Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1274

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 tat- 18 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (OCT)

    ĠU L 344, 23/12/2009, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1274/oj

    23.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 344/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1274/2009

    tat-18 ta’ Diċembru 2009

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (OCT)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea (1), u partikolarment l-Anness III, l-Artikolu 6(5), is-seba’ subparagrafu tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (2), u partikolarment l-Artikolu 148, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-kumulazzjoni ta’ oriġini AKP/OCT għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 1006 hija permessa sa kwantità totali annwali ta’ 160 000 tunnellata, li tinkludi l-kwota tariffarja ta’ 125 000 tunnellata ross li joriġina mill-Istati Afrikani, Karibej jew Paċifiċi (AKP) prevista fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, espressi f’ekwivalenti ta’ ross imfosdoq. Ftuħ inizjali ta’ liċenzji tal-importazzjoni ta’ 35 000 tunnellata ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (minn hawn ’il quddiem “OCT”) iseħħ kull sena u, fil-limitu ta’ din il-kwantità, jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni għal 10 000 tunnellata għall-importazzjonijiet li joriġinaw fl-OCT l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IB għal dik id-Deċiżjoni.Il-liċenzji tal-importazzjoni l-oħra kollha jinħarġu għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u Aruba. Dawn it-35 000 tunnellata ta’ ross riżervati għall-OCT jistgħu jiżdiedu jekk l-Istati AKP effettivament ma jutilizzawx il-possibilitajiet ta’ esportazzjoni diretta fil-kuntest tal-kwota tariffarja prevista fil-Ftehim ta’ Cotonou.

    (2)

    Mill-1 ta’ Jannar 2008, l-arranġamenti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ma baqgħux japplikaw u l-kwota tarriffarja għar-ross prevista fih ġiet sostitwita mill-arranġamenti preferenzjali previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomiku (3). Skont l-Artikolu 3(3)(a) ta’ dak ir-Regolament l-arranġamenti preferenzjali għall-prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006 li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2009. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2010 ma għadux aktar possibbli li tkun ipprovduta żieda possibbli fil-kwota OCT marbuta mal-użu ta’ kwota AKP u għaldaqstant il-kwoti OCT irid jinfetħu fuq bażi annwali għal kwantità limitata għal 35 000 tunnellata.

    (3)

    Bla ħsara għall-kundizzjonijiet supplementari jew derogi pertinenti għall-ġestjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-importazzjoni, huwa xieraq li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni orizzontali jew settorjali, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6).

    (4)

    Biex tiġi żgurata ġestjoni bilanċata tas-suq, il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni marbuta mal-kwoti tal-importazzjoni msemmija għandu jitqassam matul is-sena f’diversi sottoperjodi speċifiċi, u għandu jiġi stabbilit il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji u tiġi stipulata l-kwantità massima għal kull applikazzjoni.

    (5)

    Il-kwantitajiet ta’ ross fi stadji ta’ proċessar għajr ross imfosdoq għandhom ikunu kkonvertiti bir-rati mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż tal-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji tal-ipproċessar tar-ross (7). Għandu jsir ukoll provvediment għall-konverżjoni ta’ kwantitajiet ta’ ross miksur.

    (6)

    Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-kwoti tal-importazzjoni, għandha tiddaħħal garanzija flimkien mal-applikazzjoni għal liċenjza tal-importazzjoni ta’ livell proporzjonat mar-riskji involuti.

    (7)

    Bil-ħsieb li jiġi ottimizzat l-użu tal-kwoti fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni, ikun xieraq li jiġi stabbilit li d-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil trasferent li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    (8)

    Skont l-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, liċenzji mhux utilizzati għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-OCTs l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IB tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Antilli Olandiżi u Aruba. Għal dan il-għan, ikun xieraq li jiġi stabbilit li fis-sottoperjodu ta’ Settembru l-kwantitajiet mhux utilizzati għall-OCTs l-anqas żviluppati jistgħu jiġu allokati għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Antilli Olandiżi u Aruba.

    (9)

    Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-kwoti, tkun xierqa deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u adattament tal-obbligi ta’ notifika previsti f’dak l-Artikolu.

    (10)

    Billi d-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006 li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, għandhom jitneħħew mill-1 ta’ Jannar 2010, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data.

    (11)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta’ kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun Cariforum u mill-pajjiżi u t-territorji barranin (OCTs) (8) ser jiskadi fi tmiem il-perjodu tal-kwota tal-2009. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat.

    (12)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ rati tariffarji għall-importazzjoni tal-kwantitajiet segwenti ta’ ross taħt il-kodiċi NM 1006, minn hawn ’il quddiem imsejħa “kwoti tariffarji”:

    (a)

    25 000 tunnellata li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u Aruba;

    (b)

    10 000 tunnellata li joriġinaw mill-pajjiżi u t-territorji barranin l-anqas żviluppati (OCT) elenkati fl-Anness IB għad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

    Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

    2.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għandhom ikunu applikabbli, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

    3.   Il-kwoti tariffarji jiġu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    4.   Id-dazju doganali fuq l-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji għandu jkun xejn. Din ir-rata għandha tintwera fit-Taqsima 24 tal-applikazzjoni tal-liċenzja tal-importazzjoni u fuq il-liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    5.   Il-perjodi ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni għandhom jinqasmu fi tliet sottoperjodi kif stipulat fl-Anness I.

    Il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u disponibbli għas-sottoperjodu li ġej għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel il-25 jum tal-aħħar xahar tas-sottoperjodu partikolari.

    Jekk, għas-sottoperjodu ta’ Settembru, il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għall-kwota tariffarja msemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma jlaħħqux il-kwantità totali disponibbli, il-kwantità li jifdal tkun tista’ tintuża biex jiġu importati prodotti li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi jew Aruba.

    6.   Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwantitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu espressi bħala ekwivalenti għar-ross imfosdoq.

    Il-kwantitajiet ta’ ross fl-istadji tal-ipproċessar għajr ta’ ross imfosdoq għandhom jiġu kkonvertiti skont ir-rati stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1312/2008.

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kwantitajiet ta’ ross miksur għandhom jiġu kkonvertiti fi kwantitajiet ta’ ross imfosdoq abbażi tal-piż tal-prodott.

    Artikolu 2

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ kull sottoperjodu msemmi fl-Anness I.

    2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-kwantità li għaliha titressaq applikazzjoni għal kull sottoperjodu u n-numru tas-serje tal-kwota konċernata ma għandhiex taqbeż l-5 000 tunnellata.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-14-il jum tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji skont l-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, li jispeċifika l-kodiċi NM bi tmin figuri, il-pajjiż tal-oriġini u l-kwantitajiet, espressi f’piż tal-prodott, koperti minn dawk l-applikazzjonijiet.

    Artikolu 3

    1.   It-taqsimiet 7 u 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b’salib. Il-liċenzji għandhom joħolqu obbligu tal-importazzjoni mill-pajjiż speċifikat.

    2.   It-taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness II.

    Artikolu 4

    L-ammont ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 46 għal kull tunnellata.

    Artikolu 5

    1.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu bejn il-25 u l-aħħar jum tax-xahar li fih l-applikazzjonijiet ikunu tressqu.

    2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 u mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil trasferent li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    Artikolu 6

    1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard:

    (a)

    mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, tal-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni li jkunu ħarġu matul ix-xahar preċedenti;

    (b)

    mill-aħħar jum ta’ kull xahar, inkluż prospetti nulli:

    (i)

    tal-kwantitajiet totali realment rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li dwarhom kienu mgħarrfa u li ma kinux ġew innotifikati qabel; u

    (ii)

    tal-kwantitajiet totali koperti minn liċenzji mhux utilizzati jew parzjalment mhux użati skont l-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li dwarhom kienu mgħarrfa u li ma kinux ġew innotifikati qabel.

    2.   Il-kwantitajiet imsemmija skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu espressi f’piż tal-prodott u ddettaljati skont il-kodiċi NM bi tmin figuri, il-pajjiż tal-oriġini u s-sena tal-kwota.

    Artikolu 7

    Għall-fini tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji, il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji, il-kwantitajiet notifikati skont l-Artikoli 2 u 6 u l-kwantitajiet koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni huma espressi f’kilogrammi u f’numri sħaħ.

    Artikolu 8

    Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data reali tal-ħruġ tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

    Artikolu 9

    Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat oriġinali tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-fornitur skont l-Artikolu 26(1) tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

    Artikolu 10

    Ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 huwa mħassar.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

    (4)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

    (5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (6)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

    (7)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 56.

    (8)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


    ANNESS I

    Il-kwoti għal kwantità totali ta’ 35 000 tunnellata ekwivalenti għal ross imfosdoq, għall-prodotti li jaqgħu taħt tal-kodiċi NM 1006 previsti fl-Artikolu 1

    Oriġini

    Kwantità ta’ ekwivalenti ta’ ross imfosdoq

    (f’tunnellati)

    Numru tas-serje

    Sottoperjodi

    (kwantità ta’ ekwivalenti ta’ ross imfosdoq (f’tunnellati))

    Jannar

    Mejju

    Settembru

    L-Antilli Olandiżi u Aruba

    25 000

    09.4189

    8 333

    8 334

    8 333

    OCTs l-inqas żviluppati

    10 000

    09.4190

    3 333

    3 334

    3 333


    ANNESS II

    L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2):

    :

    bil-Bulgaru

    :

    Освободено от мито до максимално количество, посочено в графи 17 и 18 от настоящата лицензия (Регламент (ЕC) № 1274/2009)

    :

    bl-Ispanjol

    :

    Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (UE) no 1274/2009]

    :

    biċ-Ċek

    :

    Osvobozeno od cla až do množství uvedeného v kolonkách 17 a 18 této licence (nařízení (EU) č. 1274/2009)

    :

    bid-Daniż

    :

    Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (forordning (EU) nr. 1274/2009)

    :

    bil-Ġermaniż

    :

    Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EU) Nr. 1274/2009)

    :

    bl-Estonjan

    :

    Tollimaksuvabastus kuni käesoleva litsentsi lahtrites 17 ja 18 osutatud koguseni (Määrus (EL) nr 1274/2009)

    :

    bil-Grieg

    :

    Ατελώς μέχρι την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [Κανονισμός (ΕE) αριθ. 1274/2009]

    :

    bl-Ingliż

    :

    Exemption from customs duty up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EU) No 1274/2009)

    :

    bil-Franċiż

    :

    Exemption du droit de douane jusqu’à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [Règlement (UE) no 1274/2009]

    :

    bit-Taljan

    :

    Esenzione del dazio doganale limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [Regolamento (UE) n. 1274/2009]

    :

    bil-Latvjan

    :

    Atbrīvojums no muitas nodokļa līdz daudzumam, kas norādīts šīs licences 17. un 18. iedaļā (Regula (ES) Nr. 1274/2009)

    :

    bil-Litwan

    :

    Muitas netaikomas mažesniems kiekiams nei nurodyta šios licenzijos 17 ir 18 skirsniuose (Reglamentas (ES) Nr. 1274/2009)

    :

    bl-Ungeriż

    :

    Vámmentesség az ezen engedély 17. és 18. rovatában megjelölt mennyiségig (1274/2009/EU rendelet)

    :

    bil-Malti

    :

    Eżenzjoni mid-dwana sal-kwantità murija fit-Taqsimiet 17 u 18 ta’ din il-liċenzja (Regolament (UE) Nru 1274/2009)

    :

    bl-Olandiż

    :

    Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van deze vergunning vermelde hoeveelheid (Verordening (EU) nr. 1274/2009)

    :

    bil-Pollakk

    :

    Zwolnienie z opłat celnych dla ilości nieprzekraczającej ilości podanej w sekcji 17 i 18 niniejszego pozwolenia (rozporządzenie (UE) nr 1274/2009)

    :

    bil-Portugiż

    :

    Isenção de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (UE) n.o 1274/2009]

    :

    bir-Rumen

    :

    Scutit de drepturi vamale până la concurența cantității menționate în căsuțele 17 și 18 din prezenta licență [Regulamentul (UE) nr. 1274/2009]

    :

    bis-Slovakk

    :

    Oslobodenie od cla do množstva uvedeného v kolónkach 17 a 18 tohto dovozného povolenia [nariadenie (EÚ) č. 1274/2009]

    :

    bis-Sloven

    :

    Oprostitev carin do količine, navedene v oddelkih 17 in 18 tega dovoljenja (Uredba (EU) št. 1274/2009)

    :

    bil-Finlandiż

    :

    Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EU) N:o 1274/2009)

    :

    bl-Iżvediż

    :

    Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (förordning (EU) nr 1274/2009)


    Top