This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31980L0181
Council Directive 80/181/EEC of 20 December 1979 on the approximation of the laws of the Member States relating to units of measurement and on the repeal of Directive 71/354/EEC
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE
ĠU L 39, 15/02/1980, p. 40–50
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/06/2020
Official Journal L 039 , 15/02/1980 P. 0040 - 0050
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0181
Greek special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0181
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 0292
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 10 P. 0292
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE (80/181/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta'' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl [1], hekk kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 76/770/KEE [2], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [5], Billi l-unitajiet ta' kejl huma essenzjali fl-użu ta' l-istrumenti kollha ta' kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta' kwantità; billi l-unitajiet ta' kejl huma użati f'bosta oqsma ta' l-attività umana; billi hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar kjarezza possibbli fl-użu tagħhom; billi hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan il-Komunità għal skopijiet ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew amministrattivi; Billi, madankollu, jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Komunità jew lill-Istati Membri; billi dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati; Billi l-liġijiet li jirregolaw l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl fl-Istati Membri jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u bħala riżultat huma ostaklu għall-kummerċ; billi f'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa neċessarju illi ssir armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jiġu megħluba dawn l-ostakoli; Billi l-unitajiet ta' kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta' Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha; billi l-"International System of Units" (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet; Billi l-Kunsill fit-18 ta' Ottubru 1971 adotta d-Direttiva 71/354/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri sabiex jeliminaw l-ostakoli għall-kummerċ billi jadottaw is-sistema internazzjonali ta' l-unitajiet fuq livell Komunitarju; billi d-Direttiva 71/354/KEE ġiet emendata bl-Att ta' Adeżjoni u bid-Direttiva 76/770/KEE; Billi dawn id-dispożizzjonijiet tal-Komunità ma għelbux l-ostakoli kollha f'dan il-qasam; billi d-Direttiva 76/770/KEE tipprovdi għal reviżjoni qabel il-31 ta' Diċembru 1979 tas-sitwazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-unitajiet ta' kejl, ismijiet u simboli elenkati fil-Kapitolu D ta' l-Anness tagħha; billi huwa neċessarju wkoll illi ssir reviżjoni tas-sitwazzjoni dwar ċerti unitajiet oħra ta' kejl; Billi huwa neċessarju, sabiex ma jkunx hemm diffikultajiet serji, li jkun provdut għal perjodu ta' transizzjoni li matulu l-unitajiet ta' kejl li mhumiex kompatibbli mas-sistema internazzjonali jinqatgħu gradwalment; billi madankollu huwa essenzjali illi dawk l-Istati Membri li jixtiequ jingħataw permess sabiex idaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fit-territorju tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness; billi għalhekk huwa neċessarju illi jiġi limitat it-tul ta' dan il-perjodu ta' transizzjoni f'livell Komunitarju, waqt illi fl-istess ħin, l-Stati Membri jkunu mħollija jillimitaw dan il-perjodu; Billi matul il-perjodu ta' transizzjoni huwa essenzjali, b'mod partikolari, sabiex ikun protett il-konsumatur, illi tinżamm pożizzjoni ċara dwar l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl fil-kummerċ bejn l-Istati Membri; billi l-obbligu fuq l-Istati Membri li jippermettu l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari fuq il-prodotti u t-tagħmir importat minn Stati Membri oħra matul dan il-perjodu ta' transizzjoni jidher li qiegħed jaqdi dan il-għan tajjeb; Billi l-adozzjoni sistematika ta' soluzzjoni ta' dan it-tip għall-istrumenti kollha ta' kejl, inklużi strumenti mediċi, mhix neċessarjament mixtieqa; billi l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta' kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta' kejl waħdanija; Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta' prodotti li diġà jinsabu fuq is-suq; billi. madankollu, taffetwa fil-fatt it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta' kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta' prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta' kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw; Billi l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), nhar l-1 ta' Marzu 1974, adottat standard internazzjonali fir-rappreżentazzjoni ta' l-SI u unitajiet oħra sabiex jintużaw f'sistemi b'numru limitat ta' karattri; billi huwa tajjeb għall-Komunità illi tadotta soluzzjonijiet li diġà ġew approvati fuq livell internazzjonali aktar wiesa' mill-Istandard ta' l-ISO 2955 ta' l-1 ta' Marzu 1974; Billi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-unitajiet ta' kejl jinsabu f'diversi testi tal-Komunità; billi kwistjonijiet dwar l-unitajiet ta' kejl huma tant importanti illi huwa essenzjali illi tkun tista' ssir riferenza għal test tal-Komunità wieħed; billi din id-Direttiva tikkonsolida d-dispożizzjonijiet tal-Komunità kollha dwar is-suġġett u tirrevoka d-Direttiva 71/354/KEE, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-unitajiet legali ta' kejl fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu (a) dawk elenkati fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness; (b) dawk elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness, sa data li għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1985; (ċ) dawk elenkati fil-Kapitolu III ta' l-Anness biss f'dawk l-Istati Membri fejn kienu ġew awtorizzati nhar il-21 ta' April 1973 u sa data li għandha tkun stabbilita minn dawk l-Istati Membri; din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilta mill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 1989 fuq il-bażi ta' l-Artikolu 100 tat-Trattat. L-Artikolu 2 (a) L-obbligi taħt l-Artikolu 1 għandhom x'jasqsmu ma' l-istrumenti ta' kejl użati, kejl meħud u indikazzjonijiet tal-kwantità espressi f'unitajiet ta' kejl, għal skopijiet ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, sigurtà pubblika, u amministrattivi. (b) Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta' l-unitajiet fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr jekk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta' din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Komunità jew lill-Istati Membri. L-Artikolu 3 1. Għall-fini ta' din id-Direttiva "indikazzjoni supplementari" tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta' kwantità espressa f'unitajiet ta' kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta' kwantità espressa f'unità li tinsab f'dak il-Kapitolu. 2. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari għandu jiġi awtorizzat sal-31 ta' Diċembru 1989. 3. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta' kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unità legali ta' kejl waħda. 4. L-indikazzjoni espressa f'unità ta' kejl stabbilita fil-Kapitolu 1 għandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta' kejl mhux elenkati fil-Kapitolu 1 għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta' l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet elenkati fil-Kapitolu I. 5. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari jista' jiġi estiż wara l-31 ta' Diċembru 1989. L-Artikolu 4 L-użu ta' unitajiet ta' kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal: - prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz fid-data li fiha hija adottata din id-Direttiva, - komponenti u partijiet ta' prodotti u ta' tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir ta' hawn fuq. Madanakollu, l-użu ta' unitajiet legali ta' kejl jista' jkun meħtieġ għal indikaturi ta' strumenti ta' kejl. L-Artikolu 5 L-istandard internazzjonali ISO 2955 ta' l-1 ta' Marzu 1974, "Ipproċessar ta" informazzjoni - Rappreżentazzjonijiet tal-SI u unitajiet oħra li jintużaw f'sistemi b'settijiet ta' karattri limitati "għandu japplika fil-qasam kopert bil-paragrafu 1 tiegħu. L-Artikolu 6 Id-Direttiva 71/354/KEE għandha tiġi rrevokata nhar l-1 ta' Ottubru 1981. Madanakollu, b'deroga mid-Direttiva 71/354/KEE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw jew ikomplu jippermettu skond it-termini speċifikati fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl li ġejjin wara l-31 ta' Diċembru 1979: millimetru ta' merkurju | (il-Kapitolu II) | poise | (il-Kapitolu II) | stokes | (il-Kaptiolu II) | jarda | (il-Kapitolu III) | jarda kwadra | (il-Kapitolu III) | therm | (il-Kapitolu III) | L-Artikolu 7 (a) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta' Lulju 1981, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan. Dawn għandhom japplikaw dawn il-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1981. (b) Sa mid-data tan-notifika ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta' liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Artikolu 8 Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1979. Għall-Kunsill Il-President J. Tunney [1] ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29 [2] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 204 [3] ĠU C 81, tat-28.3.1979, p. 6 [4] ĠU C 127, tal-21.5.1979, p. 80 [5] L-Opinjoni mogħtija fl-24/25 ta' Ottubru 1979 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-KAPITOLU I UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a) 1. UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM 1.1. unitajiet SI bażi | Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Tul | metru | m | Piż | kilogramm | kg | Ħin | sekonda | s | Kurrent Elettriku | ampere | A | Temperatura termodinamika | kelvin | K | Ammont ta' sustanza | mole | mol | Intensità ta' luminosità | candela | cd | Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi: Unità tat-tul Il-metru huwa t-tul ugwali għal 1650763·73 wavelengths f'vakwu tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn il-livelli 2p10 u 5d5 ta' l-atomu ta' krypton 86. (Il-Ħdax-il CGPM (1960), riżoluzzjoni 6). Unità tal-massa Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm. (It-Tielet CGPM (1901), paġna 70 tar-rapport tal-konferenza). Unità tal-ħin Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9192631770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l-ground state ta' l-atomu ta' caesium-133. (It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 1). L-Unità tal-kurrent ta' l-elettriku L-ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 x 10-7newton għal kull metru ta' tul. (CIPM (1946), riżoluzzjoni 2, approvata mid-disa' CGPM (1948)). L-Unità tat-temperatura termodinamika Il-kelvin, unità ta' temperatura termodinamika, hija l-frazzjoni ta' 1/273·16 tat-temperatura termodinamika tat-triple point ta' l-ilma. (It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 4). L-Unità ta' ammont ta' sustanza (1) Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0·012 kg ta' carbon 12. (2) Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli. (L-Erbatax-il CGPM (1971), riżoluzzjoni 3). L-Unità ta' intensità tal-luminosità Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 x 1012hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian (Is-Sittax -il CGPM (1979), riżoluzzjoni 3). 1.1.1. Isem speċjali jew simbolu ta' l-unità ta' temperatura SI biex tkun espressa t-temperatura f'Celsius | Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Temperatura f'Celsius | Grad Celsius | oC | It-temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = T — T0 bejn żewġ temperaturi termodinamiċi T u T0 fejn T0 = 273·15 kelvins. Intervall ta' jew differenza f'temperatura tista' tiġi espressa kemm f'kelvins kif ukoll fi gradi Celsius. L-unità ta' "grad Celsius" hija daqs unità "kelvin". 1.2. Unitajiet SI oħra 1.2.1. Unitajiet SI supplimentari | Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Angolu pjan | radian | rad | Angolu solidu | steradian | sr | (Il-Ħdax-il CGPM, 1960, riżoluzzjoni 12). Definizzjoni ta' unitajiet SI supplimetari: L-Unità ta' angolu pjan Ir-radian hija l-angolu pjan bejn żewġ raġġi ta' ċirku li jaqtgħu fuq iċ-ċirkonferenza ark li t-tul tiegħu hu daqs ir-raġġ. (Standard Internazzjonali ISO 31 - I, Diċembru 1965). L-Unità ta' angolu solidu L-isteradian hija l-angolu solidu li għandu l-quċċata tiegħu fiċ-ċentru ta' sfera u li jaqta' area fil-wiċċ ta' l-isfera daqs dik ta' kwadru li għandu bil-ġnub tiegħu ta' tul daqs ir-raġġ ta' l-isfera. (L-Istandard Internazzjonali ISO 31 - I, Diċembru 1965). 1.2.2. Unitajiet SI imnisslin Unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI u unitajiet SI supplimentari huma mogħtija bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers ta' l-unitajiet bażi SI u/jew unitajiet SI supplimentari b'fattur numeriku ugwali għal 1. 1.2.3. Unitajiet SI imnisslin li għandhom ismijiet u simboli Kwantità | Unità | Espressjoni | Isem | Simbolu | F'Unitajiet SI oħra | F'termini ta' l-unitajiet SI bażi jew supplimentari | Frekwenza | hertz | Hz | | s-1 | Forza | newton | N | | m · kg · s-2 | Pressjoni, stress | pascal | Pa | N · m-2 | m-1 · kg · s-1 | Energija, work; kwantità ta' sħana | joule | J | N · m | m2 · kg · s-2 | Saħħa, fluss radjanti | watt | W | J · s-1 | m2 · kg · s-3 | Kwantità ta' elettriku, karg ta' l-elettriku | coulomb | C | | s · A | Potenzjal ta' l-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva | volt | V | W · A-1 | m2 · kg · s-3 · A-1 | Reżistenza ta' l-elettriku | ohm | Ω | V · A-1 | m2 · kg · s-3 · A-2 | Konduttività | siemens | S | A · V-1 | m-2 · kg-1 · s3 · A2 | Kapaċitanza | farad | F | C · V-1 | m-2 · kg-1 · s4 · A2 | Fluss Manjetiku | weber | Wb | V · s | m2 · kg · s-2 · A-1 | Densità tal-fluss manjetiku | tesla | T | Wb · m-2 | kg · s-2 · A-1 | Inductance | henry | H | Wb · A-1 | m2 · kg · s-2 · A-2 | Fluss luminuż | lumen | lm | | cd · sr | Illuminanza | lux | lx | lm · m-2 | m-2 · cd · sr | Attività (ta' radionuclide) | becquerel | Bq | | s-1 | Doża assorbita, energija specifika mqassma, kerma, indici tad-doża assorbita | gray | Gy | J · kg-1 | m2 · s-2 | Doża ekwivalenti | sievert | Sv | J · kg-1 | m2 · s-2 | Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jew unitajiet supplimentari jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I. B'mod partikolari unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet speċjali u simboli mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi mfissra bħala m-1·kg. s-1 jew N·s·m-2 jew Pa·s. 1.3. Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali Fattur | Prefiss | Simbolu | Fattur | Prefiss | Simbolu | 1018 | exa | E | 10-1 | deci | d | 1015 | peta | P | 10-2 | centi | c | 1012 | tera | T | 10-3 | milli | m | 109 | giga | G | 10-6 | micro | μ | 106 | mega | M | 10-9 | nano | n | 103 | kilo | k | 10-12 | pico | p | 102 | hecto | h | 10-15 | femto | f | 101 | deca | da | 10-18 | atto | a | L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma "gramm" u s-simboli tagħhom mas-simbolu ‘g'. Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet. Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqeħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw. 1.4. Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali ta' l-Unitajiet SI Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Valur | Volum | litri | 1 jew L | 1 l = 1 dm3 = 10-3 m3 | Massa | tunnellati metriċi | t | 1 t = 1 Mg = 103 kg | Pressjoni, stress | bar | bar | 1 bar = 105 Pa | Nota: Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4. 2. UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Valur | Angolu plan | rivoluzzjoni * | | 1 rivoluzzjoni = 2 π rad | grad* jew gon * | gon* | 1 gon = π200 rad | grad | ° | 1° = π180 rad | minuta ta' l-angolu | ' | 1' = π10800rad | sekonda ta' l-angolu | " | 1'' = π648000rad | Ħin | minuta | min | 1 min = 60 s | siegħa | h | 1 h = 3600 s | ġurnata | d | 1 d = 86400 s | Nota: il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet "grad" jew "gon" u s-simbolu "gon". 3. UNITAJIET DEFINITI INDIPENDENTAMENT MIS-SEBA' UNITAJIET SI BAŻI L-unità unified atomic mass hija wieħed minn tnax tal-massa ta' l-atomu tan-nuclide 12C. L-electronvolt hija l-enerġija kinetika miksuba mnn elettron li jgħaddi minn vakwu minn punt għall-ieħor li s-saħħa tiegħu hija volt aktar. Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Valur | Massa | unità unified atomic mass | U | 1 u ≈ 1·660565 5 X 10-27 kg | Enerġija | Electronvolt | eV | 1eV ≈ 1·602189 2 X 10-19 J | Il-valur ta' dawn l-unitajiet, espress f'unitajiet SI, mhuwiex magħruf eżatt. Il-valuri ta' hawn fuq huma meħudin mill-Bulletin CODATA Nru 11 ta' Diċembru 1973 tal-Kunsill Internazzjonali ta' l-Għaqdiet Xjentifiċi. Nota: Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' dawn iż-żewġ unitajiet u mas-simboli tagħhom. 4. UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Valur | Vergency ta' sistemi ottikali | dioptre* | | 1 dioptre = 1m-1 | Massa tal-ħagar prezzjuż | karat metriku | | 1 karat metriku = 2 X 10-4 kg | Area ta' l-art agrikola u art għall-bini | are | a | 1 a = 102 m2 | Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili | tex* | tex* | 1 tex = 10-6 kg m-1 | Nota: Il-prefissi elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet ta' hawn fuq. Il-multiplu 102 a huwa, madanakollu, magħruf bħala ‘ettaru'. 5. UNITAJIET KOMPOSTI Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti. Il-KAPITOLU II UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(b) KWANTITAJIET, ISMIJIET TA' L-UNITAJIET, SIMBOLI U VALURI Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Valur | Pressjoni tad-demm | millimetru ta' merkurju (*) | mm Hg(*) | 1 mm Hg = 133 ·322 Pa | Angolu pjan | | g* | 1g = π200rad | Attività (ta'radionuclide) | curie | Ci | 1 Ci = 3,7 X 1010 Bq | Doża assorbita | rad | rad | 1 rad = 10-2 Gy | Doża Ekwivalenti | rem* | rem* | 1rem = 10-2 Sv | Espożizzjoni (raggi X u γ) | röntgen | R | 1 R = 2,58,10-4 C·kg-1 | Viskosità Dinamika | poise | P | 1P = 10-1 Pa·s | Viskosità Kinematika | stokes | St | 1 St = 10-4 m 2 ·s-1 | Nota: Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 tal-Kapitolu I jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet u s-simboli li hemm f'din it-taqsima, bl-eċċezzjoni tal-millimetru ta' merkurju u s-simbolu tiegħu u s-simbolu "g". Sad-data indikata fl-Artikolu 1(b), l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu II jistgħu jiġu magħqudin flimkien jew ma' dawk ta' Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti. Il-KAPITOLU III UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(ċ) KWANTITAJIET, ISEM TA' L-UNITAJIET, SIMBOLI U VALURI APPROSSIMATTIVI Tul pulzier | 1 in = 2,54 x 10-2 m | pied | 1 ft = 0,3048m | fadom | 1 fm = 1,829 | mil | mil = 1609m | jarda | jarda = 0,9144m | Area pied kwadru | 1 sq ft = 0,929 x 10-1 m2 | acre | 1 ac = 4047 m2 | Jarda kwadra | 1 sq yd = 0,8361 m2 | Volum Uqija fluwida | 1 fl oz = 28,41 x 10-6 m3 | Kwart ta' pinta | 1 gill = 0,1421 x 10-3 m3 | Pinta | 1 pt = 0,5683 x 10-3 m3 | Kwart | 1 qt = 1,137 x 10-3 m3 | Gallun | 1 gal = 4,546 x 10-3 m3 | Piż Uqija (avoirdupois) | 1 oz = 28,35 x 10-3 kg | Troy ounce | 1 oz tr = 31,10 x 10-3 kg | Libbra | 1 lb = 0.4536 kg | Enerġija therm | 1 therm = 105,506 x 106 J | Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(ċ), l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu III jistgħu jiġu magħqudin flimkien jew ma' dawk fil-Kapitolu 1 sabiex jiffurmaw unitajiet komposti. --------------------------------------------------