikunu kisbu kompetenza professjonali xierqa sabiex iwettqu l-kompiti kollha kritiċi għas-sikurezza meħtieġa f'sitwazzjonijiet normali, degradati u ta' emerġenza. Din il-kompetenza tinkludi għarfien professjonali u l-kapaċità li dan l-għarfien jitpoġġa fil-prattika.

    L-elementi minimi rilevanti għall-kwalifiki professjonali għall-kompiti individwali jinsabu fl-Appendiċijiet F u G.

    4.6.2.   Kompetenza lingwistika

    4.6.2.1.   Prinċipji

    Jenħtieġ li l-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja jiżguraw li l-membri tal-persunal rilevanti tagħhom ikunu kompetenti fl-użu tal-protokolli u l-prinċipji tal-komunikazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi C.

    Meta l-lingwa operattiva użata mill-maniġer tal-infrastruttura tkun differenti minn dik abitwalment użata mill-persunal tal-impriża ferrovjarja, dan it-taħriġ lingwistiku u fil-komunikazzjoni għandu jifforma parti kritika mis-sistema tal-ġestjoni tal-kompetenza ġenerali tal-impriża ferrovjarja.

    Il-membri tal-persunal tal-impriża ferrovjarja li d-doveri tagħhom jesiġu li dawn jikkomunikaw mal-membri tal-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward ta' kwistjonijiet kritiċi għas-sikurezza, għandu jkollhom livell suffiċjenti ta' għarfien tal-lingwa operattiva tal-maniġer tal-infrastruttura.

    4.6.2.2.   Livell ta' għarfien

    Il-livell ta' għarfien tal-lingwa operattiva tal-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun suffiċjenti għall-finijiet ta' sikurezza.

    (a)

    Bħala minimu, dan għandu jinkludi li s-sewwieq ikun kapaċi:

    jibgħat u jifhem il-messaġġi kollha speċifikati fl-Appendiċi C;

    jikkomunika b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet normali, degradati u ta' emerġenza;

    jimla l-forom assoċjati mal-użu tal-Ktieb tal-Forom;

    (b)

    Membri oħrajn tal-ekwipaġġ tal-ferrovija li d-doveri tagħhom jesiġu li huma jikkomunikaw mal-maniġer tal-infrastruttura dwar kwistjonijiet kritiċi għas-sikurezza għandhom, bħala minimu, ikunu kapaċi jibagħtu u jifhmu informazzjoni li tiddeskrivi l-ferrovija u l-istat operattiv tagħha.

    Il-livell ta' għarfien għall-persunal li jakkumpanja l-ferroviji, minbarra s-sewwieqa tal-ferroviji, għandu jkun mill-inqas tal-livell 2 kif deskritt fl-Appendiċi E.

    4.6.3.   Valutazzjoni tal-bidu u kontinwa tal-persunal

    4.6.3.1.   Elementi bażiċi

    L-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura huma meħtieġa li jiddefinixxu l-proċess ta' valutazzjoni għall-persunal tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 (14) jew fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 (15) u (UE) Nru 1169/2010 (16).

    4.6.3.2.   Analiżi u aġġornament tal-ħtiġijiet ta' taħriġ

    L-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom iwettqu analiżi tal-ħtiġijiet ta' taħriġ għall-persunal rilevanti tagħhom u jiddefinixxu proċess għar-rieżami u l-aġġornament tal-ħtiġijiet ta' taħriġ individwali tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 jew fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010.

    Din l-analiżi għandha tistabbilixxi kemm il-kamp ta' applikazzjoni kif ukoll il-kumplessità u tqis ir-riskji assoċjati mal-operat tal-ferroviji, it-trazzjoni u l-vetturi ferrovjarji. L-impriża ferrovjarja għandha tiddefinixxi l-proċess li bih jinkiseb u jinżamm l-għarfien tal-persunal abbord dwar ir-rotot li fuqhom joperaw il-ferroviji. Dan il-proċess għandu jkun:

    ibbażat fuq l-informazzjoni dwar ir-rotta pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura; u

    f'konformità mal-proċess deskritt fil-punt 4.2.1.

    Għall-kompiti assoċjati ma' “akkumpanjament tal-ferroviji” u “tħejjija tal-ferroviji”, l-elementi li għandhom jitqiesu jinsabu fl-appendiċijiet F u G, rispettivament. Kif xieraq, dawn l-elementi għandhom jiddaħħlu fis-seħħ bħala parti mit-taħriġ għall-persunal.

    Huwa possibbli li minħabba t-tip tal-operat previst minn impriża ferrovjarja jew in-natura tan-netwerk li jkun qed jiġi mmaniġġjat minn maniġer tal-infrastruttura, uħud mill-elementi fl-appendiċijiet F u G ma jkunux xierqa. L-analiżi tal-ħtiġijiet tat-taħriġ għandha tiddokumenta dawk li mhumiex meqjusa bħala xierqa u r-raġunijiet għaliex.

    4.6.4.   Persunal awżiljarju

    L-impriża ferrovjarja għandha tiżgura li l-persunal awżiljarju (pereżempju, tal-forniment tal-ikel u tat-tindif) li ma jifformax parti mill-ekwipaġġ tal-ferrovija, minbarra l-istruzzjoni bażika tiegħu, ikun imħarreġ sabiex isegwi l-istruzzjonijiet tal-membri imħarrġa sew tal-ekwipaġġ tal-ferrovija.

    4.7.   Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza

    4.7.1.   Introduzzjoni

    Il-persunal speċifikat fil-punt 4.2.1 bħala persunal li jwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza skont il-punt 2.1 għandu jkollu kundizzjoni tas-saħħa xierqa sabiex jiżgura li jintlaħqu l-istandards tas-sikurezza u operattivi ġenerali.

    L-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw il-proċess li jdaħħlu fis-seħħ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti mediċi, psikoloġiċi u tas-saħħa għall-persunal tagħhom fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom.

    L-eżamijiet mediċi kif speċifikati fil-punt 4.7.2 u kwalunkwe deċiżjonijiet assoċjati dwar il-kundizzjoni tas-saħħa xierqa individwali tal-persunal għandhom isiru minn tabib mediku.

    Il-persunal ma għandux iwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza meta l-viġilanza tiegħu tkun imnaqqsa minħabba sustanzi bħall-alkoħol, id-drogi jew medikazzjoni psikotropika. Għalhekk, l-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri sabiex jikkontrollaw ir-riskju li l-membri tal-persunal imorru għax-xogħol taħt l-influwenza ta' dawn is-sustanzi, jew jikkonsmaw dawn is-sustanzi fuq il-post tax-xogħol.

    Fir-rigward tal-limiti definiti tas-sustanzi msemmija hawn fuq, japplikaw ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun qed jopera s-servizz ferrovjarju.

    4.7.2.   Eżamijiet mediċi u valutazzjonijiet psikoloġiċi

    4.7.2.1.   Qabel il-ħatra

    4.7.2.1.1.    Kontenut minimu tal-eżami mediku

    L-eżamijiet mediċi għandhom ikopru:

    Eżami mediku ġenerali;

    Eżamijiet tal-funzjonijiet tas-sensi (viżjoni, smigħ, perċezzjoni tal-kulur);

    Analiżi tal-awrina jew tad-demm għad-detezzjoni tad-diabetes mellitus u kundizzjonijiet oħrajn kif indikat mill-eżami kliniku;

    Skrinjar għall-abbuż tad-drogi.

    4.7.2.1.2.    Valutazzjoni psikoloġika

    L-għan tal-valutazzjoni psikoloġika huwa li tappoġġa lill-impriża ferrovjarja fil-ħatra u l-ġestjoni tal-membri tal-persunal li jkollhom il-kapaċitajiet konoxxitivi, psikomottivi, tal-imġiba u tal-personalità sabiex iwettqu r-rwoli tagħhom b'mod sikur.

    Fid-determinazzjoni tal-kontenut tal-valutazzjoni psikoloġika, bħala minimu, għandhom jitqiesu l-kriterji li ġejjin rilevanti għar-rekwiżiti ta' kull funzjoni tas-sikurezza:

    (a)

    Konoxxitivi:

    Attenzjoni u konċentrazzjoni,

    Memorja,

    Kapaċità perċettiva,

    Raġunar,

    Komunikazzjoni.

    (b)

    Psikomottivi:

    Veloċità tar-reazzjoni,

    Koordinazzjoni bil-mossi.

    (c)

    Imġiba u personalità

    Awtokontroll emozzjonali,

    Affidabbiltà tal-imġiba,

    Awtonomija,

    Kuxjenzożità.

    Jekk jitħalla barra kwalunkwe wieħed minn dawk l-elementi, id-deċiżjoni rispettiva għandha tiġi ġustifikata u ddokumentata minn psikologu.

    L-applikanti għandhom juru l-kundizzjoni psikoloġika xierqa tagħhom billi jgħaddu minn eżami mwettaq minn, jew taħt is-superviżjoni ta' psikologu jew tabib mediku, kif deċiż mill-Istat Membru.

    4.7.2.2.   Wara l-ħatra

    4.7.2.2.1.    Il-frekwenza ta' eżamijiet mediċi perjodiċi

    Għandu jitwettaq mill-inqas eżami mediku sistematiku wieħed:

    Kull 5 snin għall-persunal sal-età ta' 40 sena;

    Kull 3 snin għall-persunal fl-età ta' bejn 41 u 62 sena;

    Kull sena għall-persunal fl-età ta' 'l fuq minn 62 sena.

    Il-frekwenza miżjuda tal-eżami għandha tiġi stabbilita mit-tabib mediku jekk l-istat tas-saħħa tal-membru tal-persunal ikun jirrikjedi dan.

    4.7.2.2.2.    Kontenut minimu tal-eżami mediku perjodiku

    Jekk il-ħaddiem jikkonforma mal-kriterji meħtieġa fl-eżami, li jitwettaq qabel jibda jwettaq xogħlu, l-eżamijiet speċjalizzati perjodiċi għandhom jinkludu bħala minimu:

    Eżami mediku ġenerali;

    Eżami tal-funzjonijiet tas-sensi (vista, smigħ, perċezzjoni tal-kulur);

    Analiżi tal-awrina jew tad-demm għad-detezzjoni tad-diabetes mellitus u kundizzjonijiet oħrajn kif indikat mill-eżami kliniku;

    Skrinjar għall-abbuż tad-drogi, fejn ikun klinikament indikat.

    4.7.2.2.3.    Eżamijiet mediċi addizzjonali u/jew valutazzjonijiet psikoloġiċi

    Minbarra l-eżami mediku perjodiku, għandhom jitwettqu eżami mediku speċifiku u/jew valutazzjoni psikoloġika addizzjonali fejn ikun hemm motivazzjoni raġonevoli li tpoġġi fid-dubju l-kundizzjoni medika jew psikoloġika xierqa ta' membru tal-persunal jew suspett raġonevoli ta' użu ta' drogi jew alkoħol fuq il-limiti permessi. Dan ikun il-każ b'mod speċjali wara li jkun ġie kkawżat inċident jew aċċident minħabba żball uman min-naħa tal-individwu.

    L-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura għandhom idaħħlu fis-seħħ sistemi li jiżguraw li dawn l-eżamijiet u valutazzjonijiet addizzjonali jitwettqu kif xieraq.

    4.7.3.   Rekwiżiti mediċi

    4.7.3.1.   Rekwiżiti ġenerali

    Il-persunal ma għandux ikun ibati minn kundizzjonijiet mediċi jew jieħu trattament mediku li x'aktarx jikkawża:

    Telfien f'daqqa tas-sensi;

    Tnaqqis ta' attenzjoni jew ta' konċentrazzjoni;

    Inkapaċità f'daqqa;

    Telf ta' bilanċ jew ta' koordinazzjoni;

    Limitazzjoni sinifikanti tal-mobbiltà.

    Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-vista u tas-smigħ li ġejjin:

    4.7.3.2.   Rekwiżiti tal-vista

    Akutezza tal-vista mill-bogħod, bil-lenti jew mingħajr lenti: 0,8 (għajn tal-lemin + għajn tax-xellug — imkejla separatament); minimu ta' 0,3 għall-agħar għajn;

    Lentijiet korrettivi massimi: ipermetropija +5/mijopija – 8. It-tabib mediku jista' jippermetti valuri barra din il-firxa f'każijiet eċċezzjonali u wara li jkun talab l-opinjoni ta' speċjalista tal-għajnejn;

    Vista intermedja u mill-qrib: suffiċjenti kemm jekk bil-lenti kif ukoll mingħajr lenti;

    Il-lentijiet tal-kuntatt huma permessi;

    Vista tal-kulur normali: bl-użu ta' test rikonoxxut, bħal Ishihara, ikkompletat b'test rikonoxxut ieħor, jekk meħtieġ;

    Kamp tal-vista: normali (ebda preżenza ta' kwalunkwe anormalità li taffettwa l-kompitu li għandu jitwettaq);

    Vista għaż-żewġ għajnejn: effikaċi;

    Vista binokulari: effikaċi;

    Sensittività tal-kuntrast: tajba;

    Ebda preżenza ta' mard tal-għajnejn progressiv;

    Implants ta' lentijiet, keratotomiji u keratektomiji huma permessibbli biss bil-kundizzjoni li jiġu vverifikati fuq bażi annwali jew skont sett ta' frekwenza stabbilit mit-tabib mediku.

    4.7.3.3.   Rekwiżiti tas-smigħ

    Smigħ suffiċjenti kkonfermat bl-awdjogramma tat-ton, jiġifieri:

    Smigħ tajjeb biżżejjed sabiex tinżamm konverżazzjoni telefonika u sabiex persuna tkun tista' tisma' toni ta' twissija u messaġġi tar-radju

    Huwa permess li jintuża apparat tas-smigħ.

    4.8.   Informazzjoni addizzjonali dwar l-infrastruttura u l-vetturi

    4.8.1.   Infrastruttura

    Ir-rekwiżiti għall-punti ta' data relatata mal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tas-subsistema tal-operat u ġestjoni tat-traffiku, u li għandhom ikunu disponibbli għall-impriżi ferrovjarji permezz tar-RINF, huma speċifikati fl-Appendiċi D.

    Sakemm ir-RINF ikun komplut, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi din l-informazzjoni permezz ta' mezzi oħrajn mingħajr ħlas u kemm jista' jkun malajr u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum għall-ewwel sottomissjoni, sakemm l-impriża ferrovjarja ma taqbilx fuq skadenza itwal.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma lill-impriża ferrovjarja dwar il-bidliet fid-data relatata mal-infrastruttura permezz tar-RINF, kull meta tali informazzjoni ssir disponibbli jew permezz ta' mezzi oħrajn sakemm ir-RINF jippermetti tali funzjonalità. Il-maniġer tal-infrastruttura huwa responsabbli għall-korrettezza tad-data.

    Għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew informazzjoni f'ħin reali, mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi xierqa tal-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li titwassal informazzjoni immedjata lill-impriża ferrovjarja.

    4.8.2.   Vetturi ferrovjarji

    Il-punti ta' data li ġejjin relatati mal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu disponibbli għall-maniġers tal-infrastruttura:

    jekk il-vettura hijiex mibnija minn materjali li jistgħu jkunu perikolużi f'każ ta' aċċidenti jew nirien (pereżempju, asbestos); id-detentur huwa responsabbli għall-korrettezza tad-data;

    it-tul totali tal-vettura, inklużi buffers, jekk ikunu jeżistu; l-impriża ferrovjarja hija responsabbli għall-korrettezza tad-data.

    5.   KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ

    5.1.   Definizzjoni

    L-Artikolu 2.7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 jiddefinixxi l-“kostitwenti tal-interoperabbiltà”.

    5.2.   Lista ta' kostitwenti

    Fir-rigward tas-subsistema tal-operat u ġestjoni tat-traffiku, ma hemm ebda kostitwent tal-interoperabbiltà.

    6.   VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U/JEW TAL-ADEGWATEZZA GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI U VERIFIKA TAS-SUBSISTEMA

    6.1.   Kostitwenti tal-Interoperabbiltà

    Billi dan ir-Regolament sa issa ma jispeċifika ebda kostitwent tal-interoperabbiltà, ma huwa diskuss l-ebda arranġament ta' valutazzjoni.

    6.2.   Subsistema tal-Operat u Ġestjoni tat-Traffiku

    6.2.1.   Prinċipji

    Is-subsistema tal-operat u ġestjoni tat-traffiku hija subsistema funzjonali skont l-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

    Skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom juru konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom meta japplikaw għal ċertifikat tas-sikurezza ġdid jew emendat jew għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza ġdida jew emendata.

    Il-metodi komuni tas-sikurezza dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi komuni tas-sikurezza dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jirrikjedu li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistabbilixxu reġim ta' spezzjoni sabiex jissorveljaw u jimmonitorjaw il-konformità mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, inklużi t-TSIs kollha. Ta' min jinnota li l-ebda wieħed mill-elementi li jinsabu f'dan ir-Regolament ma jeħtieġ valutazzjoni separata minn Korp Innotifikat.

    Ir-rekwiżiti f'dan ir-Regolament li jirreferu għal subsistemi strutturali u li huma elenkati fl-interfaċċi (il-punt 4.3) jiġu vvalutati taħt it-TSIs strutturali rilevanti.

    7.   IMPLIMENTAZZJONI

    7.1.   Prinċipji

    Skont l-Artikoli 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament skont l-SMS tagħhom.

    7.2.   Każijiet speċifiċi

    7.2.1.   Introduzzjoni

    Id-dispożizzjonijiet speċjali li ġejjin huma permessi fil-każijiet speċifiċi ta' hawn taħt.

    Dawn il-każijiet speċifiċi jappartjenu għal żewġ kategoriji:

    (a)

    id-dispożizzjonijiet japplikaw jew b'mod permanenti (każ “P”), jew b'mod temporanju (każ “T”).

    (b)

    Fil-każijiet temporanji, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mas-subsistema rilevanti sal-2024 (każ “T1”).

    7.2.2.   Lista ta' każijiet speċifiċi

    7.2.2.1.   Każ speċifiku permanenti (P) l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja

    Għall-implimentazzjoni tal-punt 4.2.2.1.3.2, ferroviji li jitħaddmu biss fuq in-netwerk tal-gejġ ta' 1 520 mm tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja jistgħu jużaw is-sinjal fit-tarf ta' wara tal-ferrovija li ġej.

    Image 4

    Id-diska riflettiva għandu jkollha dijametru ta' 185 mm b'ċirku aħmar b'dijametru ta' 140 mm.

    7.2.2.2.   Każ speċifiku permanenti l-Irlanda u r-Renju Unit għall-Irlanda ta' Fuq

    Għall-implimentazzjoni tal-punt 4.2.2.1.3.2, il-ferroviji li jitħaddmu biss fuq in-netwerk tas-sistema ta' gejġ tal-linji ferrovjarji ta' 1 600 mm tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq għandhom jużaw 2 dwal ħomor stabbli bħala sinjal fit-tarf ta' wara tal-ferrovija.

    7.2.2.3.   Każ speċifiku temporanju (T1) l-Irlanda u r-Renju Unit

    Għall-implimentazzjoni tal-punt 4.2.3.2.1, l-Irlanda u r-Renju Unit qegħdin jużaw numru alfanumeriku fis-sistemi eżistenti. L-Istati Membri jistabbilixxu r-rekwiżiti u l-iskeda tal-ħin għat-tranżizzjoni minn numri alfanumeriċi tat-tħaddim tal-ferrovija għal numri numeriċi tat-tħaddim tal-ferrovija fis-sistema fil-mira.

    7.2.2.4.   Każ speċifiku permanenti (P) fil-Finlandja

    Għall-implimentazzjoni tal-punt 4.2.2.1.3.2 u l-implimentazzjoni tar-regola operattiva komuni 5 tal-Appendiċi B, il-Finlandja mhi qed tuża l-ebda apparat ta' sinjalazzjoni fit-tarf ta' wara għall-ferroviji tal-merkanzija. Il-mezzi li jindikaw is-sinjal fit-tarf ta' wara tal-ferrovija għall-ferroviji tal-merkanzija, kif iddikjarati fil-punt 4.2.2.1.3.2, huma aċċettati wkoll fil-Finlandja.


    (1)  Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

    (2)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 tas-16 ta' Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li jħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/880/UE (Ara paġna 312 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).

    (10)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

    (11)  Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).

    (12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

    (13)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

    (14)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi ta' sikurezza komuni dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).

    (15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad- 9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

    (16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja, (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

    Appendiċi A

    Prinċipji u regoli operattivi tal-ERTMS

    Ir-regoli operattivi għall-ERTMS/ETCS u l-ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-Dokument “Prinċipji u regoli operattivi tal-ERTMS – verżjoni 5” li nħarġu fid-9.4.2019 (1).


    (1)  Ippubblikati fuq is-sit web tal-ERA (www.era.europa.eu).

    Appendiċi B

    Prinċipji u regoli operattivi komuni

    B1.   Prinċipji operattivi fundamentali

    1.   Il-metodu tal-awtorizzazzjoni ta' moviment tal-ferrovija għandu jżomm intervall sikur bejn il-ferroviji.

    2.   Ferrovija għandha topera biss fuq porzjon tal-linja jekk il-kompożizzjoni tal-ferrovija tkun kompatibbli mal-infrastruttura.

    3.   Qabel ma ferrovija tibda jew tkompli l-vjaġġ tagħha, għandu jiġi żgurat li l-passiġġieri, il-persunal u l-merkanzija jinġarru mingħajr periklu.

    4.   Qabel ma ferrovija titħalla tibda jew tkompli l-moviment tagħha, hija għandu jkollha l-awtorizzazzjoni li tiċċaqlaq u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġu definiti l-kundizzjonijiet ta' dik l-awtorità.

    5.   Ferrovija ma għandiex tkun tista' tipproċedi fuq porzjon tal-binarji jekk ikun magħruf jew suspettat li ma jkunx sikur għall-ferrovija li tgħaddi sakemm jittieħdu l-miżuri sabiex il-ferrovija tkun tista' tkompli mingħajr periklu.

    6.   Ferrovija ma għandhiex tkompli topera wara li tkun instabet li mhijiex sikura fi kwalunkwe rigward, sakemm ikunu ttieħdu miżuri li jippermettu lill-ferrovija tkompli mingħajr periklu.

    B2.   Regoli operattivi komuni

    Fil-każ ta' operat degradat, għandhom jitqiesu wkoll l-arranġamenti ta' kontinġenza stabbiliti fil-punt 4.2.3.6.3.

    1.   TRAMMIL

    Jekk il-ferrovija tkun mgħammra b'tagħmir tat-trammil li jiġi attivat b'mod manwali, is-sewwieq għandu dejjem jitħalla japplika r-ramel, iżda għandu jevitah kull fejn possibbli:

    fiż-żona ta' punti u qsim,

    waqt l-ibbrejkjar f'veloċitajiet ta' inqas minn 20 km fis-siegħa,

    meta tkun wieqfa.

    L-eċċezzjonijiet għal dan huma:

    jekk ikun hemm riskju ta' SPAD - “Signal Passed At Danger” (riskju ta' sinjal injorat f'sitwazzjoni ta' periklu), jew inċident serju ieħor u l-applikazzjoni tar-ramel tassisti l-adeżjoni,

    meta tibda 'l bogħod,

    meta jkun meħtieġ li tittestja t-tagħmir tat-trammil fuq l-unità tat-trazzjoni.

    2.   IT-TLUQ TAL-FERROVIJA

    Fl-istazzjon tal-bidu jew wara waqfa skedata, is-sewwieq jitħalla jitlaq meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    wara li s-sewwieq ikun irċieva awtorizzazzjoni għall-moviment tal-ferrovija;

    wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-manutenzjoni tal-ferrovija;

    meta jsir il-ħin biex titlaq, ħlief meta jitħalla jibda qabel il-ħin skedat.

    3.   EBDA AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MOVIMENT TAL-FERROVIJA FIL-ĦIN MISTENNI

    Jekk is-sewwieq ma jkunx irċieva awtorizzazzjoni għall-moviment tal-ferrovija fil-ħin mistenni u ma jkollux informazzjoni dwar ir-raġuni, is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur.

    4.   ĦSARA SĦIĦA FID-DWAL TAT-TARF TA' QUDDIEM

    Jekk is-sewwieq ma jkunx jista' juri kwalunkwe dawl tat-tarf ta' quddiem:

    4.1.   Waqt viżibbiltà tajba

    Is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur dwar il-ħsara. Il-ferrovija għandha tipproċedi bil-veloċità massima permessa sal-eqreb post fejn ikun jista' jissewwa/jinbidel id-dawl tat-tarf ta' quddiem jew fejn tkun tista' tinbidel il-vettura affettwata. Meta jipproċedi, is-sewwieq għandu juża l-apparat ta' twissija akustika fuq il-ferrovija kif meħtieġ jew skont l-istruzzjonijiet mis-sinjalatur.

    4.2.   Waqt id-dlam jew viżibbiltà ħażina

    Is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur dwar il-ħsara. Sakemm ikun hemm dawl portabbli ta' quddiem li juri dawl abjad imwaħħal fuq in-naħa ta' quddiem tal-ferrovija, il-ferrovija għandha tipproċedi bil-veloċità massima permessa għal dik il-ħsara sal-eqreb post fejn ikun jista' jissewwa/jinbidel id-dawl tat-tarf ta' quddiem jew fejn tkun tista' tinbidel il-vettura affettwata.

    Jekk ma jkun disponibbli ebda dawl portabbli ta' quddiem, il-ferrovija ma għandhiex tipproċedi, sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet formali mis-sinjalatur sabiex din tkompli għaddejja sal-eqreb post xieraq fejn il-binarji jkunu jistgħu jiġu kklerjati.

    Meta jipproċedi, is-sewwieq għandu juża l-apparat ta' twissija akustika fuq il-ferrovija kif meħtieġ jew skont l-istruzzjonijiet mis-sinjalatur.

    5.   ĦSARA SĦIĦA TA' SINJAL FIT-TARF TA' WARA

    (1)

    Jekk is-sinjalatur isir jaf bil-ħsara sħiħa tas-sinjal fit-tarf ta' wara tal-ferrovija, is-sinjalatur għandu jagħmel l-arranġamenti sabiex iwaqqaf il-ferrovija f'post xieraq u jinforma lis-sewwieq.

    (2)

    Imbagħad, is-sewwieq għandu jivverifika l-kompletezza tal-ferrovija u, jekk ikun meħtieġ, isewwi/ibiddel is-sinjal fit-tarf ta' wara tal-ferrovija.

    (3)

    Is-sewwieq għandu jirrapporta lis-sinjalatur li l-ferrovija hija lesta biex tipproċedi. Inkella, jekk it-tiswija ma tkunx possibbli, il-ferrovija ma tkunx tista' tipproċedi, sakemm ma jsirux arranġamenti speċjali bejn is-sinjalatur u s-sewwieq.

    6.   ĦSARA FL-APPARAT TA' TWISSIJA AKUSTIKA TA' FERROVIJA

    Jekk l-apparat ta' twissija akustika ma jaħdimx, is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur dwar il-ħsara. F'każ ta' ħsara ta' apparat ta' twissija akustika, il-ferrovija ma għandhiex taqbeż il-veloċità permessa, u għandha tipproċedi sal-eqreb post fejn l-apparat ta' twissija akustika jkun jista' jissewwa jew fejn il-vettura affettwata tkun tista' tinbidel. Is-sewwieq għandu jkun ippreparat biex jieqaf qabel ma jgħaddi minn kwalunkwe livell ta' qsim fejn l-apparat ta' twissija akustika irid jissemma' u mbagħad jipproċedi fuq il-qsim invell biss meta ma jkunx hemm periklu li jagħmel dan. Jekk apparat ta' twissija akustika b'aktar minn ton wieħed ikun difettuż, iżda mill-inqas ton wieħed ikun qed jiffunzjona, il-ferrovija tista' tipproċedi b'mod normali.

    7.   ĦSARA FI' QSIM INVELL

    7.1.   Il-waqfien ta' ferroviji li jgħaddu minn fuq qsim invell difettuż

    Meta tkun instabet ħsara teknika li taffettwa s-sikurezza tal-ferroviji li jkunu qed jgħaddu minn fuq qsim invell u sakemm ma jkunx ġie rkuprat l-operat sikur, il-passaġġ normali tal-ferroviji fuq il-qsim invell għandu jiġi evitat.

    7.2.   Il-passaġġ tal-ferroviji fuq il-qsim invell difettuż (jekk ikun awtorizzat)

    (1)

    Meta n-natura tal-ħsara tippermetti li l-movimenti tal-ferroviji jkomplu, is-sewwieq ta' kull ferrovija għandu jkun awtorizzat sabiex ikompli u jgħaddi minn fuq il-qsim invell.

    (2)

    Wara li jingħata struzzjonijiet sabiex jgħaddi minn fuq il-qsim invell bi ħsara, is-sewwieq għandu jgħaddi minn fuq il-qsim invell skont l-istruzzjonijiet li jingħata. Jekk il-qsim invell jiġi ostakolat, is-sewwieq għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha possibbli sabiex jieqaf.

    (3)

    Meta jibda joqrob lejn il-qsim invell, is-sewwieq għandu juża l-apparat ta' twissija akustika meta jkun meħtieġ jew meta jingħataw struzzjonijiet formali mis-sinjalatur. Jekk il-qsim invell ma jkollu ebda ostakolu, is-sewwieq għandu jipproċedi u jaċċellera l-ferrovija hekk kif in-naħa ta' quddiem tal-ferrovija tkun qabżet il-qsim invell.

    8.   ĦSARA FIL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RADJU BIL-VUĊI

    8.1.   Ħsara fir-radju tal-ferrovija skoperta waqt it-tħejjija tal-ferrovija

    F'każ ta' ħsara fir-radju abbord, ferrovija ma għandhiex titħalla tibda servizz fuq il-binarji fejn ikun meħtieġ radju.

    8.2.   Ħsara fil-komunikazzjoni tar-radju bil-vuċi meta l-ferrovija tkun bdiet tintuża

    It-tipi kollha ta' ħsara

    Jekk is-sewwieq isir jaf li l-komunikazzjoni primarja tar-radju bil-vuċi għandha l-ħsara, is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur kemm jista' jkun malajr billi juża kwalunkwe mezz disponibbli.

    Is-sewwieq għandu mbagħad japplika l-istruzzjonijiet mogħtija mis-sinjalatur dwar il-moviment ulterjuri tal-ferrovija.

    Ħsara Abbord

    Ferrovija b'komunikazzjoni tar-radju bil-vuċi bil-ħsara tista':

    tkompli s-servizz tagħha jekk jiġi pprovdut mezz ta' komunikazzjoni ieħor bejn is-sewwieq tal-ferrovija u s-sinjalatur; jew

    tipproċedi lejn l-eqreb post fejn ikun jista' jissewwa r-radju jew fejn tkun tista' tinbidel il-vettura affettwata, jekk ma jiġix ipprovdut mezz ta' komunikazzjoni bil-vuċi bejn is-sewwieq u s-sinjalatur.

    9.   TĦADDIM B'MOD MANWALI SAFEJN TAGĦTI L-VISTA

    Meta sewwieq ikollu jħaddem il-ferrovija b'mod manwali sakemm tagħtih il-vista, is-sewwieq għandu:

    Jipproċedi b'attenzjoni, filwaqt li jikkontrolla l-veloċità u jikkunsidra l-viżibbiltà tal-binarju quddiemu, b'tali mod li jkun possibbli li jieqaf f'daqqa fi ħdan il-parti viżibbli libera għal kwalunkwe vettura, aspett ta' waqfien jew ostakolu li jinsab fuq l-infrastruttura; u

    Ma jaqbiżx il-veloċità massima għat-tħaddim b'mod manwali safejn tagħti l-vista.

    Dan ma japplikax għal ostakolu mhux mistenni li jidħol fiż-żona tal-binarji fid-distanza tal-waqfien.

    10.   ASSISTENZA LIL FERROVIJA BIL-ĦSARA

    (1)

    Jekk ferrovija tieqaf minħabba ħsara, is-sewwieq għandu jinforma minnufih lis-sinjalatur dwar il-ħsara u ċ-ċirkostanzi tal-ħsara.

    (2)

    Meta tkun meħtieġa ferrovija ta' assistenza, is-sewwieq u s-sinjalatur għandhom jaqblu, mill-inqas, fuq dawn li ġejjin:

    it-tip ta' ferrovija ta' assistenza meħtieġa

    jekk hijiex meħtieġa direzzjoni speċifika (quddiem jew wara)

    il-post fejn tkun tinsab il-ferrovija bil-ħsara.

    Wara li s-sewwieq ikun talab għall-assistenza, il-ferrovija ma għandhiex tiġi mċaqilqa minn postha, lanqas jekk id-difett ikun issewwa sakemm:

    tasal il-ferrovija ta' assistenza, jew

    is-sewwieq u s-sinjalatur ikunu qablu fuq arranġamenti alternattivi.

    (3)

    Is-sinjalatur ma għandux jippermetti lill-ferrovija ta' assistenza tidħol fis-sezzjoni okkupata mill-ferrovija bil-ħsara, sakemm ma jkunx irċieva konferma li l-ferrovija bil-ħsara ma għandhiex tiġi mċaqilqa.

    Meta l-ferrovija ta' assistenza tkun lesta biex tidħol fis-sezzjoni okkupata mill-ferrovija bil-ħsara, is-sinjalatur għandu jinforma lis-sewwieq tal-ferrovija ta' assistenza mill-inqas dwar dawn l-elementi li ġejjin:

    il-post fejn tinsab il-ferrovija bil-ħsara

    il-post fejn trid tittieħed il-ferrovija bil-ħsara

    (4)

    Is-sewwieq tal-ferrovija kkombinata għandu jiżgura li:

    il-ferrovija ta' assistenza hija akkoppjata mal-ferrovija bil-ħsara, u

    il-prestazzjoni tal-brejk tal-ferrovija tiġi vverifikata, filwaqt li, il-brejk awtomatiku, jekk ikun kompatibbli, ikun konness u jkun sar test tal-brejkijiet.

    (5)

    Meta l-ferrovija kkombinata tkun lesta biex tkompli, is-sewwieq fil-kontroll għandu jikkuntattja lis-sinjalatur u jinforma lis-sinjalatur bi kwalunkwe restrizzjoni u jċaqlaq il-ferrovija skont kwalunkwe struzzjoni mogħtija mis-sinjalatur.

    11.   AWTORIZZAZZJONI SABIEX JIĠI INJORAT SINJAL LI JURI ASPETT/INDIKAZZJONI TA' WAQFIEN

    Is-sewwieq tal-ferrovija kkonċernata għandu jkollu l-awtorizzazzjoni sabiex jinjora s-sinjal li juri aspett/indikazzjoni ta' waqfien.

    Meta jagħti l-awtorizzazzjoni, is-sinjalatur għandu jagħti lis-sewwieq kwalunkwe struzzjoni li tikkonċerna l-moviment.

    Is-sewwieq għandu japplika l-istruzzjonijiet u ma għandu jeċċedi l-ebda restrizzjoni tal-veloċità, fejn ikun hemm waħda imposta, sakemm jilħaq il-post minn fejn jista' jerġa' jibda l-operat normali.

    12.   ANOMALIJI FIS-SINJALAZZJONI MAL-ĠENB TAL-BINARJI

    Jekk tiġi osservata kwalunkwe waħda mill-anomaliji li ġejjin:

    ma jintwera ebda aspett ta' sinjal meta għandu jkun hemm wieħed;

    is-sinjal juri aspett irregolari;

    tiġi riċevuta sekwenza ta' aspett ta' sinjal irregolari waqt li wieħed joqrob lejn is-sinjal;

    l-aspett tas-sinjal ma jkunx viżibbli b'mod ċar.

    Is-sewwieq għandu jaġixxi skont l-aktar aspett restrittiv li jista' jiġi ppreżentat mis-sinjal.

    Fil-każijiet kollha, is-sewwieq għandu jirrapporta lis-sinjalatur l-aspett tas-sinjalazzjoni anormali malli dan jiġi osservat.

    13.   SEJĦA TA' EMERĠENZA

    Meta jirċievi sejħa ta' emerġenza, is-sewwieq għandu jassumi li hemm sitwazzjoni perikoluża u jwettaq l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jevita jew inaqqas l-effetti ta' din is-sitwazzjoni.

    Barra minn hekk, is-sewwieq għandu:

    inaqqas minnufih il-veloċità tal-ferrovija għall-veloċità xierqa għat-tħaddim b'mod manwali safejn tagħti l-vista; u

    iħaddem il-ferrovija b'mod manwali safejn tagħtih il-vista, sakemm ma jingħatax struzzjonijiet differenti mis-sinjalatur; u

    jobdi l-istruzzjonijiet mogħtija mis-sinjalatur.

    Is-sewwieqa li jkunu ġew ordnati biex jieqfu ma għandhomx jerġgħu jibdew mingħajr l-awtorizzazzjoni mis-sinjalatur. Sewwieqa oħrajn għandhom ikomplu jħaddmu l-ferrovija b'mod manwali safejn tagħtihom il-vista, sakemm is-sinjalatur jgħarrafhom li t-tħaddim b'mod manwali sakemm tagħti l-vista ma jkunx aktar neċessarju.

    14.   AZZJONIJIET IMMEDJATI GĦALL-PREVENZJONI TAL-PERIKLU GĦALL-FERROVIJI

    (1)

    Kwalunkwe membru tal-persunal tal-impriża ferrovjarja/maniġer tal-infrastruttura li jsir jaf b'periklu għall-ferroviji għandu jieħu azzjoni immedjata sabiex iwaqqaf kwalunkwe ferrovija li tista' tiġi affettwata u jieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa sabiex jevita ħsara jew telf.

    (2)

    Kwalunkwe sewwieq li jsir jaf b'periklu għall-ferrovija tiegħu għandu jieqaf u jwissi lis-sinjalatur minnufih dwar il-periklu.

    15.   ĦSARA FL-APPARAT ABBORD

    L-impriża ferrovjarja għandha tiddetermina l-każijiet li fihom ħsara ta' tagħmir abbord taffettwa t-tħaddim tal-ferrovija.

    L-impriża ferrovjarja għandha tagħti l-informazzjoni meħtieġa lis-sewwieq u/jew lill-ekwipaġġ tal-ferrovija dwar x'azzjoni għandha tittieħed fil-każ ta' ħsarat abbord li jaffettwaw it-tħaddim tal-ferrovija.

    Jekk is-sewwieq isir jaf bi ħsara ta' kwalunkwe tagħmir abbord li taffettwa t-tħaddim tal-ferrovija, is-sewwieq għandu:

    Jinforma lis-sinjalatur bis-sitwazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq il-ferrovija jekk il-ferrovija titħalla tkompli l-missjoni tagħha,

    Is-sewwieq ma għandux jibda jew jerġa' jibda l-missjoni qabel ma jingħata l-permess sabiex jagħmel hekk mis-sinjalatur,

    Jekk is-sinjalatur jagħti permess sabiex il-ferrovija tibda jew tkompli l-missjoni tagħha, is-sewwieq għandu jipproċedi skont ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-ferrovija,

    Jekk is-sinjalatur ma jagħtix permess sabiex il-ferrovija tibda jew terġa' tibda l-missjoni tagħha, is-sewwieq għandu jsegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mis-sinjalatur.

    16.   TMIEM TA' AWTORIZZAZZJONI MGĦODDI MINGĦAJR PERMESS

    Jekk is-sewwieq isir jaf li l-ferrovija għaddiet minn tmiem ta' awtorizzazzjoni mingħajr permess, is-sewwieq għandu jwaqqaf il-ferrovija minnufih.

    Jekk il-ferrovija titwaqqaf minn ATP/TPS, is-sewwieq għandu jieħu azzjoni sabiex jappoġġja l-brejk ta' emerġenza.

    Is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur.

    Jekk is-sinjalatur isir jaf li ferrovija għaddiet minn tmiem ta' awtorizzazzjoni mingħajr permess, is-sinjalatur għandu jieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa sabiex iwaqqaf il-ferrovija minnufih.

    Is-sewwieq u s-sinjalatur għandhom jieħdu kwalunkwe azzjoni neċessarja sabiex jipproteġu l-movimenti kollha.

    Meta l-ferrovija tkun tista' tkompli, is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur. Is-sinjalatur għandu jistabbilixxi jew jiċċekkja r-rotta sabiex il-ferrovija tkun tista' tkompli l-vjaġġ tagħha u għandu joħroġ l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa

    17.   ĦSARA FIT-TAGĦMIR TAL-ĠENB TAL-BINARJI, INKLUŻA S-SISTEMA KATENARJA

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddetermina jekk il-ħsara fit-tagħmir tal-ġenb tal-binarji (inkluża s-sistema katenarja) taffettwax l-operat sikur u/jew effettiv tal-ferroviji.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet meħtieġa lis-sewwieq rigward x'azzjoni għandu jieħu fil-każ ta' ħsara bħal din kif imsemmi f'dan ir-Regolament fil-punt 4.2.1.2.2.3.

    Jekk is-sewwieq isir jaf bi ħsara fi kwalunkwe tagħmir tal-ġenb tal-binarji (inkluża s-sistema katenarja) li taffettwa l-operat sikur u/jew effettiv tal-ferroviji, is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur bis-sitwazzjoni mill-aktar fis possibbli u jsegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mis-sinjalatur.

    Appendiċi C

    Metodoloġija tal-komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza

    C1.   Komunikazzjoni bil-fomm

    1.   Kamp ta' applikazzjoni u għan

    Dan l-Appendiċi jistabbilixxi r-regoli għall-komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza, bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija, prinċipalment is-sewwieq tal-ferrovija u s-sinjalatur, b'mod partikolari sabiex jiġu definiti l-istruttura, il-metodoloġija u l-kontenut tiegħu. Il-komunikazzjoni relatata mas-sikurezza għandha prijorità fuq kwalunkwe tip ieħor ta' komunikazzjoni.

    2.   Komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza

    2.1.   Struttura tal-komunikazzjoni

    It-trażmissjoni ta' messaġġi relatati mas-sikurezza għandha tkun qasira u ċara u, safejn ikun possibbli, mingħajr abbrevjazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li messaġġ jinftiehem u li tista' tittieħed l-azzjoni meħtieġa, min ikun qed jagħti l-messaġġ għandu jkopri mill-inqas il-punti li ġejjin:

    jindika l-pożizzjoni eżatta tagħhom.

    jiddikjara x'inhi l-funzjoni li qegħdin iwettqu u jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni li hija meħtieġa.

    Is-sewwieqa għandhom jidentifikaw lilhom infushom permezz tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija u l-pożizzjoni tagħhom.

    Is-sinjalaturi għandhom jidentifikaw lilhom infushom permezz taż-żona tal-kontroll jew tal-pożizzjoni tal-kaxxa tas-sinjali.

    2.2.   Metodoloġija tal-komunikazzjoni

    Min ikun qed jagħti l-messaġġ għandu:

    jiċċekkja li l-messaġġ ġie riċevut u ripetut lura kif meħtieġ. Billi l-messaġġi ta' emerġenza huma intiżi sabiex jagħtu struzzjonijiet operattivi urġenti li huma direttament marbuta mas-sikurezza tal-ferrovija, ir-ripetizzjoni ta' dawn il-messaġġi tista' titħalla barra.

    jekk meħtieġ, jikkoreġi żball li jkun sar fil-messaġġ.

    jekk meħtieġ, jgħarraf lill-persuna kif tista' tiġi kkuntattjata.

    Għall-komunikazzjoni bejn is-sinjalaturi u s-sewwieqa, hija r-responsabbiltà tas-sinjalaturi li jiżguraw li qegħdin jitkellmu mas-sewwieq fiż-żona ta' kontroll tagħhom. Dan huwa kritiku meta l-komunikazzjoni tkun qed isseħħ f'żoni fejn il-konfini tal-komunikazzjonijiet jikkoinċidu. Dan il-prinċipju għandu japplika anki wara interruzzjoni waqt it-trażmissjoni.

    2.3.   Kontenut ta' komunikazzjoni

    Il-messaġġi li ġejjin għandhom jintużaw għall-identifikazzjoni mill-partijiet differenti:

    mis-sinjalatur:

    Ferrovija … [numru tat-tħaddim]

    dan huwa … [żona ta' kontroll/pożizzjoni tal-kaxxa tas-sinjali]

    mis-sewwieq:

    din hija l-ferrovija … [numru tat-tħaddim] fi … [post]

    It-terminoloġija għandha tintuża fil-proċedura ta' komunikazzjoni mill-partijiet kollha:

    Sitwazzjoni

    Terminoloġija

    Terminu li jittrasferixxi l-opportunità li titkellem mal-parti opposta

    “Over”

    Terminu li jikkonferma li l-messaġġ li ntbagħat ġie riċevut

    “Riċevut”

    Terminu użat sabiex il-messaġġ jiġi ripetut f'każ ta' riċezzjoni ħażina jew nuqqas ta' ftehim

    “Irrepeti”

    Terminu użat sabiex jiġi aċċertat jekk il-messaġġ ripetut jaqbilx eżatt mal-messaġġ mibgħut

    “Korrett”

    Terminu użat sabiex jindika li l-messaġġ ripetut ma jaqbilx mal-messaġġ mibgħut

    “Żball (+ nerġa' nirrepeti)”

    Terminu użat sabiex il-parti l-oħra tinżamm tistenna meta jkun hemm waqfa temporanja fil-komunikazzjoni u l-konnessjoni ma taqax

    “Stenna”

    Terminu użat sabiex jintqal lill-parti l-oħra li l-komunikazzjoni tista' taqa', iżda tkun mistennija terġa' tibda aktar tard

    “Nerġa' nċempel”

    Terminu li jintuża sabiex jindika li l-messaġġ intemm

    “Out”

    It-terminoloġija standard għandha tintuża fil-proċedura ta' komunikazzjoni mill-partijiet kollha mingħajr traduzzjoni:

    Sitwazzjoni

    Terminoloġija standard

    Terminu li jintuża sabiex jindika li hemm sitwazzjoni ta' emerġenza

    “Mayday, mayday, mayday”

    Dan it-terminu ma għandux jiġi tradott u ma hemmx bżonn li jintuża f'każ li jkun hemm funzjonalità ta' sejħa ta' emerġenza disponibbli fuq il-ferrovija (eż. GSM-R).

    3.   Regoli dwar il-komunikazzjoni

    Bil-għan li l-komunikazzjoni relatata mas-sikurezza tinftiehem b'mod korrett, ikun xi jkun il-mezz ta' komunikazzjoni li jintuża, għandhom jintużaw ir-regoli li ġejjin:

    3.1.   L-Alfabett Fonetiku Internazzjonali

    Għandu jintuża l-Alfabett Fonetiku Internazzjonali:

    sabiex jiġu identifikati l-ittri tal-alfabett;

    sabiex jiġu spelluti kliem u ismijiet ta' postijiet li diffiċli jingħadu, jew li jistgħu jinftiehmu ħażin;

    meta tiġi kkwotata l-identità tas-sinjali jew tal-punti.

    A

    Alfa

    B

    Bravo

    C

    Charlie

    D

    Delta

    E

    Echo

    F

    Foxtrot

    G

    Golf

    H

    Hotel

    I

    India

    J

    Juliet

    K

    Kilo

    L

    Lima

    M

    Mike

    N

    November

    O

    Oscar

    P

    Papa

    Q

    Quebec

    R

    Romeo

    S

    Sierra

    T

    Tango

    U

    Uniform

    V

    Victor

    W

    Whisky

    X

    X-ray

    Y

    Yankee

    Z

    Zulu

    3.2.   Numri

    In-Numri għandhom jingħadu ċifra, ċifra:

     

    0 = Żero

     

    1 = Wieħed

     

    2 = Tnejn

     

    3 = Tlieta

     

    4 = Erbgħa

     

    5 = Ħamsa

     

    6 = Sitta

     

    7 = Sebgħa

     

    8 = Tmienja

     

    9 = Disgħa

    C2.   Struzzjonijiet operattivi

    1.   Introduzzjoni

    L-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jużaw l-istruzzjonijiet Ewropej fil-proċedura ta' komunikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

    (1)

    Permess sabiex jingħadda Tmiem ta' Awtorizzazzjoni - sinjal li juri aspett ta' waqfien/indikazzjoni ta' waqfien;

    (2)

    Permess sabiex tipproċedi wara vjaġġ (ETCS);

    (3)

    Obbligu li tibqa' wieqfa, obbligu li twettaq it-tmiem tal-missjoni (ETCS);

    (4)

    Revoka ta' struzzjoni operattiva;

    (5)

    Obbligu ta' tħaddim taħt restrizzjonijiet;

    (6)

    Obbligu ta' tħaddim b'mod manwali safejn tagħti l-vista;

    (7)

    Permess ta' startjar mill-Persunal Responsabbli (ETCS) wara t-tħejjija ta' moviment;

    (8)

    Permess li tgħaddi qsim invell difettuż;

    (9)

    Obbligu li taħdem b'restrizzjonijiet fil-provvista tal-enerġija;

    (10-20)

    RIŻERVATI

    In-numri 1 sa 20 huma riżervati għall-istruzzjonijiet Ewropej, in-numri 1-5 u 7 huma obbligatorji għall-ETCS. Jekk struzzjoni operattiva relatata mas-sistema tal-klassi B tkun teħtieġ aktar informazzjoni mill-istruzzjonijiet Ewropej, tista' minflok tintuża l-istruzzjoni nazzjonali. F'każ bħal dan, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddefinixxi dawn ir-rekwiżiti fl-istruzzjonijiet nazzjonali tiegħu. Jekk jiġu nnumerati, l-istruzzjonijiet nazzjonali definiti mill-maniġers tal-infrastruttura individwali għandhom jibdew minn 21 'il quddiem. L-istruzzjonijiet nazzjonali għandu jkun fihom mill-inqas l-istess kontenut bħal dak għal struzzjoni Ewropea.

    2.   Kontenut

    Struzzjoni operattiva għandha tiddikjara dawn li ġejjin bħala minimu:

    minn fejn inħarġet (il-post fejn jinsab is-sinjalatur),

    f'liema data nħarġet (mhux għal struzzjoni verbali),

    għal liema ferrovija/moviment ta' shunting tirreferi,

    struzzjonijiet ċari, preċiżi u mhux ambigwi,

    identifikazzjoni unika pprovduta mis-sinjalatur.

    Barra minn hekk, skont iċ-ċirkostanzi, struzzjoni operattiva tista' tiddikjara wkoll:

    fi x'ħin inħarġet,

    fejn jinsabu l-ferrovija/il-moviment ta' shunting, f'liema pożizzjoni japplikaw,

    l-ID tas-sewwieq tal-ferrovija;

    l-ID tal-emittent;

    verifika (firma jew konferma elettronika) li l-istruzzjoni ġiet riċevuta.

    Kwalunkwe struzzjoni operattiva li tkun inħarġet sabiex titniżżel bil-miktub tista' tiġi rrevokata biss permezz ta' struzzjoni Ewropea nru 4 li tirreferi espliċitament għall-identifikazzjoni unika tal-istruzzjoni li għandha tiġi rrevokata.

    3.   Twassil tal-istruzzjoni operattiva

    Struzzjoni Ewropea tinkludi informazzjoni mwassla elettronikament, verbalment, fiżikament fuq karta jew bħala istruzzjonijiet verbali li għandhom jinkitbu mis-sewwieq tal-ferrovija jew b'metodi ta' komunikazzjoni sikuri oħrajn bl-istess livell ta' informazzjoni.

    Fil-prinċipju, meta jkun meħtieġ li struzzjoni operattiva titniżżel bil-miktub mis-sewwieq tal-ferrovija, il-ferrovija għandha tkun wieqfa. L-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura kkonċernat jistgħu jwettqu b'mod konġunt valutazzjoni tar-riskju li tista', bħala riżultat, tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom huwa sikur li wieħed jiddevja minn dan il-prinċipju.

    Struzzjoni operattiva għandha tingħata kemm jista' jkun qrib iż-żona affettwata.

    Struzzjoni operattiva tieħu preċedenza fuq l-indikazzjonijiet relatati pprovduti minn sinjali mal-ġenb tal-binarji u/jew id-DMI. Meta tkun applikabbli veloċità permessa jew veloċità ta' rilaxx aktar baxxa mill-veloċità massima preskritta fl-istruzzjoni operattiva, għandha tiġi applikata l-aktar veloċità baxxa.

    Struzzjoni operattiva għandha tinħareġ biss mis-sinjalatur meta jkun ġie identifikat in-numru tat-tħaddim tal-ferrovija u, jekk ikun meħtieġ, il-post tal-ferrovija/tal-moviment ta' shunting. Qabel japplika l-istruzzjoni operattiva, is-sewwieq tal-ferrovija għandu jivverifika li din l-istruzzjoni operattiva tirreferi għall-ferrovija/għall-moviment ta' shunting tiegħu u għall-pożizzjoni attwali jew identifikata tiegħu.

    4.   Għarfien tal-istruzzjoni operattiva

    L-impriża ferrovjarja għandha tiddefinixxi proċedura sabiex tiżgura li s-sewwieq tal-ferrovija jkun konxju ta' struzzjoni operattiva sakemm il-ferrovija tkun laħqet il-post fejn għandha tiġi pproċessata.

    Meta ma jkunx meħtieġ li l-istruzzjoni operattiva titwettaq immedjatament wara li tingħata, għandu jkun possibbli għas-sewwieq tal-ferrovija li jirkupra l-istruzzjoni operattiva.

    5.   Monitoraġġ tal-istruzzjoni operattiva pproċessata

    Bħala parti mill-konformità mar-Regolament (UE) 2018/762 u mad-Direttiva (UE) 2016/798, il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja għandhom jissorveljaw il-proċessi tat-twassil u l-użu tal-istruzzjonijiet operattivi.

    6.   Struzzjonijiet Ewropej

    Kull qasam ta' informazzjoni inkluż fi struzzjoni Ewropea għandu jingħata l-identifikatur tiegħu stess.

    Filwaqt li għandhom jintużaw il-kontenut u l-identifikaturi, il-format innifsu huwa indikattiv.

    Jekk qasam speċifiku ma għandux jintuża fi Stat Membru jew fuq in-netwerk ta' maniġer tal-infrastruttura, ma hemm l-ebda obbligu li dan il-qasam jintwera fl-istruzzjoni Ewropea u ma għandu jiżdied ebda qasam.

    Image 5

    Image 6

    Image 7

    Image 8

    Image 9

    Image 10

    Image 11

    Image 12

    Image 13

    7.   Il-komunikazzjoni ta' struzzjoni operattiva

    It-terminoloġija għandha tintuża fil-proċedura ta' komunikazzjoni mill-partijiet kollha:

    Sitwazzjoni

    Terminoloġija

    Il-kanċellazzjoni ta' struzzjoni operattiva

    “Ikkanċella l-proċedura”

    Jekk il-messaġġ imbagħad ikun irid jitkompla, il-proċedura għandha tiġi ripetuta mill-bidu

    “Żball waqt it-trażmissjoni”

    Meta żball tat-trażmissjoni jiġi skopert mill-konsenjatur, dan għandu jitlob kanċellazzjoni

    “Żball (+ ipprepara forma ġdida)”

    Jew

    “Żball (+ nerġa' nirrepeti)”

    Żball waqt ir-ripetizzjoni

    “Żball (+ nerġa' nirrepeti)”

    Nuqqas ta' ftehim: jekk waħda mill-partijiet ma tifhimx messaġġ kompletament, il-messaġġ għandu jiġi ripetut

    “Irrepeti (+ tkellem bil-mod)”

    8.   Ktieb tal-Forom

    Il-maniġer tal-infrastruttura huwa responsabbli għat-tfassil tal-Ktieb tal-Forom u tal-forom infushom bil-lingwa operattiva tiegħu.

    Il-forom kollha li jridu jintużaw għandhom jiġu organizzati f'dokument jew mezz tal-kompjuter imsejjaħ il-Ktieb tal-Forom.

    Dan il-Ktieb tal-Forom għandu jintuża kemm mis-sewwieq kif ukoll mill-persunal li jawtorizza l-moviment tal-ferroviji. Il-Ktieb li jintuża mis-sewwieq u l-Ktieb li jintuża mill-persunal li jawtorizza l-moviment tal-ferroviji għandhom ikunu strutturati u nnumerati bl-istess mod.

    Il-Ktieb tal-Forom għandu jkun magħmul minn żewġ partijiet.

    L-ewwel parti tinkludi mill-inqas il-punti li ġejjin:

    indiċi ta' Forom ta' struzzjonijiet operattivi;

    lista ta' sitwazzjonijiet li għalihom tapplika kull forma;

    it-tabella li tinkludi l-alfabett fonetiku internazzjonali.

    It-tieni parti fiha l-forom infushom. Dawn għandhom jinġabru mill-impriża ferrovjarja u jingħataw lis-sewwieq.

    9.   Glossarju ta' Terminoloġija Ferrovjarja

    L-impriża ferrovjarja għandha tipproduċi glossarju ta' terminoloġija ferrovjarja għal kull netwerk li fuqu joperaw il-ferroviji tagħha. Hija għandha tipprovdi t-termini użati regolarment bil-lingwa magħżula mill-impriża ferrovjarja u bil-lingwa 'operattiva' tal-maniġer(s) tal-infrastruttura li fuq l-infrastruttura tagħhom topera l-impriża ferrovjarja.

    Appendiċi D

    Il-Kompatibbiltà tar-Rotot u l-Ktieb tar-Rotot

    D1   Parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferroviji fuq ir-rotta intiża għall-operat

    Nota:

    1.

    Billi ssegwi r-rekwiżiti ta' 4.2.2.5.1, l-impriża ferrovjarja tista' tkopri l-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot ta' ċerti parametri matul l-istadji preċedenti.

    2.

    Il-parametri kollha għandhom jiġu kkontrollati fil-livell tal-vettura: dan huwa indikat b'“X” fil-kolonna “Livell tal-vettura”. Uħud mill-parametri għandhom jiġu kkontrollati meta tinbidel il-kompożizzjoni tal-ferrovija, kif definit fit-taqsima 4.2.2.5; dawk il-parametri huma indikati b'“X” taħt il-kolonna “Livell tal-ferrovija”.

    3.

    Bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ittestjar, fir-rigward tal-parametri “Tagħbijiet tat-traffiku u l-kapaċità tal-ġarr tat-tagħbija tal-infrastruttura” u “Sistemi tad-detezzjoni tal-ferroviji”, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, permezz tar-RINF, jipprovdu l-lista ta' tipi ta' vetturi jew ta' vetturi li jkunu kompatibbli mar-rotta li għaliha tkun diġà ġiet ivverifikata l-kompatibbiltà tar-rotta, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli.

    Interfaċċa għall-kontroll tal-kompatibbiltà tar-rotot

    Informazzjoni dwar il-vettura (mill-ERATV, mill-fajl tekniku, jew minn kwalunkwe mezz xieraq ieħor ta' informazzjoni)

    Informazzjoni dwar ir-rotot disponibbli fir-Reġistru tal-Infrastruttura (RINF) jew ipprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura sakemm ir-RINF ikun komplut

    Livell tal-vettura

    Livell tal-ferrovija

    Proċedura għall-verifika tal-kompatibbiltà tal-vettura u tal-ferrovija fuq ir-rotta maħsuba għall-operat

    It-tagħbijiet tat-traffiku u l-kapaċità tal-ġarr tat-tagħbija tal-infrastruttura

    Tagħbijiet u mases statiċi fuq il-fus u mases tad-disinn u operattivi fil-każijiet ta' tagħbija li ġejjin:

    massa tad-disinn kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1302/2014

    f'ordni ta' tħaddim;

    taħt tagħbija utli normali;

    taħt tagħbija utli eċċezzjonali;

    Fejn rilevanti, il-massa operattiva skont EN 15663: 2017- A1 2018:

    f'ordni ta' tħaddim;

    taħt tagħbija utli normali.

    Il-veloċità massima skont id-disinn;

    It-tul tal-vettura;

    Il-pożizzjoni tal-fusien tul l-unità (spazjar tal-fusien).

    Kontroll tal-kompatibbiltà statika għall-Vaguni:

    Tagħbija utli permessibbli għal kategoriji ta' binarji differenti skont id-WAG TSI.

    1.1.1.1.2.4

    Kapaċità tat-tagħbija

    1.1.1.1.2.4.1

    Klassifikazzjoni nazzjonali għall-kapaċità tat-tagħbija

    1.1.1.1.2.4.2

    Il-konformità tal-istrutturi mal-Mudell tat-Tagħbija b'Veloċità Għolja (“High Speed Load Model” - HSLM)

    1.1.1.1.2.4.3

    Il-pożizzjoni ferrovjarja ta' strutturi li jeħtieġu kontrolli speċifiċi

    1.1.1.1.2.4.4

    Dokument(i) bil-proċedura/i għal kontrolli statiċi u dinamiċi tal-kompatibbiltà tar-rotot

    x

    x

    Il-kontrolli statiċi u dinamiċi tal-kompatibbiltà għall-vetturi u, fejn meħtieġ skont l-informazzjoni pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura, il-kontrolli ta' kompatibbiltà dinamika għall-ferroviji għandhom isiru skont il-proċedura/i jew l-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura permezz tar-RINF skont il-parametru 1.1.1.1.2.4.4.

    Għal vaguni tal-merkanzija:

    Il-kontroll tal-kompatibbiltà statika jitwettaq skont it-taqsimiet li ġejjin ta' EN 15528:2015: 4 sa 7, l-Anness A, l-Anness D jew, għan-netwerks tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq, ir-regoli nazzjonali rilevanti skont l-Artikolu 4.2.7.4 (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 (1).

    Wisa' bejn il-linji

    Gejġ tal-vettura:

    Profili ta' referenza li għalihom ġiet awtorizzata l-vettura;

    gejġijiet oħrajn ivvalutati.

    1.1.1.1.3.1.1

    wisa' bejn il-linji

    1.2.1.0.3.4

    wisa' bejn il-linji

    1.1.1.1.3.1.2

    Il-pożizzjoni ferrovjarja ta' punti partikolari li jeħtieġu kontrolli speċifiċi

    1.1.1.1.3.1.3

    Dokument bis-sezzjoni trasversali tal-punti partikolari li jeħtieġu kontrolli speċifiċi

    1.2.1.0.3.5

    Il-pożizzjoni ferrovjarja ta' punti partikolari li jeħtieġu kontrolli speċifiċi

    1.2.1.0.3.6

    Dokument bis-sezzjoni trasversali tal-punti partikolari li jeħtieġu kontrolli speċifiċi

    X

    X

    Tqabbil tal-profili ta' referenza ddikjarati bejn Vettura/Ferrovija u r-rotta maħsuba.

    Għall-każijiet speċifiċi msemmija fit-taqsima 7.3.2.2 tat-TSI 1302/2014 u fit-taqsimiet 7.7.17.2 u 7.7.17.9 tat-TSI 1299/2014, tista' tiġi applikata proċedura speċifika għall-kontroll tal-kompatibbiltà tar-rotot. Għal dan l-għan, il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti.

    Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jidentifika punti partikolari li jiddevjaw mill-profil ta' referenza ddikjarat fil-parametri tar-RINF: 1.1.1.1.3.1.1 u 1.2.1.0.3.4. Għal dawn il-każijiet, ir-RINF għandu jiġi aġġornat kif xieraq (parametri: 1.1.1.1.3.1.2, 1.1.1.1.3.1.3).

    Nota.

    Tista' tkun meħtieġa diskussjoni addizzjonali bejn il-Maniġer tal-Infrastruttura u l-Impriża Ferrovjarja għall-kontroll ta' dawn il-punti speċifiċi.

    Raġġ vertikali

    Minimu vertikali:

    kapaċità tar-raġġ tal-kurva konvessa

    kapaċità tar-raġġ tal-kurva konkava

    1.2.2.0.3.3

    Raġġ minimu tal-kurva vertikali (relatat mal-binarju żgħir sekondarju)

    X

     

    Tqabbil tar-raġġ minimu ddikjarat tal-kurva vertikali bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Sistemi tad-detezzjoni tal-ferroviji

    Tip ta' sistemi ta' detezzjoni tal-ferrovija li għalihom ġiet iddisinjata u vvalutata l-vettura

    1.1.1.3.7.1.1

    Tip ta' sistema ta' detezzjoni tal-ferrovija

    1.1.1.3.7.1.2

    Tip ta' ċirkwiti tal-binarji jew kuntjaturi tal-fusien li għalihom huma meħtieġa kontrolli speċifiċi.

    1.1.1.3.7.1.3

    Dokument bil-proċedura/i relatata/i mat-tip tas-sistemi tad-detezzjoni tal-ferroviji ddikjarati f'1.1.1.3.7.1.2

    Speċifiċi għan-netwerk ta' Franza:

    1.1.1.3.7.1.4

    Sezzjoni b'limitazzjoni tad-detezzjoni tal-ferrovija

    X

     

    Tqabbil tat-tip iddikjarat ta' sistema/i ta' detezzjoni tal-ferrovija bejn il-Vettura u r-rotta maħsuba.

    Nota.

    Mal-awtorizzazzjoni tal-vettura, abbażi tat-TSIs u r-regoli nazzjonali, tiġi vverifikata l-kompatibbiltà teknika bejn il-Vettura u s-sistema/i kollha ta' detezzjoni tal-ferrovija tan-netwerk(s) fiż-żona tal-użu.

    F'każijiet debitament ġustifikati (eż. problemi ta' nuqqas ta' detezzjoni tal-vettura li jidhru matul l-operat), it-testijiet u/jew il-kontrolli jistgħu jsiru wara l-awtorizzazzjoni tal-vettura, bl-involviment tal-Impriża Ferrovjarja u tal-Maniġer tal-Infrastruttura.

    Detezzjoni tal-kaxxa tal-fus sħuna

    Monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-bering tal-fus (detezzjoni tal-kaxxa tal-fusien sħuna)

    1.1.1.1.7.4

    Eżistenza ta' detezzjoni tal-kaxxa tal-fus sħuna mal-ġenb tal-binarji

    Speċifiku għan-netwerks ta' Franza, tal-Italja u tal-Iżvezja:

    1.1.1.1.7.5

    Detezzjoni tal-kaxxa tal-flus sħuna mal-ġenb tal-binarji konformi mat-TSI: (Iva/Le), Jekk Le:

    1.1.1.1.7.6

    Identifikazzjoni ta' detezzjoni tal-kaxxa tal-fus sħuna mal-ġenb tal-binarji;

    1.1.1.1.7.7

    Ġenerazzjoni ta' detezzjoni tal-kaxxa tal-fus sħuna mal-ġenb tal-binarji;

    1.1.1.1.7.8

    Il-pożizzjoni ferrovjarja ta' detezzjoni tal-kaxxa tal-fus sħuna mal-ġenb tal-binarji;

    1.1.1.1.7.9

    Id-direzzjoni tal-kejl tad-detezzjoni tal-kaxxa tal-fus sħuna mal-ġenb tal-binarji

    X

     

    Għal vettura eżistenti mhux konformi mat-TSI:

    Tqabbil tal-konformità ddikjarata mal-HABD tal-ġenb tal-binarji bejn il-vettura u r-rotta maħsuba, meta n-netwerk(s) taż-żona tal-użu jkun(u) magħmul(a) minn aktar minn “tip” wieħed ta' HABD tal-ġenb tal-binarji. Jekk in-netwerk(s) taż-żona tal-użu jkun(u) magħmul(a) minn tip wieħed biss ta' ditekter tal-kaxxa tal-fus sħuna mal-ġenb tal-binarji, ma jkun meħtieġ li jsir ebda kontroll tal-kompatibbiltà tar-rotot.

    Nota.

    Għal vettura konformi mat-TSI: Il-kompatibbiltà mal-ġnub tal-binarji għan-netwerks(s) ta' żona tal-użu tiġi vverifikata fil-fażi tal-awtorizzazzjoni. Kull speċifiċità tan-netwerk għandha tkun koperta minn każ speċifiku.

    Karatteristiċi tat-tħaddim

    Kombinament(i) ta' veloċità massima u insuffiċjenza massima tas-sopraelevazzjoni li għalihom ġiet awtorizzata l-vettura (pakkett operattiv li għalih ġiet ivvalutata l-vettura);

    Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja.

    1.1.1.1.4.2

    Insuffiċjenza tas-sopraelevazzjoni

    1.1.1.1.2.5

    Veloċità massima permessa

    1.1.1.1.4.3

    Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

    X

     

    Tqabbil tal-kombinament ta' veloċità massima, insuffiċjenza massima tas-sopraelevazzjoni u inklinazzjoni(jiet) tal-linja ferrovjarja, li għalihom ġiet ivvalutata l-Vettura, -mal-insuffiċjenza tas-sopraelevazzjoni, il-veloċità u l-inklinazzjoni(jiet) tal-linja ferrovjarja ddikjarati fir-RINF jew l-informazzjoni pprovduta mill-Maniġer tal-Infrastruttura.

    F'każ li l-karatteristiċi tal-vettura ma jaqblux mal-karatteristiċi tal-infrastruttura u jkun hemm riskju li l-kompatibbiltà bejn il-vettura u r-rotta tiġi kompromessa, il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu jipprovdi l-kombinament eżatt tal-veloċità u tal-insuffiċjenza tas-sopraelevazzjoni għall-punti speċifiċi li fihom il-kompatibbiltà tista' tiġi kompromessa fi żmien xahar, mingħajr ħlas u f'format elettroniku.

    Nota.

    Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi kkunsidrat mill-Impriża Ferrovjarja għat-tħejjija tal-ktieb tar-rotot. Jistgħu jiġu imposti kundizzjonijiet operattivi bħala riżultat ta' dan il-kontroll (eż. restrizzjoni tal-veloċità għal sezzjoni tal-linja).

    Sett ta' roti

    Gejġ tas-sett ta' roti

    1.1.1.1.4.1

    Gejġ tal-linji ferrovjarji nominali

    1.2.1.0.4.1

    Gejġ tal-linji ferrovjarji nominali

    X

     

    Tqabbil tal-gejġ tas-sett ta' roti mal-gejġ tal-linji ferrovjarji tar-rotta maħsuba.

    Sett ta' roti

    Dijametru minimu tar-rota waqt l-użu

    1.1.1.1.5.2

    Dijametru minimu tar-rota għal punt ta' qsim ottuż fiss

    X

     

    Tqabbil tad-dijametru minimu tar-rota bejn il-Vettura u r-rotta maħsuba.

    Sett ta' roti

    Tip ta' faċilitajiet ta' bidla li għalihom hija ddisinjata l-vettura

    1.2.0.0.0.5

    Pożizzjoni ġeografika tal-Punt Operattiv

    1.2.0.0.0.4.1

    Tip(i) ta' faċilità/faċilitajiet ta' bidla tal-gejġ tal-linji ferrovjarji

    X

     

    Tqabbil tat-tip(i) ta' faċilitajiet ta' bdil li għalihom hija ddisinjata l-vettura mat-tip(i) ta' faċilitajiet ta' bdil tal-gejġ tal-linji ferrovjarji tar-rotta maħsuba.

    Kurva minima

    Kapaċità tar-raġġ minimu tal-kurva orizzontali

    1.1.1.1.3.7

    Raġġ minimu tal-kurva orizzontali

    1.2.2.0.3.2

    Raġġ minimu tal-kurva orizzontali

    X

    X

    Tqabbil tar-raġġ minimu tal-kurva orizzontali bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Ibbrejkjar

    Ibbrejkjar f'każ ta' emerġenza u brejk massimu ta' servizz: Distanza tal-waqfien, Deċellerazzjoni massima, għall-kundizzjoni tat-tagħbija 'massa tad-disinn taħt tagħbija utli normali' fil-veloċità massima tad-disinn.

    Għall-operat ġenerali (*1), minbarra d-data ta' hawn fuq: perċentwal tal-piż ibbrejkjat (lambda)

    1.1.1.3.11.1

    Distanza massima tal-ibbrejkjar mitluba

    1.1.1.1.3.6

    Profil tal-gradjent

    1.1.1.1.2.5

    Veloċità massima permessa

    1.1.1.1.6.1

    Deċellerazzjoni massima tal-ferrovija

    1.1.1.3.11.2

    Id-disponibbiltà mill-maniġer tal-infrastruttura ta' informazzjoni addizzjonali msemmija fit-taqsima 4.2.2.6.2.(2) hija disponibbli jew le (Iva/Le)

    Jekk iva:

    1.1.1.3.11.3

    Referenza għad-dokument(i) li għandha tiġi indikata fir-RINF.

    X

    X

    Għal formazzjoni definita minn qabel (kif imsemmi fit-taqsima 2.2.1 tat-TSI 1302/2014):

    Tqabbil tad-distanza tal-waqfien iddikjarata u d-deċellerazzjoni massima tal-ferrovija bejn il-Vetturi Ferrovjarji u r-rotta maħsuba għal kull kundizzjoni ta' tagħbija għal kull veloċità massima tad-disinn.

    Għall-operat ġenerali  (*1) :

    Ebda proċedura speċifika issuġġerita, u għandha tiġi koperta mis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja.

    Ibbrejkjar

    Kapaċità termali:

    Każ ta' referenza ta' TSI;

    jekk ma jiġi indikat ebda każ ta' referenza, il-kapaċità termali tiġi espressa f'termini ta':

    Veloċità;

    Gradjent;

    Distanza;

    Żmien (jekk id-distanza ma tiġix indikata)

    1.1.1.1.3.6

    Profil tal-gradjent

    1.1.1.1.2.5

    Veloċità massima permessa

    X

     

    Tqabbil tal-każ ta' referenza tal-vettura mal-karatteristiċi tar-rotta maħsuba.

    Nota:

    Ir-RINF jew l-informazzjoni pprovduta mill-Maniġer tal-Infrastruttura, tindika l-post tal-bidla f'km, it-tul tal-gradjent jista' jiġi kkalkolat permezz tal-estrazzjoni ta' data.

    Ibbrejkjar

    Gradjent massimu li fuqu l-unità tinżamm wieqfa bil-brejk tal-ipparkjar biss (jekk il-vettura tkun mgħammra bih)

    1.1.1.1.3.6

    Profil tal-gradjent

    1.2.2.0.3.1

    Gradjent għall-binarji tal-istabling

    X

    X

    Tqabbil tal-profil tal-gradjent massimu ddikjarat bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Nota.

    Ir-riżultat tat-tqabbil għandu jiġi kkunsidrat mis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja (eż. l-użu ta' mezzi addizzjonali)

    Brejk manjetiku tal-binarji

    Il-possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk manjetiku (biss jekk il-vettura tkun mgħammra bi brejk manjetiku)

    1.1.1.1.6.3

    L-użu ta' brejkijiet manjetiċi

    1.1.1.1.6.5

    Dokument bil-kundizzjonijiet tal-użu tal-brejk manjetiku tal-binarji.

    X

     

    Verifika ta' jekk l-użu tal-brejk manjetiku tal-binarji huwiex permess fir-rotta maħsuba.

    Noti.

    Fejn ikun permess li jintuża brejk manjetiku, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu.

    Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi kkunsidrat mis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja (eż. il-prevenzjoni tal-użu ta' brejk manjetiku tal-binarji fis-sezzjoni tal-linja).

    Brejk tal-binarji b'eddy-current

    Il-possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk b'eddy-current (biss jekk il-vettura tkun mgħammra bi brejk b'eddy-current)

    1.1.1.1.6.2

    L-użu ta' brejkijiet b'eddy-current

    1.1.1.1.6.4

    Dokument bil-kundizzjonijiet tal-użu tal-brejk b'eddy-current.

    X

     

    Verifika ta' jekk l-użu tal-brejk tal-binarji b'eddy-current huwiex permess fir-rotta maħsuba.

    Noti.

    Fejn ikun permess li jintuża brejk tal-binarji b'eddy-current, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu.

    Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi kkunsidrat mis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja (eż. il-prevenzjoni tal-użu ta' brejk tal-binarji b'eddy-current fis-sezzjoni tal-linja).

    Kundizzjonijiet tat-temp

    Medda tat-temperatura

    1.1.1.1.2.6

    Medda tat-temperatura

    X

     

    Tqabbil tal-medda tat-temperatura ddikjarata bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Nota.

    Is-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja għandha tikkunsidra kwalunkwe restrizzjoni possibbli meta jkun hemm diverġenza fil-medda tat-temperatura mqabbla.

    Kundizzjonijiet tat-temp

    Kundizzjoni ta' borra u silġ

    1.1.1.1.2.8

    L-eżistenza ta' kundizzjonijiet klimatiċi estremi

    X

     

    Tqabbil tal-'Kundizzjoni ta' borra u silġ' iddikjarata tal-vettura (eż. S1) ma' 'L-eżistenza ta' kundizzjonijiet klimatiċi estremi' fir-rotta maħsuba.

    Nota.

    Is-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja għandha tikkunsidra kwalunkwe restrizzjoni possibbli. Diskussjoni bejn l-Impriża Ferrovjarja u l-Maniġer tal-Infrastruttura sabiex jiġu identifikati r-restrizzjonijiet possibbli.

    Vultaġġi u frekwenzi

    Sistema tal-provvista tal-enerġija:

    Vultaġġ u frekwenza nominali;

    Tip ta' sistema tal-linja ta' kuntatt

    Għal vettura eżistenti mhux konformi mat-TSI u maħsuba sabiex topera fil-linji speċifiċi msemmija fit-taqsima 7.4.2.2.1 tat-TSI ENE 1301/2014: Umax2.

    1.1.1.2.2.1.1

    Tip ta' sistema tal-linja ta' kuntatt

    1.1.1.2.2.1.2

    Sistema tal-provvista tal-enerġija (Vultaġġ u frekwenza)

    1.1.1.2.2.1.2.1

    Sistema ta' provvista tal-enerġija konformi mat-TSI

    Każijiet speċifiċi definiti fit-taqsima 7.4.2.2.1 tat-TSI ENE 1301/2014:

    1.1.1.2.2.1.3

    Umax2 għal-linji msemmija fit-taqsimiet 7.4.2.2.1 u 7.4.2.11.1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 (2).

    X

     

    Tqabbil tal-vultaġġ iddikjarat bejn il-vettura u r-rotta maħsuba tas-sistema tal-provvista tat-trazzjoni (vultaġġ u frekwenza nominali) u t-tip ta' sistema tal-linja ta' kuntatt.

    Brejk riġenerattiv

    Il-possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk riġenerattiv (biss jekk il-vettura tkun mgħammra bi brejk riġenerattiv)

    1.1.1.2.2.4

    Permess għal ibbrejkjar riġenerattiv

    X

     

    Verifika ta' jekk l-użu tal-brejk riġenerattiv huwiex permess fir-rotta maħsuba jew taħt kundizzjonijiet speċifiċi.

    Nota.

    Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi kkunsidrat mis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja (eż. il-prevenzjoni tal-użu ta' brejk riġenerattiv fis-sezzjoni tal-linja).

    Limitazzjoni tal-kurrent

    Unitajiet elettriċi mgħammra b'funzjoni ta' limitazzjoni tal-kurrent jew tal-potenza.

    1.1.1.2.5.1

    Limitazzjoni tal-kurrent jew tal-potenza abbord

    X

     

    Verifika ta' jekk ir-rotta maħsuba tirrikjedix li l-vettura tkun mgħammra b'limitazzjoni tal-kurrent jew tal-potenza.

    Nota.

    Il-Vetturi Ferrovjarji konformi mat-TSI b'potenza massima ogħla minn 2MW huma mgħammra b'limitazzjoni tal-kurrent jew tal-potenza.

    Pantografu

    Kurrent massimu f'waqfien għal kull pantografu għas-sistemi ta' DC li għalihom hija mgħammra l-vettura

    1.1.1.2.2.3

    Kurrent massimu f'waqfien għal kull pantografu

    1.2.2.0.6.1

    Kurrent massimu f'waqfien għal kull pantografu

    X

     

    Tqabbil tal-kurrent massimu ddikjarat f'waqfien għal kull pantografu għal kull waħda mis-sistemi ta' DC, bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Pantografu

    L-għoli tal-interazzjoni tal-pantografu mal-wajers ta' kuntatt (fuq nett tal-ferrovija) għal kull sistema ta' provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura

    1.1.1.2.2.5

    L-għoli massimu tal-wajers ta' kuntatt

    1.1.1.2.2.6

    L-għoli minimu tal-wajers ta' kuntatt

    X

     

    Tqabbil tal-għoli tal-interazzjoni tal-pantografu mal-wajers ta' kuntatt, għal kull sistema tal-provvista tal-enerġija, bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Pantografu

    Il-parti ta' fuq tal-pantografu għal kull sistema tal-provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura

    1.1.1.2.3.1

    Il-partijiet ta' fuq tal-pantografu konformi mat-TSI aċċettati

    1.1.1.2.3.2

    Il-partijiet ta' fuq tal-pantografu oħrajn aċċettati

    X

     

    Tqabbil tal-ġeometrija tal-parti ta' fuq tal-pantografu (inkluż il-qrun iżolat jew mhux iżolat għal 1 950 mm), għal kull sistema tal-provvista tal-enerġija, bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Pantografu

    Il-materjal tal-istrixxa ta' kuntatt tal-pantografu li l-vettura tista' tkun mgħammra biha għal kull sistema ta' provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura

    1.1.1.2.3.4

    Il-materjal tal-istrixxa ta' kuntatt permess

    X

     

    Tqabbil tal-materjal tal-istrixxa ta' kuntatt tal-pantografu, għal kull sistema tal-provvista tal-enerġija, bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Pantografu

    Kurva tal-forza ta' kuntatt medja

    1.1.1.2.5.2

    Forza ta' kuntatt permessa

    X

     

    Tqabbil tal-forza ta' kuntatt medja bejn il-vettura u r-rotta maħsuba:

     

    Għal vettura konformi mat-TSI maħsuba sabiex topera f'linja/i mhux konformi mat-TSI: tqabbil tal-forza ta' kuntatt medja bejn il-vettura u r-rotta maħsuba, għal kull vultaġġ.

     

    Għal vettura eżistenti mhux konformi mat-TSI: tqabbil tal-forza ta' kuntatt medja bejn il-vettura u r-rotta maħsuba, għal kull vultaġġ.

    Nota.

    Vettura konformi mat-TSI hija awtorizzata b'forza ta' kuntatt medja fil-limiti tal-valuri definiti fit-Tabella 6 ta' EN 50367:2012.

    Pantografu

    In-numru ta' pantografi f'kuntatt mal-linja ta' kuntatt fl-għoli (“overhead contact line” - OCL) (għal kull sistema tal-provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura);

    L-iqsar distanza bejn żewġ pantografi f'kuntatt mal-OCL (għal kull sistema ta' provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura; għal operat uniku u, jekk applikabbli, għal operat multiplu) (biss jekk in-numru ta' pantografi mgħollija jkun aktar minn 1);

    Tip ta' OCL użata għat-test tal-prestazzjoni tal-ġbir tal-kurrent (għal kull sistema ta' provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura) (biss jekk in-numru ta' pantografi mgħollija jkun aktar minn 1).

    1.1.1.2.3.3

    Ir-rekwiżiti għan-numru ta' pantografi mgħollija u l-ispazjar bejniethom, bil-veloċità indikata

    X

    X

    Għal formazzjoni definita minn qabel (kif imsemmi fit-taqsima 2.2.1 tat-TSI 1302/2014):

    Għal kull sistema ta' provvista tal-enerġija:

    Tqabbil tan-numru ta' pantografi tal-vettura f'kuntatt mal-OCL u r-rotta maħsuba;

    Tqabbil tal-iqsar distanza tal-vettura bejn żewġ pantografi f'kuntatt mal-OCL u r-rotta maħsuba.

    Għall-operat ġenerali  (*1) :

    Koperti mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet imposti mill-Maniġer tal-Infrastruttura, bħal fir-RINF jew informazzjoni pprovduta mill-Maniġer tal-Infrastruttura.

    Nota.

    Ir-riżultat tat-tqabbil, li jikkonċerna distanza minima bejn żewġ pantografi mgħollija, jista' jirriżulta f'restrizzjoni operattiva fuq il-vettura li għandha tiġi kkunsidrata mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-Impriża Ferrovjarja (eż. Unità Elettrika Multipla ta' żewġ pantografi mgħollija tiġi obbligata tbaxxi wieħed mill-pantografi).

    Pantografu

    Apparat ta' twaqqigħ awtomatiku (“Automatic dropping device” - ADD) installat (għal kull sistema tal-provvista tal-enerġija li għaliha hija mgħammra l-vettura)

    1.1.1.2.5.3

    Apparat ta' twaqqigħ awtomatiku meħtieġ

    X

     

    Verifika ta' jekk ir-rotta/rotot maħsuba jirrikjedux li l-vettura tkun mgħammra b'apparat ta' twaqqigħ awtomatiku.

    Speċifiċi għan-netwerk ta' Franza: Separazzjoni tal-fażijiet

    Id-distanza bejn il-kabina u l-pantografu għal unità riversibbli jew multipla

    1.1.1.2.4.3

    Distanza bejn il-bord tas-sinjalazzjoni u t-tarf tas-separazzjoni tal-fażijiet

     

    x

    Verifika dwar jekk il-pożizzjonament tal-bords tas-sinjalazzjoni li jidentifikaw il-post fejn is-sewwieq jista' jgħolli l-pantografi jew jaqtal-interrutturi taċ-ċirkwit mill-ġdid fuq ir-rotta/rotot maħsuba huwiex kompatibbli mad-distanza bejn il-kabina u l-pantografu għal unità riversibbli jew multipla.

    Fejn ikun hemm inkompatibbiltà, il-bord tas-sinjalazzjoni jrid jitneħħa u jitqiegħed bogħod biżżejjed biex jiġi żgurat li s-sewwieqa ma jgħollux il-pantografi kmieni wisq.

    Mina

    Kategorija tas-sikurezza kontra n-nirien

    1.1.1.1.8.10

    Kategorija tan-nar tal-vetturi ferrovjarji meħtieġa

    1.1.1.1.8.11

    Kategorija nazzjonali tan-nar tal-vetturi ferrovjarji meħtieġa

    1.2.1.0.5.7

    Kategorija tan-nar tal-vetturi ferrovjarji meħtieġa

    1.2.1.0.5.8

    Kategorija nazzjonali tan-nar tal-vetturi ferrovjarji meħtieġa

    1.2.2.0.5.7

    Kategorija tan-nar tal-vetturi ferrovjarji meħtieġa

    1.2.2.0.5.8

    Kategorija nazzjonali tan-nar tal-vetturi ferrovjarji meħtieġa

    X

     

    Tqabbil bejn il-kategorija tas-sikurezza kontra n-nirien tal-vettura u r-rotta maħsuba.

    it-tul tal-ferrovija

    Tul tal-ferrovija

    1.2.2.0.2.1

    It-tul użabbli tal-binarju żgħir sekondarju

    1.2.1.0.6.4

    It-tul użabbli tal-pjattaforma

    X

    X

    Għal formazzjoni fissa u definita minn qabel (kif imsemmi fit-taqsima 2.2.1 tat-TSI 1302/2014):

    Tqabbil tat-tul tal-unità/unitajiet (għal operat uniku jew għal operat multiplu) mat-tul(ijiet) 'tal-binarju żgħir sekondarju u tal-pjattaforma' tar-rotta maħsuba.

    Għall-operat ġenerali  (*1) :

    Verifika tat-tul tal-ferrovija komposta mat-tul 'tal-binarju żgħir sekondarju u tal-pjattaforma' tar-rotta maħsuba.

    Nota.

    Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi kkunsidrat mill-Impriża Ferrovjarja fis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tagħha. Jistgħu jiġu imposti kundizzjonijiet operattivi bħala riżultat ta' dan il-kontroll.

    L-għoli tal-pjattaforma u l-aċċess u l-ħruġ

    Għoli tal-pjattaforma li għalih hija ddisinjata l-vettura

    1.2.1.0.6.5

    L-għoli tal-pjattaforma

    X

     

    Tqabbil tal-għoli tal-pjattaforma bejn il-vettura u r-rotta maħsuba.

    Nota.

    Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi kkunsidrat mill-Impriża Ferrovjarja fis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza tagħha. Jistgħu jiġu imposti kundizzjonijiet operattivi bħala riżultat ta' dan il-kontroll.

    ETCS

    Kompatibbiltà tas-Sistema tal-ETCS

    1.1.1.3.2.9

    Kompatibbiltà tas-Sistema tal-ETCS

    X

     

    Il-valur tat-tqabbil tal-Kompatibbiltà tas-Sistema tal-ETCS fir-RINF huwa inkluż fl-awtorizzazzjoni tal-vettura.

    ETCS

    Integrità tal-Ferrovija

    1.1.1.3.2.8

    Konferma tal-integrità tal-ferrovija minn abbord meħtieġa għall-aċċess għall-binarju

    X

    X

    Tqabbil li l-vettura/ferrovija tista' tikkonferma l-integrità tal-ferrovija, jekk tkun meħtieġa mill-ġenb tal-binarji.

    GSM-R

    Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju bil-vuċi

    1.1.1.3.3.9

    Vuċi tal-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju

    X

     

    Il-valur tat-tqabbil tal-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju bil-vuċi fir-RINF huwa inkluż fl-awtorizzazzjoni tal-vettura.

    GSM-R

    Data tal-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju

    1.1.1.3.3.10

    Data tal-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju

    X

     

    Il-valur tat-tqabbil tad-data tal-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju fir-RINF huwa inkluż fl-awtorizzazzjoni tal-vettura.

    GSM-R

    SIM Card GSM-R Home Network

    1.1.1.3.3.5

    Netwerks ta' GSM-R koperti minn ftehim ta' roaming

    X

     

    Tqabbil li s-SIM Card GSM-R Home Network huwa fil-lista ta' netwerks ta' GSM-R bi ftehim ta' roaming għas-sezzjonijiet kollha fir-rotta. Dan għandu jsir għas-SIM Cards kollha fil-vettura (Vuċi u Data).

    GSM-R

    Sim card support tal-grupp ID 555

    1.1.1.3.3.4

    Użu tal-Grupp 555

    X

     

    Ivverifika li l-Grupp ID 555 jintuża mal-ġenb tal-binarji. Jekk dan ma jkunx ikkonfigurat abbord, għandhom jiġu stabbiliti minn qabel proċeduri operattivi alternattivi mal-Maniġer tal-Infrastruttura.

    Klassi B

    Sistema tal-protezzjoni tal-ferrovija diġà eżistenti tal-Klassi B

    1.1.1.3.5.3

    Sistemi tal-protezzjoni tal-ferrovija diġà eżistenti

    X

     

    Tqabbil tal-isem u l-verżjoni tas-sistema tal-protezzjoni tal-ferrovija diġà eżistenti tal-Klassi B.

    Klassi B

    Sistema tar-radju diġà eżistenti tal-Klassi B

    1.1.1.3.6.1

    Sistema tar-radju diġà eżistenti

    X

     

    Tqabbil tal-isem u l-verżjoni tas-sistema tar-radju diġà eżistenti tal-Klassi B.

    D2   Elementi li l-maniġer tal-infrastruttura jrid jipprovdi lill-impriża ferrovjarja għall-Ktieb tar-Rotot

    Numru

    Ktieb tar-Rotot

    1

    Informazzjoni ġenerika rigward il-maniġer tal-infrastruttura

    1.1

    Isem il-maniġer tal-infrastruttura

    2

    Mapep u Dijagrammi

    2.1

    Mappa: ħarsa ġenerali skematika li tinkludi

    2.1.1

    Sezzjonijiet tal-linja

    2.1.2

    Postijiet prinċipali (stazzjonijiet, btieħi, junctions, terminals tal-merkanzija)

    2.2

    Dijagramma tal-binarji

    2.2.1

    Indikazzjoni tal-binarji, punti ta' prevenzjoni/protezzjoni fiċ-ċirkwiti u aċċess għall-binarji żgħar sekondarji

    2.2.2

    Postijiet prinċipali (stazzjonijiet, btieħi, junctions, terminals tal-merkanzija) u l-pożizzjoni tagħhom relattiva għall-binarju

    2.2.3

    Il-post, it-tip u l-isem tas-sinjali fissi kollha rilevanti għall-ferroviji

    2.3

    Dijagrammi ta' Stazzjon/Bitħa/Depot

    2.3.1

    Isem tal-post

    2.3.2

    Tip ta' post (terminal tal-passiġġieri, terminal tal-merkanzija, bitħa, depot)

    2.3.3

    Il-post, it-tip u l-identifikazzjoni tas-sinjali fissi li jipproteġu l-punti ta' periklu

    2.3.4

    Identifikazzjoni u pjanta tal-binarji, inklużi l-punti ta' qlib

    2.3.5

    Identifikazzjoni tal-pjattaformi

    2.3.6

    It-tul tal-pjattaformi

    2.3.7

    L-għoli tal-pjattaformi

    2.3.8

    Kurvatura tal-pjattaformi

    2.3.9

    Identifikazzjoni taċ-ċirkwiti

    2.3.10

    Installazzjonijiet oħra

    3

    Informazzjoni dwar is-Segment Speċifiku tal-Binarju

    3.1

    Karatteristiċi ġenerali

    3.1.1

    Estremità tas-segment tal-binarju 1

    3.1.2

    Estremità tas-segment tal-binarju 2

    3.1.3

    Indikazzjonijiet mal-ġenb tal-binarji tad-distanza (frekwenza, dehra u pożizzjonament)

    3.1.4

    Veloċità massima permessibbli għal kull binarju, inklużi, jekk ikunu meħtieġa, veloċitajiet divrenzjali relatati ma' ċerti tipi ta' ferroviji

    3.1.5

    Kwalunkwe informazzjoni oħra li għandu jkun konxju tagħha s-sewwieq

    3.1.6

    Informazzjoni ġeografika speċifika meħtieġa fuq l-infrastruttura lokali

    3.1.7

    Mezzi ta' Komunikazzjoni maċ-ċentru ta' kontroll/ġestjoni tat-traffiku f'sitwazzjoni normali, degradata u ta' emerġenza

    3.2

    Karatteristiċi Tekniċi Speċifiċi

    3.2.1

    Perċentwal tal-gradjent

    3.2.2

    Pożizzjoni tal-gradjent

    3.2.3

    Mini: il-pożizzjoni, l-isem, it-tul, informazzjoni speċifika bħall-eżistenza ta' passaġġi u punti ta' ħruġ sikur, kif ukoll il-pożizzjoni ta' żoni sikuri fejn tista' sseħħ l-evakwazzjoni tal-passiġġieri; kategorizzazzjoni tas-sikurezza kontra n-nirien

    3.2.4

    Żoni fejn mhux permess il-waqfien: identifikazzjoni, il-post u t-tip

    3.2.5

    Riskji industrijali – postijiet fejn huwa perikoluż li s-sewwieq joħroġ

    3.2.6

    Postijiet ta' żoni deżinjati għall-ittestjar tat-tagħmir tat-trammil (jekk eżisteni)

    3.2.7

    It-tip ta' sistema ta' sinjalazzjoni u s-sistema operattiva korrispondenti (binarju doppju, binarju banalizzat, tħaddim fuq in-naħa tax-xellug jew tal-lemin, eċċ.)

    3.2.8

    It-tip ta' tagħmir tar-radju mill-art għall-ferrovija.

    3.3

    Subsistema tal-enerġija

    3.3.1

    Sistema tal-provvista tal-enerġija (vultaġġ u frekwenza)

    3.3.2

    Kurrent massimu tal-ferrovija

    3.3.3

    Restrizzjoni relatata mal-konsum tal-enerġija ta' unità/unitajiet ta' trazzjoni elettrika speċifika

    3.3.4

    Restrizzjoni relatata mal-pożizzjoni ta' unità/unitajiet ta' Trazzjoni Multipla sabiex tikkonforma mas-separazzjoni tal-linja ta' kuntatt (pożizzjoni tal-pantografu)

    3.3.5

    Il-pożizzjoni ta' sezzjonijiet newtrali

    3.3.6

    Il-post taż-żoni li għandhom jiġu mgħoddija b'pantografi mniżżla.

    3.3.7

    Kundizzjonijiet li japplikaw fir-rigward tal-ibbrejkjar riġenerattiv

    3.3.8

    Kurrent massimu f'waqfien għal kull pantografu

    3.4

    Subsistema Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

    3.4.1

    Ħtieġa għal aktar minn sistema waħda attivi simultanjament

    3.4.2

    Kundizzjonijiet speċjali għall-qlib bejn id-diversi tipi ta' sistemi ta' twissija, kontroll u protezzjoni tal-ferrovija tal-klassi B

    3.4.3

    Kundizzjonijiet tekniċi speċjali meħtieġa għall-qlib bejn sistemi ERTMS/ETCS u sistemi tal-Klassi B

    3.4.4

    Struzzjonijiet speċjali (post) għall-qlib bejn sistemi tar-radju differenti

    3.4.5

    Permess li jintuża brejk b'eddy-current

    3.4.6

    Permess li jintuża brejk manjetiku

    3.5

    Subsistema tal-Operat u Ġestjoni tat-Traffiku

    3.5.1

    Lingwa operattiva


    (*1)  Operat ġenerali: Unità hija ddisinjata għall-operat ġenerali meta l-unità tkun maħsuba li tiġi akkoppjata ma' unità/unitajiet oħra f'formazzjoni ta' ferrovija li mhijiex definita fl-istadju tad-disinn

    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179).

    Appendiċi E

    Livell tal-Lingwa u tal-Komunikazzjoni

    Il-kwalifika orali f'lingwa tista' tiġi subdiviża f'ħames livelli:

    Livell

    Deskrizzjoni

    5

    tista' tadatta l-mod kif titkellem ma' kwalunkwe interlokutur

    tista' tressaq opinjoni

    tista' tinnegozja

    tista' tipperswadi

    tista' tagħti notifiki

    4

    tista' tittratta sitwazzjonijiet totalment imprevedibbli

    tista' tagħmel suppożizzjonijiet

    tista' tesprimi opinjoni raġunata

    3

    tista' tittratta sitwazzjonijiet prattiċi li jinvolvu element imprevedibbli

    tista' tiddeskrivi

    tista' żżomm konverżazzjoni sempliċi għaddejja

    2

    tista' tittratta sitwazzjonijiet prattiċi sempliċi

    tista' tagħmel mistoqsijiet

    tista' twieġeb mistoqsijiet

    1

    tista' titkellem billi tuża sentenzi memorizzati

    Appendiċi F

    Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompiti assoċjati mal-“akkumpanjament tal-ferroviji”

    1.   Rekwiżiti ġenerali

    (a)

    Dan l-Appendiċi, li għandu jinqara flimkien mal-punti 4.6 u 4.7, huwa lista tal-elementi li għandhom jitqiesu li huma rilevanti għall-kompiti assoċjati mal-akkumpanjament ta' ferrovija fuq in-netwerk.

    (b)

    L-espressjoni “kwalifika professjonali”, meta titqies fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, tirreferi għal dawk l-elementi li huma importanti sabiex jiġi żgurat li l-persunal operattiv ikun imħarreġ u kapaċi jifhem u jwettaq il-kompiti.

    (c)

    Ir-regoli u l-proċeduri japplikaw għall-kompiti li jitwettqu u għall-persuna li twettaq il-kompiti. Dawn il-kompiti jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe persuna kkwalifikata awtorizzata, irrispettivament minn kwalunkwe isem, titolu tal-impjieg jew grad li jintuża fir-regoli jew il-proċeduri jew mill-kumpanija individwali.

    2.   Għarfien professjonali

    Kwalunkwe awtorizzazzjoni tirrikjedi li tgħaddi b'suċċess minn eżami inizjali u dispożizzjonijiet għal valutazzjoni u taħriġ kontinwi kif deskritti fil-punt 4.6.

    2.1.   Għarfien professjonali ġenerali

    (a)

    Prinċipji tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni, rilevanti għall-kompiti.

    (b)

    Rwoli u responsabbiltajiet tal-parteċipanti ewlenin involuti fl-operazzjonijiet.

    (c)

    Kundizzjonijiet ġenerali rilevanti għas-sikurezza tal-passiġġieri jew tal-merkanzija u tal-persuni fuq jew madwar il-binarju ferrovjarju.

    (d)

    Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

    (e)

    Prinċipji ġenerali tas-sigurtà tas-sistema ferrovjarja.

    (f)

    Is-sikurezza personali, inkluż meta wieħed ikun nieżel mill-ferrovija fuq il-pjattaforma.

    2.2.   Għarfien ta' proċeduri operattivi u sistemi tas-sikurezza rilevanti għall-kompiti

    (a)

    Proċeduri operattivi u regoli tas-sikurezza.

    (b)

    Aspetti rilevanti tas-sistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni.

    (c)

    Proċedura ta' messaġġi formalizzata, inkluż l-użu ta' tagħmir tal-komunikazzjoni.

    2.3.   Għarfien tal-vetturi ferrovjarji

    (a)

    Tagħmir intern tal-vetturi tal-passiġġieri.

    (b)

    Għarfien xieraq tal-kompiti kritiċi għas-sikurezza fir-rigward tal-proċeduri u l-interfaċċi għall-vetturi ferrovjarji.

    2.4.   Għarfien tar-rotta

    (a)

    Arranġamenti operattivi rilevanti (bħall-metodu tad-dispaċċ tal-ferrovija) f'postijiet individwali (tagħmir tal-istazzjon u sinjalazzjoni, eċċ.).

    (b)

    Stazzjonijiet li fihom il-passiġġieri jistgħu jinżlu minn jew jitilgħu fuq il-ferrovija.

    (c)

    Arranġamenti operattivi u ta' emerġenza lokali speċifiċi għall-binarju/i tar-rotta.

    2.5.   Għarfien dwar is-sikurezza tal-passiġġieri

    It-taħriġ dwar is-sikurezza tal-passiġġieri għandu jkopri mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:

    (a)

    Prinċipji għall-iżgurar tas-sikurezza tal-passiġġieri:

    Appoġġ lill-Passiġġieri b'Mobbiltà Mnaqqsa;

    Identifikazzjoni tal-perikli;

    Proċeduri applikabbli għall-aċċidenti li jinvolvu persuni;

    Avvenimenti ta' nirien u/jew duħħan;

    Evakwazzjoni tal-passiġġieri.

    (b)

    Prinċipji tal-komunikazzjoni:

    Identifika min jeħtieġ li jiġi kkuntattjat u ifhem il-metodi ta' komunikazzjoni, speċjalment mas-sinjalatur waqt inċident ta' evakwazzjoni;

    Identifika l-kawżi/s-sitwazzjonijiet u t-talbiet sabiex tibda l-komunikazzjoni

    Metodi ta' komunikazzjoni għall-għoti ta' informazzjoni lill-passiġġieri;

    Metodi ta' komunikazzjoni f'operat degradat/sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

    (c)

    Ħiliet komportamentali:

    Għarfien tas-sitwazzjoni;

    Kuxjenzjożità;

    Komunikazzjoni;

    Teħid ta' deċiżjonijiet u azzjoni.

    3.   Il-kapaċità li l-għarfien jitpoġġa fil-prattika

    Il-kapaċità li dan l-għarfien jiġi applikat f'sitwazzjonijiet normali, degradati u ta' emerġenza għandha teħtieġ li l-membri tal-persunal ikunu familjari għalkollox ma':

    Metodi u prinċipji għall-applikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri;

    Proċess għall-użu ta' tagħmir mal-ġenb tal-binarji u vetturi ferrovjarji, kif ukoll ta' kwalunkwe tagħmir speċifiku relatat mas-sikurezza;

    B'mod partikolari ma':

    (a)

    Kontrolli qabel it-tluq, inklużi testijiet tal-brejkijiet, jekk ikunu meħtieġa, u l-għeluq korrett tal-bibien.

    (b)

    Proċedura tat-tluq.

    (c)

    Operat degradat.

    (d)

    Valutazzjoni tal-potenzjal ta' difett fiż-żoni tal-passiġġieri u reazzjoni skont ir-regoli u l-proċeduri.

    (e)

    Miżuri ta' protezzjoni u twissija kif meħtieġa skont ir-regoli u r-regolamenti jew ta' assistenza lis-sewwieq.

    (f)

    Komunikazzjoni mal-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura meta tkun qed tingħata assistenza lis-sewwieq.

    (g)

    Rapport ta' kwalunkwe okkorrenzi mhux tas-soltu li jikkonċernaw l-operat tal-ferrovija, il-kundizzjoni tal-vetturi ferrovjarji u s-sikurezza tal-passiġġieri. Jekk ikun meħtieġ, dawn ir-rapporti għandhom isiru bil-miktub, bil-lingwa magħżula mill-impriża ferrovjarja.

    Appendiċi G

    Elementi minimi rilevanti għal kwalifika professjonali għall-kompitu ta' tħejjija tal-ferroviji

    1.   Rekwiżiti ġenerali

    (a)

    Dan l-Appendiċi, li għandu jinqara flimkien mal-punt 4.6, jagħti lista tal-elementi li għandhom jitqiesu li huma rilevanti għall-kompitu tat-tħejjija ta' ferroviji fuq in-netwerk.

    (b)

    L-espressjoni “kwalifika professjonali”, meta titqies fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, tirreferi għal dawk l-elementi li huma importanti sabiex jiżguraw li l-persunal operattiv ikun imħarreġ u kapaċi jifhem u jwettaq l-elementi tal-kompitu.

    (c)

    Japplikaw regoli u proċeduri għall-kompitu li jkun qed jitwettaq u għall-persuna li twettaq il-kompitu. Dawn il-kompiti jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe persuna kkwalifikata awtorizzata, irrispettivament minn kwalunkwe isem, titolu tal-impjieg jew grad li jintuża fir-regoli jew il-proċeduri jew mill-kumpanija individwali.

    2.   Għarfien professjonali

    Kwalunkwe awtorizzazzjoni tirrikjedi li tgħaddi b'suċċess minn eżami inizjali u dispożizzjonijiet għal valutazzjoni u taħriġ kontinwi kif deskritti fil-punt 4.6.

    2.1.   Għarfien professjonali ġenerali

    (a)

    Prinċipji tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni, rilevanti għall-kompitu.

    (b)

    Rwoli u responsabbiltajiet tal-parteċipanti ewlenin involuti fl-operazzjonijiet.

    (c)

    Kundizzjonijiet ġenerali rilevanti għas-sikurezza tal-passiġġieri u/jew tal-merkanzija, inkluż il-ġarr ta' oġġetti perikolużi u tagħbijiet eċċezzjonali.

    (d)

    L-apprezzament tal-perikli, speċjalment b'rabta mar-riskji involuti fl-operat ferrovjarju u fil-provvista tat-trazzjoni elettrika.

    (e)

    Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

    (f)

    Prinċipji ġenerali tas-sigurtà tas-sistema ferrovjarja.

    (g)

    Is-sikurezza personali fuq il-binarji ferrovjarji jew fil-viċinanza tagħhom.

    (h)

    Il-prinċipji tal-komunikazzjoni u proċedura ta' messaġġi formalizzata, inkluż l-użu ta' tagħmir tal-komunikazzjoni.

    2.2.   Għarfien tal-proċeduri operattivi u tas-sistemi tas-sikurezza rilevanti għall-kompitu

    (a)

    It-tħaddim tal-ferroviji f'sitwazzjonijiet normali, degradati u ta' emerġenza.

    (b)

    Proċeduri operattivi f'postijiet individwali (sinjalazzjoni, tagħmir fi stazzjon/depot/bitħa) u regoli dwar is-sikurezza.

    (c)

    Arranġamenti operattivi lokali.

    2.3.   Għarfien tat-tagħmir tal-ferrovija

    (a)

    L-għan u l-użu tat-tagħmir tal-vagun u tal-vettura.

    (b)

    Identifikazzjoni tal-ispezzjonijiet tekniċi u l-arranġamenti għalihom.

    (c)

    Għarfien xieraq tal-kompiti kritiċi għas-sikurezza fir-rigward tal-proċeduri u l-interfaċċi għall-vetturi ferrovjarji.

    3.   Il-kapaċità li l-għarfien jitpoġġa fil-prattika

    Il-kapaċità li dan l-għarfien jiġi applikat f'sitwazzjonijiet normali, degradati u ta' emerġenza għandha teħtieġ li l-membri tal-persunal ikunu familjari għalkollox ma':

    Metodi u prinċipji għall-applikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri;

    Proċess għall-użu ta' tagħmir mal-ġenb tal-binarji u vetturi ferrovjarji, kif ukoll ta' kwalunkwe tagħmir speċifiku relatat mas-sikurezza;

    B'mod partikolari:

    (a)

    Applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-ferrovija, tar-regoli dwar l-ibbrejkjar tal-ferrovija, tar-regoli dwar it-tagħbija tal-ferrovija, eċċ. sabiex jiġi żgurat li l-ferrovija qed taħdem sewwa.

    (b)

    Fehim tal-marki u t-tikketti fuq il-vetturi.

    (c)

    Proċess għad-determinazzjoni u d-disponibbiltà tad-data tal-ferrovija.

    (d)

    Komunikazzjoni mal-ekwipaġġ tal-ferrovija.

    (e)

    Komunikazzjoni mal-persunal responsabbli għall-kontroll tal-moviment tal-ferroviji.

    (f)

    Operat degradat, speċjalment minħabba li dan jaffettwa t-tħejjija tal-ferroviji.

    (g)

    Miżuri ta' protezzjoni u twissija meħtieġa skont ir-regoli u r-regolamenti jew l-arranġamenti lokali fil-post inkwistjoni.

    (h)

    Azzjonijiet li jridu jittieħdu fir-rigward ta' inċidenti li jinvolvu l-ġarr ta' oġġetti perikolużi (fejn rilevanti).

    Appendiċi H

    In-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar alfabetiku fuq il-bodi

    1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IN-NUMRU EWROPEW TAL-VETTURA

    In-numru Ewropew tal-Vettura (EVN) jiġi assenjat skont l-Appendiċi 6 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1614 (1).

    L-EVN għandu jinbidel skont il-punt 3.2.2.8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1614.

    L-EVN jista' jinbidel fuq talba tad-detentur skont il-punt 3.2.2.9 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1614.

    2.   ARRANĠAMENTI ĠENERALI GĦAL MARKI ESTERNI

    L-ittri kbar u l-figuri li jifformaw l-iskrizzjonijiet tal-immarkar għandu jkollhom għoli ta' mill-inqas 80 mm, b'tipa sans serif ta' kwalità korrispondenti. Għoli inqas jista' jintuża biss meta ma jkunx hemm għażla oħra ħlief li l-immarkar jitqiegħed fuq is-sole bars.

    L-immarkar ma jitqiegħedx ogħla minn 2 metri 'l fuq mil-livell tal-binarju.

    Id-detentur jista' jżid, b'ittri ta' daqs akbar min-Numru Ewropew tal-Vettura, immarkar bin-numri tiegħu (li ġeneralment ikun magħmul minn ċifri tan-numru tas-serje flimkien ma' kodiċi alfabetiku) utli fl-operat. L-għażla tal-post fejn jiġi mmarkat in-numru tiegħu titħalla għad-detentur, madankollu, għandu dejjem ikun possibbli li ssir distinzjoni faċli bejn in-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar tan-numru tad-detentur stess.

    3.   VAGUNI

    L-immarkar għandu jiġi skritt fuq il-bodi tal-vagun b'dan il-mod:

    23.

    TEN

    80

    D-RFC

    7369 553 -4

    Zcs

    31.

    TEN

    80

    D-DB

    0691 235 -2

    Tanoos

    33.

    TEN

    84

    NL-ACTS

    4796 100 -8

    Slpss

    Fejn fl-eżempji

     

    D u NL jirrappreżentaw l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kif stabbilit fil-parti 4 tal-Appendiċi 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2018/1614.

     

    RFC, DB u ACTS jirrappreżentaw l-immarkar tad-detentur kif stabbilit fil-parti 1 tal-Appendiċi 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2018/1614.

    Għall-vaguni li l-bodi tagħhom ma joffrix spazju kbir biżżejjed għal dan it-tip ta' arranġament, b'mod partikolari fil-każ ta' vaguni ċatti, l-immarkar għandu jkun imqassam hekk:

    01.87

    3320 644 -7

     

    TEN

    F-SNCF

    Ks

    Meta jinkitbu ittra tal-indiċi waħda jew aktar ta' sinifikat nazzjonali fuq vagun, dan l-immarkar nazzjonali għandu jintwera wara l-immarkar tal-ittri internazzjonali u jiġi separat minnu permezz ta' sing kif ġej:

    01.87

    3320 644 -7

     

    TEN

    F-SNCF

    Ks-xy

    4.   VAGUNI U VETTURI TAL-PASSIĠĠIERI RMUNKATI

    In-numru għandu jitwaħħal ma' kull ħajt tal-ġenb tal-vettura b'dan il-mod:

    F-SNCF

    61 87 20 - 72 021 – 7

     

    B10 tu

    L-immarkar tal-pajjiż li fih il-vettura ġiet irreġistrata u tal-karatteristiċi tekniċi jiġu stampati direttament quddiem, wara jew taħt it-tnax-il ċifra tan-numru tal-vettura.

    Fil-każ ta' vaguni bil-kabina tas-sewwieq, in-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll ġewwa l-kabina.

    5.   LOKOMOTTIVI, VETTURI ELETTRIĊI U VETTURI SPEĊJALI

    In-Numru Ewropew tal-Vettura għandu jiġi mmarkat fuq kull ħajt tal-ġenb tal-vetturi tat-trazzjoni b'dan il-mod:

    92 10 1108 062-6

    In-Numru Ewropew tal-Vettura jinkiteb ukoll ġewwa kull kabina tal-vetturi ferrovjarji tat-trazzjoni.

    6.   L-IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABBILTÀ

    “TEN”: Vettura li tingħata awtorizzazzjoni valida għal żona ta' użu li tkopri l-Istati Membri kollha.

    “PPV/PPW”: Vettura li tikkonforma ma' ftehim ta' PPV/PPW jew PGW (ġewwa l-Istati tal-OSJD). (oriġinali: PPV/PPW: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении); PGW: Правила Пользования Грузовыми Вагонами)

    Vetturi li jingħataw awtorizzazzjoni valida għal żona ta' użu li ma tkoprix l-Istati Membri kollha jeħtieġu immarkar li jindika l-Istati Membri li huma parti miż-żona ta' użu tal-vettura. Din il-marka għandha tkun skont waħda mit-tpinġijiet li ġejjin, fejn D tirrappreżenta l-Istat Membru li ta l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tirrappreżenta t-tieni SM awtorizzanti (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri huma kkodifikati f'konformità mal-parti 4 tal-Appendiċi 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2018/1614.

    Image 14


    (1)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta' Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53).

    Appendiċi I

    Lista ta' oqsma li għalihom jistgħu jkomplu japplikaw regoli nazzjonali skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/798

    1.   OQSMA GĦAL REGOLI NAZZJONALI

     

    Shunting

     

    Regoli tas-sinjalazzjoni

    Regoli relatati mal-użu operattiv tas-sistema ta' sinjalazzjoni nazzjonali

     

    Veloċitajiet massimi f'modalità degradata, inkluż it-tħaddim tal-ferrovija b'mod manwali safejn tagħti l-vista

     

    Tħaddim b'kawtela

     

    Regola operattiva lokali

    Relatata ma' kundizzjonijiet lokali speċifiċi fejn tista' tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali - din hija limitata għar-rekwiżiti li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament

     

    Operat waqt xogħlijiet

     

    Operat sikur tal-ferrovija tat-test

     

    Il-viżibbiltà tal-ferrovija – It-tarf ta' quddiem (ara 4.2.2.1.2)

    Vetturi eżistenti mhux konformi mat-TSI

     

    L-immaniġġjar ta' sitwazzjoni ta' emerġenza u r-reazzjonijiet f'każ ta' emerġenza (ara l-punt 4.2.3.7)

    Rwol tal-awtoritajiet lokali/nazzjonali u tas-servizzi ta' emerġenza

    Notifika ta' aċċidenti u inċidenti: struzzjonijiet nazzjonali dwar il-modalitajiet għan-notifiki lill-awtoritajiet

     

    Terminoloġija tal-komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza (ara l-Appendiċi C)

    Struzzjonijiet operattivi nazzjonali

     

    Rekwiżiti dwar l-għarfien tar-rotot skont it-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva 2007/59/KE (Id-Direttiva dwar is-Sewwieqa tal-Ferroviji)

    2.   LISTA TA' PUNTI MHUX KONKLUŻI

     

    Trasport eċċezzjonali

     

    Skeda tal-ħinijiet (ara 4.2.1.2.3)

    Informazzjoni addizzjonali

     

    Reġistrazzjoni tad-data ta' superviżjoni barra l-ferrovija (ara 4.2.3.5.1)

    Informazzjoni addizzjonali

     

    Reġistrazzjoni tad-data ta' superviżjoni abbord il-ferrovija (ara 4.2.3.5.2)

    Informazzjoni addizzjonali

     

    Kompetenzi professjonali (ara l-punt 4.6)

    Persunal b'kompiti kritiċi għas-sikurezza, għajr is-sewwieqa tal-ferroviji;

    Informazzjoni addizzjonali għall-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi għas-sikurezza assoċjati mal-akkumpanjament ta' ferrovija, għajr is-sewwieq tal-ferrovija;

    Informazzjoni addizzjonali għall-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi għas-sikurezza assoċjati mal-aħħar tħejjija ta' ferrovija qabel ma din tkun skedata li taqsam fruntiera u taħdem lil hinn minn kwalunkwe post(ijiet) deżinjat(i) bħala l-“fruntiera” fid-dikjarazzjoni tan-netwerk ta' maniġer tal-infrastruttura inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tiegħu.

     

    Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza (ara l-punt 4.7)

    Persunal b'kompiti kritiċi għas-sikurezza, għajr is-sewwieqa tal-ferroviji;

    Informazzjoni addizzjonali għall-persunal li jwettaq il-kompiti kritiċi għas-sikurezza assoċjati mal-akkumpanjament ta' ferrovija, għajr is-sewwieq tal-ferrovija;

    Limiti tal-alkoħol (ara 4.7.1).

     

    Prinċipji u regoli operattivi komuni (Ara 4.4 u l-Appendiċi B)

    Trammil – tagħmir awtomatiku tat-trammil u rapport f'każ ta' użu tat-tagħmir tat-trammil;

    Ħsara fuq il-qsim invell – informazzjoni addizzjonali;

     

    Terminoloġija tal-komunikazzjonijiet relatati mas-sikurezza (ara l-Appendiċi C)

    Termini addizzjonali

     

    Operat f'mini twal (ara 4.3.5)

    Informazzjoni addizzjonali

    Appendiċi J

    Glossarju

    Id-definizzjonijiet f'dan il-glossarju jirreferu għall-użu tat-termini f'dan ir-Regolament.

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandha tapplika d-definizzjoni fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u fil-punt 2.2 tat-TSI Lokomottivi u Vetturi Ferrovjarji tal-Passiġġieri.

    Terminu

    Definizzjoni

    Aċċident

    Kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    Awtorizzazzjoni tal-movimenti tal-ferroviji

    L-operat ta' tagħmir f'ċentri tas-sinjalazzjoni, kmamar tal-kontroll tal-provvista tal-kurrent elettriku tat-trazzjoni u ċentri tal-kontroll tat-traffiku, li jippermetti l-moviment tal-ferroviji. Dan ma jinkludix dawk il-membri tal-persunal impjegati mill-impriża ferrovjarja li huma responsabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi bħall-ekwipaġġ tal-ferrovija u l-vetturi ferrovjarji.

    Kompetenza

    Il-kwalifika u l-esperjenza meħtieġa sabiex jitwettaq b'mod sikur u affidabbli l-kompitu li jkun qed isir. L-esperjenza tista' tinkiseb bħala parti mill-proċess ta' taħriġ.

    Oġġetti perikolużi

    Kif koperti mid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1)

    Operat degradat

    Operat li jirriżulta minn avveniment mhux ippjanat li jimpedixxi l-għoti normali ta' servizzi ferrovjarji.

    Dispaċċ

    Ara Dispaċċ ferrovjarju

    Sewwieq

    Kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/59/KE.

    Sejħa ta' emerġenza

    Sejħa stabbilita f'xi sitwazzjonijiet perikolużi sabiex twissi lill-ferroviji kollha/il-movimenti ta' shunting f'żona definita.

    Tmiem ta' awtorizzazzjoni mgħoddi mingħajr permess

    Tmiem ta' awtorizzazzjoni mgħoddi mingħajr permess fi kwalunkwe okkażjoni meta ferrovija tipproċedi lil hinn mit-tmiem tal-awtorizzazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    Sinjal mal-ġenb tal-binarji fil-periklu, jew ordni ta' WAQFIEN meta ATP ma taħdimx,

    It-tmiem ta' awtorizzazzjoni tal-moviment ipprovdut f'ATP,

    Punt ikkomunikat permezz ta' awtorizzazzjoni verbali jew bil-miktub stipulata fir-regolamenti,

    Tabelli b'avviż ta' waqfien,

    Sinjali bl-idejn.

    Dan ikopri l-awtorizzazzjoni tal-moviment kif deskritta fl-ETCS u l-awtorizzazzjoni li tiċċaqlaq koperta mill-istruzzjonijiet/mis-sinjalazzjoni.

    Kwalunkwe każ fejn ma tkunx inkluża vettura b'ebda unità ta' trazzjoni mwaħħla jew ferrovija miexja weħidha tibqa' għaddejja.

    Struzzjoni Ewropea

    Struzzjoni operattiva armonizzata li tagħti kontenut simili lis-sewwieqa tal-ferroviji fl-Unjoni Ewropea sabiex ikunu jistgħu jwieġbu b'mod simili għal sitwazzjoni simili.

    Evakwazzjoni

    L-evakwazzjoni ta' ferrovija hija meta l-passiġġieri kollha jingħataw struzzjonijiet sabiex jinżlu minn fuq il-ferrovija u jmorru fl-infrastruttura taħt is-superviżjoni tal-persunal abbord. Il-membri tal-persunal abbord ikunu qablu mas-sinjalatur jew ma' persunal responsabbli ieħor tal-maniġer tal-infrastruttura, li huwa sikur li jsir dan.

    Trasport eċċezzjonali

    Vettura u/jew it-tagħbija li tinġarr li, minħabba l-kostruzzjoni/id-disinn, id-dimensjonijiet jew il-piż, ma tissodisfax il-parametri tar-rotta u tkun teħtieġ awtorizzazzjoni speċjali għall-moviment u tista' tkun teħtieġ kundizzjonijiet speċjali fuq il-vjaġġ kollu jew parti minnu.

    Il-Kundizzjonijiet tas-Saħħa u s-Sikurezza

    Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, dan jirreferi biss għall-kwalifiki mediċi u psikoloġiċi meħtieġa sabiex jitħaddmu l-elementi rilevanti tas-subsistema.

    Kaxxa tal-fus sħuna

    Kaxxa tal-fus u bering li jkunu qabżu t-temperatura operattiva massima tad-disinn.

    Inċident

    Kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    Tul tal-ferrovija

    It-tul totali tal-vetturi kollha fuq il-buffers, inklużi l-lokomottivi

    Ċirkwit

    Binarju, konness mal-binarju prinċipali, li jintuża għall-passaġġ, għall-punt ta' qsim u għal stabling.

    Struzzjoni nazzjonali

    Struzzjoni definita fil-livell nazzjonali jew minn maniġer tal-infrastruttura li tkopri sitwazzjonijiet speċifiċi għal sistema tal-Klassi B jew it-tranżizzjoni bejn is-sistemi tal-klassi A u tal-klassi B.

    Lingwa Operattiva

    Il-lingwa jew il-lingwi użati fl-operat ta' kuljum mill-maniġer tal-infrastruttura u ppubblikati fid-Dikjarazzjoni tan-Netwerk tiegħu, għall-komunikazzjoni ta' messaġġi operattivi jew relatati mas-sikurezza bejn il-persunal tal-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja.

    Struzzjoni operattiva

    Informazzjoni formali skambjata bejn is-sinjalatur u s-sewwieq tal-ferrovija sabiex jiġi żgurat/ikompli l-operat ferrovjarju f'sitwazzjonijiet speċifiċi. L-istruzzjoni operattiva teżisti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew.

    Passiġġier

    Persuna (minbarra impjegat b'doveri speċifiċi fuq il-ferrovija) li tivvjaġġa bil-ferrovija jew fuq proprjetà ferrovjarja qabel jew wara vjaġġ bil-ferrovija.

    Monitoraġġ tal-prestazzjoni

    L-osservazzjoni sistematika u r-reġistrazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz ferrovjarju u tal-infrastruttura bl-għan li jsir titjib fil-prestazzjoni tat-tnejn.

    Kwalifikazzjoni

    L-adegwatezza fiżika u psikoloġika għall-kompitu, flimkien mal-għarfien meħtieġ.

    Ħin reali

    Il-kapaċità li tiġi skambjata jew ipproċessata l-informazzjoni dwar avvenimenti speċifikati (bħall-wasla fi stazzjon, il-passaġġ minn stazzjon jew it-tluq minn stazzjon) fuq il-vjaġġi tal-ferroviji hekk kif iseħħu.

    Punt ta' rappurtaġġ

    Punt fuq l-iskeda ferrovjarja meta jkun meħtieġ ir-rappurtaġġ tal-ħin tal-wasla, tat-tluq jew tal-passaġġ.

    Rotta

    Is-sezzjoni jew is-sezzjonijiet partikolari tal-binarju

    Kompitu kritiku għas-sikurezza

    Kompitu mwettaq mill-membri tal-persunal meta jikkontrollaw jew jaffettwaw il-moviment ta' ferrovija, li jista' jaffettwa s-sikurezza ferrovjarja.

    Waqfa skedata

    Waqfa ppjanata għal raġunijiet kummerċjali jew operattivi.

    Binarju żgħir sekondarju

    Kwalunkwe binarju/i fi ħdan punt operattiv li ma jintużax għal rotot operattivi ta' ferrovija.

    Sinjalatur

    Persuna responsabbli mill-issettjar tar-rotta tal-movimenti tal-ferroviji/ta' shunting u tal-ħruġ ta' struzzjonijiet lis-sewwieqa.

    Persunal

    Impjegati li jaħdmu għal impriża ferrovjarja jew maniġer tal-infrastruttura, jew il-kuntratturi tagħhom, li jwettqu kompiti kif speċifikati f'dan ir-Regolament.

    Aspett ta' waqfien

    Kwalunkwe aspett ta' sinjal li ma jippermettix lis-sewwieq jinjora s-sinjal.

    Punt ta' waqfien

    Post identifikat fl-iskeda ta' ferrovija fejn il-ferrovija tkun ippjanata li tieqaf, ġeneralment sabiex twettaq attività speċifika, pereżempju sabiex tippermetti lill-passiġġieri jitilgħu fuq il-ferrovija jew inkella jinżlu minn fuqha.

    Skeda tal-ħinijiet

    Dokument jew sistema li jagħtu dettalji ta' skeda tal-ferrovija/i fuq rotta partikolari.

    Punt taż-żamma tal-ħin

    Post identifikat fl-iskeda ta' ferrovija fejn jiġi identifikat ħin speċifiku. Dan il-ħin jista' jkun il-ħin tal-wasla, il-ħin tat-tluq jew, fil-każ ta' ferrovija mhux skedata li tieqaf f'dak il-post, il-ħin tal-passaġġ.

    Unità tat-trazzjoni

    Vettura elettrika li kapaċi ssuq lilha nnifisha u vetturi oħrajn li magħhom tista' tkun akkoppjata.

    Ferrovija

    Ferrovija hija definita bħala unità/unitajiet tat-trazzjoni b'vetturi ferrovjarji akkoppjati jew mingħajrhom, b'data ferrovjarja disponibbli, li topera bejn żewġ punti definiti jew aktar.

    Dispaċċ tal-ferrovija

    L-indikazzjoni lill-persuna li ssuq il-ferrovija li l-attivitajiet kollha tal-istazzjon jew tad-depot huma kompluti u li, safejn huma kkonċernati l-membri tal-persunal responsabbli, tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tal-moviment għall-ferrovija.

    Ekwipaġġ tal-ferrovija

    Membri tal-persunal abbord ferrovija, li huma ċċertifikati bħala kompetenti u maħtura minn impriża ferrovjarja sabiex iwettqu kompiti speċifiċi u deżinjati relatati mas-sikurezza fuq il-ferrovija, pereżempju, is-sewwieq jew il-gwardjan.

    Tħejjija tal-ferrovija

    L-iżgurar li ferrovija tkun f'kundizzjoni tajba sabiex tibda tintuża, li l-apparat tal-ferrovija jkun skjerat b'mod korrett u li l-kompożizzjoni tal-ferrovija tkun taqbel mar-rotta/rotot deżinjata/i tal-ferrovija. It-tħejjija tal-ferrovija tinkludi wkoll spezzjonijiet tekniċi mwettqa qabel ma tibda tintuża l-ferrovija.


    Taqsira

    Spjegazzjoni

    AC

    Kurrent alternat

    ATP

    Protezzjoni Awtomatika tal-Ferrovija

    CCS

    Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

    CEN

    Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (Comité Européen de Normalisation)

    COTIF

    Konvenzjoni li Tikkonċerna l-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (Convention relative aux Transports Internationaux Ferroviaires)

    dB

    Deċibels

    DC

    Kurrent Dirett

    DMI

    Interfaċċa Sewwieq - Magna

    KE

    Komunità Ewropea

    ECG

    Elettrokardjogramma

    EIRENE

    European Integrated Railway Radio Enhanced Network (Netwerk Ewropew tar-Radju Integrat u mtejjeb għall-Ferroviji)

    EN

    Norma Ewropea

    ENE

    Enerġija

    ERA

    Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

    ERATV

    Reġistru Ewropew ta' Tipi ta' Vetturi Awtorizzati

    ERTMS

    Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

    ETCS

    Sistema Ewropea tal-Kontroll Ferrovjarju

    UE

    Unjoni Ewropea

    FRS

    Speċifikazzjoni tar-Rekwiżiti Funzjonali

    GSM-R

    Sistema Globali għall-Komunikazzjonijiet Mobbli - Ferrovija

    IM

    Maniġer tal-Infrastruttura

    INF

    Infrastruttura

    OPE

    Operat u Ġestjoni tat-Traffiku

    OSJD

    Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni bejn il-Ferroviji

    PPV/PPW

    Taqsira Russa għal Prawila Polzowaniia Wagonami w mejdunarodnom soobqenii = Regoli għall-użu ta' vetturi ferrovjarji fit-traffiku internazzjonali

    RINF

    Reġistru tal-Infrastruttura

    RST

    Vetturi Ferrovjarji

    RU

    Impriża Ferrovjarja

    SMS

    Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza

    SPAD

    Ma jitqisx sinjal injorat f'sitwazzjoni ta' periklu (SPAD)

    SRS

    Speċifikazzjoni tar-Rekwiżiti tas-Sistema

    TAF

    Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija

    TEN

    Netwerk Trans-Ewropew

    TPS

    Sistema ta' Protezzjoni tal-Ferrovija

    TSI

    Speċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà

    UIC

    Unjoni Internazzjonali tal-Ferroviji (Union Internationale des Chemins de fer)

    TSI Lokomottivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri (LOC&PAS TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

    TSI dwar il-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni (CCS TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

    TSI dwar l-Istorbju (NOI TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — storbju” li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE

    TSI dwar il-Vaguni (WAG TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE

    TSI dwar Persuni b'Mobbiltà Mnaqqsa (PRM TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa

    TSI dwar l-Enerġija (ENE TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni

    TSI dwar l-Infrastruttura (INF TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

    TSI dwar is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji (SRT TSI)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea


    (1)  Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


    Top