Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0055

Direttiva 2008/55/KE tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 150, 10/06/2008, p. 28–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32010L0024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/55/oj

10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/28


DIRETTIVA 2008/55/KE TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2008

dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikoli 93 u 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (3) ġiet emendata diversi drabi (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Il-fatt li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriferu għall-irkupru huma applikabbli biss fil-limiti tat-territorji nazzjonali huwa fih innifsu ta’ xkiel għat-tħaddim tas-suq intern. Din is-sitwazzjoni ma tħallix li r-regoli tal-Komunità jiġu applikati fis-sħiħ u b’ġustizzja partikolarment fis-settur tal-politika agrikola komuni, u tiffaċilita ħidmiet frawdolenti.

(3)

Huwa neċessarju li jiġi indirizzat t-theddid għall-interessi finanzjarji tal-Komunità u għall-Istati Membri kif ukoll għas-suq intern li jirriżulta mill-iżvilupp tal-frodi billi jiġu mħarsa aħjar il-kompetittività u n-newtralità fiskali tas-suq intern.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu adottati regoli komuni dwar il-għajnuna reċiproka għall-irkupru.

(5)

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għall-irkupru ta’ talbiet li jirriżultaw mid-diversi miżuri li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ta’ kontribuzzjonijiet u imposti oħra u imposti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi tas-sisa armonizzati (tabakk iffabbrikat, alkoħol u xorb alkoħoliku u żjut minerali), kif ukoll taxxi fuq id-dħul, il-kapital u l-poloz ta’ l-assigurazzjoni. Għandhom ukoll japplikaw għall-irkupru ta’ interessi, pieni amministrattivi u multi u spejjeż inċidentali għal talbiet bħal dawn.

(6)

L-għajnuna reċiproka għandha tikkonsisti f’dan li ġej: l-awtorità mitluba trid min-naħa l-waħda tforni lill-awtorità applikanti bit-tagħrif li din ta’ l-aħħar ikollha bżonn sabiex tirkupra t-talbiet li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih tkun tinsab u tgħarraf lid-debitur bid-dokumenti kollha li jirreferu għal talbiet bħal dawn li jiġu minn dak l-Istat Membru, u min-naħa l-oħra trid tirkupra, fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, it-talbiet li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih din ta’ l-aħħar tkun tinsab.

(7)

Dawn il-forom differenti ta’ għajnuna għandhom jingħataw mill-awtorità mitluba skond il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw materji bħal dawn fl-Istat Membru li fih tkun tinsab.

(8)

Huwa meħtieġ li wieħed jagħmel il-kondizzjonijiet li taħthom talbiet għall-għajnuna jkunu jridu jitfasslu mill-awtorità applikanti u li tingħata tifsira restrittiva taċ-ċirkostanzi partikolari li fihom l-awtorità mitluba tista’ tiċħad il-għajnuna f’xi każ partikolari.

(9)

Sabiex jippermetti rkupru aktar effiċjenti u effettiv tal-pretensjonijiet li dwarhom tkun saret talba għall-irkupru, l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu, fil-prinċipju, jiġi ttrattat bħala strument ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

(10)

Meta l-awtorità mitluba jkun jeħtiġilha taġixxi f’isem l-awtorità applikanti sabiex tirkupra xi talba, għandha tkun kapaċi, jekk id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab hekk jippermettu u bil-qbil ta’ l-awtorità applikanti, li tagħti żmien lid-debitur sabiex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Xi interessi fuq faċilitajiet ta’ ħlas bħal dawn għandhom ukoll jintbagħtu lill-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab.

(11)

Fuq talba raġonata mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha wkoll tkun kapaċi, kemm-il darba d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab hekk jippermettu, li tieħu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex tiggarantixxi l-irkupru ta’ talbiet li jinqalgħu fl-Istat Membru applikanti. Talbiet bħal dawn m’għandhomx neċessarjament jibbenifikaw mill-privileġġi mogħtija lil talbiet simili li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab.

(12)

Matul il-proċedura ta’ rkupru fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab it-talba jew id-dokument li jawtorizzaw l-infurzar tagħha maħruġa fl-Istat Membru li fih tinsab l-awtorità applikanti jistgħu jiġu kkontestati mill-persuna kkonċernata. Għandu jiġi stabbilit f’każijiet bħal dawn li l-persuna kkonċernata għandha tressaq l-azzjoni biex tikkontesta t-talba quddiem il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li l-awtorità applikanti tkun tinsab fih u li l-awtorità mitluba trid tissospendi kull proċedura ta’ infurzar li hi tkun bdiet sakemm tittieħed deċiżjoni mill-korp imsemmi qabel.

(13)

Għandu jiġi stabbilit li dokumenti u tagħrif mgħoddija fil-kors tal-għajnuna reċiproka għall-irkupru m’għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra.

(14)

L-użu ta’ l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru ma jistax, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ikun ibbażat fuq vantaġġi finanzjarji jew fuq xi interess fir-riżultati miksuba, iżda l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jaqblu ma’ l-arranġamenti tar-rimborż meta l-irkupru joħloq problema speċifika.

(15)

Din id-Direttiva m’għandhiex tillimita l-għajnuna reċiproka bejn xi Stati Membri partikulari taħt xi ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali.

(16)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(17)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti Ċ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu inkorporati fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-irkupru f’kull Stat Membru tat-talbiet li għalihom jirriferi l-Artikolu 2 li jinqalgħu f'xi Stat Membru ieħor.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tapplika għal pretensjonijiet kollha li jirrigwardaw:

(a)

rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inklużi s-somom li jridu jinġabru fir-rigward ta’ dawn l-azzjonijiet;

(b)

imposti u dazji oħra li għalihom hemm ipprovdut taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor;

(ċ)

dazji fuq l-importazzjoni;

(d)

dazji fuq l-esportazzjoni;

(e)

taxxa fuq il-valur miżjud;

(f)

dazji tas-sisa fuq:

(i)

tabakk iffabbrikat,

(ii)

alkoħol u xorb alkoħoliku,

(iii)

żjut minerali;

(g)

taxxi fuq id-dħul u l-kapital;

(h)

taxxi fuq il-poloz ta’ l-assigurazzjoni;

(i)

imgħax, pieni amministrattivi u multi, u spejjez inċidentali għall-pretensjonijiet li għalihom saret referenza f’punti (a) sa (h), bl-esklużjoni ta’ kull sanzjoni ta’ natura kriminali kif stabbiliti mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fihom tinstab l-awtorità mitluba.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-pretensjonijiet relatati għal taxxi identiċi jew analogi mat-taxxi fuq il-premiums tal-poloz ta’ l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(6) li jissuplimentaw jew jibdluhom. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni d-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ tali taxxi.

Artikolu 3

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1.

“awtorità applikanti” tfisser l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru li tagħmel talba għall-għajnuna b’konnessjoni ma’ xi talba li għaliha jirreferi l-Artikolu 2;

2.

“awtorità mitluba” tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssirlu talba;

3.

“dazji fuq l-importazzjoni” tfisser dazji doganali u piżijiet li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni, u piżijiet fuq l-importazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-politika agrikola komuni jew f’dak ta’ arranġamenti speċifiċi applikabbli fuq ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

4.

“dazji fuq l-esportazzjoni” tfisser dazji tad-dwana u ħlasijiet li għandhom l-effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni, u ħlasijiet ta’ l-importazzjoni imqiegħda fil-qafas tal-polza agrikola komuni jew f’dak ta’ arranġamenti speċifiċi applikabbli fuq ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

5.

“taxxi fuq id-dħul u l-kapital” tfisser dawk enumerati fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill [77/799/KEE] tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, ċerti dazji tad-dwana u t-taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni (6), moqrija konġuntivament ma’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik id-Direttiva;

6.

“taxxi fuq il-poloz ta’ l-assigurazzjoni” tfisser:

(a)

:

fil-Belġju

:

(i)

taxe annuelle sur les contrats d’assurance

(ii)

jaarlijkse taks op de verzekeringscontracten

(b)

:

fid-Danimarka

:

(i)

afgift af lystfartøjsforsikringer

(ii)

afgift af ansvarsforsikringer for motorkøretøjer m.v.

(iii)

stempelafgift af forsikringspræmier

(ċ)

:

fil-Ġermanja

:

(i)

Versicherungssteuer,

(ii)

Feuerschutzsteuer;

(d)

:

fil-Greċja

:

(i)

Φòρος κύκλου εργασιών (Φ.Κ.Ε),

(ii)

Τέλη Χαρτοσήμου;

(e)

:

fi Spanja

:

Impuesto sobre las primas de seguros;

(f)

:

fi Franza

:

taxe sur les conventions d’assurances;

(g)

:

fl-Irlanda

:

levy on insurance premiums;

(h)

:

fl-Italja

:

imposte sulle assicurazioni private ed i contratti vitalizi di cui alla legge 29.10.1967 No 1216;

(i)

:

fil-Lussemburgu

:

(i)

impôt sur les assurances,

(ii)

impôt dans l’interêt du service d’incendie;

(j)

:

f’Malta

:

taxxa fuq dokumenti u trasferimenti

(k)

:

fl-Olanda

:

assurantiebelasting;

(l)

:

fl-Awstrija

:

(i)

Versicherungssteuer,

(ii)

Feuerschutzsteuer;

(m)

:

fil-Portugal

:

imposto de selo sobre os prémios de seguros;

(n)

:

fis-Slovenja

:

(i)

davek od promenta zavarovalnih poslov,

(ii)

požarna taksa;

(o)

:

fil-Finlandja

:

(i)

eräistä vakuutusmaksuista suoritettava vero/skatt på vissa försäkringspremier,

(ii)

palosuojelumaksu/brandskyddsavgift;

(p)

:

fir-Renju Unit

:

insurance premium tax (IPT).

Artikolu 4

1.   Fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tipprovdi kull tagħrif li jkun utli għall-awtorità applikanti fl-irkupru tat-talbiet tagħha.

Sabiex jinkiseb dan it-tagħrif, l-awtorità mitluba għandha tagħmel użu mis-setgħat mogħtija mil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għall-irkupru ta’ talbiet bħalhom li jinqalgħu fl-Istat Membru fejn dik l-awtorità tkun tinsab.

2.   It-talba għal tagħrif għandha tindika l-isem u l-indirizz tal-persuna li għaliha jirriferi t-tagħrif li jrid jingħata u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni li għaliha l-awtorità applikanti normalment ikollha aċċess u n-natura u l-ammont tat-talba li ssir.

3.   L-awtorità mitluba mhix obbligata li tforni tagħrif:

(a)

li ma tkunx tista’ tikseb bl-iskop li tirkupra talbiet bħal dawn li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih tkun tinsab;

(b)

li jikxef xi sigrieti kummerċjali, industrijali jew professjonali; jew

(ċ)

li l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika s-sigurtà ta’ jew imur kontra l-politika pubblika tal-Istat.

4.   L-awtorità mitluba għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġuni li għaliha tkun ċaħdet xi talba għal tagħrif.

Artikolu 5

1.   L-awtorità mitluba għandha, fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, u skond ir-regoli fis-seħħ għan-notifika ta’ dokumenti bħalhom jew deċiżjonijiet fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, tinnotifika lid-destinatarju b’ kull dokument u deċiżjoni, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, li jiġu mill-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab u li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi talba u/jew l-irkupru tagħha.

2.   It-talba għan-notifika għandha tindika l-isem u l-indirizz tad-destinatarju kkonċernat u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni li għaliha l-awtorità applikanti normalment ikollha aċċess, in-natura u s-suġġett tad-dokument jew deċiżjoni li għandhom jiġu nnotifikati, jekk meħtieġ l-isem u l-indirizz tad-debitur u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni li għaliha l-awtorità applikanti normalment ikollha aċċess u t-talba li għaliha d-dokument jew deċiżjoni jirreferu, u kull tagħrif utli ieħor.

3.   L-awtorità mitluba għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għan-notifika u, aktar minn hekk, bid-data li fiha d-dokument jew deċiżjoni ġiet mgħoddija lid-destinatarju.

Artikolu 6

Fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha, skond il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għall-irkupru ta’ talbiet bħalhom li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, tirkupra talbiet li huma s-suġġett ta’ xi dokument li jippermetti l-infurzar tagħhom.

Għal dan l-iskop kull talba li għaliha jkun intalab l-irkupru għandha tiġi ttrattata bħala talba ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, ħlief fejn japplika l-Artikolu 12.

Artikolu 7

1.   It-talba għall-irkupru ta’ pretensjoni li l-awtorità applikanti tindirizza lill-awtorità mitluba għandha tiġi akkumpanjata minn kopja uffiċjali jew iċċertifikata ta’ l-istrument li tippermetti l-infurzar tagħha, maħruġa mill-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità applikanti u, jekk ikun xieraq, permezz ta’ l-oriġinali jew kopja ċċertifikata ta’ dokumenti oħra meħtieġa għall-irkupru.

2.   L-awtorità applikanti m’għandhiex tagħmel talba għall-irkupru kemm-il darba:

(a)

il-pretensjoni u/jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha m’humiex ikkontestati fl-Istat Membru li fih hija tinstab, ħlief f’każijiet fejn japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2),

(b)

hija applikat, fl-Istat Membru li fih hija tinstab, il-proċeduri ta’ rkupru xierqa li kienu għad-dispożizzjoni tagħha a bażi ta’ l-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri li jittieħdu ma jirriżultawx fil-ħlas sħiħ tal-pretensjoni.

3.   It-talba għall-irkupru għandha tindika:

(a)

l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u/jew tal-parti terza li żżomm l-assi tiegħu jew tagħha;

(b)

l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità applikanti;

(ċ)

kull referenza għall-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha maħruġ fl-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità applikanti;

(d)

in-natura u l-ammont tal-pretensjoni, inkluz il-prinċipal, l-imgħax, u kull piena, multa u spejjeż oħra dovuti indikati fil-muniti ta’ l-Istati Membri li fihom jinstabu ż-żewġ awtoritajiet;

(e)

id-data tan-notifikazzjoni ta’ l-istrument lid-destinatarju mill-awtorità applikanti u/jew mill-awtorità mitluba;

(f)

id-data minn meta u l-perjodu li matulu huwa possibbli l-infurzar taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti;

(g)

kull informazzjoni oħra rilevanti.

It-talba għall-irkupru għandu jkun fiha ukoll dikjarazzjoni mill-awtorità applikanti li tikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ġew eżawriti.

4.   Hekk kif xi informazzjoni rilevanti relatata mal-materja li tat lok għat-talba għall-irkupru tiġi għall-konoxxenza ta’ l-awtorità applikanti hija għandha tgħaddiha lill-awtorità mitluba.

Artikolu 8

L-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu jkun rikonoxxut direttamant u ttrattat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-infurzar ta’ pretensjoni ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

Minkejja l-ewwel paragrafu, l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu, fejn ikun xieraq, u b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba, jiġi aċċettat bħala, rikonoxxut bħala, msaħħaħ permezz ta’, jew mibdul bi strument li jawtorizza l-infurzar fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba ta’ rkupru, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jtemmu tali aċċettazzjoni, rikonoxximent, tisħiħ jew bdil, imsemmija fir-raba’ paragrafu. Dawn il-formalitajiet m’għandhomx jiġu rrifjutati jekk l-istrument li jippermetti tali infurzar jiġi mfassal sew. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun qabżet il-perjodu ta’ tliet xhur.

Jekk xi waħda minn dawn il-formalitajiet tagħti lok għall-kontestazzjoni dwar il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar maħruġ mill-awtorità applikanti, għandu japplika l-Artikolu 12.

Artikolu 9

1.   Il-pretensjonijiet għandhom jiġu rkuprati fil-munita ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba. L-ammont kollu tal-pretensjoni li jiġi rkuprat mill-awtorità mitluba għandu jiġi mibgħut lura mill-awtorità mitluba lill-awtorità applikanti.

2.   L-awtorità mitluba tista’, fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab jippermettu, u wara konsultazzjonijiet ma’ l-awtorità applikanti, tagħti lid-debitur żmien sabiex iħallas jew tawtorizza li l-ħlas isir bin-nifs. Kull imgħax miżmum mill-awtorità mitluba fir-rigward taż-żmien żejjed sabiex isir il-ħlas għandu wkoll jiġi mibgħut lura lill-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti.

Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-infurzar ta’ l-irkupru tal-pretensjoni ġie rikonoxxut direttament skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8 jew aċċettat, rikonoxxut, imsaħħaħ jew mibdul b’mod konformi mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8, għandu jinżamm imgħax għall-ħlas tard taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità mitluba u għandu jintbagħat lura wkoll fl-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità applikanti.

Artikolu 10

Minkejja t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6, il-pretensjonijiet li għandhom jiġu rkuprati m’għandhomx neċessarjament igawdu mill-privileġġi mogħtija lill-pretensjonijiet li jixbhuhom li jqumu fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

Artikolu 11

L-awtorità mitluba għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità applikanti bl-azzjoni li tkun ħadet dwar it-talba għall-irkupru.

Artikolu 12

1.   Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba u/jew id-dokument li jippermettu l-infurzar tiegħu maħruġa fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab huma kontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din ta' l-aħħar quddiem il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab, skond il-liġijiet fis-seħħ hemmhekk. Din l-azzjoni għandha tiġi nnotifikata mill-awtorità applikanti lill-awtorità mitluba. Il-parti konċernata tista’ wkoll tinnotifika l-awtorità mitluba bl-azzjoni.

2.   Hekk kif l-awtorità mitluba tkun irċeviet in-notifika li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 jew mill-awtorità applikanti jew mill-parti interessata, għandha tissospendi l-proċedura ta’ infurzar sakemm ikun hemm id-deċiżjoni tal-korp kompetenti fil-materja 1, kemm-il darba l-awtorità applikanti ma titlobx mod ieħor b’mod konformi mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Jekk l-awtorità mitluba tħoss li hu meħtieġ, u bla ħsara għal Artikolu 13, dik l-awtorità tista’ tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiggarantixxi l-irkupru kemm-il darba l-liġijiet jew regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab jippermettu azzjoni bħal din dwar talbiet bħalhom.

L-awtorità applikanti tista b’mod konformi mal-liġi, mar-regolamenti u mal-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru li fih hija tinstab, titlob lill-awtorità mitluba sabiex tirkupra pretensjoni kkontestata, kemm-il darba l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba jippermettu tali azzjoni. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni huwa sussegwentement favorevoli għad-debitur, l-awtorità applikanti għandha tkun responsabbli għar-rimborż ta’ kull somma rkuprata, flimkien ma’ kull kumpens dovut, b’mod konformi mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

3.   Fejn huma l-miżuri ta’ infurzar meħuda fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab li qed ikunu kkontestati l-azzjoni għandha titressaq quddiem il-korp kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni skond il-paragrafu 1 hija tribunal ġudizzjarju jew amministrattiv, id-deċiżjoni ta’ dak it-tribunal, sakemm tkun favorevoli għall-awtorità applikanti u tippermetti l-irkupru tat-talba fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab għandha tikkonstitwixxi “d-dokument li jippermetti l-infurzar” imsemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 u l-irkupru tat-talba għandu jkompli fuq il-bażi ta’ l-imsemmija deċiżjoni.

Artikolu 13

Fuq talba raġonata mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tieħu miżuri prekawzjonarji sabiex tiżgura l-irkupru ta’ talba sakemm il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab hekk jippermettu.

Sabiex jingħata effett lid-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu, l-Artikoli 6, 7 (1), (3) u (4), 8, 11, 12 u 14 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 14

L-awtorità mitluba m’għandhiex tkun obbligata:

(a)

li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 6 sa 13 jekk l-irkuprar tal-pretensjoni jkun, minnħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, se joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità, kemm-il darba l-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba tippermetti tali azzjoni għall-pretensjonijiet simili nazzjonali;

(b)

li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 4 sa 13, jekk it-talba inizjali taħt l-Artikolu 4, 5 jew 6 tapplika għall-pretensjonijiet li ilhom aktar minn ħames snin, li jiddekorru mill-mument li l-istrument li jippermetti l-irkupru jiġi stabbilit b’mod konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti jew mal-prattika amministrattiva fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti, sad-data tat-talba. Madankollu, f’każijiet fejn il-pretensjoni jew l-istrument huwa kkontestat, il-limitu taż-żmien jibda mill-mument li fih l-Istat applikant jistabbilixxi li l-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-irkupru ma tistax tiġi aktar ikkontestata.

L-awtorità mitluba għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġuni għaliex tkun ċaħdet xi talba għall-għajnuna. Ċaħda raġonata bħal din għandha wkoll tkun mgħoddija lill-Kummissjoni.

Artikolu 15

1.   Kwistjonijiet dwar perijodi ta’ limitazzjoni għandhom ikunu rregolati biss mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab.

2.   Passi meħuda għall-irkupru ta’ talbiet mill-awtorità mitluba wara xi talba għall-għajnuna, li, kieku kienu twettqu mill-awtorità applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew iwaqqfu l-perijodu ta’ limitazzjoni skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu fl-Istat ta’ l-aħħar, safejn jikkonċerna dak l-effett.

Artikolu 16

Dokumenti u tagħrif mibgħuta lill-awtorità mitluba skond din id-Direttiva jistgħu jiġu mgħoddija biss minn ta’ l-aħħar lil:

(a)

il-persuna msemmija fit-talba għall-għajnuna;

(b)

dawk il-persuni u awtoritajiet responsabbli għall-irkupru tat-talbiet, u għal dak l-iskop biss;

(ċ)

l-awtoritajiet ġudizzjarji li jieħdu ħsieb materji li jikkonċernaw l-irkupru tat-talbiet.

Artikolu 17

Talbiet għall-għajnuna 1, l-istrument li jippermetti l-infurzar u dokumenti oħra rilevanti li għandhom x’jaqsmu magħhom għandhom ikunu akkompanjati minn traduzzjoni fl-ilsien uffiċjali, jew wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, bla ħsara għad-dritt ta’ l-awtorità ta’ l-aħħar li tirrinunzja għat-traduzzjoni.

Artikolu 18

1.   L-awtorità mitluba għandha tirkupra mingħand il-persuna kkonċernata u żżomm kull spejjez marbuta ma’ l-irkuprar li hija tagħmel, b’mod konformi mal-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw għal pretensjonijiet simili ta’ l-Istat Membru li fih hija tinstab.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw kull pretensjonijiet li għandhom fuq xulxin għar-rifużjoni ta’ l-ispejjez li jirriżultaw minn assistenza bejn xulxin li huma jagħtu lil xulxin skond din id-Direttiva.

3.   Fejn l-irkupru joħloq problema speċifika, jinvolvi ammonti kbar fi spejjeż jew huwa dwar il-ġlieda kontra r-reati organizzati, l-applikant u l-awtoritajiet mitluba jistgħu jiftiehmu l-arranġamenti ta’ rimborż speċifiċi għall-kazijiet ta’ dan it-tip.

4.   L-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti għandu jibqa’ responsabbli lejn l-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità mitluba għal kull spejjeż u kull telf magħmul bħala riżultat ta’ l-azzjonijiet li jinstab li huma bla bażi, inkwantu huma kkonċernati jew is-sustanza tal-pretensjoni jew il-validità ta’ l-istrument maħruġ mill-awtorità applikanti.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil xulxin lista ta’ awtoritajiet awtorizzati biex jagħmlu jew jilqgħu talbiet għall-għajnuna.

Artikolu 20

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat ta’ l-irkupru (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmi bħala “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 21

Il-Kumitat jista’ jeżamina kull kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li titqajjem mill-president tiegħu kemm fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 22

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4(2) u (4), 5(2) u (3) u l-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12(1) u (2), 14, 18(3) u 24 u sabiex jiġi stabbilit il-mezz li bih għandhom jiġu mgħoddija l-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet, ir-regoli dwar il-konverżjoni, it-trasferiment tas-somom irkuprati, u l-iffissar ta’ ammont minimu ta’ pretensjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal talba għall-assistenza, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 23

Din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi miżura akbar ta’ għajnuna reċiproka milli tkun mogħtija kemm issa jew fil-futur minn Stati Membri partikolari taħt xi ftehim jew arranġamenti, inklużi dawk għan-notifikazzjoni ta’ atti legali jew extra-ġudizzjarji.

Artikolu 24

Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkun adotta sabiex jimplimenta din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

Kull Stat Membru għandu jinforma l-Kummissjoni kull sena bin-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni, għan-notifikazzjoni u għall-irkupru mibgħuta u riċevuti kull sena, l-ammont tal-pretensjonijiet involuti u l-ammonti li ġew irkuprati.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u dwar ir-riżultati miksuba.

Artikolu 25

Id-Direttiva 76/308/KEE, kif emendata mill-Atti mniżżla fl-Anness I, Partijiet A u B, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti Ċ.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 26

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU C 93, 27.4.2007, p. 15.

(3)  ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. It-titolu oriġinali tad-Direttiva huwa “Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976, dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru tal-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali.” Din kienet ġiet emendata bid-Direttiva 79/1071/KEE (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 10), bid-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1) u bid-Direttiva 2001/44/KE (ĠU L 175, 28.6.2001, p. 17)

(4)  Ara l-Anness I, Partijiet A u B.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129).


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 25)

Direttiva 76/308/KEE

(ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18)

 

Direttiva 79/1071/KEE

(ĠU L 331, 27.12.1979, p. 10)

 

Direttiva 92/12/KEE

(ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1)

Artikolu 30a biss

Direttiva 92/108/KEE

(ĠU L 390, 31.12.1992, p. 124)

Artikolu 1, punt 9 biss

Direttiva 2001/44/KE

(ĠU L 175, 28.6.2001, p. 17)

 

PARTI B

Atti li jemendaw li mhux imħassarra

1979 Att ta’ Adeżjoni

1985 Att ta’ Adeżjoni

1994 Att ta’ Adeżjoni

2003 Att ta’ Adeżjoni

PARTI Ċ

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 25)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

76/308/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1978.

79/1071/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1981.

92/12/KEE

1 ta’ Jannar 1993 (1)

92/108/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992.

2001/44/KE

fit-30 ta’ Ġunju 2002.


(1)  Fir-rigward ta’ l-Artikolu 9(3), ir-Renju tad-Danimarka huwa awtoriżżat idaħħal liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ma’ din id-dispożizzjoniji mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993.


ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 76/308/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorju, punt (a) sa (e)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (a) sa (e)

Artikolu 2, kliem introduttorju, punt (f) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (f)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 2, kliem introduttorju, punt (g) sa (i)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (g) sa (i)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (g) sa (i)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, punt (1) sa (5)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 3(6)(l)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 3(6)(a)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (ċ)

Artikolu 3(6)(ċ)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (d)

Artikolu 3(6)(b)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (e)

Artikolu 3(6)(e)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (f)

Artikolu 3(6)(d)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (g)

Artikolu 3(6)(f)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (h)

Artikolu 3(6)(o)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (i)

Artikolu 3(6)(h)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (j)

Artikolu 3(6)(g)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (k)

Artikolu 3(6)(i)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (l)

Artikolu 3(6)(k)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (m)

Artikolu 3(6)(m)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (n)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (o)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (o)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (p)

Artikolu 3(6)(j)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (q)

Artikolu 3(6)(n)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, it-tieni paragrafu

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikoli 4 u 5

Artikoli 4 u 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6 l-ewwel paragrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 6 it-tieni paragrafu

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu

Artikolu 8, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu

Artikoli 9 sa 19

Artikoli 9 sa 19

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 21, 22 u 23

Artikolu 21, 22 u 23

Artikolu 24

Artikolu 25, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 24, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 25, it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 24, it-tieni u t-tielet paragrafu

Artikolu 26

Artikolu 27

Anness I

Anness II


Top