Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0298

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 298/2009 tat- 8 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 95, 09/04/2009, p. 16–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/298/oj

    9.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 95/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 298/2009

    tat-8 ta’ April 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 stabbilixxa l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2).

    (2)

    Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, uħud mill-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni tagħrif li huwa rilevanti fil-kuntest tal-aġġornar tal-lista Komunitarja. Ġie kkomunikat ukoll tagħrif rilevanti minn pajjiżi terzi. Abbażi ta’ dan, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

    (3)

    Il-Kummissjoni għarrfet lit-trasportaturi bl-ajru kollha konċernati direttament jew, fejn dan ma kienx possibbli, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, u indikat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li għandhom jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni biex tkun imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità, jew biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur bl-ajru li huwa inkluż fil-lista Komunitarja.

    (4)

    Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi bl-ajru konċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjonijiet orali lill-Kumissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3).

    (5)

    L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru konċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f’każijiet speċifiċi, minn uħud mill-Istati Membri.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    Trasportaturi Komunitarji

    (7)

    Wara tagħrif li rriżulta minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu mis-SAFA fuq inġenji tal-ajru ta’ ċerti trasportaturi bl-ajru Komunitarji, kif ukoll minn ċerti spezzjonijiet u verifiki ta’ oqsma speċifiċi mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tagħhom, uħud mill-Istati Membri implimentaw ċerti miżuri ta’ infurzar. Huma għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru dwar dawn il-miżuri: l-awtoritajiet kompetenti tal-isvezja rrevokaw iċ-Ċertifikat tat-Trasportaturi bl-Ajru (“Air Operator Certificate”, AOC) tat-trasportatur Nordic Regional u ssospendew dawk tat-trasportaturi Fly Excellent u Aero Syncro; l-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja rrevokaw l-AOC tat-trasportatur Bravo Airlines u l-liċenzja tal-operat tiegħu; l-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall neħħew is-sospensjoni tal-AOC tat-trasportatur Luzair fit-22 ta’ Jannar 2009 wara li vverifikaw li l-azzjonijiet korrettivi ntemmu b’suċċess mit-trasportatur; l-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja neħħew is-sospensjoni tal-AOC tat-trasportatur Hellenic Imperial Airways fit-18 ta’ Diċembru 2008 wara li vverifikaw li l-azzjonijiet korrettivi ntemmu b’suċċess mit-trasportatur u fit-28 ta’ Jannar 2009 ssospendew l-AOC tat-trasportatur Euroair Ltd wara talba minn dan it-trasportatur u s-sospensjoni tal-approvazzjoni tat-trasportatur mill-organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa.

    Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Każakstan

    Starline KZ

    (8)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji ta’ sikurezza min-naħa ta’ Starline KZ iċċertifikat fil-Każakstan. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Bulgarija kif ukoll minn stati oħrajn tal-ECAC waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqin skont il-Programm tas-SAFA (4). Ir-repetizzjoni ta’ dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità turi nuqqasijiet sistematiċi tas-sikurezza fil-qasam tal-operat u tal-manutenzjoni.

    (9)

    Starline KZ ma tax tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Bulgarija dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu u b’hekk wera nuqqas ta’ komunikazzjoni, kif muri min-nuqqas ta’ tweġiba adegwata għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru. Starline KZ wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza dawn in-nuqqasijiet ta’ sikurezza, li għadhom ma ssolvewx.

    (10)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, fis-27 ta’ Jannar 2009 bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat ta’ Starline KZ u li fiha talbet għal kjarifiki rigward l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mit-trasportatur biex iwieġbu għal dawn in-nuqqasijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

    (11)

    Dawn l-awtoritajiet ma tawx tweġiba adegwata u f’waqtha għal inkjesta mill-Kummissjoni rigward is-sorveljanza tas-sikurezza ta’ Starline KZ, minħabba li sad-data stipulata l-Kummissjoni ma rċevietx it-tagħrif mitlub, b’mod partikolari l-AOC tat-trasportatur flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet kompluti tal-operat mehmużin miegħu.

    (12)

    Starline KZ talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009. Madankollu s-smigħ ma pprovdiex biżżejjed evidenza tat-tmiem sodisfaċenti tal-azzjonijiet ta’ rimedju. Waqt is-smigħ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ressqu quddiem il-Kummissjoni d-deċiżjoni tagħhom tal-4 ta’ Frar 2009 li jirrestrinġu l-operat ta’ Starline KZ għaż-żona 'l barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew.

    (13)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li Starline KZ ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    East Wing

    (14)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-East Wing iċċertifikat fil-Każakstan. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza u mir-Rumanija waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (5). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet fl-ispezzjonijiet turi nuqqasijiet sistematiċi tas-sikurezza.

    (15)

    L-East Wing ma tax tweġiba adegwata għall-inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza rigward l-aspett ta’ sikurezza tal-operat tiegħu u b’hekk wera nuqqas ta’ komunikazzjoni, kif muri min-nuqqas ta’ tweġiba adegwata għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru. East Wing wera nuqqas ta’ ħila biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet ta’ sikurezza, li għadhom ma ssolvewx.

    (16)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tal-East Wings u talbet għal kjarifiki rigward l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mit-trasportatur biex iwieġbu għal dawn in-nuqqasijiet.

    (17)

    Teżisti evidenza li l-East Wing ħa f’idejh l-operat tat-trasportatur bl-ajru GST Aero, trasportatur bl-ajru li tpoġġa fl-Anness A fit-22 ta’ Marzu 2006 (6) u li tneħħa wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għarrfu lill-Kummissjoni dwar it-tneħħija tal-AOC f’Marzu 2007 (7).

    (18)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan avżaw li fl-4 ta’ Frar 2009 rrestrinġew l-operat tal-East Wing għaż-żona 'l barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew. Dawn l-awtoritajiet, madankollu, ma tawx tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tal-East Wing, u b’hekk naqsu milli jipprovdu evidenza xierqa dwar l-AOC tat-trasportatur flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet kompluti tal-operat mehmużin miegħu.

    (19)

    L-East Wing talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009. Madankollu, is-smigħ ma pprovdiex biżżejjed evidenza tat-tmiem sodisfaċenti tal-azzjonijiet ta’ rimedju u żvela li t-trasportatur mhux konxju mil-limitazzjonijiet għall-operat tiegħu fl-ispazju tal-ajru Ewropew. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-East Wing ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    ATMA Airlines

    (20)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-ATMA Airlines iċċertifikat fil-Każakstan. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Ġermanja, in-Norveġja u t-Turkija waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (8). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet fl-ispezzjonijiet turi nuqqasijiet sistematiċi tas-sikurezza.

    (21)

    ATMA Airlines ma tax tweġiba adegwata għall-inkjesta mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Ġermanja u tan-Norveġja dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu u b’hekk wera nuqqas ta’ komunikazzjoni, kif muri min-nuqqas ta’ tweġiba adegwata għall-korrispondenza minn dawn l-Istati. L-ATMA Airlines wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-sikurezza, li għadhom ma ssolvewx.

    (22)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan, ki fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tal-ATMA Airlines u li fiha talbet għal kjarifiki rigward l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mit-trasportatur biex iwieġbu għal dawn in-nuqqasijiet.

    (23)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan avżaw li fl-4 ta’ Frar 2009 rrestrinġew l-operazzjonijiet tal-ATMA Airlines għaż-żona 'l barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew. Madankollu, dawn l-awtoritajiet ma tawx tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tal-ATMA Airlines, u b’hekk naqsu milli jipprovdu evidenza xierqa dwar l-AOC tat-trasportatur flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet kompluti tal-operat mehmużin miegħu.

    (24)

    L-ATMA Airlines talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009. Madankollu s-smigħ ma pprovdiex biżżejjed evidenza tat-tmiem sodisfaċenti tal-azzjonijiet ta’ rimedju.

    (25)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-ATMA Airlines ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    Berkut Air

    (26)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-Berkut Air iċċertifikat fil-Każakstan. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza u r-Rumanija waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (9). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet fl-ispezzjonijiet turi nuqqasijiet sistematiċi tas-sikurezza.

    (27)

    Il-Berkut Air ma tax tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tar-Rumanija dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu u b’hekk wera nuqqas ta’ komunikazzjoni, kif muri min-nuqqas ta’ tweġiba adegwata għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru. Il-Berkut Air wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-sikurezza, li għadhom ma ssolvewx.

    (28)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tal-Berkur Air u li fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal dawn in-nuqqasijiet.

    (29)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan avżaw li fi Frar 2009 ssospendew l-AOC tal-BEK Air, li qabel kien magħruf bħala l-Berkut Air. Madankollu, dawn l-awtoritajiet ma tawx tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tal-Berkut Air, minħabba li naqsu milli jipprovdu d-dokumentazzjoni mitluba u kif muri bin-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ evidenza dokumentarja dwar l-azzjonijiet ta’ infurzar imwettqa.

    (30)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-Berkut Air ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    Air Company Kokshetau

    (31)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-Air Company Kokshetau ċċertifikat fil-Każakstan. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Italja waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (10). Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw inġenji tal-ajru tat-tip IL-62 li mhumiex mgħammra b’TAWS (E-GPWS), li mhumiex mgħammra b’ċinturin tas-sigurtà, li mhumiex mgħammra b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr għal titjiriet 'il fuq minn FL 250 u li mhumiex mgħammra b’sistema xierqa għat-tidwil tal-passaġġ tal-evakwazzjoni.

    (32)

    L-Air Company Kokshetau ma tax tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Italja dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu u b’hekk wera nuqqas ta’ komunikazzjoni, kif muri min-nuqqas ta’ tweġiba adegwata għall-korrispondenza minn dan l-Istat Membru. L-Air Company Kokshetau wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-sikurezza, li għadhom ma ssolvewx.

    (33)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tal-Air Company Kokshetau u ki fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal dawn in-nuqqasijiet.

    (34)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għarrfu lill-Kummissjoni li fit-13 ta’ Frar 2009 ddeċidew li jneħħu l-inġenji tal-ajru tat-tip IL-62M bin-numri tas-serje 1138234 u 1748445 mill-AOC tal-Air Company Kokshetau, u li kien beħsiebhom jirtiraw ukoll l-AOC ta’ dan it-trasportatur mill-24 ta’ Marzu 'l quddiem minħabba li falla. Madankollu, dawn l-awtoritajiet ma tawx tweġiba adegwata għall-inkjesta mill-Kummissjoni dwar il-komunikazzjoni ta’ evidenza dokumentarja dwar ir-revoka tal-AOC.

    (35)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-Air Company Kokshetau ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    Sayat Air

    (36)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tas-Sayat Air iċċertifikat fil-Każakstan. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn stat tal-ECAC waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (11). Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw inġenji tal-ajru tat-tip IL-62 li mhumiex mgħammra a) b’TAWS (E-GPWS), b) b’maskri tal-ossiġnu għall-ekwipaġġ li jintlibsu malajr, c) b’tagħmir għat-tagħwim, u d) b’sistema xierqa għat-tidwil tal-passaġġ tal-evakwazzjoni. Barra minn hekk, l-inġenju tal-ajru tħaddem mingħajr ma kellu listi ta’ kontroll tal-emerġenza abbord, b’bażi tad-dejta tan-navigazzjoni (NAV) li kienet ilha skaduta iktar minn sentejn u mingħajr rilaxx tal-manutenzjoni abbord.

    (37)

    Is-Sayat Air wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-sikurezza, li għadhom ma ssolvewx.

    (38)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ma tawx tweġiba adegwata u f’waqtha għall-inkjesta mill-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tas-Sayat Air, u b’hekk urew nuqqas ta’ komunikazzjoni, kif muri min-nuqqas ta’ tweġiba adegwata għall-korrispondenza mill-Kummissjoni, b’mod partikolari dwar il-komunikazzjoni tal-AOC tat-trasportatur flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet kompluti tal-operat mehmużin miegħu.

    (39)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ma wrewx li jwettqu sorveljanza xierqa ta’ dan it-trasportatur skont l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    (40)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li s-Sayat Air ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza u li għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    Scat

    (41)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa ta’ Scat iċċertifikat fil-Każakstan. B’mod partikolari, l-inġenju tal-ajru tat-tip Yak-42 bil-marki tar-reġistrazzjoni UP-Y4205 mhuwiex mgħammar bit-TAWS (E-GPWS) kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet tal-ICAO. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn stat tal-ECAC waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (12).

    (42)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset in-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat ta’ Scat u li fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal dawn in-nuqqasijiet.

    (43)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ipprovdew evidenza li l-inġenju tal-ajru tat-tip Yak-42 bil-marki tar-reġistrazzjoni UP-4205 tneħħa mir-reġistru.

    (44)

    Scat talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u, waqt is-smigħ tiegħu fl-24 ta’ Marzu 2009, ikkonferma li dan l-inġenju tal-ajru ma kienx għadu qed jopera.

    (45)

    Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li mhija meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri fir-rigward ta’ dan it-trasportatur.

    Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Każakstan

    (46)

    Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għall-fatt li l-monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ għadd ta’ trasportaturi bl-ajru oħra liċenzjati fil-Każakstan fl-ispezzjonijiet fir-rampa għadu qed juri riżultati li jħassbu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ġew mistiedna jipprovdu kjarifiki u jieħdu l-miżuri meħtieġa, fejn xieraq.

    (47)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ikkomunikaw sensiela ta’ mizuri ta’ infurzar li ttieħdu fuq għadd ta’ trasportaturi Każakki. Dawn l-awtoritajiet avżaw b’mod partikolari li fl-4 ta’ Frar 2009 rrestrinġew l-operat tal-Investavia, Skybus u Aytirau Aye Zholy għaż-żona 'l barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew. Il-Kummissjoni se tniedi konsultazzjonijiet urġenti mal-awtoritajiet Każakki u se tibda l-proċedura pprovduta fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 b’rabta ma’ dawn it-trasportaturi.

    (48)

    Il-Kummissjoni titlob bis-sħiħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jirriformaw is-sistema tal-avjazzjoni ċivili u jsaħħu s-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi kollha ċċertifikati f’dan il-pajjiż. Il-Kummissjoni se tkompli l-konsultazzjonijiet ma’ dawn l-awtoritajiet biex tevalwa l-qagħda tat-trasportaturi Każakki u hija lesta tivvaluta, flimkien mal-Istati Membri, kull evidenza pprovduta f’waqtha f’dan ir-rigward.

    Orient Thai Airlines u One Two Go Airlines

    (49)

    Wara l-inċident tat-titjira tal-One Two Go bin-numru OG 269 fis-16 ta’ Settembru 2007 f’Phuket, li wassal għat-telf totali tal-inġenju tal-ajru tat-tip MD80 u għal 90 fatalità, inklużi ħafna passiġġieri Ewropej, il-Kummissjoni bdiet il-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti Tajlandiżi li huma responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza ta’ dan it-trasportatur.

    (50)

    Fil-5 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni bagħtet ittra lil dawn it-trasportaturi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

    (51)

    L-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja (id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili Tajlandiż – id-DCA Tajlandiż) għarrfu lill-Kummissjoni li l-investigazzjonijiet li saru wara l-inċident żvelaw li kemm l-Orient Thai kif ukoll il-kumpanija sussidjarja tagħha One Two Go kisru l-liġi dwar in-navigazzjoni fl-ajru, b’mod partikolari billi ffalsifikaw il-Kontrolli dwar il-Profiċjenza tal-Piloti ta’ disa’ piloti tat-trasportaturi. Konsegwentement, id-DCA Tajlandiż waqqaf l-operat tal-MD-80 tal-One Two Go u tal-Orient Thai u talab lil dawn it-trasportaturi jwettqu sensiela ta’ azzjonijiet korrettivi.

    (52)

    Id-DCA Tajlandiż għarraf ukoll lill-Kummissjoni li fil-25 ta’ Novembru 2008 ddeċieda li jattiva mill-ġdid l-AOC tal-One Two Go. Il-kumpanija ewlenija tiegħu, l-Orient Thai, diġà kienet ġiet awtorizzata biex terġa’ tibda l-operat tagħha bl-inġenju tal-ajru tat-tip MD-80 mis-7 ta’ Ottubru 2008 'l quddiem.

    (53)

    Mill-10 sat-13 ta’ Marzu 2009, tim ta’ esperti Ewropej wettaq żjara ta’ tfittxija għall-fatti fir-Renju tat-Tajlandja li kopriet l-oqsma tal-Liċenzji tal-Operat tat-Titjir u tal-Ekwipaġġ tat-Titjir, sabiex jivverifika li t-trasportataturi bl-ajru implimentaw l-azzjonijiet korrettivi maħsuba biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati qabel mid-DCA Tajlandiż. It-tim taż-żjara seta’ jivvaluta li l-One Two Go ma jwettaq l-ebda operat tal-inġenji tal-ajru. Il-One Two Go huwa responsabbli għall-bejgħ ta’ titjiriet li jitħaddmu proprjament mill-Orient Thai taħt ftehim għall-kiri tal-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ (“wet-lease”), fejn One Two Go huwa l-kerrej u l-Orient Thai huwa sid il-kera. L-Orient Thai jipprovdi lill-One Two Go bl-inġenji tal-ajru, l-ekwipaġġ komplut, il-manutenzjoni u l-assigurazzjoni. Il-personal kollu involut fl-operat tal-Orient Thai f’isem il-One Two Go huwa impjegat mill-Orient Thai.

    (54)

    Ir-rapport taż-żjara ta’ tfittxija għall-fatti turi wkoll li sal-lum ittieħdu azzjonijiet korrettivi mit-trasportatur Orient Thai, u li ttieħdu wkoll miżuri mid-DCA Tajlandiż biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet tas-sikurezza nnutati qabel. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-qagħda tas-sikurezza tal-Orient Thai. Għal dan il-għan, id-DCA Tajlandiż għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ fir-rigward tal-effikaċja ta’ dawn il-miżuri, fi żmien perjodu mhux itwal minn xahrejn.

    (55)

    Fid-19 ta’ Marzu 2009, id-DCA Tajlandiż għarraf lill-Kummissjoni li l-One Two Go għandu l-ħsieb li huwa stess iwettaq operazzjonijiet tal-ajru minn Lulju 2009 'il quddiem. Madankollu, ir-rapport tat-tim tal-UE juri li d-DCA Tajlandiż lill-One Two Go tah AOC, minkejja l-fatt li ma kienx f’pożizzjoni li jivvaluta kif xieraq il-ħila tal-kumpanija li twettaq operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru b’mod sikur, minħabba li dan it-trasportatur qatt ma pproduċa d-dokumenti ta’ evidenza dettaljati mitluba skont ir-Regolamenti Tajlandiżi li jimplimentaw l-istandards tal-ICAO. Id-DCA Tajlandiż ħabbar ukoll li kien beħsiebu jirrevoka l-AOC ta’ One Two Go fid-29 ta’ Marzu 2009; madankollu, it-trasportatur għandu jkompli jopera titjiriet skedati mikrija (“chartered”) mill-Orient Thai grazzi għal-Liċenzja tiegħu ta’ Trasportatur bl-Ajru.

    (56)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li t-trasportatur One Two Go ma jissodisfax l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Dan it-trasportatur għandu jkun soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat u għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Benin

    (57)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqas ta’ ħila tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati fil-Benin biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza, kif muri bir-riżulati tal-verifika ta’ Benin li twettqet mill-ICAO fil-qafas tal-Programm tal-Verifika Universali tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“Universal Safety Oversight Audit Programme”, USOAP) f’Marzu 2007. Din il-verifika rrapportat għadd kbir ta’ nuqqasijiet sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħila tal-awtoritajiet ċivili tal-avjazzjoni tal-Benin li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-ajru. Meta tlestiet il-verifika tal-ICAO, 80,22 % tal-istandards tal-ICAO ma kinux implimentati. Fir-rigward ta’ ċerti elementi kritiċi bħad-dispożizzjoni għal personal tekniku kwalifikat, 'il fuq minn 98 % tal-istandards tal-ICAO ma kinux implimentati b’mod effikaċi. Fir-rigward tar-riżoluzzjoni dwar it-tħassib dwar is-sikurezza, 'il fuq minn 93 % tal-istandards tal-ICAO ma kinux implimentai b’mod effikaċi.

    (58)

    Hemm evidenza tan-nuqqas ta’ ħila tal-awtoritajiet kompetenti tal-Benin li jirranġaw b’mod effikaċi s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità li nstabu mill-ICAO, kif muri mill-fatt li, fir-rapport finali tagħha ta’ Diċembru 2007, l-ICAO tqis li parti sinifikanti mill-azzjonijiet korrettivi proposti jew implimentati minn dawn l-awtoritajiet fil-fatt ma jindirizzawx in-nuqqasijiet osservati. B’mod partikolari, fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, 50 % tal-azzjonijiet proposti mill-Benin ma tqisux bħala kompletament aċċettabbli mill-ICAO.

    (59)

    Il-Kummissjoni, wara li qieset ir-rapport finali tal-ICAO, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Benin, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tat-trasportaturi tal-ajru liċenzjati fil-pajjiż u talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Benin biex iwieġbu għas-sejbiet u l-osservazzjonijiet tal-ICAO dwar l-aċċettabbiltà tal-azzjonijiet ta’ rimedju.

    (60)

    Waqt is-smigħ quddiem il-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta’ Marzu 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Benin indikaw li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi li kienu mistennija jitlestew fl-2008 ġiet fil-verità ddifferita għal Awwissu/Diċembru 2009.

    (61)

    Id-dokumentazzjoni mressqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Benin tipprovdi evidenza li l-AOCs maħruġin għat-trasportaturi ċċertifikati fil-Benin mhumiex konformi mal-istandards tal-ICAO għat-titjiriet internazzjonali, u dan jikkonferma li s-sejbiet tal-ICAO għadhom ma ġewx indirizzati b’mod effikaċi. Analiżi tal-qagħda tal-AOCs u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-operat mehmużin magħhom tat-trasportaturi bl-ajru Aero Benin, Africa Airways, Benin Golf Air, Benin Littoral Airways, Cotair, Royal Air u Trans Air Benin jiżvelaw tħassib serju. L-AOC tal-Africa Airways ma ġiex ipprovdut. L-AOCs l-oħra ma jsemmux ir-regolamenti applikabbli użati bħala l-bażi għaċ-ċertifikazzjoni, u l-qasam tal-operazzjonijiet jippermetti operazzjonijiet madwar id-dinja kollha, għalkemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Benin jiddikjaraw li dawn huma limitati għall-Benin u/jew għas-sottoreġjun. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-Aero Benin, Benin Golf Air, Benin Littoral Airways, Cotair u Trans Air Benin jidhru li huma limitati għar-regoli tat-titjiriet viżivi (“visual flight rules”, VFR), li għalhekk mhumiex adegwati biex joperaw b’mod sikur fl-Ewropa, u ma jinkludux l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi RVSM, RNAV u RNP meħtieġa, kif inhu xieraq għan-navigazzjoni fl-ispazju tal-ajru Ewropew. L-awtoritajiet kompetenti tal-Benin indikaw li llimitaw il-validità tal-AOC għal 6 xhur u li beħsiebhom jiċċaraw il-qagħda malajr. Il-Kummissjoni tqis li, sakemm issir iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid mistennija ta’ dawn it-trasportaturi f’konformità sħiħa mal-istandards tal-ICAO, abbażi tal-kriterji komuni, għandhom ikunu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat u għalhekk għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

    (62)

    It-trasportatur Alafia Jet talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru; għalhekk ingħata l-opportunità li jagħmel preżentazzjonijiet orali quddiem il-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru fl-24 ta’ Marzu 2009 u bagħat id-dokumentazzjoni bil-miktub rigward l-operazzjonijiet tiegħu. It-trasportatur iddikjara waqt il-preżentazzjoni tiegħu li jopera titjiriet fl-Unjoni Ewropea limitati għal servizzi mediċi ta’ emerġenza fuq talba, u pprovda tagħrif dwar sensiela ta’ azzjonijiet li wettaq biex iwieġeb għan-nuqqasijiet identifikati minn Franza waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (13). Madankollu, ir-repetizzjoni ta’ nuqqasijiet tas-sikurezza sinifikanti waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa fuq inġenji tal-ajru operati fil-Komunità jindikaw li hemm nuqqasijiet sistematiċi tas-sikurezza li jaffettwaw l-operazzjonijiet ta’ dak it-trasportatur. L-azzjonijiet li ttieħdu sal-lum mill-kumpanija ma kellhomx il-ħila jirranġaw dawn in-nuqqasijiet.

    (63)

    Meta jitqies l-għadd kbir u ripetut tan-nuqqasijiet tas-sikurezza nnutati waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa tal-inġenji tal-ajru operati mill-Alafia Jet u n-nuqqas ta’ ħila tal-awtoritajiet kompetenti tal-Benin li jeżerċitaw kif xieraq is-sorveljanza tat-trasportaturi ċċertifikati fil-Benin, il-Kummissjoni tqis li t-trasportatur Alafia Jet ma għandux jitħalla jkompli l-operazzjonijiet tiegħu fil-Komunità. Abbażi tal-kriterji komuni, huwa għalhekk ivvalutat li l-Alafia Jet għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    (64)

    Il-Kummissjoni tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Benin biex itejbu s-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tiegħu, u tqis li d-donazzjoni sostanzjali mħabbra mill-Bank Dinji favur ir-Repubblika tal-Benin se twitti t-triq għal progress sostanzjali lejn il-konformità mal-istandards tal-ICAO.

    It-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Gabon

    Gabon Airlines

    (65)

    Minn Lulju 2008 'l quddiem, il-Gabon Airlines tħalla jopera fl-UE bl-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing 767-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni TR-LHP biss, skont il-kundizzjonijiet mogħtija fl-inċiż (15) tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 (14).

    (66)

    Minn dak iż-żmien 'l hawn, hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet tas-sikurezza min-naħa tal-Gabon Airlines iċċertifikat fil-Gabon. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-Safa (15).

    (67)

    Madankollu l-Gabon Airlines wieġeb b’mod adegwat u f’waqtu għall-inkjesti mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu.

    (68)

    Il-Gabon Airlines talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009. Il-Kummissjoni nnutat li l-Gabon Airlines kien soġġett għall-verifika ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon fi Frar 2009, li żvelat ċerti sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità, li l-għeluq tagħhom ma ntweriex b’mod sodisfaċenti waqt is-smigħ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon indikaw li l-inġenju tal-ajru bħalissa qed jinżamm l-art għal skopijiet ta’ manutenzjoni tal-bażi u li beħsiebhom jivverifikaw l-għeluq sodisfaċenti ta’ dawn is-sejbiet qabel ma eventwalment jerġa’ jibda jitħaddem l-inġenju tal-ajru bil-marki tar-reġistrazzjoni TR-LHP.

    (69)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-Gabon Airlines għandu jibqa’ fl-Anness B, u li dan l-Anness għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-qagħda tal-inġenju tal-ajru bil-marki tar-reġistrazzjoni TR-LHP u biex jiżgura li l-livell attwali tal-operazzjonijiet fil-Komunità jinżamm.

    Afrijet

    (70)

    Minn Lulju 2008 'l quddiem, l-Afrijet, iċċertifikat fil-Gabon, tħalla jopera fil-Komunità biss għadd ta’ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50 bil-marki tar-reġistrazzjoni TR-LGV u TR-LGY kif ukoll bl-inġenju tal-ajru tat-tip Falcon 900 irreġistrat bħala TR-AFJ skont il-kundizzjonijiet mogħtija fl-inċiż (15) tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 (16).

    (71)

    Minn dak iż-żmien 'l hawn, hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-Afrijet. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (17).

    (72)

    Madankollu, l-Afrijet wieġeb b’mod adegwat u f’waqtu għall-inkjesti mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu.

    (73)

    Il-Kummissjoni nnutat li f’Jannar 2009 l-Afrijet kien soġġett għal verifika ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon. Wara l-verifika tal-għeluq tas-sejbiet kollha li rriżultaw minn din il-verifika, it-trasportatur reġa’ nħariġlu AOC ġdid fi Frar 2009, li jinkludi inġenju ieħor tat-tip Falcon 900 bil-marki tar-reġistrazzjoni TR-AFR.

    (74)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-Afrijet għandu jibqa’ fl-Anness B, u li dan l-Anness għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-bidla tal-AOC u biex jiżgura li l-livell attwali tal-operazzjonijiet fil-Komunità jinżamm.

    Société Nouvelle Air Affaires Gabon (SN2AG)

    (75)

    L-SN2AG talab biex jinstema’ mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru, u nstema’ fil-25 ta’ Marzu 2009. Il-Kummissjoni nnutat li dan it-trasportatur wettaq aktar organizzazzjoni mill-ġdid u li beda sensiela ta’ azzjonijiet ta’ rimedju biex ikun jista’ javvanza fil-konformità mal-istandards internazzjonali. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li fi Frar 2009 l-SN2AG kien soġġett għal verifika ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon. Wara l-verifika tal-għeluq tas-sejbiet kollha li rriżultaw minn din il-verifika, it-trasportatur reġa’ nħariġlu AOC ġdid fi Frar 2009.

    (76)

    Hemm evidenza vverifikata li għad m’hemmx konformità ma’ ċerti rekwiżiti tas-sikurezza tal-ICAO. Per eżempju, meta sar is-smigħ it-trasportatur kien għadu ma implimentax b’mod effikaċi l-Monitoraġġ tad-Dejta dwar it-Titjiriet meħtieġ għall-inġenju tal-ajru tat-tip Fokker 28-0100 (Fokker 100).

    (77)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqas ta’ trasparenza u ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni f’waqtha min-naħa tal-SN2AG bi tweġiba għall-inkjesti mill-Kummissjoni. L-SN2AG iddikjarat li ma kienet soġġetta għall-ebda rapport li juri nuqqasijiet serji identifikati minn spezzjonijiet fir-rampi mwettqa taħt il-Programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“Safety Assessment of Foreign Aircraft”, SAFA), filwaqt li, fil-fatt, kienu ġew identifikati diversi nuqqasijiet minn Franza waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa taħt il-programm tas-SAFA (18).

    (78)

    Konsegwentement, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-SN2AG għandu jibqa’ fl-Anness A.

    (79)

    Madankollu, il-Kummissjoni hija lesta li terġa’ teżamina l-qagħda ta’ dan it-trasportatur fid-dawl ta’ kwalunkwe żviluppi ġodda li jipprovdu biżżejjed evidenza li n-nuqqasijiet tas-sikurezza ġew indirizzati.

    Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Gabon

    (80)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-awtorità kompetenti l-ġdida tal-Gabon (l-“Agence Nationale de l’Aviation Civile”, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-ANAC) imwaqqfa mir-Repubblika tal-Gabon f’Lulju 2008 effettivament bdiet l-attivitajiet tagħha fit-23 ta’ Jannar 2009. L-ANAC qiegħda fil-fażi inizjali tat-tkabbir tagħha u bħalissa qiegħda fil-proċess li tiżgura biżżejjed riżorsi finanzjarji u li tqabbad biżżejjed personal tekniku kwalifikat sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tal-ICAO b’mod effettiv.

    (81)

    Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon għall-fatt li, minkejja żieda fl-attivitajiet ta’ sorveljanza ta’ dawn l-awtoritajiet, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati fil-Gabon għadu qed juri riżultati ta’ tħassib fl-ispezzjonijiet fir-rampa. L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon ġew mistiedna jipprovdu kjarifiki u jieħdu l-miżuri meħtieġa, fejn xieraq.

    (82)

    Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-isforzi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon biex jirriformaw is-sistema tal-avjazzjoni ċivili u, b’mod partikolari, ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid li għaddejja bħalissa tal-kumpaniji tal-ajru kollha sabiex tkun żgurata konformità sħiħa mal-istandards tas-sikurezza tal-ICAO. Il-Kummissjoni hija lesta li tqis żjara fuq il-post fi żmien xieraq biex tivverifika l-progress li jkun inkiseb effettivament.

    Trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

    Motor Sich JSC Airlines

    (83)

    Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji tas-sikurezza min-naħa tal-Motor Sich iċċertifikat fl-Ukraina. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza u minn stat tal-ECAC (it-Turkija) waqt spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm tas-SAFA (19). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet fl-ispezzjonijiet turi nuqqasijiet sistematiċi tas-sikurezza.

    (84)

    Fis-27 ta’ Novembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija ddeċidew li jimponu projbizzjoni immedjata fuq l-operat ta’ dan it-trasportatur.

    (85)

    Il-Motor Sich wieġeb għall-inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tat-Turkija billi indika d-deċiżjoni tiegħu li jwaqqaf l-operat tal-inġenju tal-ajru tat-tip AN-24 lejn dan l-Istat, kif fil-fatt ġara.

    (86)

    Il-Motor Sich wieġeb f’perjodu ta’ żmien xieraq għall-inkjesta mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza u ddikjara liema azzjonijiet korrettivi kienu ttieħdu mill-kumpanija wara l-kontroll fir-rampa li kien twettaq fit-12 ta’ Marzu 2008 minn Franza Madankollu, din it-tweġiba ma kinitx adegwata għaliex it-trasportatur ma ppreżenta l-ebda materjal ta’ evidenza li jappoġġaha.

    (87)

    Il-Kummissjoni rċeviet tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija li wara spezzjoni mhux skedata tal-operatur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ddeċidew li jirrevokaw l-AOC ta’ dan l-operatur. Wara, dawn l-awtoritajiet iddeċidew li jawtorizzaw it-tkomplija tal-operazzjonijiet tal-Motor Sich lejn dan il-pajjiż b’xi limitazzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tal-AN-24.

    (88)

    Fis-16 ta’ Marzu 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina wieġbu għal inkjesta mill-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tal-Motor Sich, u ddikjaraw li l-AOC tat-trasportatur ġie rrevokat fit-22 ta’ Jannar u li, malli t-trasportatur lesta l-azzjonijiet korrettivi, l-Amministrazzjoni tal-avjazzjoni tal-Istat awtorizzat it-tkomplija tal-operazzjonijiet għajr għall-inġenju tal-ajru tat-tip AN-24 fil-flotta tiegħu. La ssemmiet data rigward it-tali ħruġ ta’ AOC bil-limitazzjonijiet u lanqas xi evidenza ta’ spezzjoni tal-kumpanija biex ikun żgurat li r-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza qed jitħarsu għal kull parti tal-flotta. Fl-aħħar nett, skont il-korrispondenza msemmija qabel tal-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat, dawn l-awtoritajiet ġeddew l-AOC u b’hekk it-trasportatur tħalla jopera b’AN-24 wara li twettqu spezzjonijiet b’riżultati pożittivi li juru li t-trasportatur kien elimina n-nuqqasijiet ta’ dan l-inġenju tal-ajru.

    (89)

    It-tagħrif ipprovdut f’din il-korrispondenza ma jitqiesx bħala tweġiba adegwata għaliex it-tagħrif mibgħut fiha ma jikkorrispondix mat-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina fit-2 ta’ Frar 2009, skont liema tagħrif inħareġ l-AOC tal-Motor Sich Airlines fit-8 ta’ Novembru 2008 b’validità sat-8 ta’ Novembru 2010 u l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjoni nħarġu fit-23 ta’ Diċembru 2008 b’validità sat-8 ta’ Novembru 2010.

    (90)

    Il-Motor Sich talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009. Waqt il-preżentazzjoni tiegħu lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru, il-Motor Sich wera nuqqas ta’ ħila li jindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza nnutati minħabba nuqqas ta’ trasparenza u ta’ komunikazzjoni adegwata dwar l-operazzjonijiet tiegħu fil-Komunità.

    (91)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina wrew nuqqas ta’ ħila li jissorveljaw l-operazzjonijiet tat-trasportatur bl-ajru skont l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    (92)

    Abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-Motor Sich ma wriex il-ħila li jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza u għalhekk għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

    Ukraine Cargo Airways

    (93)

    It-trasportatur Ukraine Cargo Airways (UCA) talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009.

    (94)

    Abbażi tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-kumpanija lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Marzu 2009 hemm evidenza li l-kumpanija wettqet miżuri biex tirranġa n-nuqqasijiet li kienu ġew innutati qabel fuq l-inġenji tal-ajru tagħha li joperaw fil-Komunità. Skont it-tagħrif imressaq mill-kumpanija, l-UCA twettqitilha verifika mill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina f’Novembru 2008. Wara din il-verifika, l-AOC tagħha ġġedded għal perjodu ta’ sentejn sa Novembru 2010. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tagħrif mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina dwar il-verifika li wettqu qabel ma ġeddu l-AOC tat-trasportatur u r-riżultati tagħha.

    (95)

    Barra minn hekk, it-trasportatur iddikjara fil-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru li rċieva konferma bil-miktub minn diversi Stati Membri li n-nuqqasijiet tas-sikurezza nnutati mill-awtoritajiet tal-ispezzjoni ta’ dawn l-Istati Membri kienu ġew indirizzati b’mod adegwat mill-UCA. Madankollu, bl-eċċezzjoni ta’ Stat Membru wieħed u dwar l-operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru wieħed tat-tip AN-12 li tneħħa mill-AOC, id-dikjarazzjonijiet tal-UCA ma ġewx affermati mill-Istati Membri l-oħra konċernati.

    (96)

    Il-Kummissjoni tqis li sabiex tivvaluta bis-sħiħ il-ħila tat-trasportatur li jistabbilixxi pjan xieraq ta’ azzjoni korrettiva u li jimplimentah b’mod effikaċi jeħtieġ li twettaq żjara fuq il-post. Sfortunatament, it-tali żjara ma setgħetx issir qabel il-laqgħa tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru tal-24 ta’ Marzu 2009 minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina. Waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru tal-24 ta’ Marzu 2009, l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina esprimiet ir-rieda tagħha li tilqa’ din iż-żjara mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar kwalunkwe modifika għall-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq it-trasportatur abbażi tal-evidenza miġbura matul din iż-żjara li għad trid issir.

    (97)

    Abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li, f’dan l-istadju, dan it-trasportatur ma jistax jitneħħa mill-Anness A.

    Ukrainian Mediterranean Airlines

    (98)

    It-trasportatur Ukrainian Mediterranean Airlines (UMAir) talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru u nstema’ fl-24 ta’ Marzu 2009.

    (99)

    Abbażi tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-kumpanija lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2008, hemm evidenza li l-kumpanija wettqet miżuri biex tirranġa n-nuqqasijiet li kienu ġew innutati qabel fuq l-inġenji tal-ajru tagħha li joperaw fil-Komunità.

    (100)

    Fil-5 ta’ Novembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina bagħtu ittra lill-Kummissjoni li fiha ddikjaraw li l-validità tal-AOC tat-trasportatur tal-ajru ttawlet sal-15 ta’ Diċembru 2008, sakemm tintemm il-proċedura biex wara dik id-data jiġġedded għal perjodu ta’ sentejn sal-15 ta’ Diċembru 2010. Ma’ din l-ittra bagħtu wkoll dokument li kien fih l-att ta’ ċertifikazzjoni tal-UMAir wara verifika li twettqet fil-31 ta’ Ottubru 2008. Madankollu, la l-kumpanija u lanqas l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ma ppreżentaw ir-rapport tal-verifika għall-ħruġ tal-AOC tat-trasportatur.

    (101)

    Barra minn hekk, it-trasportatur iddikjara, fil-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru, li implimenta l-miżuri meħtieġa biex jissolvew in-nuqqasijiet kollha tas-sikurezza li kienu wasslu biex tiġi imposta l-projbizzjoni fuq l-operat tiegħu f’Settembru 2007.

    (102)

    Il-Kummissjoni tqis li sabiex tivvaluta bis-sħiħ il-ħila tat-trasportatur li jistabbilixxi pjan xieraq ta’ azzjoni korrettiva u li jimplimentah b’mod effikaċi jeħtieġ li twettaq żjara fuq il-post. Sfortunatament, it-tali żjara ma setgħetx issir qabel il-laqgħa tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru tal-24 ta’ Marzu 2009 minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina. Waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru tal-24 ta’ Marzu 2009, l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina esprimiet ir-rieda tagħha li tilqa’ din iż-żjara mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar kwalunkwe modifika għall-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq it-trasportatur abbażi tal-evidenza miġbura matul din iż-żjara.

    (103)

    Abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li, f’dan l-istadju, dan it-trasportatur ma jistax jitneħħa mill-Anness A.

    Sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

    (104)

    Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina għall-fatt li, minkejja żieda fl-attivitajiet ta’ sorveljanza ta’ dawn l-awtoritajiet, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru liċenzjati fl-Ukraina għadu qed juri riżultati ta’ tħassib fl-ispezzjonijiet fir-rampa. Waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru f’Novembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ġew mistiedna jipprovdu kjarifiki u jieħdu l-miżuri neċessarji; barra minn hekk, dawn l-awtoritajiet kienu qablu li jiġu soġġetti għal valutazzjoni tas-sikurezza li kellha tiġi organizzata mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri. Madankollu, l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina ma ppreżentatx lill-Kummissjoni r-rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva stabbilit biex jittejjeb u jissaħħaħ l-eżerċizzju tas-sorveljanza tas-sikurezza fl-Ukraina, li hija meħtieġa tibgħat kull 3 xhur skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2008 (20).

    (105)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti wrew nuqqas ta’ kooperazzjoni fit-tħejjija ta’ din iż-żjara ta’ valutazzjoni, hekk kif muri min-nuqqas ta’ preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa dwar l-ajrunavigabbiltà u mir-rifjut tal-programm taż-żjara propost mill-Kummissjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tħassar iż-żjara ta’ valutazzjoni tas-sikurezza li kienet prevista mid-9 sat-13 ta’ Frar 2009.

    (106)

    Il-Kummissjoni tinnota d-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina li fihom jaqblu li jirċievu żjara konġunta mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-EASA u li fihom jikkonfermaw mill-ġdid ir-rieda tagħhom li jikkooperaw biex tiġi organizzata b’suċċess it-tali valutazzjoni tas-sikurezza sabiex juru l-ħila tagħhom li jwettqu s-sorveljanza tat-trasportaturi kollha liċenzjati fl-Ukraina f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli tal-ICAO.

    Bangkok Airways

    (107)

    Tim ta’ esperti Ewropej wettaq missjoni ta’ tfittxija għall-fatti fir-Renju tat-Tajlandja mill-10 sat-13 ta’ Marzu 2009 sabiex jikseb tagħrif fattwali dwar il-livell attwali tas-sikurezza tal-istandards operattivi tat-trasportatur Bangkok Airways, kif ukoll dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili Tajlandiż (“Department of Civil Aviation”, DCA) fuq it-trasportatur bl-ajru. B’mod partikolari, l-għan tal-missjoni kien li jiġi deċiż jekk xi inġenju tal-ajru tat-trasportatur kienx qed jiġi operat mit-trasportatur Siem Reap Airways International, liċenzjat mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Kambodja, u li, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2008 tal-14 ta’ Novembru 2008 (21), ġie inkluż fl-Anness A tal-lista Komunitarja.

    (108)

    Ir-rapport juri li bħalissa t-trasportatur bl-ajru għandu l-kontroll reali tal-operazzjonijiet tiegħu, u li l-membri kollha tal-personal huma liċenzjati kif suppost mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja. Barra minn hekk, juri li d-DCA Tajlandiż qiegħed iwettaq attivitajiet adegwati ta’ sorveljanza fuq it-trasportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, abbażi tal-kriterji komuni, f’dan l-istadju mhija meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri.

    Trasportaturi bl-Ajru mill-Kambodja

    (109)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għarrfu lill-Kummissjoni li qegħdin javvanzaw fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni li għandu l-għan li jsolvi n-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO fl-aħħar rapport tiegħu tal-USOAP, u qegħdin jiffukaw b’mod partikolari fuq dawk in-nuqqasijiet marbuta mal-operazzjonijiet bl-ajru, sabiex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru fil-Kambodja tkun konformi mal-istandards tal-ICAO.

    (110)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għarrfu lill-Kummissjoni li ssospendew l-AOC tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: is-Siem Reap Airways International f’Diċembru 2008 u l-Cambodia Angkor Airways fi Frar 2009. Ikkonfermaw ukoll li l-AOCs kollha li nħarġu, issa jew ġew irrevokati jew sospiżi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Helicopter Cambodia u tas-Sokha Airlines.

    (111)

    Is-Siem Reap Airways International applika għat-tneħħija tas-sospensjoni tal-AOC tiegħu. Madankollu, minħabba li l-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja ddikjaraw li għadhom ma lestewx l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, it-trasportatur bl-ajru għandu jibqa’ fl-Anness A.

    Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    (112)

    Permezz tal-ittra tal-4 ta’ Marzu 2009, id-Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo għarraf lill-Kummissjoni li ċerti kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2008 ma għadhomx joperaw u li t-trasportaturi li ġejjin ingħataw AOC: Air Katanga, Busy Bee Congo, Entreprise World Airways (EWA), Gilembe Air Soutenance (Gisair), Kin Avia, Swala Aviation. Dawk it-trasportaturi li għadhom qed joperaw is-servizzi tal-ajru se ssirilhom evalwazzjoni bil-għan li jiġġeddulhom l-AOCs.

    (113)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Anness A tal-lista Komunitarja għandu jiġi aġġornat skont dan, sabiex jinkludi 'l dawk it-trasportaturi bl-ajru li ngħatalhom AOC mill-awtortitajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Madankollu, fin-nuqqas ta’ evidenza li turi r-revoka, it-tħassir jew iċ-ċediment tal-AOC ta’ dawk it-trasportaturi bl-ajru li ma għadhomx joperaw, l-ebda wieħed minnhom ma jista’ jitneħħa mil-lista Komunitarja.

    (114)

    Barra minn hekk, fl-ittra tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo talab ukoll lill-Kummissjoni biex tneħħi lit-trasportatur Hewa Bora mill-Anness A u tqiegħdu fl-Anness B sabiex jitħalla jerġa’ jibda jopera fuq ir-rotta bejn Kinshasa u Brussell b’inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Boeing 767 bil-marki tar-reġistrazzjoni 9Q-CJD. Minħabba li ma ngħatat l-ebda evidenza li l-operatur u l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza regolatorja u tas-sikurezza huma konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, f’dan l-istadju ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni u, konsegwentement, il-Hewa Bora Airways għandu jibqa’ fl-Anness A.

    Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Angola

    (115)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Angola talbu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru biex iressqu rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva li fasslu biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-sikurezza nnutati mill-ICAO fil-qafas tal-Programm tiegħu tal-Verifika Universali tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“Universal Safety Oversight Audit Programme”, USOAP). Fil-preżentazzjoni tagħhom fis-26 ta’ Marzu 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Angola ppreżentaw l-organizzazzjoni, l-istruttura u l-personal fl-awtorità, il-ħruġ tal-istandards fl-oqsma tal-liċenzji u tat-taħriġ tal-persunal, tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u tal-ajrunavigabbiltà, b’mod partikolari fir-rigward tal-bidliet fil-leġislazzjoni primarja u f’dik dwar l-avjazzjoni ċivili. F’dan ir-rigward, diġà varaw il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi kollha stabbiliti fl-Angola. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti avżaw dwar il-bidliet fil-leġislazzjoni tagħhom dwar l-investigazzjoni tal-inċidenti.

    (116)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Angola ddikjaraw ukoll li t-trasportatur TAAG kompla jġarrab bidliet sinifikanti f’livelli varji inklużi: bidliet operattivi, bidliet fil-ġestjoni, fil-kwalità u fir-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż.

    (117)

    Il-Kummissjoni tinnota r-rapport dwar il-progress imressaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola u se teżamina l-qagħda tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fl-Angola fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru.

    Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Indoneżja

    (118)

    Wara l-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar l-Avjazzjoni fit-12 ta’ Jannar 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja bagħtu lill-Kummissjoni r-Regolamenti dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili (“Civil Aviation Safety Regulations”, CASRs) applikabbli u l-materjal ta’ gwida, kif ukoll aġġornament dettaljat dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva mmirat biex jindirizza s-sejbiet li tqajmu mill-ICAO fil-qafas tal-Programm tiegħu tal-Verifika Universali tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“Universal Safety Oversight Audit Program”, USOAP).

    (119)

    Fuq talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili Indoneżjan (“Directorate General for Civil Aviation”, DGCA), mit-23 sas-27 ta’ Frar 2009, tim ta’ esperti Ewropej wettaq żjara ta’ tfittxija għall-fatti fl-Indoneżja. F’dan il-qafas, erba’ trasportaturi bl-ajru (Garuda Indonesia, Mandala Airlines, Airfast Indonesia, u Ekspres Transportasi Antarbenua) saritilhom żjara wkoll, sabiex tiġi vverifikata l-ħila tad-DGCA Indoneżjan li jiżgura s-sorveljanza tas-sikurezza tagħhom f’konformità mal-istandards rilevanti.

    (120)

    Ir-rapport taż-żjara juri titjib konsiderevoli fl-istruttura u fil-personal tad-DGCA, li jidher li jippermetti lid-DGCA jwettaq il-ħidmiet regolatorji u superviżorji tiegħu b’mod xieraq. Madankollu, ir-rapport juri wkoll li, minkejja dan it-titjib, l-attivitajiet tas-sorveljanza f’dan l-istadju mhumiex qed jitwettqu b’mod sħiħ. Is-sistema attwali tal-attivitajiet tas-sorveljanza ma tippermettix segwitu adegwat tas-sejbiet li jitqajmu mid-DGCA dwar kwalunkwe trasportatur Indoneżjan. B’mod partikolari, jidher li bħalissa d-DGCA mhuwiex f’pożizzjoni li jsir jaf id-data mmirata għall-għeluq ta’ sejba, id-data proprja tal-għeluq tagħha, u jekk tkunx ingħatat xi estensjoni għall-għeluq. Konsegwentement, f’dan l-istadju l-livell attwali tal-effikaċja tas-sorveljanza tad-DGCA fuq it-trasportaturi Indoneżjani jitqies li għadu mhux sodisfaċenti u li jeħtieġ li jitjieb.

    (121)

    Il-Kummissjoni tinnota l-kontenut tad-differenzi mill-Anness 6 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, li l-Indoneżja nnotifikat lill-ICAO fl-20 ta’ Frar 2009. Dawn id-differenzi jinkludu n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ għadd ta’ rekwiżiti tal-ICAO li jikkonċernaw l-Anness 6 li, f’xi każijiet, għandhom impatt dirett fuq is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-trasportaturi Indoneżjani. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-trasportaturi li saritilhom żjara mit-tim tal-esperti Ewropej (bi ftit eċċezzjonijiet li jikkonċernaw inġenji tal-ajru speċifiċi) huma mgħammra b’mod li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ICAO, fuq bażi volontarja.

    (122)

    Abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li l-livell attwali tal-effikaċja tal-attivitajiet tas-sorveljanza mwettqa mid-DGCA ma jippermettix l-infurzar u r-rispett adegwat tal-istandards rilevanti tas-sikurezza mit-trasportaturi ċċertifikati fl-Indoneżja. Konsegwentement, f’dan l-istadju ma jista’ jitneħħa l-ebda trasportatur Indoneżjan mil-lista Komunitarja. Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja bil-għan li terġa’ tivvaluta l-effikaċja tal-attivitajiet tas-sorveljanza fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru.

    (123)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja taw ukoll lill-Kummissjoni lista aġġornata tat-trasportaturi bl-ajru li għandhom AOC. Bħalissa, it-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja huma dawn li ġejjin: Garuda Indonesia, Merpati Nusantara, Kartika Airlines, Mandala Airlines, Trigana Air Service, Metro Batavia, Pelita Air Service, Indonesia Air Asia, Lion Mentari Airlines, Wing Adabi Nusantara, Riau Airlines, Transwisata Prima Aviation, Tri MG Airlines, Ekspress Transportasi Antar Benua, Manunggal Air Service, Megantara Airlines, Linus Airways, Indonesia Air Transport, Sriwijaya Air, Cardig Air, Travel Ekspress Aviation Service, Republic Expres Airlines, KAL Star, Airfast Indonesia, Sayap Garuda Indah, Survei Udara Penas, Nusantara Buana Air, Nyaman Air, Travira Utama, Derazona Air Service, National Utility Helicopter, Deraya Air Taxi, Dirgantara Air Service, SMAC, Kura-Kura Aviation, Gatari Air Service, Intan Angkasa Air Service, Air Pacific Utama, Transwisata Prima Aviation, Asco Nusa Air, Atlas Delta Satya, Pura Wisata Baruna, Penerbangan Angkasa Semesta, ASI Pudjiastuti, Aviastar Mandiri, Dabi Air, Balai Kalibrasi Penerbangan, Sampoerna Air Nusantara, Mimika Air, Alfa Trans Dirgantara, u Eastindo. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skont dan u dawn it-trasportaturi għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

    Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħra inklużi fl-Annessi A u B

    (124)

    Sa issa ma ġiet ikkomunikata l-ebda evidenza lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet xierqa ta’ rimedju mit-trasportaturi l-oħra inklużi fil-lista Komunitarja, kif aġġornata fl-14 ta’ Novembru 2008, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, minkejja li saru talbiet speċifiċi min-naħa tal-Kummissjoni. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, huwa vvalutat li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jibqgħu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (l-Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (l-Anness B), skont il-każ.

    (125)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

    1.

    L-Anness A għandu jinbidel bl-Anness A għal dan ir-Regolament.

    2.

    L-Anness B għandu jinbidel bl-Anness B għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Antonio TAJANI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

    (2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.

    (3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

    (4)  DGCATR-2007-357, DGCATR-2007-359, DGCATR-2008-166, BUL-2008-8, BUL-2008-9.

    (5)  DGAC/F-2007-2509, RCAARO-2008-36, RCAARO-2008-54.

    (6)  L-inċiżi (38) sa (43) tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.

    (7)  L-inċiż (17) tar-Regolament (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007, ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3.

    (8)  LBA/D-2008-13, CAA-N-2007-137, DGCATR-2008-25.

    (9)  RCAARO-2008-35, RCAARO-2008-37, RCAARO-2008-75.

    (10)  ENAC-IT-2007-785.

    (11)  SDAT-2007-36.

    (12)  GDCA-2008-10.

    (13)  DGAC/F-2008-2143, DGAC/F-2009-368, DGAC/F-2009-434, DGAC/F-2009-582.

    (14)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008, ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36.

    (15)  DGAC/F-2008-1757, DGAC/F-2008-2126, DGAC/F-2008-2127, DGAC/F-2008-2451, DGAC/F-2009-140, DGAC/F-2009-161.

    (16)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008, ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36.

    (17)  DGAC/F-2008-564, DGATR-2008-572.

    (18)  DGAC/F-2007-1325, DGAC/F-2008-174.

    (19)  DGAC/F-2008-564, DGCATR-2008-512.

    (20)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36.

    (21)  ĠU L 306, 15.11.2008, p. 47.


    ANNESS A

    LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET TAGĦHOM KOLLHA HUMA SOĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FIL-KOMUNITÀ  (1)

    Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

    In-Numru taċ-Ċertifikat tat-Trasportatur bl-Ajru (l-AOC) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

    In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

    L-Istat tal-Operatur

    AIR COMPANY KOKSHETAU

    AK-0357-08

    KRT

    Ir-Repubblika tal-Każakstan

    Air Koryo

    Mhux magħruf

    KOR

    Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK)

    Air West Co. Ltd

    004/A

    AWZ

    Ir-Repubblika tas-Sudan

    Ariana Afghan Airlines

    009

    AFG

    Ir-Repubblika Islamika tal-Afganistan

    ATMA AIRLINES

    AK-0372-08

    AMA

    Ir-Repubblika tal-Każakstan

    BERKUT AIR/BEK AIR

    AK-0311-07

    BKT

    Ir-Repubblika tal-Każakstan

    EAST WING

    AK-0332-07

    EWZ

    Ir-Repubblika tal-Każakstan

    MOTOR SICH

    025

    MSI

    L-Ukraina

    ONE TWO GO AIRLINES COMPANY LIMITED

    15/2549

    OTG

    Ir-Renju tat-Tajlandja

    SAYAT AIR

    AK-0351-08

    SYM

    Ir-Repubblika tal-Każakstan

    SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL

    AOC/013/00

    SRH

    Ir-Renju tal-Kambodja

    Silverback Cargo Freighters

    Mhux magħruf

    VRB

    Ir-Repubblika tar-Rwanda

    STARLINE KZ

    AK-0373-08

    LMZ

    Ir-Repubblika tal-Każakstan

    UKRAINE CARGO AIRWAYS

    145

    UKS

    L-Ukraina

    UKRAINIAN MEDITERRANEAN AIRLINES

    164

    UKM

    L-Ukraina

    VOLARE AVIATION ENTREPRISE

    143

    VRE

    L-Ukraina

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Ir-Repubblika tal-Angola

    AEROJET

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    AIR26

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    AIR GEMINI

    02/2008

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    Air Gicango

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    AIR JET

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    AIR NAVE

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    ALADA

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    ANGOLA AIR SERVICES

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    Diexim

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    GIRA GLOBO

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    HELIANG

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    HELIMALONGO

    11/2008

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    MAVEWA

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    RUI & CONCEICAO

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    SAL

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    SONAIR

    14/2008

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Angola

    TAAG ANGOLA AIRLINES

    001

    DTA

    Ir-Repubblika tal-Angola

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Ir-Repubblika tal-Benin

    AERO BENIN

    PEA No 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Benin

    AFRICA AIRWAYS

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Benin

    ALAFIA JET

    PEA No 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

    IGA

    Ir-Repubblika tal-Benin

    BENIN GOLF AIR

    PEA No 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Benin

    BENIN LITTORAL AIRWAYS

    PEA No 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

    BLA

    Ir-Repubblika tal-Benin

    COTAIR

    PEA No 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Benin

    ROYAL AIR

    PEA No 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Benin

    TRANS AIR BENIN

    PEA No 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

    TNB

    Ir-Repubblika tal-Benin

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    Africa One

    409/CAB/MIN/TC/0114/2006

    CFR

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER

    409/CAB/MIN/TVC/051/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIGLE AVIATION

    409/CAB/MIN/TC/0042/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR BENI

    409/CAB/MIN/TC/0019/2005

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR BOYOMA

    409/CAB/MIN/TC/0049/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR INFINI

    409/CAB/MIN/TC/006/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR KASAI

    409/CAB/MIN/TVC/036/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR KATANGA

    409/CAB/MIN/TVC/031/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR NAVETTE

    409/CAB/MIN/TC/015/2005

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR TROPIQUES

    409/CAB/MIN/TVC/029/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BEL GLOB AIRLINES

    409/CAB/MIN/TC/0073/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BLUE AIRLINES

    409/CAB/MIN/TVC/028/08

    BUL

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BRAVO AIR CONGO

    409/CAB/MIN/TC/0090/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BUSINESS AVIATION

    409/CAB/MIN/TVC/048/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BUSY BEE CONGO

    409/CAB/MIN/TVC/052/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BUTEMBO AIRLINES

    409/CAB/MIN/TC/0056/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    CARGO BULL AVIATION

    409/CAB/MIN/TC/0106/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    CETRACA AVIATION SERVICE

    409/CAB/MIN/TVC/026/08

    CER

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    CHC STELLAVIA

    409/CAB/MIN/TC/0050/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    COMAIR

    409/CAB/MIN/TC/0057/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

    409/CAB/MIN/TVC/035/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    DOREN AIR CONGO

    409/CAB/MIN/TVC/0032/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    EL SAM AIRLIFT

    409/CAB/MIN/TC/0002/2007

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    ENTREPRISE WORLD AIRWAYS (EWA)

    409/CAB/MIN/TVC/003/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    ESPACE AVIATION SERVICE

    409/CAB/MIN/TC/0003/2007

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    FilaIR

    409/CAB/MIN/TVC/037/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    FREE AIRLINES

    409/CAB/MIN/TC/0047/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    GALAXY KAVATSI

    409/CAB/MIN/TVC/027/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR)

    409/CAB/MIN/TVC/053/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    GOMA EXPRESS

    409/CAB/MIN/TC/0051/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    GOMAIR

    409/CAB/MIN/TVC/045/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    GREAT LAKE BUSINESS COMPANY

    409/CAB/MIN/TC/0048/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

    409/CAB/MIN/TVC/038/08

    ALX

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    International Trans Air Business (ITAB)

    409/CAB/MIN/TVC/033/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    KATANGA AIRWAYS

    409/CAB/MIN/TC/0088/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    KIN AVIA

    409/CAB/MIN/TVC/042/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    KIVU AIR

    409/CAB/MIN/TC/0044/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    Lignes Aériennes Congolaises (LAC)

    Firma ministerjali (l-ordinanza Nru 78/205)

    LCG

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    MALU AVIATION

    409/CAB/MIN/TVC/04008

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    Malila Airlift

    409/CAB/MIN/TC/0112/2006

    MLC

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    MANGO AVIATION

    409/CAB/MIN/TVC/034/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    PIVA AIRLINES

    409/CAB/MIN/TC/0001/2007

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    RWAKABIKA BUSHI EXPRESS

    409/CAB/MIN/TC/0052/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SAFARI LOGISTICS SPRL

    409/CAB/MIN/TC/0076/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SAFE AIR COMPANY

    409/CAB/MIN/TVC/025/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SERVICES AIR

    409/CAB/MIN/TVC/030/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SUN AIR SERVICES

    409/CAB/MIN/TC/0077/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SWALA AVIATION

    409/CAB/MIN/TVC/050/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    TEMBO AIR SERVICES

    409/CAB/MIN/TC/0089/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    Thom’s airways

    409/CAB/MIN/TC/0009/2007

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    TMK AIR COMMUTER

    409/CAB/MIN/TVC/044/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    TRACEP CONGO AVIATION

    409/CAB/MIN/TVC/046/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    TRANS AIR CARGO SERVICES

    409/CAB/MIN/TVC/024/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    TRANSPORTS AERIENS CONGOLAIS (TRACO)

    409/CAB/MIN/TC/0105/2006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    VIRUNGA AIR CHARTER

    409/CAB/MIN/TC/018/2005

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    WIMBI DIRA AIRWAYS

    409/CAB/MIN/TVC/039/08

    WDA

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    ZAABU INTERNATIONAL

    409/CAB/MIN/TVC/049/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Il-Ginea Ekwatorjali

    Cronos AIRLINES

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Il-Ginea Ekwatorjali

    CEIBA INTERCONTINENTAL

    Mhux magħruf

    CEL

    Il-Ginea Ekwatorjali

    EGAMS

    Mhux magħruf

    EGM

    Il-Ginea Ekwatorjali

    EUROGUINEANA DE AVIACION y transportes

    2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

    EUG

    Il-Ginea Ekwatorjali

    General work aviacion

    002/ANAC

    n/a

    Il-Ginea Ekwatorjali

    GETRA — Guinea Ecuatorial de Transportes Aereos

    739

    GET

    Il-Ginea Ekwatorjali

    GUINEA AIRWAYS

    738

    n/a

    Il-Ginea Ekwatorjali

    STAR EQUATORIAL AIRLINES

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Il-Ginea Ekwatorjali

    UTAGE — Union de Transport Aereo de Guinea Ecuatorial

    737

    UTG

    Il-Ginea Ekwatorjali

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    AIR PACIFIC UTAMA

    135-020

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    AIRFAST INDONESIA

    135-002

    AFE

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    ALFA TRANS DIRGANTATA

    135-012

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    ASCO NUSA AIR TRANSPORT

    135-022

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    ASI PUDJIASTUTI

    135-028

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    ATLAS DELTA SATYA

    135-023

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    AVIASTAR MANDIRI

    135-029

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    BALAI KALIBRASI FASITAS PENERBANGAN

    135-031

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    CARDIG AIR

    121-013

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    DABI AIR

    135-030

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    DERAYA AIR TAXI

    135-013

    DRY

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    DERAZONA AIR SERVICE

    135-010

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    DIRGANTARA AIR SERVICE

    135-014

    DIR

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    EASTINDO

    135-038

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    EKSPRESS

    TRANSPORTASI ANTAR BENUA

    135-032

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    GARUDA INDONESIA

    121-001

    GIA

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    GATARI AIR SERVICE

    135-018

    GHS

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    INDONESIA AIR ASIA

    121-009

    AWQ

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    INDONESIA AIR TRANSPORT

    135-017

    IDA

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    INTAN ANGKASA AIR SERVICE

    135-019

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    KAL STAR

    121-037

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    KARTIKA AIRLINES

    121-003

    KAE

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    KURA-KURA AVIATION

    135-016

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    LION MENTARI ARILINES

    121-010

    LNI

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    LINUS AIRWAYS

    121-029

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    MANDALA AIRLINES

    121-005

    MDL

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    MANUNGGAL AIR SERVICE

    121-020

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    MEGANTARA AIRLINES

    121-025

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    MERPATI NUSANTARA AIRLINES

    121-002

    MNA

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    METRO BATAVIA

    121-007

    BTV

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    MIMIKA AIR

    135-007

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    NATIONAL UTILITY HELICOPTER

    135-011

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    NUSANTARA BUANA AIR

    135-041

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    NYAMAN AIR

    135-042

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    PELITA AIR SERVICE

    121-008

    PAS

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

    135-026

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    PURA WISATA BARUNA

    135-025

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    REPUBLIC EKSPRESS

    121-040

    RPH

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    RIAU AIRLINES

    121-017

    RIU

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    SAMPOERNA AIR NUSANTARA

    135-036

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    SAYAP GARUDA INDAH

    135-004

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    SMAC

    135-015

    SMC

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    SRIWIJAYA AIR

    121-035

    SJY

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    SURVEI UDARA PENAS

    135-006

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    TRANSWISATA PRIMA AVIATION

    135-021

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    TRAVEL EKSPRESS AVIATION SERVICE

    121-038

    XAR

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    TRAVIRA UTAMA

    135-009

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    TRI MG INTRA AIRLINES

    121-018

    TMG

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    TRIGANA AIR SERVICE

    121-006

    TGN

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    WING ABADI NUSANTARA

    121-012

    WON

    Ir-Repubblika tal-Indoneżja

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Ir-Repubblika Kirgiża

    AIR MANAS

    17

    MBB

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Avia Traffic Company

    23

    AVJ

    Ir-Repubblika Kirgiża

    AEROSTAN (EX Bistair-FEZ Bishkek)

    08

    BSC

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Click Airways

    11

    CGK

    Ir-Repubblika Kirgiża

    DAMES

    20

    DAM

    Ir-Repubblika Kirgiża

    EASTOK AVIA

    15

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Golden Rule Airlines

    22

    GRS

    Ir-Repubblika Kirgiża

    ITEK Air

    04

    IKA

    Ir-Repubblika Kirgiża

    KYRGYZ TRANS AVIA

    31

    KTC

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Kyrgyzstan

    03

    LYN

    Ir-Repubblika Kirgiża

    MAX Avia

    33

    MAI

    Ir-Repubblika Kirgiża

    S GROUP AVIATION

    6

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Sky Gate International Aviation

    14

    SGD

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Sky Way air

    21

    SAB

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Tenir Airlines

    26

    TEB

    Ir-Repubblika Kirgiża

    Trast Aero

    05

    TSJ

    Ir-Repubblika Kirgiża

    VALOR AIR

    07

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Kirgiża

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

     

     

    Il-Liberja

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Repubblika tal-Gabon, bl-eċċezzjoni tal-Gabon Airlines u l-Afrijet, inklużi

     

     

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    AIR SERVICES SA

    0002/MTACCMDH/SGACC/DTA

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    AIR TOURIST (ALLEGIANCE)

    0026/MTACCMDH/SGACC/DTA

    NIL

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE)

    0020/MTACCMDH/SGACC/DTA

    NRT

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

    CTA 0003/MTAC/ANAC-G/DSA

    NVS

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    SCD AVIATION

    0022/MTACCMDH/SGACC/DTA

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    SKY GABON

    0043/MTACCMDH/SGACC/DTA

    SKG

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    SOLENTA AVIATION GABON

    0023/MTACCMDH/SGACC/DTA

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Is-Sjerra Leone

    AIR RUM, Ltd

    Mhux magħruf

    RUM

    Is-Sjerra Leone

    DESTINY AIR SERVICES, Ltd

    Mhux magħruf

    DTY

    Is-Sjerra Leone

    HEAVYLIFT CARGO

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Is-Sjerra Leone

    ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

    Mhux magħruf

    ORJ

    Is-Sjerra Leone

    PARAMOUNT AIRLINES, Ltd

    Mhux magħruf

    PRR

    Is-Sjerra Leone

    SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

    Mhux magħruf

    SVT

    Is-Sjerra Leone

    TEEBAH AIRWAYS

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Is-Sjerra Leone

    It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

     

     

    Is-Sważiland

    AERO AFRICA (PTY) LTD

    Mhux magħruf

    RFC

    Is-Sważiland

    Jet Africa Swaziland

    Mhux magħruf

    OSW

    Is-Sważiland

    ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

    Mhux magħruf

    RSN

    Is-Sważiland

    SCAN AIR CHARTER, Ltd

    Mhux magħruf

    Mhux magħruf

    Is-Sważiland

    SWAZI EXPRESS AIRWAYS

    Mhux magħruf

    SWX

    Is-Sważiland

    SWAZILAND AIRLINK

    Mhux magħruf

    SZL

    Is-Sważiland


    (1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


    ANNESS B

    LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FUQ L-OPERAT FIL-KOMUNITÀ  (1)

    Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

    In-Numru taċ-Ċertifikat tat-Trasportatur bl-Ajru (l-AOC)

    In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

    L-Istat tal-Operatur

    It-tip ta’ inġenju tal-ajru

    Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni

    L-istat tar-reġistrazzjoni

    AFRIJET (2)

    CTA 0002/MTAC/ANAC-G/DSA

     

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Falcon 900

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ

    Ir-Repubblika tal-Gabon

    Air Bangladesh

    17

    BGD

    Il-Bangladexx

    B747-269B

    S2-ADT

    Il-Bangladexx

    Air Service Comores

    06-819/TA-15/DGACM

    KMD

    Il-Komoros

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: LET 410 UVP

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: D6-CAM (851336)

    Il-Komoros

    GABON AIRLINES (3)

    CTA 0001/MTAC/ANAC

    GBK

    Ir-Repubblika Tal-Gabon

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Boeing B-767-200

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: TR-LHP

    Ir-Repubblika Tal-Gabon


    (1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

    (2)  It-trasportatur Afrijet jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

    (3)  It-trasportatur Gabon Airlines jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.


    Top