EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0917

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/917 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Cote d'Ivoire

ĠU L 153, 10/06/2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/917/oj

10.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/917

tad-9 ta' Ġunju 2016

li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Cote d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 1946 (2010) li ġeddiet il-miżuri imposti kontra l-Côte d'Ivoire.

(2)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (1) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire.

(3)

Fit-28 ta' April 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2283 (2016), li ttemm, b'effett immedjat, is-sanzjonijiet kollha tan-NU kontra l-Côte d'Ivoire.

(4)

Fid-dawl tal-UNSCR 2283 (2016) kif ukoll ta' żviluppi reċenti fil-Côte d'Ivoire, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi wkoll fl-intier tagħhom, il-miżuri restrittivi addizzjonali tal-Unjoni kontra dak il-pajjiż.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28).


Top