Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0712

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 tat- 22 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

    ĠU L 163, 23/06/2007, p. 7–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010: This act has been changed. Current consolidated version: 09/09/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/712/oj

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 163/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 712/2007

    tat-22 ta’ Ġunju 2007

    li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 24,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent] (2) jistipula li l-bejgħ taċ-ċereali miżmuma mill-aġenzija ta’ intervent isir permezz ta’ sejħa għal offerti u skond kundizzjonijiet ta’ prezz li jippermettu li jiġi evitat it-tfixkil tas-suq.

    (2)

    L-Istati Membri għandhom ħażniet ta’ intervent tal-qamħirrum, tal-qamħ komuni, tax-xgħir u tas-segala. Sabiex jinqdew il-ħtiġijiet tas-swieq, jixraq illi dawn il-ħażniet ta’ ċereali ta’ l-Istati Membri jsiru disponibbli fis-suq intern. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri. Kull waħda mis-sejħiet għal offerti għandha titqies bħala sejħa għaliha.

    (3)

    Jeħtieġ li jkunu stipulati derogi mill-kundizzjonijiet iffissati mir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammont tal-garanzija għall-eżekuzzjoni meħtieġa. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-garanzija tkun iffissata f’ammont suffiċjenti.

    (4)

    Biex titqies il-qagħda tas-suq Komunitarju, jixraq li jkun stipulat li s-sejħa għal offerti titmexxa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandu jkun ipprovdut koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dawk l-offerti li jinsabu fil-livell tal-prezz minimu tal-bejgħ.

    (5)

    Bil-għan li s-sistema titmexxa b’mod effiċjenti, jeħtieġ li jkun stipulat li t-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ssir b’mod elettroniku. Huwa importanti li kull komunikazzjoni li ssir mill-aġenzija ta’ intervent lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-anonimità ta’ min jissottometti l-offerti.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri li jidhru fl-Anness I jipproċedu għall-bejgħ mill-ġdid taċ-ċereali miżmuma minnhom, permezz ta’ sejħiet permanenti għal offerti fis-suq intern tal-Komunità. Il-kwantitajiet massimi taċ-ċereali differenti koperti minn dawn is-sejħiet għal offerti jingħataw fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 1 isir skond il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2131/93. Madankollu, b’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(4) ta’ l-istess Regolament, il-garanzija fuq l-offerta hija stabbilita għal EUR 10 kull tunnellata.

    Artikolu 3

    1.   L-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għal offerti hija l-4 ta’ Lulju 2007 fis-13.00 (ħin ta’ Brussell).

    Għas-sejħiet parzjali għal offerti sussegwenti, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti jiskadi kull nhar ta’ Erbgħa fis-13:00 (ħin ta’ Brussell), bl-eċċezzjoni ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007, il-15 ta’ Awwissu 2007, it-22 ta’ Awwissu 2007, il-5 ta’ Settembru 2007, id-19 ta’ Settembru 2007, it-3 ta’ Ottubru 2007, is-17 ta’ Ottubru 2007, il-31 ta’ Ottubru 2007, l-14 ta’ Novembru 2007, it-28 ta’ Novembru 2007, il-12 ta’ Diċembru 2007, is-26 ta’ Diċembru 2007, it-2 ta’ Jannar 2008, is-16 ta’ Jannar 2008, it-23 ta’ Jannar 2008, is-6 ta’ Frar 2008, l-20 ta’ Frar 2008, il-5 ta’ Marzu 2008, id-19 ta’ Marzu 2008, it-2 ta’ April 2008, is-16 ta’ April 2008, it-30 ta’ April 2008, l-14 ta’ Mejju 2008, l-21 ta’ Mejju 2008, l-4 ta’ Ġunju 2008 u t-18 ta’ Ġunju 2008, ġimgħat li fihom mhi se ssir l-ebda sejħa għal offerti.

    L-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti għall-aħħar sejħa parzjali għal offerti hija l-25 ta’ Ġunju 2008 fis-13.00 (ħin ta’ Brussell).

    2.   L-offerti għandhom jitressqu għand l-aġenziji ta’ invervent ikkonċernati, li d-dettalji tagħhom jingħataw fl-Anness I.

    Artikolu 4

    Fl-erba’ sigħat ta’ wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti stipulat fl-Artikolu 3(1), l-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti mressqa. Jekk ma tkun tressqet l-ebda offerta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan fl-istess perjodu ta’ erba’ sigħat. Jekk l-Istat Membru ma jibgħat l-ebda notifika lill-Kummissjoni fil-perjodu stipulat, il-Kummissjoni tqis li ma tkun tressqet l-ebda offerta f’dak l-Istat Membru.

    In-notifiki msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan għandhom isiru b’mod elettroniku, skond il-mudell li jingħata fl-Anness II. Għal kull sejħa għal offerti, tinbagħat lill-Kummissjoni formola separata għal kull tip ta’ ċereali. L-identità ta’ min iressaq l-offerti għandha tibqa’ sigrieta.

    Artikolu 5

    1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ ta’ kull ċereali, jew tiddeċiedi li l-offerti rċevuti ma jintlaqgħux.

    2.   Fejn l-iffissar ta’ prezz minimu, skond il-paragrafu 1, jaqbeż il-kwantità massima disponibbli għal Stat Membru, ma’ dan il-prezz iffissat jista’ jingħata koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantitajiet offerti fil-livell tal-prezz minimu, sabiex tkun irrispettata l-kwantità massima disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (2)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 367/2007 (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 14).


    ANNESS I

    LISTA TAS-SEJĦIET GĦAL OFFERTI

    Stat Membru

    Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

    (tunnellati)

    Aġenzija ta’ intervent

    Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt

    Qamħ komuni

    Xgħir

    Qamħirrum

    Segala

    Belgique/België

    0

    Bureau d’intervention et de restitution belge

    Rue de Trèves 82

    B-1040 Bruxelles

    Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

    Trierstraat 82

    B-1040 Brussel

    Tel. (32-2) 287 24 78

    Fax (32-2) 287 25 24

    e-mail: webmaster@birb.be

    website: www.birb.be

    БЪЛГАРИЯ

    State Fund Agriculture

    136, Tzar Boris III Blvd.

    1618, Sofia, Bulgaria

    Tel.: (+359 2) 81 87 202

    Fax: (+359 2) 81 87 267

    E-mail: dfz@dfz.bg

    website : www.mzgar.government.bg

    Česká republika

    0

    0

    Státní zemědělský intervenční fond

    Odbor rostlinných komodit

    Ve Smečkách 33

    CZ-110 00 Praha 1

    Tel.: (420) 222 87 16 67/222 87 14 03

    Fax: (420) 296 80 64 04

    E-mail: dagmar.hejrovska@szif.cz

    Internet: www.szif.cz

    Danmark

    Direktoratet for FødevareErhverv

    Nyropsgade 30

    DK-1780 København V

    Téléphone: (45) 33 95 88 07

    Télécopieur: (45) 33 95 80 34

    e-mail:

    mij@dffe.dk

    pah@dffe.dk

    website: www.dffe.dk

    Deutschland

    0

    0

    50 000

    Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

    Deichmanns Aue 29

    D-53179 Bonn

    Téléphone: (49-228) 68 45-3704

    télécopieur 1: (49-228) 68 45-3985

    télécopieur 2: (49-228) 68 45-3276

    e-mail: pflanzlErzeugnisse@ble.de

    website : www.ble.de

    Eesti

    Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

    Narva mnt 3, 51009 Tartu

    Téléphone: (372) 7371 200

    Télécopieur: (372) 7371 201

    e-mail: pria@pria.ee

    website: www.pria.ee

    Eire/Ireland

    Department of Agriculture & Food, Intervention Operations, OFI, Subsidies & Storage Division,

    Johnstown Castle Estate,

    County Wexford,

    Ireland

    Téléphone: (353-53) 916 34 00

    Télécopieur: (353-53) 914 28 43

    website: www.agriculture.gov.ie

    Elláda

    Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community Aids (OPEKEPE)

    Acharnon 241

    GR-104 46 Athens

    Téléphone: (30-210) 212 47 87 και (30-210) 212 47 54

    Télécopieur: (30-210) 212 47 91

    e-mail: ax17u073@minagric.gr

    website: www.opekepe.gr

    España

    S. Gral. Intervención de Mercados (FEGA)

    C/Almagro 33 — 28010 Madrid — España

    Téléphone: (34-91) 3474765

    Télécopieur: (34-91)3474838

    e-mail: sgintervencion@fega.mapa.es

    website: www.fega.es

    France

    0

    0

    Office national interprofessionnel des grandes cultures (ONIGC)

    12, rue Henri-Roltanguy TSA 20002

    F-93555 Montreuil sous Bois Cedex

    Téléphone: (33) 173 30 20 20

    Télécopieur: (33) 173 30 20 08

    E-mail:

    Catherine.LESCOUARC'H@onigc.fr;

    Philippe.BONNARD@onigc.fr

    website: www.onigc.fr

    Italia

    Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura — AGEA

    Via Torino 45, I-00184 Roma

    Téléphone: (39) 06 49 49 95 58

    Télécopieur: (39) 06 49 49 97 61

    e-mail: b.pennacchia@agea.gov.it

    website: www.agea.gov.it

    Kypros

     

    Latvija

    0

    0

    Lauku atbalsta dienests

    Republikas laukums 2,

    Rīga, LV-1981

    Téléphone: (371) 702 7893

    Télécopieur: (371) 702 7892

    e-mail: lad@lad.gov.lv

    website: www.lad.gov.lv

    Lietuva

    The Lithuanian Agricultural and Food Products Market Regulation Agency

    L. Stuokos-Guceviciaus Str. 9–12,

    Vilnius, Lithuania

    Téléphon: (370-5) 268 50 49

    Télécopieur: (370-5) 268 50 61

    e-mail: info@litfood.lt

    website: www.litfood.lt

    Luxembourg

    Office des licences

    21, rue Philippe II

    Boîte postale 113

    L-2011 Luxembourg

    Téléphone: (352) 478 23 70

    Télécopieur: (352) 46 61 38

    Télex: 2 537 AGRIM LU

    Magyarország

    0

    0

    500 000

    Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

    Soroksári út. 22–24.

    H-1095 Budapest

    Téléphone (36-1) 219 45 76

    Télécopieur: (36-1) 219 89 05

    e-mail: ertekesites@mvh.gov.hu

    website: www.mvh.gov.hu

    Malta

     

    Nederland

    Dienst Regelingen Roermond

    Postbus 965, NL-6040 AZ Roermond

    Téléphone: (31) 475 355 486

    Télécopieur: (31) 475 318939

    e-mail: p.a.c.m.van.de.lindeloof@minlnv.nl

    website: www.minlnv.nl

    Österreich

    AMA (Agrarmarkt Austria)

    Dresdnerstraße 70

    A-1200 Wien

    Téléphone:

    (43-1) 331 51-258

    (43-1) 331 51-328

    Télécopieur:

    (43-1) 331 51-4624

    (43-1) 331 51-4469

    e-mail: referat10@ama.gv.at

    website: www.ama.at/intervention

    Polska

    0

    Agencja Rynku Rolnego

    Biuro Produktów Roślinnych

    Nowy Świat 6/12

    00-400 Warszawa

    Polska

    Téléphone: (48) 22 661 78 10

    télécopieur: (48) 22 661 78 26

    e-mail: cereals-intervention@arr.gov.pl

    website: www.arr.gov.pl

    Portugal

    Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (INGA)

    Rua Fernando Curado Ribeiro, n.o 4G

    1649-034 Lisboa

    Téléphone:

    (351) 21 751 85 00

    (351) 21 384 60 00

    Télécopieur:

    (351) 21 384 61 70

    e-mail:

    inga@inga.min-agricultura.pt

    edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

    website: www.inga.min-agricultura.pt

    România

    Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură

    B-dul Carol I, nr. 17, sector 2

    București 030161

    România

    Tel.: (40) 21 3054802, (40) 21 3054842

    Fax: (40) 21 3054803

    Website: www.apia.org.ro

    Slovenija

    Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

    Dunajska 160

    SI-1000 Ljubljana

    Téléphone: (386-1) 580 76 52

    Télécopieur: (386-1) 478 92 00

    e-mail: aktrp@gov.si

    website: www.arsktrp.gov.si

    Slovensko

    Pôdohospodárska platobná agentúra

    Oddelenie obilnín a škrobu

    Dobrovičova 12

    815 26 Bratislava

    Slovenská republika

    tel.: (421-2) 58 24 32 71

    fax: (421-2) 53 41 26 65

    e-mail: jvargova@apa.sk

    website: www.apa.sk

    Suomi/Finland

    0

    0

    Maaseutuvirasto

    PL 256

    FI-00101 HELSINKI

    Tel: (358 (0)20) 772 007

    Fax: (358 (0)20) 7725 506, +358 (0)20 7725 508

    e-mail: markkinatukiosasto@mavi.fi

    web site: www.mavi.fi

    Sverige

    0

    0

    Statens jordbruksverk

    S-551 82 Jönköping

    Tfn (46) 36 15 50 00

    Fax (46) 36 19 05 46

    E-post: jordbruksverket@sjv.se

    Internet: www.sjv.se

    United Kingdom

    Rural Payments Agency

    Lancaster House

    Hampshire Court

    Newcastle upon Tyne

    NE4 7YH

    United Kingdom

    Téléphone: (44-1912) 26 58 82

    Télécopieur: (44-1912) 26 58 24

    e-mail: cerealsintervention@rpa.gsi.gov.uk

    website: www.rpa.gov.uk

    Is-simbolu “—” jfisser: li ma hemm l-ebda ħażna ta’ intervent għal dan iċ-ċereali f’dan l-Istat Membru.


    ANNESS II

    Notifika lill-Kummissjoni ta’ l-offerti rċevuti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali tal-ħażniet ta’ intervent

    Mudell għall-formola (*)

    Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 712/2007

    “TIP TAĊ-ĊEREALI: kodiċi tan-NM (**)

    “STAT MEMBRU: (***)

    1

    2

    3

     

    Numru ta’ min qed iressaq l-offerta

    Numru tal-lott

    Kwantità

    (tunnellati)

    Prezz offert

    euro/tunnellata

    1

     

     

     

    2

     

     

     

    3

     

     

     

    eċċ.

     

     

     

    Speċifika l-kwantitajiet totali offerti (inklużi l-offerti miċħuda għall-istess lott): … tunnellata.


    (*)  Biex jintbagħat lill-DĠ AGRI (D2)

    (**)  1001 90 għall-qamħ komuni, 1003 00 għax-xgħir, 1005 90 00 għall-qamħirrum u 1002 00 00 għas-segala.

    (***)  Indika l-Istat Membru kkonċernat.


    Top