This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0395
2011/395/EU: Commission Implementing Decision of 1 July 2011 repealing Decision 2006/241/EC concerning certain protective measures with regard to certain products of animal origin, excluding fishery products, originating in Madagascar (notified under document C(2011) 4642) Text with EEA relevance
2011/395/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Lulju 2011 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/241/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4642) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/395/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Lulju 2011 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/241/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4642) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 176, 05/07/2011, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Lulju 2011
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/241/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4642)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/395/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/241/KE tal-24 ta’ Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (2), tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, għajr il-prodotti tas-sajd, il-bebbux u l-gwanu li joriġinaw mill-Madagaskar. |
(2) |
Diversi atti legali tal-Unjoni jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, bħad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3) u r-Regoalment (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (4). |
(3) |
Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-annimali tiżgura li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jikkonformaw ma’ dik il-leġiżlazzjoni biss jistgħu jiġu importati fl-Unjoni mill-Madagaskar. |
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/241/KE ma għadhiex meħtieġa u għandha tiġi rrevokata. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/241/KE hija rrevokata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 88, 25.3.2006, p. 63.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.