This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0051
Directive 2008/51/EC of the European Parliament and of the Council of 21 May 2008 amending Council Directive 91/477/EEC on control of the acquisition and possession of weapons
Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi
Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi
ĠU L 179, 08/07/2008, p. 5–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2021; Imħassar b' 32021L0555
8.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 179/5 |
DIRETTIVA 2008/51/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Mejju 2008
li temenda d-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 91/477/KEE (3) stabbilixxiet miżura ta’ akkumpanjament għas-suq intern. Stabbilixxiet bilanċ bejn, minn naħa waħda, l-impenn li tiġi żgurata ċerta libertà ta’ moviment għal ċerti armi tan-nar fi ħdan il-Komunità Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li din il-libertà tiġi rregolata permezz ta’ ċerti garanziji ta’ sigurtà, adatti għal dan it-tip ta’ prodott. |
(2) |
Konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/748/KE tas-16 ta’ Ottubru 2001 dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-manifattura u t-traffikar illeċitu ta’ l-armi tan-nar, il-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, anness mal-Konvenzjoni kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (4), il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, iffirmat il-Protokoll imsemmi (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) fis-16 ta’ Jannar 2002. |
(3) |
L-adeżjoni tal-Komunità mal-Protokoll teħtieġ emendi f’ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. Fil-fatt, jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti, effikaċi u rapida ta’ l-obbligi internazzjonali li jolqtu d-Direttiva. Barra minn hekk, hu neċessarju li tittieħed l-opportunità ta’ din ir-reviżjoni sabiex tittejjeb dik id-Direttiva billi jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet, b’mod partikulari dawk li kienu identifikati fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(4) |
L-evidenza mill-intelligence tal-pulizija turi żieda fl-użu ta’ armi konvertiti fil-Komunita’. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat li tali armi konvertibbli jiddaħħlu fid-definizzjoni ta’ “arma tan-nar” għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(5) |
L-armi tan-nar u l-partijiet u l-munizzjon taghhom, meta jkunu importati minn pajjiżi terzi huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja u, għalhekk, għar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(6) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu ppreċiżati l-kunċetti tal-manifattura u t-traffikar illegali ta’ l-armi tan-nar, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, kif ukoll il-kunċett ta’ traċċar, għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(7) |
Barra minn hekk, il-Protokoll jistabbilixxi obbligu ta’ mmarkar ta’ l-armi waqt il-manifattura tagħhom, u waqt it-trasferimenti tagħhom minn ħażniet tal-gvernijiet bil-ħsieb li jitqiegħdu fl-użu ċivili permanenti, filwaqt li d-Direttiva 91/477/KEE tagħmel biss referenza indiretta għall-obbligu ta’ l-immarkar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ittraċċar ta’ l-armi, huwa neċessarju li jintużaw kodiċijiet alfanumeriċi u li fl-immarkar tiġi inkluża s-sena tal-manifattura ta’ l-arma (jekk ma tkunx parti min-numru tas-serje). Il-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki ta’ Prova fuq Armi Żgħar għandha tintuża, kemm jista’ jkun possibbli, bħala referenza għas-sistema ta’ l-immarkar fil-Komunità kollha kemm hi. |
(8) |
Barra minn hekk, filwaqt li l-Protokoll jistipula li t-tul ta’ żmien għaż-żamma tar-reġistri ta’ informazzjoni dwar l-armi għandu jiżdied għal ta’ lanqas għaxar snin, huwa neċessarju, minħabba n-natura perikoluża u t-tul tal-funzjonalità ta’ l-armi, li dan il-perjodu jiġi estiż għal perjodu minimu ta’ 20 sena sabiex l-ittraċċar ta’ l-armi tan-nar ikun jista’ jsir kif suppost. Huwa neċessarju wkoll li l-Istati Membri jżommu sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-data, jew sistema ċentralizzata jew sistema deċentralizzata li tiggarantixxi aċċess lill-awtoritajiet awtorizzati għas-sistemi tal-fajling tad-data li fihom ikun hemm l-informazzjoni neċessarja rigward kull arma tan-nar irreġistrata. L-aċċess mill-awtoritajiet tal-pulizija, mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-awtoritajiet l-oħra awtorizzati għall-informazzjoni li tinsab fis-sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-data jrid ikun suġġett għal konformità ma’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. |
(9) |
Flimkien ma’ dan, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-attivitajiet tas-sensara msemmija fl-Artikolu 15 tal-Protokoll għandhom jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(10) |
F’ċerti każi gravi, il-konformità ma’ l-Artikoli 5 u 6 tal-Protokoll tesiġi l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali u l-konfiska ta’ l-armi. |
(11) |
Fir-rigward tad-diżattivazzjoni ta’ l-armi tan-nar, il-punt (a) tal-Parti III ta’ l-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE jirriferi sempliċement għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Protokoll jistipula prinċipji ġenerali aktar espliċiti dwar id-diżattivazzjoni ta’ l-armi. L-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE għaldaqstant jeħtieġ li jiġi emendat. |
(12) |
Minħabba n-natura speċjali ta’ l-attività tan-negozjanti, jeħtieġ li l-Istati Membri jeżerċitaw kontroll strett fuq din l-attività, b’mod partikulari billi jivverifikaw l-integrità professjonali u l-kapaċitajiet tan-negozjanti. |
(13) |
L-akkwist ta’ armi tan-nar minn individwi privati permezz ta’ komunikazzjonijiet mill-bogħod, pereżempju permezz ta’ l-internet, fejn awtorizzat, għandu jkun suġġett għar-regoli stipulati f’din id-Direttiva 91/477/KEE u, bħala regola ġenerali, l-akkwist ta’ armi tan-nar minn persuni li jkunu nstabu ħatja minn sentenza finali tal-qorti ta’ ċerti reati kriminali serji għandu jkun ipprojbit. |
(14) |
Il-Pass Ewropew ta’ l-Armi tan-Nar fil-biċċa l-kbira jiffunzjona b’mod sodisfaċenti u għandu jitqies bħala d-dokument ewlieni meħtieġ minn kaċċaturi u tiraturi għall-pussess ta’ arma tan-nar matul vjaġġ lejn Stat Membru ieħor. L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni tal-Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas. |
(15) |
Sabiex ikun iffaċilitat l-ittraċċar ta’ l-armi tan-nar u sabiex jiġu miġġielda b’mod effiċjenti t-traffikar u l-manifattura illegali ta’ l-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, jeħtieġ li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. |
(16) |
L-ipproċessar ta’ informazzjoni huwa suġġett għal konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5) u ma jippreġudikax il-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali skond il-liġi Komunitarja u nazzjonali, u b’mod partikolari ma jbiddilx l-obbligi u d-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. |
(17) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6). |
(18) |
Diversi Stati Membri issimplifikaw il-mod kif jikklassifikaw l-armi tan-nar billi qalbu minn erba’ kategoriji għal dawn it-tnejn li ġejjin: armi pprojbiti u armi suġġetti għal awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma’ din il-klassifikazzjoni ssimplifikata, għalkemm l-Istati Membri li jaqsmu l-armi tan-nar f’sett ulterjuri ta’ kategoriji jistgħu jżommu, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, is-sistemi ta’ klassifikazzjoni eżistenti tagħhom. |
(19) |
L-awtorizzazzjonijiet għall-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar għandhom jinvolvu, kemm jista’ jkun possibbli, proċedura amministrattiva waħda. |
(20) |
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 91/477/KEE fost affarijiet oħra jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva l-akkwist jew il-pussess ta’ armi u munizzjon konformement mal-liġi nazzjonali minn kollezzjonisti u entitajiet interessati mill-aspetti kulturali u storiċi ta’ l-armi u li jkunu rikonoxxuti hekk mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu stabbiliti. |
(21) |
Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (7), l-Istati Membri għandhom ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u biex jagħmluhom pubbliċi. |
(22) |
Għalhekk, id-Direttiva 91/477/KEE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 91/477/KEE
Id-Direttiva 91/477/KEE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew komponent essenzjali tagħha li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata konformement ma’ din id-Direttiva, jew li tkun ġiet diżattivata. 2. Għall-finjiet ta’ l-identifikazzjoni jew l-ittraċċar ta’ kull arma tan-nar immuntata, l-Istati Membri, waqt il-manifattura ta’ kull arma tan-nar, għandhom jew:
Il-marka għandha tkun imwaħħla ma’ komponent essenzjali ta’ l-arma tan-nar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull pakkett elementari ta’ munizzjon sħiħ ikun immarkat sabiex jipprovdi l-isem tal-manifattur, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-lott, il-kalibru u t-tip ta’ munizzjon. Għal dawn il-finijiet l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki ta’ Prova fuq Armi Żgħar tan-Nar. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-ħin tat-trasferiment ta’ arma tan-nar mill-ħażniet governattivi bil-ħsieb ta’ użu ċivili permanenti, din l-arma jkollha marka unika adegwata li tkun tippermetti lill-Istati li jidentifikaw faċilment il-pajjiż ta’ dan it-trasferiment. 3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ negozjant ta’ l-armi fit-territorju tagħhom dipendenti fuq approvazzjoni, li tingħata fuq il-bażi almenu ta’ verifika ta’ l-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-data, jew sistema ċentralizzata jew sistema deċentralizzata li tiggarantixxi aċċess lill-awtoritajiet awtorizzati għas-sistemi tal-fajling tad-data li fihom kull arma tan-nar suġġetta għal din id-Direttiva tkun irreġistrata. Din is-sistema tal-fajling għandha tirreġistra u żżomm għal mhux inqas minn 20 sena t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u tal-persuna li takkwista jew tieħu pussess ta’ l-arma tan-nar. In-negozjanti, matul il-perjodu ta’ attività tagħhom, għandhom jintalbu jżommu reġistru li fih għandhom jiġu rreġistrati l-armi tan-nar kollha suġġetti għal din id-Direttiva u li huma jirċievu jew li ma jibqgħux, flimkien ma’ tali partikularitajiet li jippermettu li l-arma tan-nar tiġi identifikata u ttraċċata, b’mod partikulari t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u in-numru tas-serje tagħha u l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li jfornu u li jakkwistawha. Meta jieqaf mill-attivitajiet tiegħu, in-negozjant għandu jagħti r-reġistru lill-awtorità nazzjonali responsabbli mis-sistema ta’ fajling stipulata fis-subparagrafu 1. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-armi tan-nar kollha jkunu jistgħu jiġu assoċjati mas-sidien attwali tagħhom. Iżda, fir-rigward ta’ l-armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija D, l-Istati Membri għandhom jattwaw, sa mit-28 ta’ Lulju 2010, miżuri xierqa ta’ ttraċċar, inklużi, sa mill-31 ta’ Diċembru 2014, miżuri li jippermettu assoċjazzjoni mas-sid attwali ta’ l-armi tan-nar li jitqiegħdu fis-suq wara it-28 ta’ Lulju 2010.”; |
(3) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar minn persuni li jkunu ngħataw liċenzja jew, fir-rigward tal-kategoriji C jew D, li jkunu speċifikament awtorizzati li jakkwistaw u jkollhom pussess ta’ tali armi tan-nar jagħmlu dan konformement mal-liġi nazzjonali. Artikolu 4b L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu sistema li tirregola l-attivitajiet tas-sensara. Tali sistema għandha mnejn tinkludi miżura waħda jew aktar bħal:
|
(4) |
l-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:
L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni għall-pussess ta’ arma tan-nar jekk kwalunkwe kondizzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun inħarġet ma tibqax issodisfata. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jkollhom pussess ta’ arma akkwistata fi Stat Membru ieħor sakemm l-akkwist ta’ arma bħal din ma jkunx ipprojbit fit-territorju tagħhom stess.”; |
(5) |
fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ħlief fir-rigward tan-negozjanti, l-akkwist ta’ armi tan-nar u l-partijiet tagħhom u ta’ munizzjon permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti b’distanza (*) fejn awtorizzat, għandu jkun kkontrollat b’mod strett. (*) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).”;" |
(6) |
fl-Artikolu 7, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jagħtu lil persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ arma tan-nar, liċenzja pluriennali għall-akkwist u l-pussess ta’ l-armi tan-nar kollha li jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni, bla ħsara għal dawn li ġejjin:
5. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jiżguraw li l-persuni li jkollhom awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar fil-kategorija B fis-seħħ skond il-liġi nazzjonali sa mit-28 ta’ Lulju 2008 ma jkollhomx bżonn japplikaw għal liċenzja jew permess rigward l-armi tan-nar li jkollhom fil-kategoriji C jew D minħabba d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 (**). Madankollu, kwalunkwe trasferiment sussegwenti ta’ armi tan-nar ta’ kategoriji C jew D għandu jkun fuq kondizzjoni li l-persuna li lilha tiġi ttrasferita l-arma tikseb jew ikollha liċenzja jew tkun permessa speċifikament li jkollha l-pussess ta’ dawk l-armi tan-nar konformement mal-liġi nazzjonali. |
(7) |
fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Qabel id-data ta’ trasferiment, f’perjodu li jagħti biżżejjed żmien lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-trasferiment, in-negozjant għandu jikkomunika lil dawk l-awtoritajiet il-partikularitajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu spezzjonijiet, fejn xieraq fuq il-post, biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn l-informazzjoni kkomunikata min-negozjant u l-karatteristiċi attwali tat-trasferiment. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata min-negozjant fi żmien suffiċjenti.”; |
(8) |
fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Minkejja l-paragrafu 1, il-kaċċaturi, fil-każ tal-kategoriji C u D, u t-tiraturi, fil-każ tal-kategoriji B, C u D, jistgħu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ikunu fil-pussess ta’ arma tan-nar waħda jew aktar waqt vjaġġ minn ġewwa żewġ Stati Membri jew aktar bil-għan li jipprattikaw l-attivitajiet tagħhom, sakemm ikunu fil-pussess ta’ Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar li fuqu jkunu mniżżlin tali arma jew armi u sakemm ikunu jistgħu jissostanzjaw ir-raġunijiet tal-vjaġġ tagħhom, b’mod partikulari billi jippreżentaw invit jew prova oħra ta’ l-attivitajiet tagħhom tal-kaċċa jew ta’ l-isparar fuq bersall fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni ta’ pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas.”; |
(9) |
l-Artikolu 13(3) għandu jiġi emendat kif ġej: “3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni effiċjenti ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaqsmu ma’ xulxin informazzjoni fuq bażi regolari. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, sat-28 ta’ Lulju 2009, grupp ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ informazzjoni sabiex ikun applikat dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet li jkollhom ir-responsabilità li jittrażmettu u jirċievu informazzjoni u li jkunu konformi ma’ l-obbligi stipulati fl-Artikolu 11(4).”; |
(10) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (***), b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. (***) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).”;" |
(11) |
l-Artikolu 16 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 16 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”; |
(12) |
l-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 17 Il-Kummissjoni għandha sat-28 ta’ Lulju 2015 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni li tkun inħolqot minħabba l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ proposti, jekk ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha sat-28 ta’ Lulju 2012 twettaq riċerka u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta’ tnaqqis għal żewġ kategoriji ta’ armi tan-nar (ipprojbiti jew awtorizzati) bil-għan li s-suq intern għall-prodotti kkonċernati jiffunzjona aħjar, permezz ta’ simplifikazzjoni possibbli. Il-Kummissjoni għandha sat-28 ta’ Lulju 2010 tippreżenta rapport li jippreżenta l-konklużjonijiet ta’ studju dwar il-kwistjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ armi tan-nar li jkunu replika sabiex ikun determinat jekk l-inklużjoni ta’ tali prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hix possibbli u mixtieqa.”; |
(13) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom sat-28 ta’ Lulju 2010 idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk il-miżuri.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 21 ta’ Mejju 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 83.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2008.
(3) ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51. Test kif ikkoreġut bil-ĠU L 54, 5.3.1993, p. 22.
(4) ĠU L 280, 24.10.2001, p. 5.
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.