Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0810

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 tal- 11 ta’ Awwissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (Riformulazzjoni)

ĠU L 219, 14/08/2008, p. 3–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013; Imħassar b' 32013R0593

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/810/oj

14.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 219/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 810/2008

tal-11 ta’ Awwissu 2008

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat

(Riformulazzjoni)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta’ Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat (2) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi (3). Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għandu jiġi abbozzat mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Il-Komunità ħadet l-inkarigu, skond il-Ftehim dwar il-biedja li ntlaħaq wara n-negozjati kummerċjali multilaterali magħrufa bħala r-Rawnd ta’ l-Urugwaj (4), li tiftaħ kwoti tariffarji għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja u għal-laħam tal-buflu ffriżat. Dawk il-kwoti għandhom jinfetħu għal diversi snin u regoli dettaljati jridu jkunu adottati għall-applikazzjoni tagħhom għal perjodi ta’ 12-il xahar b'seħħ mill-1 ta’ Lulju.

(3)

Il-pajjiżi terzi li jesportaw aċċettaw li joħorġu ċertifikati ta’ l-awtentiċità li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodotti. Il-forma u t-tqassim taċ-ċertifikati u l-proċeduri kif jiġu użati jridu jkunu speċifikati. Iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità jridu jinħarġu mill-awtoritajiet fil-pajjizi terzi li jagħtu l-garanziji meħtieġa biex jiġi aċċertat li l-arranġamenti kkonċernati jitħaddmu b'mod tajjeb.

(4)

Il-kwota msemmija trid tkun immaniġġjata billi jintużaw il-liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, għandhom ikunu stabbiliti regoli dwar il-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet u dwar it-tagħrif li għandu jingħata fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, bħala deroga, jekk meħtieġ, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (5), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (6).

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mmaniġġjati b'sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni [titolu mhux uffiċjali] (7) jistipula dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, l-istatus ta’ l-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġin għall-kwota kkonċernata, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(6)

Biex ikun żgurat immanigġjar tajjeb ta’ l-importazzjoni tal-laħam, għandu jkun hemm dispożizzjoni, fejn hu rilevanti, biex jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni suġġetti għall-verifika partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità.

(7)

L-esperjenza wriet li l-importaturi mhux dejjem jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni bil-kwantità u l-oriġini taċ-ċanga importata taħt il-kwota msemmija. Dan it-tagħrif huwa importanti biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-suq. Għalhekk għandha tiddaħħal garanzija biex jiġi assigurat li l-importaturi jwettqu dan l-obbligu.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti ta’ tariffi li ġejjin b'dan huma miftuħin kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni”:

(a)

60 250 tunnellata ta’ laħam frisk ta’ kwalità għolja, imkessaħ jew iffrizat, ta’ annimali bovini koperti mill-kodiċijiet tan-NM 0201 u 0202 u għall-prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM 0206 10 95 u 0206 29 91. Din il-kwota ġġib in-numru ta’ l-ordni 09 4002.

(b)

2 250 tunnellata ta’ laħam tal-buflu iffriżat u bla għadam kopert mill-kodiċi tan-NM 0202 30 90, espressi bħala użin ta’ laħam mingħajr għadam. Din il-kwota ġġib in-numru ta’ l-ordni 09 4001.

Għall-finijiet ta’ l-attribuzzjoni tal-kwoti msemmijin fl-ewwel subparagrafu, 100 kilogramma ta’ laħam bl-għadam għandhom ikunu ekwivalenti għal 77 kilogramma ta’ laħam bla għadam.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “laħam iffriżat” ifisser laħam li jkollu temperatura interna ta’ – 12 °C jew inqas meta jidħol fit-territorju doganali tal-Kommunità.

3.   Id-dazju ad volarem fil-kwoti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 20 %.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja għaċ-ċanga friska, imkessħa jew iffriżata li hemm dispożizzjoni dwarha fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 1(1) għandha tiġi allokata kif ġej:

(a)

28 000 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 u li tissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“Qatgħat taċ-ċanga magħżulin minn għoġġiela, għoġġiela żgħar jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi ta’ l-għoġġiela għandhom ikunu kklassifikati bħala ‘JJ’, ‘J’, ‘U’ jew ‘U2’, il-karkassi ta’ l-għoġġiela żgħar u ta’ l-erieħ għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘AA’, ‘A’, jew ‘B’ skond il-klassifikazzjoni uffiċjali taċ-ċanga stabbilita mis-Segretarjat ta’ l-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd u l-Ikel fl-Arġentina (Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos — SAGPyA)”.

Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.

(b)

7 150 tunnellata ta’ piż tal-prodott tal-laħam kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 20 90, 0201 30, 0202 20 90, 0202 30, 0206 10 95 u 0206 29 91 u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“Qatgħat magħżulin minn karkassi ta’ għoġġiela jew erieħ li ġew ikklassifikati taħt waħda mill-kategoriji uffiċjali li ġejjin ‘Y’, ‘YS’, ‘YG’, ‘YGS’, ‘YP’ u ‘YPS’ kif iddefinit mill-‘AUS-MEAT Australia’. Il-kulur taċ-ċanga jrid ikun konformi ma’ l-istandards ta’ referenza tal-kulur tal-laħam ta’ l-‘AUS-MEAT’ bin-numri 1B sa 4, il-kulur tax-xaħam ma’ l-istandards ta’ referenza tal-kulur tax-xaħam ta’ l-‘AUS-MEAT’ bin-numri 0 sa 4, u l-ħxuna tax-xaħam (imkejla fil-post P8) mal-klassijiet tax-xaħam bin-numri 2 sa 5 ta’ l-‘AUS-MEAT’.”

Il-qatgħat iridu jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.

(c)

6 300 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 u li tissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“Qatgħat taċ-ċanga magħżulin minn għoġġiela (‘novillo’) jew erieħ (‘vaquillona’) kif iddefinit fil-klassifikazzjoni uffiċjali tal-karkassi tal-laħam bovin stabbilita mill-Istitut Nazzjonali tal-Laħam ta’ l-Urugwaj (l-‘Instituto Nacional de Carnes – INAC’). L-annimali eliġibbli għall-produzzjoni ta’ Ċanga ta’ Kwalità Għolja ikunu kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘I’, ‘N’ jew ‘A’, b’kisja tax-xaħam bin-numri ‘1’, ‘2’ jew ‘3’ skond il-klassifikazzjoni msemmija hawn fuq”.

Il-qatgħat iridu jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.

(d)

5 000 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 u li tissodisfa d-definizzjonijiet li ġejjin:

“Qatgħat magħżulin minn għoġġiela jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘B’ b’kisja tax-xaħam bin-numri ‘2’ jew ‘3’ skond il-klassifikazzjoni uffiċjali tal-karkassi taċ-ċanga stabbilita mill-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Bhejjem u l-Provvista fil-Brażil (il-‘Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento’)”.

Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.

(e)

1 300 tunnellata ta’ piż tal-prodott tal-laħam kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 20 90, 0201 30, 0202 20 90, 0202 30, 0206 10 95 u 0206 29 91 u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“Qatgħat taċ-ċanga primi magħżulin, imkessħin jew iffriżati, u li ġejjin minn annimali bovini li kienu jirgħu biss fil-mergħat, li m’għandhomx iktar minn erba’ sinniet permanenti ta’ quddiem qed jittieklu, li l-karkassi tagħhom lesti biex jintużaw għal-laħam (dressed) fihom piż ta’ mhux aktar minn 325 kilogramm, li għandhom dehra kompatta b’għajn tajba, b’laħam ta’ lewn ċar u uniformi u b’kisja xaħam biżżejjed iżda mhux iżżejjed. Il-qatgħat kollha għandhom ikunu ppakkjati mingħajr arja u msejħin ‘ċanga ta’ kwalità għolja’”.

(f)

11 500 tunnellata ta’ piż tal-prodott tal-laħam li jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 0201, 0202, 0206 10 95 u 0206 29 91, u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“L-karkassi jew kwalunkwe qatgħa minn annimali bovini li ma jkollhomx aktar minn 30 xahar, mitmugħin tul perjodu ta’ mitt jum jew aktar dieta bbilanċjata nutrittiva, b'kontenut ta’ enerġija għolja li tinkludi mhux anqas minn 70 % qamħ, u b'valur ta’ talanqas 20 libbra ta’ għalf totali kuljum. Ċanga kklassifikata bħala ‘choice’ (‘ta’ l-għażla’) jew ‘prime’ (‘ta' l-iprem kwalità’) skond l-istandards ta’ l-USDA (Id-Dipartiment ta’ l-Agrikolutura ta’ l-Istati Uniti) tissodisfa awtomatikament id-definizzjoni ta’ hawn fuq. Laħam ikklassifikat bħala ‘Kanada A’, ‘Kanada AA’, ‘Kanada AAA’, ‘Kanada Choice’ u ‘Kanada Prime’, ‘A1’, ‘A2’ u ‘A3’, skond l-Aġenzija ta’ l-Ispezzjoni ta’ l-Ikel Kanadiża – il-Gvern tal-Kanada, jikkorrispondi għal din id-definizzjoni”.

(g)

1 000 tunnellata ta’ laħam mingħajr għadam li jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0202 30 90 u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“Flett (lomito), il-mixwi (striploin) u/jew Cube roll (lomo), ramp (rabadilla), l-għolja tal-koxxa (carnaza negra) miksubin minn annimali magħżulin ta’ razez imħallta b'inqas minn 50 % ta’ razez tat-tip zebú u li ġew mitmugħa biss ħuxlief jew ħaxix mill-mergħat. L-annimali maqtula għandhom ikunu għoġġiela jew erieħ li jaqgħu fi ħdan il-kategorija ‘V’ tas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi ‘VACUNO’ li tipproduċi karkassi li ma jaqbżux il-260 kg”.

Il-qatgħat iridu jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

L-indikazzjoni “ċanga ta’ kwalità għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.

Artikolu 3

1.   L-importazzjonijiet tal-kwantitajiet stipulati fl-Artikolu 2(f) għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni, hekk kif jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, ta':

(a)

liċenzja ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikoli 4 u 5, u

(b)

ċertifikat ta’ l-awtentiċità maħruġ skond l-Artikolu 6.

2.   Għall-importazzjonijiet tal-kwantità stipulata fl-Artikolu 2(f), il-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għandu jinqasam fi 12-il perjodu sekondarju ta’ xahar il-wieħed. Il-kwantità disponibbli għal kull perjodu sekondarju tikkorrispondi ma’ wieħed minn tnax tal-kwantità totali.

Artikolu 4

Biex jiksbu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni msemmijin fl-Artikolu 3, għandhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sezzjoni 8 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż ta’ l-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b'salib. Il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obbligu li l-importazzjoni ssir mill-pajjiż ikkonċernat;

(b)

is-sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jridu juru waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness III.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmijin fl-Artikolu 4 jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ kull xahar ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni.

Minkejja l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, l-applikazzjonijiet jistgħu, għall-istess numru ta’ l-ordni tal-kwota, ikopru prodott jew bosta prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM jew mill-gruppi tal-kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jkopru bosta kodiċijiet tan-NM, għandha tiġi speċifikata, skond il-kodiċi tan-NM jew il-grupp tal-kodiċijiet tan-NM, il-kwantità rispettiva li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni. F'kull każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM għandhom jintwerew fis-sezzjoni 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fis-sezzjoni 15 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji.

2.   Sa mhux aktar tard mill-16:00, ħin ta’ Brussell, fit-tieni ġurnata tax-xogħol wara d-data ta’ l-għeluq għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet, skond il-pajjiżi ta’ l-oriġini.

3.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu fil-15-il jum ta’ kull xahar.

Kull liċenzja li tinħareġ għandha tispeċifika l-kwantità kkonċernata skond il-kodiċi tan-NM jew il-grupp tal-kodiċijiet tan-NM.

Artikolu 6

1.   Għandha tinħareġ kopja waħda oriġinali taċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità flimkien ma’ mhux anqas minn kopja waħda tiegħu skond il-mudell mogħti fl-Anness I.

Il-formoli għandhom ikunu ta’ qies ta’ 210 × 297 mm u l-karta għandha tiżen mhux anqas minn 40 g/m2.

2.   Il-formoli għandhom ikunu mitbugħa u mimlija f'waħda mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità; jistgħu wkoll jiġu mitbugħa u mimlija fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li qed jesporta.

Id-definizzjoni rilevanti fl-Artikolu 2 applikabbli għal-laħam li joriġina fil-pajjiż li qed jesporta għandha tkun inkluża fuq il-parti ta’ wara tal-formola.

3.   Iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità għandu jkollhom numru tas-serje individwali allokat mill-awtoritajiet emittenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7. Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinali.

4.   Id-dokument oriġinali u l-kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ ta’ l-aħħar, għandhom jinkitbu bil-linka sewda u b'ittri kbar.

5.   Iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità għandhom ikunu validi biss jekk ikunu mimlijin sewwa u ffirmati b'mod konformi ma’ l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Annessi I u II minn awtorità emittenti, inkluża fil-lista ta’ l-Anness II.

6.   Iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità jkunu meqjusa ffirmati sewwa jekk ikunu jinklud d-data u l-post tal-ħruġ kif ukoll it-timbru ta’ l-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew tal-persuni awtorizzata/i li jiffirmawhom.

It-timbru jista' jinbidel b’siġill mitbugħ kemm fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-awtentiċità kif ukoll fuq il-kopji l-oħra tiegħu.

Artikolu 7

1.   L-awtoritajiet emittenti elenkati fl-Anness II għandhom:

(a)

ikunu rrikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż li qed jesporta;

(b)

jaċċettaw li jivverifikaw l-annotazzjonijiet fiċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità;

(c)

jaċċettaw li kull nhar ta’ Erbgħa jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe tagħrif li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu vverifikati l-annotazzjonijiet fiċ-ċertifikati.

2.   Il-lista mogħtija fl-Anness II tista' tiġi riveduta mill-Kummissjoni fil-każ li kwalunkwe awtorità emittenti ma tkunx aktar irrikonoxxuta, fil-każ li din tonqos milli twettaq kwalunkwe obbligu meħtieġ minnha jew fil-każ li tinħatar awtorità emittenti ġdida.

Artikolu 8

1.   L-importazzjonijiet tal-kwantitajiet stipulati fl-Artikolu 1(1)(b) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) għandhom jiġu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġin skond l-Artikolu 4(a) u (b) u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mar-rilaxx tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità oriġinali maħruġ skond l-Artikoli 6 u 7 flimkien ma’ kopja tiegħu għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja ta’ l-importazzjoni relatata maċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità.

Iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ aktar minn liċenzja waħda ta’ l-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fuq iċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta’ ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità sabiex dan ikun juri l-kwantità attribwita.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li t-tagħrif kollu fuq iċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità jaqbel ma’ dak li jkun waslilhom kull ġimgħa fuq is-suġġett mingħand il-Kummissjoni. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.

3.   Minkejja l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 2, u suġġett għall-konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni meta:

(a)

l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità jkun ġie ppreżentat imma t-tagħrif rilevanti mill-Kummissjoni jkun għadu ma waslilhomx, jew

(b)

l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità ma jkunx ġie ppreżentat, jew

(c)

l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità jkun ġie ppreżentat u t-tagħrif rilevanti mill-Kummissjoni jkun wasal imma ċertu dejta ma tkunx f'konformità.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, minkejja t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, il-garanzija li trid tiġi ddepożitata għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun ugwali għall-ammont korrispondenti, għall-prodotti msemmija, tad-dazju sħiħ tad-dwana skond it-Tariffa Doganali Komuni (it-TDK) applikabbli fil-ġurnata li fiha tkun sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni.

Wara li jkunu rċevew l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità u t-tagħrif tal-Kummissjoni dwar iċ-ċertifikat imsemmi u wara li jkunu ivverifikaw li din id-dejta hija f’konformità, l-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw din il-garanzija bil-kundizzjoni li l-garanzija msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 tkun ġiet iddepożitata għall-istess liċenzja ta’ l-importazzjoni.

5.   Il-preżentazzjoni ta’ l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-awtentiċità li huwa f’konformità, lill-awtorità kompetenti, qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni kkonċernata għandha tikkostitwixxi ħtieġa prinċipali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (9) għall-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.

6.   L-ammonti tal-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 mhux rilaxxati għandhom jiġu sekwestrati u miżmuma bħala dazji doganali.

Artikolu 9

Iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità u l-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jibqgħu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ tagħhom. Iż-żmien tal-validità taċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità, madankollu, għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ wara d-data tal-ħruġ.

Artikolu 10

Għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(f) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

Għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 11

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, għall-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni bin-numru ta’ l-ordni 09 4002, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni matul ix-xahar ta’ qabel;

(b)

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni, għall-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni bin-numru ta’ l-ordni 09 4001, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni matul il-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni ta’ qabel;

(c)

il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, koperti b'liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżlin fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:

(i)

flimkien man-notifiki msemmijin fl-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet ippreżentati għall-aħħar perjodu sekondarju tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni;

(ii)

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni.

2.   Sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Ottubru ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni ta’ qabel.

Madankollu, mill-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet ta’ prodotti li jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa sa mill-1 ta’ Lulju 2009 skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   Għan-notifiki msemmijin fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom ikun espressi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, għal kull pajjiż ta’ l-oriġini u għal kull kategorija ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(b) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru skond kif inhu indikat fl-Annessi IV, V u VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 huwa revokat.

Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VIII.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2008.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 317/2007 (ĠU L 84, 24.3.2007, p. 4).

(3)  Ara l-Anness VII.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(5)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(6)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008.

(7)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(8)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Definizzjoni

Ċanga ta’ kwalità għolja li toriġina fi …

(definizzjoni xierqa)

Laħam tal-buflu li joriġina fl-Awstralja


ANNESS II

Lista ta’ l-awtoritajiet fil-pajjiżi li qed jesportaw li jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità

SECRETARÍA DE AGRICULTURA, GANADERÍA, PESCA Y ALIMENTOS (SAGPyA):

għal-laħam li joriġina fl-Arġentina u li huwa skond id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a).

DEPARTMENT OF AGRICULTURE, FISHERIES AND FORESTRY — AUSTRALIA:

għal-laħam li joriġina fl-Awstralja:

(a)

li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(b);

(b)

li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(1).

INSTITUTO NACIONAL DE CARNES (INAC):

għal-laħam li joriġina fl-Urugwaj u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(c).

DEPARTAMENTO NACIONAL DE INSPECÇÃO DE PRODUTOS DE ORIGEM ANIMAL (DIPOA):

għal-laħam li joriġina fil-Brażil u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(d).

NEW ZEALAND MEAT BOARD:

għal-laħam li joriġina fin-New Zealand, li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(e).

FOOD SAFETY AND INSPECTION SERVICE (FSIS) OF THE UNITED STATES DEPARTMENT OF AGRICULTURE (USDA):

għal-laħam li joriġina fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(f).

CANADIAN FOOD INSPECTION AGENCY — GOVERNMENT OF CANADA/AGENCE CANADIENNE D'INSPECTION DES ALIMENTS — GOUVERNEMENT DU CANADA:

għal-laħam li joriġina fil-Kanada, u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(f).

MINISTERIO DE AGRICULTURA, GANADERÍA, DIRECCIÓN DE NORMAS Y CONTROL DE ALIMENTOS:

għal-laħam li joriġina fil-Paragwaj u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(g).


ANNESS III

Annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(b)

:

Bil-Bulgaru

:

Говеждо/телешко месо с високо качество (Регламент (ЕО) № 810/2008)

:

Bl-Ispanjol

:

Carne de vacuno de alta calidad [Reglamento (CE) no 810/2008]

:

Biċ-Ċek

:

Vysoce jakostní hovězí/telecí maso (nařízení (ES) č. 810/2008)

:

Bid-Daniż

:

Oksekød af høj kvalitet (forordning (EF) nr. 810/2008)

:

Bil-Ġermaniż

:

Qualitätsrindfleisch (Verordnung (EG) Nr. 810/2008)

:

Bl-Estonjan

:

Kõrgekvaliteediline veiseliha/vasikaliha (määrus (EÜ) nr 810/2008)

:

Bil-Grieg

:

Βόειο κρέας εκλεκτής ποιότητας [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 810/2008]

:

Bl-Ingliż

:

High-quality beef/veal (Regulation (EC) No 810/2008)

:

Bil-Franċiż

:

Viande bovine de haute qualité [règlement (CE) no 810/2008]

:

Bit-Taljan

:

Carni bovine di alta qualità [regolamento (CE) n. 810/2008]

:

Bil-Latvjan

:

Augstākā labuma liellopu/teļa gaļa (Regula (EK) Nr. 810/2008)

:

Bil-Litwan

:

Aukštos kokybės jautiena ir (arba) veršiena (Reglamentas (EB) Nr. 810/2008)

:

Bl-Ungeriż

:

Kiváló minőségű marha-/borjúhús (810/2008/EK rendelet)

:

Bil-Malti

:

Kwalita għolja ta’ ċanga/vitella (Regolament (KE) Nru 810/2008)

:

Bl-Olandiż

:

Rundvlees van hoge kwaliteit (Verordening (EG) nr. 810/2008)

:

Bil-Pollakk

:

Wołowina/cielęcina wysokiej jakości (Rozporządzenie (WE) nr 810/2008)

:

Bil-Portugiż

:

Carne de bovino de alta qualidade [Regulamento (CE) n.o 810/2008]

:

Bir-Rumen

:

Carne de vită/vițel de calitate superioară [Regulamentul (CE) nr. 810/2008]

:

Bis-Slovakk

:

Vysoko kvalitné hovädzie/teľacie mäso (Nariadenie (ES) č. 810/2008)

:

Bis-Sloven

:

Visokokakovostno goveje/telečje meso (Uredba (ES) št. 810/2008)

:

Bil-Finlandiż

:

Korkealaatuista naudanlihaa (asetus (EY) N:o 810/2008)

:

Bl-Iżvediż

:

Nötkött av hög kvalitet (förordning (EG) nr 810/2008)


ANNESS IV

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (maħruġin) – Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni

Minn: … sa: …


In-nru. ta’ l-ordni

Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti (1)

Il-kwantità

(il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

Il-pajjiż ta’ l-oriġini

09.4001

 

 

L-Awstralja

09.4002

 

 

L-Arġentina

L-Awstralja

L-Urugwaj

Il-Brażil

In-New Zealand

Il-Paragwaj


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif murija fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008


ANNESS V

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji ta' l-importazzjoni ma jkunux intużaw

Minn: … sa: …


In-nru. ta’ l-ordni

Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti (1)

Il-kwantità li ma ntużatx

(il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

Il-pajjiż ta’ l-oriġini

09.4001

 

 

L-Awstralja

09.4002

 

 

L-Arġentina

L-Awstralja

L-Urugwaj

Il-Brażil

In-New Zealand

Il-Paragwaj


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif murija fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008


ANNESS VI

Notifika dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni).


In-nru. ta’ l-ordni

Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti (1)

Il-kwantità mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa

(il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

Il-pajjiż ta’ l-oriġini

09.4001

 

 

L-Awstralja

09.4002

 

 

L-Arġentina

L-Awstralja

L-Urugwaj

Il-Brażil

In-New Zealand

Il-Paragwaj


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif murija fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008


ANNESS VII

Ir-Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97

(ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2048/97

(ĠU L 287, 21.10.1997, p. 10)

fir-rigward tar-referenza għar-Regolament (KE) Nru 936/97 fl-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 31/98

(ĠU L 5, 9.1.1998, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/98

(ĠU L 25, 31.1.1998, p. 42)

L-Artikolu 4 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1299/98

(ĠU L 180, 24.6.1998, p. 6)

L-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1680/98

(ĠU L 212, 30.7.1998, p. 36)

L-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/1999

(ĠU L 17, 22.1.1999, p. 22)

L-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 361/2002

(ĠU L 58, 28.2.2002, p. 5)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1524/2002

(ĠU L 229, 27.8.2002, p. 7)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1781/2002

(ĠU L 270, 8.10.2002, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 649/2003

(ĠU L 95, 11.4.2003, p. 13)

L-Artikolu 2 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2004

(ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10)

L-Artikolu 2 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2186/2005

(ĠU L 347, 30.12.2005, p. 74)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 408/2006

(ĠU L 71, 10.3.2006, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1745/2006

(ĠU L 329, 25.11.2006, p. 22)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2006

(ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26)

L-Artikolu 2 u l-Anness II biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 317/2007

(ĠU L 84, 24.3.2007, p. 4)

 


ANNESS VIII

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, (a)

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, (b)

L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1(2) u (3)

L-Artikolu 1(2) u (3)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3(1), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(1), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 3(1)(a)

L-Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

L-Artikolu 3(1)(b)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 4, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 4, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 4(c)

L-Artikolu 4(a)

L-Artikolu 4(d)

L-Artikolu 4(b)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(2)(a)

L-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 8(2)(b)

L-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 8(2)(c)

L-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, (a)

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, (b)

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu, (c)

L-Artikolu 8(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi

L-Artikolu 8(4)

L-Artikolu 8(3), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 8(5)

L-Artikolu 8(3) il-ħames subparagrafu

L-Artikolu 8(6)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 13

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness VI

L-Anness VII

L-Anness VIII


Top