Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0058

Id-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta' żvelar fir-rigward ta' ċerti tipi ta' kumpanniji

ĠU L 221, 04/09/2003, p. 13–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/58/oj

32003L0058



Official Journal L 221 , 04/09/2003 P. 0013 - 0016


Id-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-15 ta' Lulju 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta' żvelar fir-rigward ta' ċerti tipi ta' kumpanniji

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stipulata bl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 Marzu 1968 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-membri u ta' oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bl-iskop li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti mifruxa mal-Komunità [4] jirregolaw żvelar obbligatorju ta' serje ta' dokumenti u partikolarijiet minn kumpanniji b'responsabbilità limitata.

(2) Fil-kuntest tar-raba' fażi tal-proċess ta' Simplifikazzjoni tal-Leġislazzjoni dwar is-Suq Intern, imniedi mill-Kummissjoni f'Ottubru 1998, il-Grupp li Jaħdem fuq id-Direttvi tal-Liġi dwar il-Kumpanniji maħruġ f'Settembru 1999 Rapport dwar is-simplifikazzjoni ta' l-Ewwel u t-Tieni Direttivi tal-Liġi tal-Kumpanniji li kien fihom ċerti rakkomandazzjonijiet.

(3) Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva 68/151/KEE skond il-linji stabbiliti b'dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom mhux biss jgħinu biex jilħqu l-iskop li jagħmlu l-informazzjoni dwar il-kumpanniji aktar aċċessibbli b'mod faċli u malajr minn partijiet interessati, iżda wkoll għandha tħaffef b'mod sinifikanti l-formalitajiet ta' żvelar imposti fuq kumpanniji.

(4) L-elenku ta' kumpanniji kopert bid-Direttiva 68/151/KEE għandu jiġi aġġornat biex jieħu in konsiderazzjoni t-tipi ġodda ta' kumpanniji li jiffurmaw jew it-tipi ta' kumpanniji li jitneħħew fuq livell nazzjonali mill-adozzjoni ta' dik id-Direttiva.

(5) Diversi Direttivi ġew adottati sa mill-1968 bl-iskop li jarmonizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għad-dokumenti ta' l-accounting li għandhom ikunu ppreparati mill-kumpanniji, jiġifieri r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 fuq l-accounts ta' kull sena ta' ċerti tipi ta' kumpanniji [5], is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar l-accounts konsolidati [6], id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar l-accounts ta' kull sena u accounts konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra [7] u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar accounts ta' kull sena u accounts konsolidati ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni [8]. Ir-riferenzi fid-Direttiva 68/151/KEE għad-dokumenti ta' l-accounting li huma meħtieġa li jkunu ppubblikati skond dawk id-Direttivi għandhom jiġu emendati f'dan is-sens.

(6) Fil-kuntest tal-modernizzazzjoni li tkun qed isseħħ, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u formalitajiet essenzali stabbiliti bil-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri, kumpanniji għandhom ikunu jistgħu jagħżlu biex jippreżentaw id-dokumenti u partikolaritajiet obbligatorji tagħhom permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi.

(7) Partijiet interessati għandhom ikunu jistgħu jiksbu mir-reġistru kopja ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi.

(8) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-gazzetta nazzjonali, nominata għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti u partikolaritajiet obbligatorji, f'forma stampata jew f'forma elettronika, jew biex jipprovdu għal żvelar b'mezzi ugwalment effettivi.

(9) Aċċess ‘l hinn mill-fruntieri għal informazzjoni fuq kumpanniji għandu jittejjeb billi jippermettu, b'żieda ma' żvelar obbligatorju li jsir f'waħda mil-lingwi li tkun permessa mill-Membru Stat tal-Kumpannija, reġistrazzjoni volontarja b'lingwi addizzjonali tad-dokumenti u partikolaritajiet meħtieġa. Partijiet terzi li jaġixxu in bona fede għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq dawk it-traduzzjonijiet.

(10) Huwa xieraq li jiġi kjarifikat li l-istqarrija tal-partikolaritajiet obbligatorji stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 68/151/KEE għandha tkun inkluża fl-ittri u formoli ta' l-ordni kollha, sew jekk ikunu f'forma stampata jew bl-użu kull mezz ieħor. Fl-isfond ta' l-iżviluppi teknoloġiċi, ikun xieraq ukoll li jipprovdu li dawn l-istqarrijiet jitqiegħdu fuq il-website ta' kull kumpannija.

(11) Direttiva 68/151/KEE għandha tkun emendata f'dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 68/151/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-tielet inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"- fi Franza:

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée, la société par actions simplifiée;"

(b) is-sitt inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"- fl-Olanda:

de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;"

(ċ) id-disa' inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"- fid-Danimarka:

aktieselskab, kommanditaktieselskab, anpartsselskab;"

(d) l-14-il inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"- fil-Finlandja:

yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag, julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag;"

2. L-Artikolu 2:

(a) L-Artikolu 2(1)(f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(f) Id-dokumenti ta' l-accounting għal kull sena finanzjarja, li huma meħtieġa li jkunu ppubblikati skond id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE [9], 83/349/KEE [10], 86/635/KEE [11] u 91/674/KEE [12].";

(b) paragrafu 2 għandhom jitħallew barra.

3. L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 3

1. F'kull Stat Membru, għandu jinfetaħ file fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpanniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpanniji rreġistrati fih.

2. Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-file, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f'kull każ jidhru fil-file.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-1 ta' Jannar 2007, il-filing mill-kumpanniji, kif ukoll minn persuni jew korpi oħra meħtieġa li jagħmlu jew jgħinu biex isiru n-notifiki, tad-dokumenti u partikolaritajiet li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 ikunu jistgħu jsiru permezz ta' mezzi elettroniċi. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-kumpanniji kollha, jew ċerti kategoriji, li jippreżentaw dawn id-dokumenti u partikolarijiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, b'mezzi elettroniċi.

Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li jkunu ppreżentati mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, permezz ta' stampat jew b'mezzi elettroniċi, għandhom jinżammu fil-file, jew jiġu annotati fir-reġistru, f'forma elettronika. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li jkunu ppreżentati permezz ta' stampat mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007 jinbidlu bir-reġistru f'forma elettronika.

Id-dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li kienu ppreżentati sal-31 ta' Diċembru 2006 ma jkunux meħtieġa li jinbidlu awtomatikament f'forma elettronika mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom b'danakollu jiżguraw li jinbidlu f'forma elettronika mir-reġistru meta jirċievu applikazzjoni biex jiżvelaw b'mezzi elettroniċi li jkunu ntbagħtu skond ir-regoli adottati biex idaħħlu fis-seħħ il-paragrafu 3.

3. Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi skond kif jagħżel l-applikant.

Minn data li għandha tintgħażel minn kull Stat Membru, li mgħandhiex tkun aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, kopji kif hemm riferenza għlihom fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta' stampat jew b'mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant. Dan għandu japplika fil-każ tad-dokumenti u partikolaritajiet kollha, irrispettivament jekk kinux ippreżentati qabel jew wara d-data magħżula. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk id-dokumenti u partikolaritajiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, jiġux ippreżentati permezz ta' stampat jew qabel data li tista' ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006 għandhom ikuni disponibbli mir-reġistru permezz ta' mezzi elettroniċi jekk perjodu speċifiku jkun skada bejn id-data ta' meta jkun ġie ppreżentat u d-data ta' l-applikazzjoni li tkun ippreżentata lir-reġistru. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.

Il-prezz biex tinkiseb kopja ta' dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew uħud minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2, sew jekk permezz ta' stampat u sew jekk permezz ta' mezzi elettroniċi, mgħandux ikun aktar mill-prezz amministrattiv tagħhom.

Kopji stampati pprovduti għandhom ikunu ċertifikati bħala "kopji veri", kemm-il darba l-applikant ma jkunx jeħtieġ din iċ-ċertifikazzjoni. Kopji stampati pprovduti mgħandhomx ikunu ċertifikati bħala "kopji veri", kemm-il darba l-applikant b'mod espliċitu ma jitlobx din iċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni ta' kopji elettroniċi jiggarantixxu sew l-awtentiċità ta' l-oriġini tagħhom kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħhom, permezz ta' l-anqas firma elettronika avvanzata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 fuq struttura tal-Komunità għal firem elettroniċi [13] ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 12..

4. Żvelar ta' dokumenti u partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jsir minn pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali nominata għal dak l-iskop minn Stat Membru, jew tat-test kollu jew ta' parti mit-test, jew permezz ta' riferenza għad-dokument li jkun ġie depożitat fil-file jew annotat fir-reġistru. Il-gazzetta nazzjonali maħtura għal dak l-iskop tista' tinżamm f'forma elettronika.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jibdlu l-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali b'mezzi ugwalment effettivi, li jinvolvu ta' l-anqas l-użu ta' sistema li biha l-informazzjoni żvelata jista' jkun hemm aċċess għaliha b'ordni kronoloġiku permezz ta' bażi elettronika ċentrali.

5. Id-dokumenti u partikolaritajiet jistgħu jingħataw lil ħaddieħor mill-kumpannija lill-partijiet terzi biss wara li jkunu ġew żvelati skond il-paragrafu 4, kemm-il darba l-kumpannija ma tagħtix prova li l-partijiet terzi kienu jafu biha.

Madankollu, rigward transazzjonijiet li jsiru qabel is-16-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u partikolaritajiet għandhom jingħataw lil partijiet terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kull diskrepanza f'dak li jkun żvelat skond il-paragrafu 4 u dak li jidher fir-reġistru jew file.

Madankollu, f'każi ta' diskrepanza, it-test żvelat skond il-paragrafu 4 jista' ma jingħatax lil partijiet terzi; dawn il-partijiet terzi jistgħu minkejja dan jafdaw fuqha, kemm-il darba l-kumpannija ma ġġibx provi li kellhom informazzjoni tat-testi depositati fil-file jew imdaħħla fir-reġistru.

7. Partijiet terzi jistgħu, b'żieda ma' dan, dejjem jafdaw fuq kull dokument u partikolarità li dwaru l-formalitajiet ta' żvelar għadhom ma ġewx kompluti, bla ħsara fejn il-fatt li ma jkunx hemm żvelar jikkawża li jkunu bla effett.

8. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "b'mezzi elettroniċi" għandha tfisser li l-informazzjoni tintbagħat fil-bidu u jirċevuha fid-destinazzjoni tagħha permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u ħażna ta' data, u tkun trasmessa totalment, imwassla u jkunu rċevuha b'mod li jkun stabbilit mill-Istati Membri bil-wajer, bir-radju b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettromanjetiċi."

4. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 3a

1. Dokumenti u partikolaritajiet li għandhom jiġu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jiġu stipulati u ppreżentati f'waħda mil-lingwi li jistgħu jintużaw skond ir-regoli tal-lingwa applikabbli fl-Istati Membri li fihom il-file li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3(1) jinfetaħ.

2. B'żieda ma' l-iżvelar obbligatorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3, Stati Membri għandhom jippermettu li dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 jiġu żvelati volontarjament skond l-Artikolu 3 f'kull lingwa(i) uffiċjali tal-Komunità.

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li t-traduzzjoni ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet tkun ċertifikata.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess minn partijiet terzi għat-traduzzjonijiet żvelati volontarjament.

3. B'żieda ma' dan l-iżvelar obbligatorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3, u l-iżvelar volontarju previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, Stati Membri jistgħu jippermettu li d-dokumenti u partikolaritajiet relatati li jkunu żvelati, skond l-Artikolu 3, f'kull lingwa/lingwi oħra.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-traduzzjoni ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet ikunu ċertifikati.

4. Fil-każi ta' diskrepanza bejn id-dokumenti u partikolaritajiet żvelati fil-lingwi uffiċjali tar-reġistru u traduzzjonijiet żvelati volontarjament, din ta' l-aħħar tista' ma tkunx fdata minn terzi persuni. Terzi persuni jistgħu minkejja dan joqogħdu fuq it-traduzzjonijiet żvelati volontarjament, kemm-il darba l-kumpannija tagħti provi li partijiet terzi ma kellhomx informazzjoni tal-verżjoni li kienet bla ħsara għall-isvelar obbligatorju."

5. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'li ġej:

"L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-ittri u l-formoli ta' l-ordnijiet, jekk ikunu f-forma stampat jew jużaw kull mezz ieħor, għandhom jiddikjaraw il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) l-informazzjoni meħtieġa biex jiħi identifikat ir-reġistru li fih il-file imsemmi fl-Artikolu 3 jinżamm, flimkien man-numru tal-kumpannija f'dak ir-reġistru;

(b) il-forma legali tal-kumpannija, il-lokalità ta' l-uffiċċju reġistrata tagħha u, fejn hu xieraq, il-fatt li l-kumpannija qed ixxolji.

Fejn, f'dawn id-dokumenti, issir riferenza tal-kapital tal-kumpannija, ir-riferenza għandha tkun għal kapital sottoskritt u mħallsa.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-websites tal-kumpannija ikunu fihom ta' l-anqas il-partikolaritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu u, jekk applikabbli, ir-riferenza għall-kapital sottoskritt u mħallas."

6. L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul f'dan li ġej:

"L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa ta' l-anqas fil-każ ta':

(a) nuqqas li jiżvelaw dokumenti ta' l-accounting kif meħtieġ fl-Artikolu 2(1)(f);

(b) ommissjoni minn dokumenti kummerċjali jew minn kull website ta' kumpannija tal-partikolaritajiet previsti fl-Artikolu 4."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2006 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa l-1 ta' Jannar 2012, rapport, flimkien ma' proposta, jekk ikun xieraq, għall-emenda ta' din id-direttiva fl-isfond ta' l-esperjenza miksuba meta japplikawha, bl-iskopijiet tagħha u bl-iżviluppi teknoloġiċi osservati dak il-ħin.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Tremonti

[1] ĠU C 227 E, ta' l-24.9.2002, p. 377.

[2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 13.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 2003.

[4] ĠU L 65, ta' l-14.3.1968, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-1994 dwar l-Adeżjoni.

[5] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE (ĠU L 120, tal-15.5.2003, p. 22).

[6] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

[7] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

[8] ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 7.

[9] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE (ĠU L 120, tal-15.5.2003, p. 22).

[10] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

[11] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

[12] ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 7.

--------------------------------------------------

Top