This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0632
Commission Regulation (EC) No 632/2008 of 2 July 2008 amending Regulation (EC) No 1019/2002 on marketing standards for olive oil
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2008 tat- 2 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2008 tat- 2 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
ĠU L 173, 03/07/2008, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/02/2012; Imħassar b' 32012R0029
3.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 173/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 632/2008
tat-2 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 113(1)(a) u 121(h), flimkien ma' l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 (2) jipprovdi għal skema ta’ tismija ta' ċerti referenzi fakultattivi għaż-żjut taż-żebbuġa. Skond l-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament imsemmi, l-indikazzjonijiet tal-proprjetajiet organolettiċi taż-żjut verġni taż-żebbuġa jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta' metodu ta' analiżi pprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (3). |
(2) |
F' Novembru 2007, intemmew il-ħidmiet mnedija mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (ICO) bil-għan li jinstabu metodi ġodda ta’ evalwazzjoni organolettika sabiex tkun tista' titwessa' l-firxa ta' l-attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja għaddejja minn proċess ta’ adattament għall-metodu rivedut ta' l-ICO. Ikun madankollu prematur li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 mill-bidu formali tal-kampanja ta’ tqegħid fis-suq 2008/2009, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 titressaq għat-30 ta’ Novembru 2008, li taħbat mad-data ta’ meta jibda l-ibbottiljar taż-żjut mis-sena ta’ tqegħid fis-suq 2008/2009. |
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 jiġi emendat. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
“L-Artikolu 5(ċ) jgħodd mit-30 ta' Novembru 2008.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 20).
(3) ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 702/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 11).