Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0034

    Direttiva 2008/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

    ĠU L 81, 20/03/2008, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2014; Imħassar b' 32012L0019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/34/oj

    20.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 81/65


    DIRETTIVA 2008/34/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Marzu 2008

    li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2000/53/KE (3) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

    (2)

    Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument ikun ssupplimentat b'elementi mhux essenzjali ġodda.

    (3)

    Bi qbil id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti jridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex temenda l-annessi u sabiex tistabbilixxi regoli ta’ monitoragg tal-konformita'. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/96/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (5)

    Ġaladarba l-Kummissjoni stabbiliet ir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/96/KE permezz tad-Deċiżjoni 2005/369/KE (6) huwa xieraq li jitħassru r-referenzi għall-iskadenza tat-13 ta’ Awissu 2004.

    (6)

    Id-Direttiva 2002/96/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Billi l-emendi li saru fid-Direttiva 2002/96/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura tal-kumitat, huma ma jeħtigux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk m'huwiex meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Direttiva 2002/96/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:

    (1)

    it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “L-Anness II jista’ jiġi emendat sabiex jintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

    (2)

    it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 7(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli ddettaljati għas-sorveljanza ta’ konformità ta’ l-Istati Membri mal-miri mfassla fil-paragrafu 2, inklużi speċifikazzjonijiet għal materjali. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

    (3)

    l-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 13

    Adattament għal progress xjentifiku u tekniku

    Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa sabiex tadatta l-Artikolu 7(3), l-Anness IB ( b’mod partikolari bil-għan li potenzjalment iżżid id-dwal fid-djar, bozoz tal-filament u prodotti fotovoltajċi, per eżempju, panels solari), l-Anness II, (b'mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi ġodda tekniċi għat-trattament tal-WEEE), u l-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

    Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta inter alia, il-produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u għaqdiet ta’ l-impjegati u tal-konsumaturi.”;

    (4)

    l-Artikolu 14(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonjiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

    (5)

    il-punt 4 ta’ l-Anness II għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “4.

    Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3), il-Kummissjoni għandha bħala prijorità tevalwa jekk id-daħliet għal bords stampati għal ċirkwiti għat-telefons ċellulari kif ukoll skrins tal-kristalli likwidi għandhomx ikunu emendati.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. LENARČIČ


    (1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

    (2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

    (3)  ĠU L 37, 13.2.2003, p.24. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p.106).

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    (5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/369/KE tat-3 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ l-Istati Membri u li tistabbilixxi formati ta’ data għall-finijiet tad-Direttiva 2002/96/KE (ĠU L 119, 11.5.2005, p.13).


    Top