This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0127
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/127 of 3 February 2021 setting the requirements for the introduction into the Union territory of wood packaging material for the transport of certain commodities originating in certain third countries and for plant health checks on such material, and repealing Implementing Decision (EU) 2018/1137
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/127 tat-3 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi u għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq tali materjal, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/127 tat-3 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi u għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq tali materjal, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137
C/2021/485
ĠU L 40, 04/02/2021, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32018D1137 | 01/03/2021 |
4.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/3 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/127
tat-3 ta’ Frar 2021
li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi u għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq tali materjal, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Rettifika għar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) u l-Artikolu 52 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1137 (3) tipprevedi li għandhom isiru kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u li għandhom jittieħdu miżuri rigward il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ komoditajiet speċifikati li joriġinaw mill-Belarussja u miċ-Ċina, u kienet applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2020. Dawk ir-regoli applikaw flimkien mar-regoli tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2125 (4) dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam. |
(2) |
Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 urew li l-immarkar tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam użat fit-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Belarussja u miċ-Ċina mhux dejjem jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/2031. Barra minn hekk, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, irreġistrati fi TRACES u, qabel, fis-sistema EUROPHYT-Interceptions ibbażata fuq l-Internet, urew li l-immarkar tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam użat fit-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Indja mhux dejjem jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. |
(3) |
In-nuqqasijiet ta’ konformità li identifikaw l-Istati Membri juru li hemm riskju li jiġu introdotti pesti ħajjin permezz tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam użat fit-trasport ta’ ċerti komoditajiet minn dawk it-tliet pajjiżi ta’ oriġini, jiġifieri l-Belarussja, iċ-Ċina u l-Indja, u li dawk il-prodotti jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli speċifiċi. |
(4) |
Sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi ta’ tali nuqqas ta’ konformità fil-futur, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri fir-rigward tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Belarussja, iċ-Ċina u l-Indja. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet li jwettqu l-verifiki rispettivi tas-saħħa tal-pjanti jkunu jistgħu jħejju ruħhom aħjar, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jew l-operaturi involuti fl-importazzjoni tal-komoditajiet speċifikati li jkollhom magħhom materjal ta’ imballaġġ tal-injam, hekk kif ikunu jafu bil-wasla ta’ dak il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam, javżaw bil-quddiem lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla. |
(6) |
Jenħtieġ li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam tal-kunsinni tal-komoditajiet speċifikati jkun soġġett għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq bażi regolari. Abbażi tar-riskju identifikat għas-saħħa tal-pjanti, ir-rata ta’ dawk il-kontrolli jenħtieġ li ma tkunx ta’ inqas minn 15 % tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam importat tal-komoditajiet speċifikati, sabiex jiġi żgurat li jsir kontroll fuq kampjun rappreżentattiv. |
(7) |
Jenħtieġ li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam, kif ukoll il-komoditajiet speċifikati, ikunu soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar is-superviżjoni doganali sakemm jitlestew dawn il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti, sabiex jiġi żgurat li l-moviment liberu tagħhom fit-territorju tal-Unjoni ma jintroduċi l-ebda riskju fitosanitarju. |
(8) |
Il-verifiki tas-saħħa tal-pjanti jenħtieġ li jsiru fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fit-territorju tal-Unjoni jew fil-punti ta’ kontroll imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, sabiex jiġi żgurat li dawk il-verifiki jitwettqu fl-aktar faċilitajiet xierqa. |
(9) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza ġuridika, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament, sabiex jitqiesu r-Regolamenti (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625, li ilhom applikabbli mill-14 ta’ Diċembru 2019. |
(10) |
Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. |
(11) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023 sabiex ikun hemm żmien biżżejjed biex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni u tiġi ddeterminata l-konformità tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam u tal-kunsinni rispettivi ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2016/2031. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam ta’ ċerti komoditajiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness, u l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuqhom, sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2016/2031.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“materjal ta’ imballaġġ tal-injam” tfisser il-prodotti kollha tal-injam f’għamla ta’ cases għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u kontenituri simili, palits, palits tal-kaxxi u boards oħrajn tat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk fil-fatt jintużaw fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip kif ukoll jekk le; injam mhux ipproċessat ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, injam prodott permezz ta’ proċessi li fihom jintużaw kolla, sħana u pressjoni, jew taħlita tagħhom, u dunnage li jsostni kunsinni ta’ injam u li jkun magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-kunsinna, huwa eskluż; |
(2) |
“komoditajiet speċifikati” tfisser komoditajiet li jissodisfaw dan kollu li ġej:
|
Artikolu 3
Rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam
Il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam jista’ jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
l-awtoritajiet kompetenti jew l-operaturi li huma responsabbli għall-introduzzjoni tal-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ikkonċernat jew li jkunu jafu bil-wasla tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, jinnotifikaw minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ikkonċernat se jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni; |
(2) |
il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament juru li l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
Artikolu 4
Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a) |
iwettqu kontrolli tas-saħħa tal-pjanti, fuq bażi regolari, fuq il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam ta’ kunsinni tal-komoditajiet speċifikati f’wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
jiddefinixxu r-rata ta’ kontrolli tas-saħħa tal-pjanti previsti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. |
2. Ir-rata msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 15 % tal-kunsinni tal-komoditajiet speċifikati.
3. Sakemm jitlestew il-kontrolli previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1, dak il-materjal ta’ imballaġġ tal-injam u l-komoditajiet speċifikati rispettivi għandhom jibqgħu:
(a) |
taħt is-superviżjoni doganali skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; u |
(b) |
taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. |
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità doganali tista’ tippermetti li komoditajiet speċifikati ma jinżammux taħt superviżjoni kif previst fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu, jekk l-operatur responsabbli għall-kunsinna jissepara l-materjal ta’ imballaġġ tal-injam minn dawk il-komoditajiet speċifikati, meta dan ikun teknikament possibbli.
Artikolu 5
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 titħassar.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1137 tal-10 ta’ Awwissu 2018 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal tal-ippakkjar tal-injam għat-trasport ta’ prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 54).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2125 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq il-materjal għall-ippakkjar mill-injam, in-notifika ta’ ċerti kunsinni u miżuri li jeħtieġ jittieħdu f’każijiet ta’ nonkonformità (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 99).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Komoditajiet speċifikati, il-kodiċijiet rispettivi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew il-kodiċijiet TARIC u l-pajjiż tal-oriġini
Deskrizzjoni tal-komodità |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew kodiċi TARIC |
Pajjiż ta’ oriġini |
Lavanja, kemm jekk mirquma b’mod raff jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2514 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Irħam, travertina, ecaussine u ġebel ieħor kalkarju għal monumenti jew għal bini ta’ gravità speċifika fid-dieher ta’ 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqum b’mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2515 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Granit, porfirju, bażalt, blat ramli u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum b’mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2516 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Qabs, fil-forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet jew forom simili; injam f’laqx jew partikuli; serratura u skart u laqx tal-injam, kemm jekk agglomerati fil-forma ta’ zkuk, briquettes, pellets jew forom simili u kif ukoll jekk le |
4401 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Cases, kaxxi, ċestuni, ċilindri u kontenituri simili, tal-injam; rombli tal-kejbils, tal-injam; palits, palits tal-kaxxi u boards oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits, tal-injam (ħlief kontenituri mfassla u mgħammra b’mod speċjali għal mod tat-trasport wieħed jew aktar) |
4415 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Ċangaturi tal-granit, għazez u ċangar, ta’ ġebla naturali (ħlief lavanja) |
6801 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti magħmula minnha, għajr oġġetti tal-intestatura 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq rifda jew le; granijiet, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja) |
6802 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Lavanja maħduma u oġġetti ta’ lavanja jew ta’ lavanja agglomerata (ħlief granijiet, laqx u trab, kubi tal-mużajk u oġġetti simili ta’ lavanja, lapsijiet ta’ lavanja, u lavanji jew boards lesti għall-użu b’uċuħ għall-kitba jew għat-disinjar) |
6803 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Ċangatura u paviment, madum għall-qigħan taċ-ċmieni taċ-ċeramika; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika u oġġetti bħal dawn, fuq rifda jew le (għajr dawk ta’ frakass fossili siliċiku jew ta’ trab siliċiku simili, oġġetti refrattarji, madum adattat apposta bħala mats tal-mejda, oġġetti ornamentali u madum immanifatturat speċifikament għall-fuklari) |
6907 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju |
7606 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |