This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1145
Council Regulation (EU) No 1145/2014 of 28 October 2014 repealing Regulation (EC) No 2488/2000 maintaining a freeze of funds in relation to Mr Milosevic and those persons associated with him
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1145/2014 tat- 28 ta' Ottubru 2014 li jħassar r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1145/2014 tat- 28 ta' Ottubru 2014 li jħassar r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu
ĠU L 308, 29/10/2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1145/2014
tat-28 ta' Ottubru 2014
li jħassar r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/742/PESK tat-28 ta' Ottubru 2014 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK fuq il-manteniment ta' miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 (2), il-fondi kollha u r-riżorsi finanzjarji oħra miżmuma barra r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja li jappartjenu lis-Sur Milosevic u lill-persuni fiżiċi assoċjati miegħu, għandhom jiġu ffriżati u tali fondi kollha u r-riżorsi finanzjarji ma għandhomx jitqiegħu għad-dispożizzjoni, jew għall-benefiċċju, ta' dawk il-persuni elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/742/PESK, il-Kunsill ħassar il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK (3). Il-Kunsill iddeċieda li ma hemm ebda raġunijiet għaliex għandu jkompli japplika dawk il-miżuri restrittivi minħabba li l-persuni elenkati fl-Anness għal dik il-Pożizzjoni Komuni ma għadhomx jirrapreżentaw theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija. |
(3) |
Hu għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 jitħassar b'effett immedjat. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. L. GALLETTI
(1) Ara l-paġna 99 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 tal-10 ta' Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 (ĠU L 287, 14.11.2000, p. 19).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/PESK tal-10 ta' Novembru 2000 fuq il-manteniment ta' miżuri speċifiċi restrittivi kontra s-Sur Milosevic u l-persuni assoċjati miegħu (ĠU L 287, 14.11.2000, p. 1).