EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0103

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2004 tal-21 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 f'dak li jirrigwardja l-arranġamenti ta' l-intervent u t-tneħħija mis-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex

ĠU L 16, 23/01/2004, p. 3–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/103(1)/oj

32004R0103



Official Journal L 016 , 23/01/2004 P. 0003 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2004

tal-21 ta' Jannar 2004

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 f'dak li jirrigwardja l-arranġamenti ta' l-intervent u t-tneħħija mis-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [1], u partikolarment l-Artikolu 30(6) u (7) u l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1) L-esperjenza akkwistat mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/97 tas-16 ta' April 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 f'dak li jirrigwardja l-arranġamenti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex [2] wriet li ċerti tibdiliet jeħtieġ li jsiru għal dawk l-arranġamenti. Fl-interess li jkun assigurat li r-regoli ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 ikunu dejjem ċari, ir-Regolament (KE) Nru 859/97 għandu jkun imħassar. In vista tar-razzjonalizzazzjoni tar-regoli dwar l-irtirar, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1492/97 tad-29 ta' Lulju 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 f'dak li jirrigwardja l-kondizzjonijiet għad-distillar ta' ċeru frott irtirat mis-suq [3] għandu wkoll ikun inkorporat f'regolament ġdid. Ir-Regolament (KE) Nru 659/95 u (KE) Nru 1492/97 għandu għalhekk ikun imħassar.

(2) It-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistabbilixxi l-arranġamenti ta' l-intervent għall-prodotti referuti fl-Artikolu 1(2) tiegħu u jipprovdi għall-għoti tal-kumpens tal-Komunità għall-prodotti elenkati fl-Anness II tiegħu. L-Artikolu 15(3) ta' l-istess regolament jipprovdi li l-fondi operazzjonali jistgħu jkunu użati għall-finanzjament tat-tneħħija, partikolarment tal-prodotti mhux elenkati fl-Anness II, jew għall-ħlas ta' supplement għall-kumpens tal-Komunità li hemm provvediment dwari fit-Titoli IV. Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-disposizzjonijiet.

(3) La darba t-termini "prodotti mhux ippreżentati għall-bejgħ", "tneħħija mis-suq" u "prodotti mneħħija mis-suq" huma ekwivalenti, dawn għandhom ikunu koperti b'definizzjoni waħda. It-termini "kwalità tas-suq" u "produzzjoni marketed" għandhom ukoll ikunu koperti b'definizzjoni waħda, li għandha tkun konsistenti mat-termini "walur tal-produzzjoni marketed" kif użata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 tal-11 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 f'dak li jirrigwardja l-fondi operazzjonali, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja [4] u għandhom għalhekk jinkludu l-kwantitajiet irtirati mis-suq għal distribuzzjoni ħielsa sussegwenti.

(4) Għandu jkun speċifikat li d-disposizzjonijiet li jirrigwardjaw il-ħtiġiet ta' l-ippakkjar huma applikabbli għal prodotti mneħħija mis-suq biss fil-każ ta' prodotti minjaturi li jistgħu, altrimentri, jkunu konfużi ma prodotti li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-daqs minimu.

(5) Is-snin tas-suq tal-prodotti ikkonċernati u r-regoli dettaljati dwar il-medji matul perjodu ta' tliet snin, kif referuti fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikunu definiti.

(6) Sabiex l-awtoritajiet ta' l-ispezzjoni jkunu jistgħu jippjanaw l-operazzjonijiet tal-ispezzjonijiet tagħhom, organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jinnotifikawhom bil-quddiem ta' kull operazzjoni tat-tneħħija. Dawn l-awtoritajiet għandhom imbagħad jawtorizzaw kull operazzjoni tat-tneħħija fuq il-bażi tas-sejbiet minn xi verifiki li huma jwettqu. Disposizzjoni għandha ssir għal dawk l-awtoritajiet sabiex jkunu preżenti fid-denaturizzazzjoni tal-prodotti mneħħija li ma jkunux intiżi għall-konsum uman wara d-distribuzzjoni ħielsa.

(7) L-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jiddetermina l-kumpens Komunitarju għat-tneħħija tal-prodotti elenkati fl-Anness II tiegħu. L-arranġamenti għall-ħlas ta' dan il-kumpens għandhom jippermettu l-konformità f'kull waqt mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 kif ukoll għall-pagament fi ħdan limiti raġjonevoli ta' żmien.

(8) La darba t-tneħħijiet li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 huma finanzjati mill-fondi operazzjonali, il-pagament għandu jkun b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1433/2003. Fl-interess taċ-ċarezza, b'dana kollu, is-supplementi massimi għall-kumpens Komunitarju tat-tneħħija referut fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1593) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandu jkun stabbilit.

(9) Permezz ta' l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 30(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, frott u ħxejjer mineħħija mis-suq jistgħu jkunu distribwiti mingħajr ħlas bħala għajnuna umanitarja lill-ċerti kategoriji ta' persuni fil-bżonn minn organizzazzjonijiet karitattevoli u ċerti stabbilimenti u istituzzjonijiet, kemm fi ħdan il-Komunità u wkoll 'il barra minnha. L-ogranizzazzjonijiet karitattevoli involuti għandhom ikunu approvati bil-quddiem. Il-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-ikel għandhom ikunu kompatibbli mal-prinċipji ġenerali kif segwiti mill-Komunità fir-rigward ta' għajnuna ta' l-ikel b'għelejjel.

(10) Sabiex tkun faċilitata d-distribuzzjoni ħielsa tal-prodotti mneħħija, il-proċessar ta' prodotti mneħħija għal distrubuzzjoni ħielsa għandu jkun awtorizzat, jew għall-ispiża ta' l-ogranizzazzjoni karitettevoli jew permezz ta' proċedura oħra li tiggarantixxi trattament egwali għall-proċessur ikkonċernati.

(11) Meta l-frott u l-ħxejjex imneħħija mis-suq huma ntiżi għal distribuzzjoni ħilesa, l-ispejjeż tat-trasport, l-għażla u ta' l-ippakkettjar għandhom ikunu mħallsa mill-Komunità bis-saħħa ta' l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Għandu jkun stipulat li l-ispejjeż tat-trasport għandhom ikunu mħallsa. Rati normali għandhom ikunu ffissati għall-pagament ta' l-ispejjeż tat-trasport, l-għażla u ta' l-ippakkettjar.

(12) L-Artikolu 30(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandu provvediment dwar li l-prodotti mneħħija mis-suq jistgħu jkunu mqiegħda għal ċertu użu apparti għal distrubuzzjoni ħielsa. L-Istati Membri għandhom ikunu mħollija li ma jutilizzawx id-destinazzjoni l-aktar xierqa, basta li dan ma jkunx jgħawweġ il-kompetizzjoni fost l-industriji kkonċernati. Għal ċerti prodotti mneħħija mis-suq, waħda minn tali destinazzjonijiet tista' tkun għall-ipproċessar f'alkoħol. Sabiex ikun assigurat li d-distillazzjoni ta' tali prodotti ma tkunx tħarbat is-suq ta' l-alkoħol, tali distillazzjoni fl-alkoħol għandha tkun denaturizzata u intiża għal użu industrijali u mhux ta' l-ikel.

(13) L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistipula li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas nazzjonali għat-tħejjija tal-kondizzjonijiet ġenerali li jirrigwardjaw il-metodi tat-tneħħija fir-rigward ta' l-ambjent. Il-kontenut minimu ta' tali kondizzjonijiet għandu jkun definit, sabiex ikun assigurat li t-tneħħija tkun imwettqa f'kondizzjonijiet li jirrispettaw l-ambjent, partikolarment meta l-prodotti mneħħija huma meqruda jew imqassma fost l-annimali bit-tixrid fuq l-art.

(14) Proċeduri huma meħtieġa għal verifiki fiżiċi u dokumentarji dwar l-operazzjonijiet tat-tneħħija, kemm fil-waqt tat-tneħħija u wkoll fit-tmiem tas-sena tas-suq. Fil-każ tal-ksur tar-regolamenti, regoli dettalji għandhom ikunu stabbiliti għall-irkupru ta' somom imħalla mhux kif suppost u għal penali ta' deterrent fil-proporzjon tas-serjetà ta' l-irregolaritajiet imwettqa. Operazzjonijiet tal-moniotoraġġ għandhom ikopru l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet karitattevoli, kif involuti.

(15) La darba l-istabbiliment ta' l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jinvolvi xogħol amministrattiv addizzjonali għall-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli, jiddependi mill-prodotti, mill-ewwel sena tas-suq li ssegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Aktar minn, id-disposizzjonijiet li jirrigwardjaw it-trasmissjoni tal-prezzijiet tal-produttur kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 659/97 għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli sa l-1 ta' Lulju 2004, suġġett għall-adozzjoni ta' disposizzjonijiet ġodda f'att separat.

(16) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I REGOLI ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta':

(a) l-intervent kif referut fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 dwar il-prodotti elenkati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament;

(b) it-tneħħija mis-suq kif referut fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għall-prodotti referuti fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament imma li ma humiex elenkati fl-Anness II tiegħu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "prodotti mneħħija mis-suq", "tneħħija mis-suq" u "prodotti mhux ippreżentati għall-bejgħ" ifissru l-prodotti:

(a) mhux mibjugħa permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi kif referut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, bi qbil ma' l-arranġamenti ta' l-intervent referuti fit-Titolu IV ta' dak ir-Regolament;

(b) it-tneħħija mis-suq kif referuta fl-Artikolu 15(2) ta' dak ir-Regolament.

2. Għal kull prodott, il-"kwalità tal-kummerċ" ta' organizzazzjoni tal-produtturi, kif referut fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, għandha tkun is-somma ta':

(a) il-produzzjoni tal-membri attwalment mibjugħa permezz ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi jew ipproċessati minnħa,

(b) il-produzzjoni tal-membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħrajn marketed permezz ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata b'konformità mat-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 11(1)(c)(3) ta' dak ir-Regolament;

(ċ) l-prodotti mneħħija mis-suq u intiżi għal distribuzzjoni ħielsa kif referut fl-Artikolu 30(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Il-kwantità marketed referuta fl-ewwel subparagrafu m'għandhiex tinkludi l-produzzjoni tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'konformità ma' l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 11(1)(c)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Il-produzzjoni marketed referuta fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tkun ekwivalenti għall-kwanità marketed kif definita fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

KAPITOLU II TNEĦĦIJA MIS-SUQ

Artikolu 3

Normi tas-Suq

1. Meta n-normi jkunu adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prodotti mneħħija mis-suq għandhom ikunu konformi ma' dawk in-normi, għajr għad-disposizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-bejgħ fis-suq tal-prodotti. Prodotti jistgħu jkunu mneħħija fil-massa jew f'kaxxi kbar, il-qisien kollha flimkien, basta li l-ħtiġiet massimi għall-klassi II, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u d-daqs, ikun hemm konformità magħhom.

B'dana kollu, prodotti ta' minjatura kif definit fin-normi relevanti għandhom ikunu konformi man-normi tas-suq applikabbli, inklużi d-disposizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-kummerċ tal-prodotti.

2. Meta l-ebda normi tas-suq ma jkunu ġew adotti bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness I tiegħu għandhom ikunu milħuqa. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali li jissupplimentaw dawn il-ħtiġiet minimi.

Artikolu 4

Snin tas-suq

Is-sena tas-suq għall-prodotti li jkunu jikkwalifikaw għall-kumpens Komunitarju tat-tneħħija kif referut fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-prodotti li jikkwalifikaw għat-tneħħija kif referut fl-Artikolu 15(3) ta' dak ir-Regolament għandha tkun ta' bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għall-prodotti kollha, apparti milli:

(a) tuffieħ u lanġas, li dwarhom is-sena tas-suq għandha tkun bejn l-1 ta' Awissu u l-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara;

(b) il-frott taċ-ċitru, li dwarhom is-sena tas-suq għandha tkun bejn l-1 ta' Ottubru u t-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara.

Artikolu 5

Il-medja ta' tliet snin

Il-medja tal-perjodu ta' matul tliet snin referut fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tkun il-medja aritmetika tat-tneħħijiet irreġistrati bħala persentaġġ tal-kwanità kummerċjalizzata matul is-sena tas-suq kurrenti u tas-sentejn tas-suq preċedenti.

Artikolu 6

Notifika bil-quddiem ta' l-operazzjonijiet tat-tneħħija

1. Organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-għaqdiet tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti, b'telekomunikazzjoni bil-kitba jew b'messaġġ elettroniku, ta' kull operazzjoni ta' tneħħija li huma jimplimentaw. Tali notifika għandha tispeċifika, partikolarment, il-lista tal-prodotti mdaħħla fl-intervent u l-karattertistiċi ewlenija tagħhom skond in-normi relevanti tas-suq, l-estimi tal-kwantità għal kull wieħed mill-prodotti kkonċernati, id-destinazzjoni intiża tagħhom u l-post ta' fejn il-prodotti mneħħija jistgħu jkunu spezzjonati bħal ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 23(1). In-notifiki għandhom jinkludu ċerifikat ta' l-attestar li l-prodotti mneħħija jkunu konformi man-normi bi qbil ma' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew, meta l-ebda normi tali ma jkunu jeżistu, il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness I tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jipprovdu notifika li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-limiti taż-żmien.

3. Fi ħdan il-limiti taż-żmien referuti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:

(a) jew iwettqu verifika kif referut fl-Artikolu 23(1), li b'segwiment tagħha, l-ebda irregolaritajiet ma jkunu misjuba, dawn għandhom jawtorizzaw l-operazzjoni tat-tneħħija kif innotata fil-verifika;

(b) jew, fil-każi referuti fl-Artikolu 23(3), ma jwettqux verifika kif referut fl-Artikolu 23(1), f'liema każ dawn għandhom jinformaw b'dan lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz ta' telekommunikazzjoni bil-kitba jew b'messaġġ elettroniku u jawtorizzaw l-operazzjoni tat-tneħħija kif notifikata.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu attwalment jibbenefikaw mill-arranġamenti ta' l-intervent li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Artikolu 7

Pagament tal-kumpens Komunitarju tat-tneħħija

1. Għall-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-kumpens Komunitarju tat-tneħħija referut fl-Artikoli 23, 24 u 26 ta' dak ir-Regolament għandu jkun imħallas, basta li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi referuti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew l-għaqdiet tagħhom jippreżentaw applikazzjoni għal pagament lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu minimu li għandu jkun kopert bl-applikazzjoni għall-pagament referuta fil-paragrafu 1.

3. L-applikazzjoni għall-pagament referuta fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata b'dokumenti ta' sostenn li jirrigwardjaw:

(a) il-kwantitajiet ta' kull prodott marketed sa mill-bidu tas-sena tas-suq ikkonċernata;

(b) il-kwantitajiet ta' kull wieħed mill-prodotti mneħħija mis-suq;

(ċ) id-dħul nett akkwistat mit-tneħħija tal-prodotti kkonċernati;

(d) id-destinazzjoni finali ta' kull wieħed mill-prodotti kkonċernati, fil-għamla ta' ċertifikat tat-teħid (jew dokument ekwivalenti) li jattesta li l-prodotti mneħħija jkunu ittieħdu minn parti terza bil-għan tad-distribuzzjoni b'xejn tagħhom. Tad-distillazzjoni, bħala użu ta' l-għalf ta' l-annimali jew għal użu industrijali li ma jkunx ta' l-ikel;

(e) stqarrija li l-operazzjonijiet tat-tneħħija kif ikkonċernati kienu ġew awtorizzati mill-Istat Membru għall-kwanitatjiet ikkonċernati bi qbil ma' l-Artikolu 6(3).

Il-kwantitajiet referuti fi (a) u (b) għandhom ikunu mqassma bejn:

- - l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi nfushom,

- - kultivaturi individwali li ma jappartjenux għal xi organizzazzjoni tal-produtturi, li f'isimhom l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun wettqet it-tneħħija bi qbil ma' l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Fil-każ ta' prodotti li jkunu ġew komposti bħala demel jew biodegradati, l-applikazzjonijiet għall-pagament għandha tinkludi dokument ta' sostenn imħejji mill-Istati Membri bis-saħħa ta' l-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament.

4. Organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jibagħtu d-dossiers sħaħ tagħhom ta' l-applikazzjonijiet għall-pagamenti lejn l-awtoritajiet nazzjonali mhux aktar tard minn xahar wieħed minn wara t-tmiem tas-sena tas-suq għall-prodotti kkonċernati.

5. Meta organizzazzjoni tal-produtturi tonqos milli tippreżenta d-dossiera tagħha għall-applikazzjoni tal-pagament sal-limitu taż-żmien li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 4, l-ammont ta' kumpens Komunitarju għat-tneħħija għandu jkun imnaqqas bi 20 % jekk id-dossier ikun anqas minn xahar tard, 50 % jekk anqas minn tliet xhur tard u 100 % jekk ikun aktar minn tliet xhur tard.

6. Meta jikkonsidraw kull applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kwantità mhux ippreżentata għall-bejgħ sa mill-bidu tas-sena tas-suq ikkonċernata ma tkun teċċedi l-limiti stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Meta dawk il-limiti jkunu misbuq, il-kumpens Komunitarju tat-tneħħija għandu jkun imħallas biss sa dawk il-limiti, u jkun meqjus ukoll il-kumpens li jkun diġà tħallas. Kwantitajiet b'eċċess għandhom ikunu nklużi meta d-dossier segwenti jkun ikkunsidrat.

7. Bla ħsara għall-penali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 26 u 27, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-kumpens Komunitarju tat-tneħħija lill-organizzazzjoni tal-prodoutturi jew lill-għaqdiet tagħhom, imnaqqsa bl-akkwisti netti li huma jkunu qalgħu fuq il-prodotti mneħħija mis-suq, fi żmien erba' xhur minn meta jirċievu id-dosier sħil ta' l-applikazzjoni għall-pagament.

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar it-tneħħijiet finanzajti mill-fondi operazzjonali

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003 għandu jkun applikabbli għall-pagament tal-kumpens tat-tneħħija għall-prodottti mhux elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u għall-għoti ta' supplement għall-kumpens Komunitarju tat-tneħħija li hemm provvediment dwari fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

2. L-Istati Membri li jistabbilixxu livell massimu għas-supplimenti għall-kumpens Komunitarju tat-tneħħija skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) għandhom iqisu dawn il-fatturi li ġejjin:

(a) it-tneħħijiet huma strument b'terminu fil-qosor sabiex jistabbilizza l-provvista fis-swieq tal-prodotti friski,

(b) it-tneħħijiet ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanzi ma jkunu użati bħala alternattiva għal svog fis-suq;

(ċ) it-tneħħijiet m'għandhomx ifixklu l-amministrazzjoni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex intiżi għall-ipproċessar.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi iqisu wkoll dawn il-fatturi meta jistabbilixxu l-ammont tal-kumpens tat-tneħħija referut fi (a) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Is-supplementi massimi li jistgħu jitħallsu mill-Istati Membri li jkunu japplikaw it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikunu stabbilit fl-Anness II ta' dan.

Artikolu 9

Rapportaġġ tad-dettalji dwar it-tneħħija

1. Qabel il-15 il-jum ta' kull xahar, l-Istati membri għandhom iressqu lejn il-Kummissjoni permezz tal-post elettronika, fil-format imħejji mill-Kummissjoni, estimi tal-prodotti li ma jkunux ippreżentati għall-bejgħ fix-xahar preċedenti, imqassma skond il-prodott.

2. Fit-tmiem ta' kull sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom iressqu lejn il-Kummissjoni d-dettalji elenkati fl-Anness III għal kull wieħed mill-prodotti kkonċernati.

Dawn id-dettalji għandhom ikunu mibgħuta:

(a) mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju b'segwiment ta' kull sena tas-suq fil-każ tat-tadam, brunġiel, pastard, berquq, ħawħ, nettarini, għaneb, bettiegħ, dulliegħ u l-prodotti mhux elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(b) mhux aktar tard mill-15 ta' Frar b'segwiment ta' kull sena tas-suq fil-każ ta' lanġas, tuffieħ, lumi, larinġ ħelu, satsumi, klementini u mandolini.

3. Jekk l-Istati Membri ma jippreżentawx id-dettalji referuti fil-paragrafu 2, jew jekk id-dettalji ppreżentati jkunu jidhru li ma humiex korretti fid-dawl ta' fatti objettivi li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-pagament ta' l-antiċipazzjonijiet fuq il-provedimenti tan-nefqa referuti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 sa kemm ikunu fornuti d-dettalji xierqa.

KAPITOLU III DESTINAZZJONI TAL-PRODOTTI MNEĦĦIJA

SEZZJONI 1 Distribuzzjoni mingħajr ħlas

Artikolu 10

Distrubuzzjoni mingħajr ħlas lill-organizzazzjonijiet karitettevoli

1. B'konformità ma' l-ewwel u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 30(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2206/96, prodotti mneħħija mis-suq matul sena partikolari tas-suq jistgħu jkunu disponibbli għall-organizzazzjonijiet karitettevoli approvati mill-Istati Membri għal distribuzzjoni mingħajr ħlsa, skond it-talba tagħhom.

2. Ta' kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lejn il-Kummissjoni b'posta elettronika, lista ta' l-organizzazzjoniet tal-karità approvati kif referuti fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-listi lill-Istati Membri kollha.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw kuntatti u operazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tal-prodoutturi u l-organizzazzjonijiet tal-karità approvati.

Artikolu 11

Distribuzzjoni mingħajr ħlas lill-istituti u stabbilimenti

Il-prodotti mneħħija mis-suq jistgħu jkunu disponibbli għal stituzzjonijiet penali u istituzzjonijiet soċjali, edukazzjonali u tas-saħħa, kif referuti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 30(1)(a), u l-Artikolu 30(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96/u innominati mill-Istati Membri.

Djar ta' nies anzjani, postijiet tal-kura ta' tfal żgħar u istituzzjonijiet psikjatriċi għandhom ikunu meqjusa bħala li jappartjenu għal tali stabbelimenti.

Artikolu 12

Distribuzzjoni mingħajr ħlas 'il barra mill-Komunità għall-benefiċju ta' gruppi vulnerabbli f'pajjiżi terzi

1. il-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu applikabbli fil-każ referut fit-tielet inċiż ta' l-Artkolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

2. Il-prodotti mibgħuta lill-organizzazzjonijiet tal-karità referuti fl-Artikolu 10 bħala għajnuna umanitarja m'għandhomx ikunu eliġibbli għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni. Il-prodotti mneħħija mis-suq u mbagħad ipproċessati bi qbil ma' l-Artikoli 13 u 14 ma jistgħux ikunu mqassma f'pajjiżi terzi mill-organizzazzjonijiet tal-karità kkonċernati.

Id-dokument doganali ta' l-esportazzjoni, id-dokument tat-transitu u kwalunkwe dokument T5 maħruġa għandhom ikunu awtentikati "mingħajr refużjoni".

3. L-Istati Membri jistgħu jressqu quddiem il-Kummissjoni talba għal twettieq ta' operazzjoni għad-distribuzzjoni tal-prodotti mneħħija mis-suq fil-każijiet ġustifikati b'emerġenza. It-talbiet kollha għandhom ikunu ġustifikati bil-forniment ta' l-informazzjoni li ġejja, partikolarment:

(a) il-pajjiż tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għal kull operazzjoni, ibbażata fuq l-eżistenza ta' kriżi umanitarja rikonoxxuta, talba mill-pajjiżi benefiċjarji u l-ħtiġiet kjarament identifikati ta' gruppi vulnerabbli ben definiti;

(b) it-tip tal-prodott li għandu jkun fornut u l-valur nutrizzjonali tiegħu fir-rigward tal-bażi ta' l-operazzjoni;

(ċ) in-numru ta' benefiċjarji li jiġġustifikaw il-volumi li għandhom ikunu mqassma;

(d) il-komunitajiet u l-gruppi benefiċjarji u l-punti ppjanati tad-distribuzzjoni fil-pajjiżi terzi;

(e) l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet tal-karità involuti f'kull operazzjoni u rwol rispettivi tagħhom;

(f) it-talba mill-gvern tal-pajjiż jew tal-pajjiżi tad-destinazzjoni għall-operazzjoni ppjanata.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi ta' każ b'każ jekk tawtorizzax l-operazzjoni kkonċernata, bla ħsara għall-emendi meta meħtieġa, bl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni referuta fil-paragrafu 3 u billi jkun meqjus, partikolarment, dwar:

(a) il-garanziji tat-twettieq;

(b) is-sitwazzjoni tas-suq fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi kkonċernati;

(ċ) l-eżistenza ta' kriżi umanitarja;

(d) jekk talba tkunx ġiet formulata mill-pajjiżi benefiċjarji;

(e) l-eżistenza tal-ħtiġiet kjarament identifikati ta' gruppi vulnerabbli ben definiti;

(f) konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Londra ta' l-Għajnuna ta' l-Ikel [5].

5. L-emendi sostanzjali sussegwenti kollha għall-operazzjonijiet kif referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, li għandha jkollha xahar wieħed li fih toġġezzjona għal tali emendi.

6. L-Istati membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni kopja tan-notifika magħmulha mill-Kumitat dwar id-Disponiment ta' l-Eċċess ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għal kull operazzjoni.

7. Fit-tmiem ta' kull operat, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lejn il-Kummissjoni l-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Anness IV. Mat-talba tagħha, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-korsa ta' kull operat fil-pajjiżi terzi.

Artikolu 13

Proċessar għall-ispiża ta' l-organizzazzjoni tal-karità

Kwalunkwe organizzazzjoni tal-karità kif referuta fl-Artikolu 10 tista' tipproċessa l-prodotti mneħħija mis-suq jew li tara li dawn ikunu pproċessati għall-ispejjiż tagħha, għal operati ta' tqassim mingħajr ħlas. Il-prodotti riżultanti kollha għandhom ikunu distribwiti mingħajr ħlas.

Artikolu 14

Proċessar bil-pagament bl-għelejjel

1. Mhux aktar mid-data stabbilita mill-awtorità nazzjonali kompetenti, organizzazzjoni tal-karità, istituzzjonijiet u stabbilimenti li huma interessati, referuti fl-Artikoli 10 u 11 rispettivament u għandhom jinformaw lil dik l-awtorità tal-ħtiġiet tagħhom għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex imneħħija mis-suq, jintrabtu li jaċċettawhom u jqassmuhom bil-kwantità sħiħa mingħajr ħlas.

2. Jiddependi mill-ħtiġiet tagħhom kif indikat bi qbil mal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-prodotti li huma mneħħija mis-suq u intiżi għal distrubuzzjoni mingħajr ħlas ipproċessati mill-proċessaturi li jaċċettaw pagament b'tip ta' għelejjel. Għal dak il-għan, huma jistgħu jorganizzaw, skond it-termini ta' dan l-Artikolu, waħda jew aktar stediniet għall-offerti, irkantijiet pubbliċi jew proċeduri oħrajn kif deċiżi mill-Istati Membri li jassiguraw li l-kompetizzjoni bejn l-operaturi interessati li għandha sseħħ taħt l-istess kondizzjonijiet egwali. Il-prodotti pproċessati intiżi għal distribuzzjoni mingħajr ħlas għandhom ikunu distribwiti mill-organizzazzjonijiet, istituti u stabbilimenti tal-karità kkonċernati.

3. L-Istati Membri li jixtiequ li jimplimentaw proċedura referuta fil-paragrafu 2 għandhom jassiguraw li din tkun publiċizzata kif xieraq. Il-perjodu ta' l-ipproċessar kopert bil-proċedura ma jistax jeċċedi sena waħda.

4. Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jaggruppaw il-ħtiġiet espressi taħt il-paragrafu 1 fil-lottijiet tal-prodotti proċessati.

Artikolu 15

Abbozzi ta' kuntratti u l-obbligi tal-proċessaturi

1. Wara l-implimentazzjoni tal-proċedura referuta fl-Artikolu 1492), l-Istat Membru għandu jabbozza kuntratt għall-ipproċessar, bid-dettal, għal kull lott, ta' mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-prodott frisk ikkonċernat u l-perjodu li matulu l-prodotti mneħħija mis-suq jistgħu jkunu disponibbli;

(b) iż-żoni ġeografiċi li fihom il-prodotti mneħħija mis-suq pjuttost li jkunu disponibbli;

(ċ) deskrizzjoni tal-produzzjoni kif segwita mill-Istat Membru sabiex jagħżel il-proċessur,

(d) l-identità tal-proċessur magħżul;

(e) deskrizzjoni dettaljata tal-prodott ipproċessat mill-frott u mill-ħxejjex li għandu jkun fornut, u l-preparazzjoni tiegħu għad-distribuzzjoni, id-data sa meta dan għandu jkun fornut u l-kwantità li l-proċessatur jintrabat li jforni għal kwantità partikolari ta' prodotti mneħħija li jkunu disponibbli;

(f) l-identità ta' l-oganizzazzjonijiet, istituzzjonijiet jew stabbilimenti tal-karità li għalihom il-prodotti huma ntiżi.

2. L-Istat Membru għandu jgħaddi abbozz tal-kuntratt lejn il-Kummissjoni abbozz tal-kuntratt għall-approvazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tiċħad kwalunkwe abbozz tal-kuntratti meta r-relattività tal-prodott frisk mal-prodotti pproċessati tkun wisq għolja. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-kuntratt la darba l-Kummissjoni tkun approvatu.

3. Għal kull lott, l-Istat Membru għandu jinforma lill-proċessatur, hekk kif kull tneħħija isseħħ, bl-organizzazzjonijiet tal-produtturi li minn għandhom takkwista fornimenti ta' prodotti friski, u għandhom jagħtu priorità ta' l-ipproċessar fuq destinazzjonijiet possibbli oħra għall-prodotti mneħħija.

4. Il-proċessatur għandu jipproċessa l-prodotti mneħħija kollha mis-suq li huma fornuti lilu. Kwalunkwe prodotti mneħħija b'eċċess tal-kwantitajiet meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti pproċessati intiżi għal distribuzzjoni mingħajr ħlas għandu jkun pagament b'mod ta' għelejjel għall-kumpens ta' l-ispejjeż tal-manifattura tal-proċessatur.

5. Wara l-manifattura, il-prodotti pproċessati għandhom ikunu disponibbli għall-organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet jew stabbilimenti tal-karità mhux aktar tard minn xahar wieħed wara li l-proċessatur jirċievi l-materja prima, fi proporzjon tal-kwantità tal-prodott frisk li jkun disponibbli għall-kuntrattur.

6. Il-proċessatur għandu jippreżenta garanzija li tassigura li l-prodotti huma fornuti skond dik l-offerta. Din il-garanzija għandha tkun ibbażata fuq il-piż nett tal-prodott meħtieġ kontra l-prodott ipproċessat u manifatturat. Dan għandu jkun ekwivalenti:

(a) il-prodotti referuti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-kumpens Komunitarju tal-kumpens referut fl-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament;

(b) għal prodotti oħrajn, għal ammont iffissat mill-Istat Membru.

Il-garanzija għandha tkun rilaxxata hekk kif il-fornimenti tal-prodott ipproċessat huma fornuti u la darba l-appaltatur b'suċċess ikun ipprovda evidenza li l-prodotti friski kollha huma disponibbli kontra l-forniment tal-prodott ipproċessat li jkun ġie pproċessat.

Artikolu 16

Spejjeż tat-trasport

1. L-ispejjeż tat-trasport għal distribuzzjoni mingħajr ħlas tal-prodotti kollha mneħħija mis-suq għandha tkun imħallsa mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) fuq il-bażi ta' l-ammonti ta' rata dritta stabbiliti skond id-distanza bejn il-punt tat-tneħħija u l-post tal-forniment kif elenkat fl-Anness V.

Fil-każ tad-distribuzzjoni mingħajr ħlas 'il barra mill-Komunità, l-ammonti b'rata dritta stabbiliti fl-Anness V għandhom ikopru d-distanza bejn il-punt tat-tneħħija u l-punt tal-ħruġ mill-Komunità.

Fil-każ tat-trasport bil-baħar, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispejjeż tal-ġarr li jistgħu jitħallsu fuq il-bażi tan-nefqa attwali fuq it-trasport u tad-distanza. Il-kumpens hekk stabbilit ma jistax jeċċedi n-nefqa tat-trasport bl-art fuq l-iqsar distanza bejn il-post tat-tagħbija u l-post teoretiku tal-ħruġ. Għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,6 għall-ammonti li hemm provvediment dwarhom l-Anness V.

2. L-ispejjeż tat-trasport għandhom ikunu mħallsa mill-parti li attwalment tkun refgħet l-ispiża finanzjarja ta' l-operat tat-trasport f'dak il-każ.

Il-pagament għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti b'appoġġ li jiċċertifikaw, partikolarment:

(a) l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

(b) il-kwantità tal-prodotti kkonċernati;

(ċ) l-aċċettazzjoni mingħand l-organizzazzjonijiet benefiċjarji u l-mezzi tat-trasport użati;

(d) l-ispejjes tat-trasport atwalment involuti.

Artikolu 17

L-ispejjes ta' l-għażla u ta' l-ippakkjar

1. L-ispejjeż ta' l-għażla u l-ippakkjar tal-frott u l-ħaxix frisk imneħħi mis-suq għal distrubuzzjoni libera kif referut fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom jitħallsu mis-Sezzjoni tal-Garanija tal-FAEGG bl-ammonti ta' rata fissa ta' EUR 132 kull tunnellata piż nett, fil-każ ta' prodotti ppreżentati f'pakketti ta' anqas minn 25 kilogramma piż nett. L-ispiża tal-prodotti friski intiżi għall-manifattura ta' prodotti pproċessati kif referuti fl-Artikoli 13 u 14 ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu mħallsa mill-FAEGG.

2. Il-pakketti tal-prodotti għal distrubuzzjoni ħielsa għandhom juru l-emblema Ewropea, flimkien ma' waħda jew aktar ta' dawn ir-referenzi li ġejjin:

- Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento (CE) no 103/2004]

- Produkt určený k bezplatné distribuci [nařízení (ES) č. 103/2004]

- Produkt til gratis uddeling (forordning (EF) nr. 103/2004)

- Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Verordnung (EG) Nr. 103/2004)

- Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [määrus (EÜ) nr 103/2004]

- Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 103/2004]

- Product for free distribution (Regulation (EC) No 103/2004)

- Produit destiné à la distribution gratuite [règlement (CE) no 103/2004]

- Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento (CE) n. 103/2004]

- Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Regula (EK) Nr. 103/2004]

- Produktas skirtas nemokamai distribucijai [Reglamentas (EB) Nr. 103/2004]

- Téritesméntes terjesztésre szánt termék (103/2004. sz. EK rendelet)

- Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament (KE) nru. 103/2004]

- Voor gratis uitreiking bestemd product (Verordening (EG) nr. 103/2004)

- Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [rozporządzenie (WE) nr 103/2004]

- Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento (CE) no 103/2004]

- Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [nariadenie (ES) č. 103/2004]

- Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Uredba (ES) št. 103/2004]

- Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (asetus (EY) N:o 103/2004)

- Produkt för gratisutdelning (förordning (EG) nr 103/2004).

Meta d-distribuzzjoni hija intiża li sseħħ 'il barra mill-Komunità, ir-referenza għandha wkoll tkun miktuba bil-lingwa(i) tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Il-pakketti tal-prodotti friski intiżi għall-użu fil-manifattura tal-prodotti proċessati referuti fl-Artikoli 13 u 14 m'għandhomx juru dawn ir-referenzi.

3. L-ispiża ta' l-għażla u l-ippakkjar għandha tkun imħallsa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu wettqu dawk l-operazzjonijiet.

Il-pagament għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti b'appoġġ li jiċċertifikaw, partikolarment:

(a) l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

(b) il-kwantità tal-prodotti kkonċernati;

(ċ) l-aċċettazzjoni mingħand l-organizzazzjonijiet benefiċjarji, li jispeċifikaw il-preżentazzjoni.

SEZZJONI 2 Distillazzjoni, użu mhux għall-ikel u għalf għall-annimali

Artikolu 18

Regoli komuni

1. Il-forniment ta', u l-għoti tal-kuntratti għal, il-prodotti referuti fir-raba' u l-ħames inċiżi ta' l-Artikolu 30(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 bil-għan ta' użu mhux għall-ikel jew għall-użu bħala għalf għall-annimali wara l-ipproċessar mill-industrija ta' l-għalf għall-annimali, u l-prodotti referuti fl-Artikolu 30(1)(c) ta' dak ir-Regolament għal distillazzjoni f'alkoħol ta' qawwa ta' mhux aktar minn 80 % bil-volum għandhom ikunu mwettqa jew bl-istedina normali għall-offerti, irkant pubbliku jew proċedura oħra adottata mill-Istat Membru li jassigura li l-kompetizzjoni bejn l-operaturi interessati tkun isseħħ buq bażi egwali.

2. Il-forniment u l-għoti tal-kuntratti referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mwettqa mhux aktar tard minn tliet xhur minn wara l-bidu tas-sena tas-suq tal-prodott ikkonċernat.

3. Il-lista ta' korpi nnominati mill-Istati Membri sabiex iwettqu l-forniment u l-għotja referuti fil-paragrafu 1 għandha tkun ippublikata mill-Kummissjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni tal-fornimet ta', u l-għoti tal-kuntratti għal, il-prodotti lid-distillaturi kkonċernati.

5. Mat-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta' l-operazzjonijiet koperti bil-paragrafi 1 sa 4, fi żmien sebat ijiem.

Artikolu 19

Distillazzjoni

Fil-każ ta' distillazzjoni kif referuta fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-alkoħol akkwistat mill-prodotti kkonċernati għandu jkun suġġett għal denaturizzazzjoni speċjali b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 [6] u għandu jkun għal użu industrijali u mhux ta' l-ikel.

Artikolu 20

Għalf ta' l-annimali

1. Il-prodotti mneħħija mis-suq matul sena tas-suq partikolari tista' tkun imwassla friska lejn il-bdiewa li jrabbu l-qobla li huma approvati mill-Istati Membri, skond it-talba tagħhom, bi qbil mal-paragrafu 2, għall-għalf lill-qobla. Żoojiet, riservi tal-kaċċa u impriżi oħrajn li jkollhom il-qobla li lilhom prodotti friski mneħħija jistgħu b'mod addattat ikunu mitmuha għandhom ikunu ttrattati bħala bdiewa li jrabbu l-qobla.

2. L-Istati Membri għandhom japprovaw il-bdiewa li jrabbu l-qobla u l-impriżi simili. L-approvazzjoni għandha tistqarr, għal kull bidwi li jrabbi l-qobla jew impriża simili, il-kwantitajiet massimi tal-prodotti mneħħija li jistgħu jkunu fornuti, in vista tal-qobla kkonċernati u tal-metodi awtorizzati għad-distribuzzjoni tal-prodotti mneħħija, għall-użu bħala għalf ta' l-annimali. L-approvazzjoni għandha tkun mogħtija għal perjodu massimu ta' tliet snin.

SEZZJONI 3 Obbligi ta' min jirċievi l-prodotti u l-framework nazzjonali

Artikolu 21

Impenji minn min jirċievi l-prodotti mneħħija

Dawk li jirċievu l-prodotti mneħħija referuti fl-Artikoli 10, 11 u 18 għandhom jintrabtu li:

(a) jkunu konformi ma' dan ir-Regolament;

(b) iżommu reġistri separati tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji separati għall-operazzjonijiet f'dak il-każ;

(ċ) jaċċettaw li jsiru l-verifiki li hemm provvediment dwarhom bir-Regoli tal-Komunità;

(d) ifornu d-dokumenti b'sostenn referuti fl-Artikolu 7(3)(d).

Dawk li jirċievu l-prodotti mneħħija li huma intiżi għad-distillazzjoni għandhom ukoll jintrabtu li ma jirċevux għajnuna addizzjonali għall-alkoħol prodott mill-prodotti kkonċernati.

Artikolu 22

Amministrazzjoni ambjentali

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-posta elettronika permezz tal-framework nazzjonali referut fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xi emendi fil-framework ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi kull framework lill-Istati Membri l-oħrajn kollha.

2. Il-frameworks referuri fil-paragrafu 1 għandhom jelenkaw it-termini li permezz tagħhom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma awtorizzati li jagħmlu użu mill-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, inklużi l-proċessi tal-preparazzjoni f'demel u tal-biodegradazzjoni awtorizzati minn Stat Membru, il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-organizzazzjoni tal-produtturi li jagħmlu użu minnhom u d-dokumenti li jiċċertifikaw id-destinazzjoni finali tal-prodotti li għandhom ikunu ippreżentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien ma' l-applikazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti kif hemm disposizzjoni dwar dan fl-Artikolu 7(3)(d) ta' dan ir-Regolament.

3. Jekk Stat Membru jawtorizza lill-bdiewa li jrabbu l-qobla referuti fl-Artikolu 20(2) li jwasslu l-prodotti mneħħija lejn l-annimali billi jxerduhom fuq wiċċ l-art f'qasam agrikolu, il-framework għandu wkoll jistipula t-termini li permezz tagħhom il-bdiewa huma awtorizzati li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà.

KAPITOLU IV VERIFIKI U PENALITAJIET

SEZZJONI 1 Verifiki

Artikolu 23

Verifiki fl-ewwel livell

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki fl-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet tat-tneħħija minn kull organizzazzjoni tal-prodoutturi, li jinkludu verifiki dokumentarju ta' l-identità u verifika fiżika, meta meħtieġ bil-kampjunar, tal-piż tal-prodotti mneħħija mis-suq u verifika dwar il-konformità mar-regoli ta' l-Artikolu 3, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/20011 [7]. Il-verifika għandha sseħħ wara l-wasla tan-notifika referuta fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, fil-limiti taż-żmien li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 6(2).

2. Il-verifiki ta' l-ewwel livell li hemm disposizzjoni dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti mneħħija mis-suq matul is-sena tas-suq ta' kull prodott. Fit-tmiem ta' din il-verifika, il-prodotti mneħħija għandhom ikunu denaturizzati taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru u għas-sodisfazzjoni tiegħu.

3. Meta l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 30(1)(a) u l-Artikolu 30(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jkunu applikabbli. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw persentaġġ żgħir, basta li dan ma jkunx anqas minn 10 % tal-kwantitajiet ikkonċernati matul is-sena tas-suq. Il-prodotti kkonċernati m'għandhomx ikunu denaturizzati bi qbil mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fil-każ li l-verifiki jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki addizzjonali.

Artikolu 24

Verifiki fit-tieni livell

1. Fit-tmiem tas-sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki tat-tieni livell. Huma għandhom jistabbilixxu l-kriterja għall-analizzar u l-evalwazzjoni tar-riskju għal kull organizzazzjoni tal-produtturi partikolai fit-twettieq ta' operazzjonijiet tat-tneħħija ma jkunux konformi. Tali kriterja għandha tirrigwardja, fost ħwejjeġ oħrjan, għas-sejbien preċedenti tal-verifiki ta' l-ewwel u t-tieni livelli, u jekk jew le, l-organizzazzjoni tal-produtturi jkollhiex li għamla ta' proċedura ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità. Huma għandhom jużaw dawn il-kriterji sabiex jiddeterminaw għal kull organizzazzjoni tal-produtturi l-frekwenza minima tal-verifiki tat-tieni livell.

2. Il-verifiki referuti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-eżami tad-dokumenti u, jekk meħtieġ, verifiki fuq il-post ta' l-operazzjonijiet ta' l-intervent fil-binja ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' dawk li jirċievu l-prodotti mneħħija sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet mitluba għall-pagament tal-kumpens Komunitarji tat-tneħħija jkunu gew imwettqa. Dawn il-verifiki għandhom jinkludu:

(a) ir-reġistri speċifiċi tal-ħażna u tal-kontijiet li għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha li jwettqu waħda jew aktar mill-operati tat-tneħħija matul is-sena tas-suq ikkonċernata;

(b) verifika tal-kwantitajiet kummerċjalizzati kif iddikjarati mill-applikazzjoni għall-pagamenti, verifika partikolarment tar-reġistri tal-ħażna u tal-kontijiet, fatturi, u meta meħtieġ, il-veraċità tagħhom u jassiguraw li d-dikjarazzjoni jkunu jaqblu sewwa mad-dettalji tal-kontijiet u/jew tat-taxxa ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;

(ċ) verifiki li l-ammonti huma korretti, partikolarment il-veraċità tad-dħul nett mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif iddikjarat fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti, il-proporzjonalità ta' xi spejjeż tat-tneħħija, il-kitbiet fil-kotba tal-kontijiet f'dak li jirrigwardja l-akkwist mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-kumpens Komunitarju tat-tneħħija u xi ammonti minnhom imħallsa lill-membri, li jassiguraw din l-eżatezza.

(d) verifiki li d-destinazzjoni tal-prodottu mneħħija kif iddikjarata fl-applikazzjonijiet għall-pagamenti u fil-verifiki sabiex jassiguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk li jircievu jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.

Il-verifiki referuti fl-ewwel subparagrafu għandhom jitwettqu f'kull sena fuq mill-anqas 30 % ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati u dawk li jirċievu li huma assoċċjati ma' dawk l-organizzazzjonijiet u, għal kull organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati, mill-anqas darba kull ħames snin li ma' tulhom it-tneħħijiet ikunu ġew imwettqa. Kull verifika għandha tinkludi kampjun li jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-kwantitajiet imneħħija matul is-sena tas-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Ir-reġistri tal-ħażniet u tal-kontijiet referuti fi (a) fl-ewwel subparagrafu għandhom jippermettu, għal kull prodott imneħħi. Il-movimenti li ġejjin (espressi fi kwantitajiet):

(a) il-produzzjoni fornuta tal-membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-membri ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi l-oħrajn b'konformità mat-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 11(1)(c)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(b) il-produzzjoni mwassla mill-operaturi mhux koperti bi (a);

(ċ) il-bejgħ mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, imqassma skond il-prodotti ppreparati għas-suq tal-prodotti friski u ta' tipi oħrajn ta' prodotti (inklużi l-materja prima għall-ipproċessar);

(d) prodotti mneħħija mis-suq.

Il-verifiki dwar id-destinazzjoni tal-prodotti referuti fi (d) fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu, partikolarment:

(a) verifika b'mod parzjali tal-kontijiet separati li għandhom jinżammu minn dawk li jirċievu u, meta meħtieġ, verifika li dawn ikunu jaqblu mal-kontijiet meħtieġa skond il-liġi nazzjonali;

(b) verifika dwar il-konformità mal-ħtiġiet ambjentali relevanti;

(ċ) għad-distillar, verifiki li l-prodott li dwar kuntratt ikun ingħata jkun ġie proċessat f'alkoħol ta' saħħa ta' mhux aktar minn 80 % bil-volum, denaturizzat u mqiegħed għal użu industrijali.

3. Jekk it-tieni livell jiżvela xi irregolaritajiet sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki dettaljati oħrajn tat-tieni livell dwar is-sena tas-suq ikkonċernata u għandhom iżidu l-frekwenza tal-verifiki tat-tieni livell fuq l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (jew l-għaqdiet tagħhom) ikkonċernati matul is-sena tas-suq segwenti.

SEZZJONI 2 Irkupru u penali

Artikolu 25

Irkupru

Kumpens imħallas mhux kif suppost għandu jkun irtirat, bl-imgħax, minn għand l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, independentament mill-produtturi jew minn dawk li jirċievu l-prodotti mneħħija kkonċernati, partikolarment meta:

(a) il-prodotti mhux ippreżentati għall-bejgħ ma jkunux ġew utilizzati kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(b) l-użu tal-prodotti mhux ippreżentati għall-bejgħ joħloq ħsara ambjentali konsiderevoli u/jew ma jkunx konformi mal-framework referut fl-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament.

Ir-rata ta' l-imgħax li għandha tkun applikati trid tkun ikkalkolata skond il-leġislazzjoni nazzjonali, u m'għandhiex tkun anqas mir-rata ta' l-imgħax applikabbli għall-irkupru permezz tar-regoli nazzjonali.

Artikolu 26

Penali finanzjarji

1. Jekk, b'segwiment tan-notifika li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 6 u ta' verifika kif referuta fl-Artikolu 23, irregolaritajiet ikunu żvelati man-normi referuti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew tal-ħtiġiet minimi tal-kwalità kif stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, min jirċievi/l-applikant għandu jkun meħtieġ:

(a) li jħallas l-ammont tal-kumpens li tkun saret applikazzjoni ħażina dwaru, ikkalkolat fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-prodotti mneħħija mhux b'konformità man-normi jew il-ħtiġiet minimi, jekk dawk il-kwantitajiet huma anqas minn 10 % tal-kwantitajiet notifikati bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament;

(b) li jħallas id-doppju ta' l-ammont tal-kumpens li tkun saret applikazzjoni ħażina dwaru, ikkalkolat fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-prodotti mneħħija mhux b'konformità man-normi jew il-ħtiġiet minimi, jekk dawk il-kwantitajiet huma bejn 10 % u 25 % tal-kwantitajiet notifikati bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament;

(ċ) li jħallas l-ammont tal-kumpens tal-kwantità kollha notifikata bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, meta l-kwantitajiet tal-prodotti imneħħija ma jkunux konformi man-normi jew il-ħtiġiet minimi li jeċċedu 25 % tal-kwantità notifikata.

2. Apparti milli fil-każi ta' żball ovvju, meta l-irregolaritajiet ikunu misjuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, min jirċievi/l-applikant għandu jkun meħtieġ:

(a) jekk il-kumpens ikun diġà tħallas, b'żieda ma' l-irkupru li hemm disposizzjoni dwaru fl-Artikolu 25:

(i) li jħallas ammont egwali għall-ammont imħallas mhux sewwa, fil-każi ta' frodi;

(ii) li jħallas 50 % ta' l-ammont imħallas mhux sew, fil-każi l-oħrajn;

(b) fil-każi meta l-applikazzjonijiet għal kumpens ikunu ġew ippreżentati permezz ta' l-Artikolu 7 imma li l-ebda kumpens ma jkun tħallas:

(i) li jħallas il-kumpens li tkun saret applikazzjoni mhux sewwa dwaru, fil-każ ta' frodi;

(ii) li jħallas 50 % ta' l-ammont imħallas mhux sew, fil-każi l-oħrajn;

Artikolu 27

Penali addizzjonali

1. Meta l-irregolaritajiet attribwiti lil min jirċievi l-prodotti mneħħija jkunu misjuba waqt il-verifiki imwettqa skond l-Artikolu 23 u 24, dan li ġej għandu jkun applikabbli:

(a) L-approvazzjoni ta' dawk li jirċievu referutti fl-Artikoli 10 u l-Artikolu 20(2) għandhom ikunu rtirati. Dan għandu jkollu effett immedjat u jibqa' għal mill-anqas sena tas-suq waħda, u jista' jkun estiż, jiddependi mis-serjetà ta' l-irregolarità. L-istituzzjonijiet u l-istabbelimenti referuti fl-Artikolu 11 m'għandhomx ikunu eliġibbli li jibbenefikaw mill-operati tad-distribuzzjoni mingħajr ħlas fis-sena tas-suq segwenti.

(b) Dawk li jirċievu referuti fl-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom ikunu esklużi mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-Artikoli kkonċernati għal minn anqas sena tas-suq waħda, li tista' tkun estiża, jiddependi mis-serjetà ta' l-irregolarità.

(ċ) Dawk li jirċievu l-prodotti mneħħija mis-suq għandhom ikunu obbligati li jirrifondu l-valur tal-prodotti li huma jirċievu, ikkalkolati bi qbil ma' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003, l-ispejjeż ta' l-għażla u l-ippakkjar u l-ispejjeż tat-trasport li jkunu irċevew, flimkien ma' l-imgħax ikkalkolat b'referenza għaż-żmien li jkun għadda minn meta jkunu akkwistaw il-prodott u r-rifużjoni mill-benefiċjarju.

2. Fil-każ ta' dikjarazzjoni falza magħmulha deliberatament jew b'negliġenża kbira, l-Istat Membru għandu jeskludi l-organizzazzjoni tal-produtturi mill-kumpens Komunitarju tat-tneħħija u ta' l-intitolament li jagħmlu t-tneħħijiet kif referuti fl-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għal minn waħda sa ħames snin li jsegwu dik li fiha l-irregolarità jkun żvelata, jiddependi mis-serjetà ta' l-irregolarità.

Artikolu 28

Pagament ta' l-ammonti

Somom irkuprati, bl-imgħax akkumulat u l-ammont tal-penali, għandhom ikunu mħallsa lil-aġenzija responsabbli għall-pagamenti u mnaqqsa mill-ispiża finanzjata mill-FAEGG.

Artikolu 29

Disposizzjonijiet nazzjonali

L-Artikoli 23 sa 28 għandhom ikunu applikabbli mingħajr preġudizzju għal xi miżuri li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala xierqa sabiex jassiguraw il-konormità mat-Titolu IV u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u xi penali oħrajn li għandhom ikunu adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 48 ta' dak ir-Regolament.

KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 30

Disposizzjonijiet transitorji

1. Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 4, is-sena tas-suq 2004/05 għandha tkopri dawn il-perjodi:

(a) għal bettiegħ u dulliegħ, mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004;

(b) għall-pastard, berquq, nettarini, ħawħ u għeneb tal-mejda, mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004;

(ċ) għal-lanġas, mill-1 ta' Ġunju 2004 sal-31 ta' Lulju 2005;

(d) għat-tuffieħ, mill-1 ta' Lulju 2004 sal-31 ta' Lulju 2005;

(e) għal-lumi, mill-1 ta' Ġunju 2004 sat-30 ta' Settembru 2005.

2. Għas-snin tas-suq 2002/03 u 2003/04, il-perjodu ta' tliet snin referut fl-Artikolu 5 għandhom ikunu meqjusa bħala li huma dawk koperti bis-snin tas-suq 2002/03, 2003/04 u 2004/05.

Artikolu 31

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 659/97 u (KE) Nru 1492/97 huma b'hekk imħassra.

B'dana kollu, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 659/97 għandu jkun applikabbli sa l-1 ta' Lulju 2004.

Referenzi għar-regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli għal kull prodott mill-bidu ta' l-ewwel sena tas-suq li tiġi wara dik tad-dħul fis-seħħ tiegħu għal dak il-prodott ikkonċernat kif definit fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 30(1).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, pġ. 64 ).

[2] ĠU L 100, tas-17.4.1997, pġ. 22. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1135/2001 (ĠU L 154, tad-9.6.2001, pġ. 9).

[3] ĠU L 202, tat-30.7.1997, pġ. 28.

[4] ĠU L 203, tat-12.8.2003, pġ. 25.

[5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 103.

[6] ĠU L 222, ta’ l-24.8.1999, pġ. 40.

[7] ĠU L 288, tat-23.11.1993, pġ. 12.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIET MINIMI GĦALL-PRODOTTI INTIŻI GĦALL-INTERVENT

1. Prodotti intiżi għall-intervent għandhom ikunu:

- sħaħ,

- b'saħħithom; il-prodotti affettwati bit-tinwir jew bid-deterjorazzjoni hekk li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi,

- nodfa, prattikament ħielsa minn kull materja viżibbli barranija,

- prattikament ħielsa minn pestu u mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

- ħielsa minn umdità esterna anormali,

- ħielsa minn kull riħa u/jew togħma barranija.

2. Il-prodotti għandhom ikunu żviluppati u misjura suffiċjentment, billi jkun meqjus tat-tip tagħhom.

3. Il-prodotti għandhom ikollhom il-karatteristiċi tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

SUPPLIMENTI MASSIMI GĦALL-KUMPENS TAT-TNEĦĦIJA MILL-KOMUNITÀ

(EUR/tunnelata) |

Prodott | Supplement massimu |

Tadam | 80,1 |

Pastard | 65,0 |

Tuffieħ | 62,3 |

Għeneb | 74,3 |

Berquq | 91,9 |

Nettarini | 123,9 |

Ħawħ | 115,4 |

Lanġas | 64,4 |

Brunġiel | 36,5 |

Larinġ | 18,5 |

Mandolini | 44,8 |

Klementini | 7,0 |

Satsumi | 0,0 |

Lumi | 42,6 |

Bettiegħ | 42,0 |

Dulliegħ | 27,0 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

RAPPORTAĠĠ TA' L-INTERVENT

Informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lejn il-Kummissjoni fit-tmiem ta' kull sena tas-suq bi qbil ma' l-Artikolu 9(2)

1. Għall-kull prodott elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u għall-kull wieħed mill-prodotti l-oħrajn ikkonċernati:

(a) il-kwantità totali li ma tkunx tqiegħdet għall-bejgħ (f'tunnellati);

(b) l-ammonti tal-pagamenti mill-Istati Membri (f'euro jew f'muniti nazzjonali), maqsuma fi kumpens Komunitarju għat-twarrib, supplimenti għal kumpens Komunitarju għat-twarrib, u kumpens għat-twarrib, għall-prodotti li ma humiex elenkati fl-Anness II.

2. Għal kull prodott referut fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, mat-talba tal-Kummissjoni, ċerti prodotti mhux elenkati fl-Anness II li jkunu ġew imneħħija fi kwantitajiet sinifikanti matul is-sena tas-suq ikkonċernata jew is-sena tas-suq preċedenti:

(a) it-tqassim ta' kull xhar tal-kwanitajiet li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f'tunnellati);

(b) it-tqassim tal-kwantitajiet li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f'tunnellati) bid-destinazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) 2200/96.

3. Tabella sommarja li turi l-kwantitajiet innegozjati u li ma jkunux tqiegħdu għall-bejgħ (f'tunnellati), minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi u bil-prodott (elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u, meta aplikabbli, li ma humiex elenkati fl-Anness II).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Tagrif fuq l-operazzjonijiet ta' distribuzzjoni ielsa barra mill-Komunità

Stat Membru:

Deċiżjoni tal-Kummissjoni, numru:

Kwantità distribwita (bil-prodott):

Numru u l-uffiċju ewlieni ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi li l-tagħmel l-irtirar:

Numru u l-uffiċju ewlieni ta' l-organizzazzjoni karitettevoli involuta fl-operazzjoni:

Numru u l-uffiċju ewlieni ta' l-impriża ta' l-ipproċessar responsabbli għall-ipproċessar tal-prodotti (meta applikabbli):

Il-meżżi tat-trasport, l-isem u l-uffiċju ewlieni tat-trasportatur:

Il-pajjiż u l-post tad-destinazzjoni finali:

Il-grupp tal-popolazzjoni li għalihom il-prodotti huma ntiżi, bl-estimi tan-numru tal-benefiċjarji:

Id-dati ta' l-irtirar, tluq u twassil tal-prodotti:

--------------------------------------------------

ANNESS V

SPEJJEŻ TAT-RASPORT PERMEZZ TA' L-ARRANĠAMENTI TAD-DISTRIBUZZJONI ĦIELSA

Distanza bejn il-post tat-tneħħija u l-post tal-konsenja | Spejjeż tat-Trasport (EUR/tunnelata) |

Anqas minn 25 km | 15,5 |

Minn 25 km sa 200 km | 32,3 |

Minn 200 km sa 350 km | 45,2 |

Minn 350 km sa 500 km | 64,5 |

Minn 500 km sa 750 km | 83,9 |

750 km jew aktar | 102 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

SPEJJEŻ TAT-RASPORT PERMEZZ TA' L-ARRANĠAMENTI TAD-DISTRIBUZZJONI ĦIELSA

Ir-Regolament (KE) Nru 659/97 | Ir-Regolament (KE) Nru 1492/97 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | | Artikolu 1 |

Artikolu 2(1) | | Artikolu 2(1) |

Artikolu 2(2) | | Artikolu 3(1) |

Artikolu 2(3) | | Artikolu 3(2) |

Artikolu 3 | | Artikolu 2(2) |

Artikolu 4 | | Artikolu 4 |

Artikolu 5(1) | | Artikolu 7(1) |

Artikolu 5(2) | | Artikolu 7(2) u (3) |

Artikolu 5(3) | | Artikolu 7(6) |

Artikolu 6(1) | | Artikolu 8(1) |

Artikolu 6(2) u (3) | | Artikolu 8(2) |

Artikolu 7 | | — |

Artikolu 8(1) | | Artikolu 6(1), (2) u (3) |

Artikolu 8(2) | | — |

Artikolu 8(3) | | Artikolu 6(4) |

Artikolu 9(1) | | Artikolu 9(1) |

Artikolu 9(2) | | Artikolu 9(2) |

Artikolu 9(3) | | Artikolu 9(3) |

Artikolu 10 | | Artikolu 22 |

Artikolu 11(1) | | Artikolu 10(1) |

Artikolu 11(2) | | Artikolu 21 |

Artikolu 11(3) | | Artikolu 10(2) |

Artikolu 12 | | Artikolu 11 |

Artikolu 13 | | Artikolu 10(3) |

Artikolu 14(1) | | Artikolu 10(1) |

Artikolu 14(2) | | Artikolu 12(1) |

Artikolu 14(3) | | Artikolu 12(2) sa (6) |

Artikolu 14a | | Artikolu 13 |

Artikolu 14b(1) | | Artikolu 14(2) u Artikolu 15(4) |

Artikolu 14b(2) | | Artikolu 14(3) |

Artikolu 14b(3) | | Artikolu 14(1) |

Artikolu 14b(4) | | Artikolu 14(4) |

Artikolu 14b(5) | | Artikolu 15(1) and (2) |

Artikolu 14b(6) | | Artikolu 15(3) |

Artikolu 14b(7) | | Artikolu 15(5) |

Artikolu 14b(8) | | Artikolu 15(6) |

Artikolu 15(1) | | Artikolu 16(1) |

Artikolu 15(2) | | Artikolu 16(2) |

Artikolu 16(1) | | Artikolu 17(1) |

Artikolu 16(2) | | Artikolu 17(2) |

Artikolu 16(3) | | Artikolu 17(3) |

Artikolu 17(1) | | — |

Artikolu 17(2) | | Artikolu 23(1) u (2) |

Artikolu 17(3) | | Artikolu 24(1) u (2) |

Artikolu 17(4) | | Artikolu 24(3) |

Artikolu 18(1) | | — |

Artikolu 18(2) | | Artikolu 23(3) |

Artikolu 18(3) | | — |

Artikolu 18(4) | | — |

Artikolu 19(1) | | Artikolu 25 |

| Artikolu 26(2) |

Artikolu 19(2) | | Artikolu 28 |

Artikolu 19(3) | | Artikolu 27(2) |

Artikolu 20(1) | | Artikolu 27(1) |

Artikolu 20(2) | | Artikolu 27(1) |

Artikolu 20(3) | | Artikolu 27(1) |

Artikolu 20(4) | | — |

Artikolu 20(5) | | Artikolu 27(1) |

Artikolu 20(6) | | Artikolu 25 |

Artikolu 20(7) | | Artikolu 28 |

Artikolu 21 | | Artikolu 29 |

Anness I | | — |

Anness II | | — |

Anness III | | — |

Anness IV | | Anness III |

Anness V | | Anness V |

Anness VI | | Anness IV |

Anness VII | | Anness I |

Anness VIII | | Anness II |

| Artikolu 1 | Artikolu 18(1) |

| Artikolu 2 | Artikolu 18(2) |

| Artikolu 3 | Artikolu 18(3) |

| Artikolu 4 | Artikolu 19 |

| Artikolu 5 | Artikolu 24(2) |

| Artikolu 6 | Artikolu 18(4) |

| Artikolu 7 | Artikolu 18(5) |

--------------------------------------------------

Top