This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1808
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1808 of 21 September 2023 setting out the template for the provision of information on prevention, preparedness and response planning in relation to serious cross-border threats to health in accordance with Regulation (EU) 2022/2371 of the European Parliament and of the Council
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1808 tal-21 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1808 tal-21 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2023/6280
ĠU L 234, 22.9.2023, p. 105–141
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/105 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1808
tal-21 ta’ Settembru 2023
li jistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2022/2371 jistabbilixxi mekkaniżmi u strutturi għall-koordinazzjoni tat-tħejjija u r-rispons għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa, inkluż ir-rappurtar dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2371, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni b’rapport aġġornat dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni, t-tħejjija u r-rispons fil-livell nazzjonali u, fejn xieraq, fil-livelli interreġjonali transfruntier sas-27 ta’ Diċembru 2023 u kull 3 snin minn hemm ’il quddiem. |
(3) |
It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2022/2371 jistabbilixxu l-informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 7(2)), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2371, kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni li tirċievi għad-dispożizzjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) f’rapport imħejji f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u ma’ aġenziji u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi profili tal-pajjiżi għall-monitoraġġ tal-progress u għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati l-lakuni identifikati fil-livell nazzjonali li għalihom il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet ġenerali filwaqt li tqis l-eżiti tal-valutazzjoni tal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2022/2371, abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibda diskussjoni fl-HSC dwar il-progress u n-nuqqasijiet fit-tħejjija. Ħarsa ġenerali lejn ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport għandha tiġi ppubblikata fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tal-ECDC. |
(6) |
Il-mudell għall-kwestjonarju li għandu jintuża mill-Istati Membri meta jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura r-rilevanza tiegħu mal-objettivi identifikati f’dak il-paragrafu u l-komparabbiltà tiegħu, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tal-informazzjoni rikjesta u ppreżentata. Il-mudell ġie elaborat f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tħejjija tal-HSC bil-parteċipazzjoni attiva tal-maġġoranza tal-Istati Membri, id-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, l-ECDC, u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Il-mudell ġie allinjat, fejn possibbli, mar-Rapport ta’ Awtovalutazzjoni tal-Istat Parti (SPAR) tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005). |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mudell li għandu jintuża mill-Istati Membri meta jipprovdu informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons tagħhom fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2022/2371, kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huwa adottat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Werrej
A. |
Kapaċitajiet tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) 2005 | 108 |
1. |
Strumenti ta’ politika, legali u normattivi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) 2005 | 108 |
2. |
Finanzjament | 109 |
3. |
Laboratorju | 110 |
4. |
Sorveljanza | 113 |
5. |
Riżorsi umani | 114 |
6. |
Ġestjoni ta’ emerġenza tas-saħħa | 115 |
Il-ġestjoni tar-rispons ta’ emerġenza tas-saħħa | 115 |
Il-ġestjoni tal-loġistika u tal-katina tal-provvista ta’ emerġenza | 118 |
7. |
Forniment ta’ servizzi tas-saħħa | 121 |
8. |
Komunikazzjoni tar-riskju | 124 |
9. |
Punti ta’ dħul (PoEs) u saħħa fil-fruntieri | 125 |
10. |
Il-mard żoonotiku u t-theddid ta’ oriġini ambjentali, inklużi dawk minħabba l-klima | 126 |
11. |
Avvenimenti kimiċi | 127 |
B. |
Kapaċitajiet addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2022/2371 | 129 |
12. |
Reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) u Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (SAIs) | 129 |
AMR | 129 |
Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs) | 134 |
13. |
Funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ fil-livell tal-Unjoni | 135 |
14. |
L-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjonijiet biex tiġi infurmata u aċċellerata t-tħejjija f’każ ta’ emerġenza | 137 |
15. |
Elementi ta’ rkupru | 139 |
16. |
Azzjonijiet meħuda biex jittejbu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons | 139 |
C. |
Oħra | 141 |
A. KAPAĊITAJIET TAR-REGOLAMENTI INTERNAZZJONALI TAS-SAĦĦA (IHR) 2005
1. Strumenti ta’ politika, legali u normattivi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) 2005
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||
A.1.1 |
Fir-rigward tal-istrumenti legali tal-Istat Membru tiegħek għat-tħejjija u għall-ippjanar għar-rispons, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
|||||
|
livell |
||||||
L-istrumenti legali ma jinkorporaw l-ebda koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika |
1 |
||||||
L-istrumenti legali jinkorporaw xi koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika |
2 |
||||||
L-istrumenti legali jinkorporaw xi koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-istrumenti legali jinkorporaw ukoll xi koordinazzjoni mas-setturi responsabbli għall-infrastruttura kritika waqt emerġenza tas-saħħa pubblika |
3 |
||||||
L-istrumenti legali jinkorporaw xi koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern waqt emerġenza tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-istrumenti legali jinkorporaw ukoll xi koordinazzjoni mas-setturi responsabbli għall-infrastruttura kritika waqt emerġenza tas-saħħa pubblika. Minbarra dan, il-livell ta’ tħejjija operazzjonali ta’ dawn l-istrumenti legali ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin |
4 |
||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, hemm mekkaniżmu għar-rieżami u għar-reviżjoni tal-istrumenti legali (jekk ikun meħtieġ abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet mill-ittestjar) |
5 |
||||||
|
|||||||
A.1.2 |
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, l-istrumenti legali ta’ pajjiżek għall-implimentazzjoni tal-IHR 2005 jassenjaw proċess ċar ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, li jista’ jinkludi awtorità waħda jew aktar? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli (N/A) |
2. Finanzjament
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||
A.2.1 |
Fir-rigward tal-ippjanar tal-Istati Membri biex jittestjaw ir-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza sabiex jirrispondu għat-theddid għas-saħħa, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||
|
livell |
||||||
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija [fil-livell ċentrali tal-Istat] |
Mhux applikabbli |
||||||
Ma hemm l-ebda pjan biex jitwettqu testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa fit-3 snin li ġejjin |
1 |
||||||
Hemm pjanijiet biex jitwettqu testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa fit-3 snin li ġejjin iżda dan huwa fuq bażi ad hoc |
2 |
||||||
Hemm pjanijiet biex jitwettqu testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa u dan għandu jitwettaq fuq bażi regolari |
3 |
||||||
It-testijiet tar-riżorsi finanzjarji għall-finanzjament ta’ kontinġenza għar-rispons f’dak li huwa theddid għas-saħħa saru u għadhom jitwettqu fuq bażi regolari |
4 |
||||||
Skont il-livell 4, u, barra minn hekk, ġew implimentati rakkomandazzjonijiet mit-testijiet u l-pjanijiet korrispondenti ġew rieżaminati u riveduti |
5 |
||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat, minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva) F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika jekk jintbagħtux rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida fil-livell nazzjonali lill-awtoritajiet reġjonali (iva/le) Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk fil-livell ċentrali tafx jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet/il-linji gwida humiex implimentati fil-livell reġjonali u jekk hemmx lakuni jew sfidi Jekk le, jekk jogħġbok spjega: |
|||||||
A.2.2 |
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Finanzi tal-Istat Membru tiegħek għandhom proċeduri ddedikati għall-koordinazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
3. Laboratorju
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||
A.3.1 |
Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek fir-rigward taż-żieda fil-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika: |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
Ma hemm l-ebda pjan u organizzazzjoni (1) biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika |
1 |
||||||||||
Qed jiġu żviluppati pjan u organizzazzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika |
2 |
||||||||||
Hemm pjan u organizzazzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda l-pjan ma ġiex ittestjat f’dawn l-aħħar 3 snin |
3 |
||||||||||
Hemm pjan u organizzazzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar fil-laboratorju f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u dan il-pjan ġie ttestjat f’test ta’ simulazzjoni ta’ kriżi fl-aħħar 3 snin |
4 |
||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, is-sistema ġiet riveduta kif xieraq |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
A.3.2 |
Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ testijiet ġodda bbażati fuq l-amplifikazzjoni tal-aċidi nuklejċi (NAATs) u ta’ sistemi tal-laboratorju assoċjati adattati fil-każ ta’ feġġa ta’ patoġenu ġdid b’potenzjal li joħloq pandemija: |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
Fil-kuntest tal-Istat Membru tiegħi, ma jkunx possibbli li jiġu implimentati NAATs ġodda u li s-sistemi tal-laboratorju assoċjati jiġu adattati fi żmien 6 xhur. |
1 |
||||||||||
> 3–6 xhur |
2 |
||||||||||
> 1–3 xhur |
3 |
||||||||||
2–4 ġimgħat |
4 |
||||||||||
< ġimagħtejn |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
A.3.3 |
Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek,f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika b’potenzjal li tirriżulta f’pandemija li tirrikjedi ttestjar fuq skala kbira |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb minħabba diffikultajiet biex jikkwantifika l-kapaċità tal-NAAT skont dawn il-livelli |
Mhux applikabbli |
||||||||||
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal sa 0,01 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi |
1 |
||||||||||
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal 0,01–0,1 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi |
2 |
||||||||||
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal 0,1–1 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi |
3 |
||||||||||
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal 1–2 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi |
4 |
||||||||||
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika u meta jkun disponibbli NAAT ivvalidat, ikun possibbli li jiżdiedu s-servizzi dijanjostiċi tal-ittestjar tal-NAAT għal kapaċità ta’ ttestjar ta’ kampjuni ta’ kull ġimgħa li tikkorrispondi għal > 2 % tal-popolazzjoni fl-Istat Membru tiegħi |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
A.3.4 |
L-Istat Membru tiegħek għandu aċċess għal sorsi addizzjonali ta’ kapaċità tal-laboratorju għal servizzi dijanjostiċi f’każ fejn tkun meħtieġa kapaċità akbar (eż. laboratorji ta’ riċerka jew veterinarji, eċċ.)? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
A.3.5 |
L-Istat Membru tiegħek għandu l-kapaċità li jirrapporta r-riżultati tal-ittestjar fil-laboratorju għas-sorveljanza nazzjonali permezz ta’ sistema ta’ rapportar elettroniku? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
A.3.6 |
Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek għandux aċċess għal laboratorji ta’ konteniment għoli, jiġifieri laboratorji tal-livell 3 jew 4 tal-bijosikurezza: L-Istat Membru tiegħek għandu aċċess għal laboratorju tal-livell 3 tal-bijosikurezza? (iva/le/oħrajn)
L-Istat Membru tiegħek għandu aċċess għal laboratorju tal-livell 4 tal-bijosikurezza (iva/le/oħrajn)
F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu |
Mhux applikabbli |
|||||||||
A.3.7 |
L-Istat Membru tiegħek għandu l-kapaċità li jikkaratterizza patoġenu ġdid permezz tas-Sekwenzjar tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGS)? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
A.3.8 |
L-Istat Membru tiegħek għandu faċilità ddedikata għall-validazzjoni ta’ apparati introdotti ġodda għad-dijanjożi tal-patoġenu l-ġdid? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
4. Sorveljanza
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||
A.4.1 |
Is-sistema ta’ sorveljanza tal-Istat Membru tiegħek għall-infezzjonijiet respiratorju akuti tkopri l-livelli kollha tal-kura tas-saħħa? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||
A.4.2 |
Is-sistemi ta’ sorveljanza għal Infezzjoni Respiratorja Akuta (ARI), Marda li Tixbah l-Influwenza (ILI) u Infezzjonijiet Respiratorji Akuti Severi (SARI) huma awtomatizzati (2) fl-Istat Membru tiegħek? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||
A.4.3 |
Is-sistema ta’ sorveljanza tal-Istat Membru tiegħek għall-infezzjonijiet respiratorju tkun tista’ tiġi estiża matul pandemija (jiġifieri, jiżdiedu l-għadd ta’ siti ta’ rapportar, il-portata tad-data miġbura, il-puntwalità tar-rapportar, eċċ.)? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||
A.4.4 |
L-Istat Membru tiegħek jista’ jimmonitorja l-indikaturi li ġejjin fuq bażi kontinwa u għat-territorju tal-pajjiż kollu, matul emerġenza tas-saħħa pubblika (jiġifieri filwaqt li jqis kapaċitajiet estiżi u/jew kuntesti ġodda)? |
Mhux applikabbli |
|||
|
iva/le |
||||
Il-kapaċità ta’ sodod fl-isptarijiet |
|
||||
Il-kapaċità tal-unitajiet tal-kura intensiva fl-isptarijiet |
|
||||
Il-kapaċità tas-swali tal-emerġenza tal-isptarijiet |
|
||||
L-utilizzazzjoni tal-isptar |
|
||||
Il-kapaċità tal-ittestjar |
|
||||
Il-kapaċità ta’ traċċar tal-kuntatti |
|
||||
Oħrajn, jekk jogħġbok iddeskrivi |
|
||||
|
|||||
A.4.5 |
Pajjiżek għandu sistema ta’ monitoraġġ tal-ilma mormi stabbilita għall-patoġeni respiratorji? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||
A.4.6 |
Pajjiżek għandu pjanijiet u infrastrutturi għal valutazzjoni f’waqtha u kontinwa ta’ theddida ta’ pandemija, jiġifieri, għall-valutazzjoni ta’: |
Mhux applikabbli |
|||
|
iva/le |
||||
It-trażmissibbiltà, ir-rotta ta’ trażmissjoni, in-numru tar-riproduzzjoni effettiv |
|
||||
Is-severità |
|
||||
Il-korrelati immunoloġiċi tal-protezzjoni |
|
||||
L-effettività tal-vaċċini |
|
||||
It-trajettorji u l-impatt tal-epidemiji permezz ta’ mmudellar matematiku |
|
||||
Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika: |
|||||
|
5. Riżorsi umani
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||||
A.5.1 |
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika rigward żieda potenzjali fid-domanda għar-riżorsi umani, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||||
|
|
Servizzi ta’ sptar |
Servizzi ta’ kura primarja tal-outpatient |
Servizzi tal-laboratorju (barra mill-isptarijiet) |
Servizzi oħra tas-saħħa pubblika |
||||||||
Mhux applikabbli |
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat |
|
|
|
|
||||||||
Il-livell 1 |
Ma hemm l-ebda mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika |
|
|
|
|
||||||||
Il-livell 2 |
Ma hemm l-ebda mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika iżda hemm pjan biex issir ħidma fuq strateġija biex din issir fit-3 snin li ġejjin |
|
|
|
|
||||||||
Il-livell 3 |
Hemm mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda ma huwiex strument operazzjonali strutturat u lanqas ma jiġi aġġornat regolarment |
|
|
|
|
||||||||
Il-livell 4 |
Hemm mekkaniżmu biex tiġi żgurata żieda fir-riżorsi umani fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika li jinkludi strument operazzjonali strutturat li jiġi aġġornat regolarment u l-parteċipanti jiġu mħarrġa perjodikament |
|
|
|
|
||||||||
Il-livell 5 |
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu jiġi ttestjat biex jiġi żgurat il-funzjonament tiegħu |
|
|
|
|
||||||||
Pajjiżek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
|||||||||||||
A.5.2 |
Jekk jogħġbok indika jekk ir-reġjuni fl-Istat Membru tiegħek għandhomx ftehimiet biex jirċievu/jiskambjaw appoġġ għar-riżorsi umani fis-settur tas-saħħa f’każ ta’ bżonn? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
6. Ġestjoni ta’ emerġenza tas-saħħa
Il-ġestjoni tar-rispons ta’ emerġenza tas-saħħa
|
Mistoqsija |
Indikatur |
||||||||||||||
A.6.1 |
Fir-rigward tal-ippjanar tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons tal-Istat Membru tiegħek għal emerġenzi tas-saħħa pubblika, jekk jogħġbok indika jekk pajjiżek jużax:
|
Mhux applikabbli |
||||||||||||||
A.6.2 |
Rigward it-tfassil ta’ profili tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa u pjanijiet speċifiċi ta’ rispons għall-epidemiji, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
||||||||||||||
|
Livell |
|||||||||||||||
Ma hemm l-ebda tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa |
1 |
|||||||||||||||
Hemm tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa |
2 |
|||||||||||||||
Hemm tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa u dan isir mill-inqas darba kull 3 snin |
3 |
|||||||||||||||
Hemm tfassil ta’ profil tar-riskju ta’ emerġenza tas-saħħa ta’ rutina għal theddid transfruntier serju għas-saħħa, dan isir mill-inqas darba kull 3 snin u jkun ġie żviluppat pjan(ijiet) speċifiku/speċifiċi għal dan it-theddid jew aktar minn wieħed |
4 |
|||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dawn il-pjan(ijiet) ġew ittestjati u riveduti kif meħtieġ |
5 |
|||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
Żvilupp (iva/le) |
Manifattura (iva/le) |
Akkwist (iva/le) |
Kumulazzjoni (iva/le) |
Distribuzzjoni (iva/le) |
Oħrajn: |
||||||||||
Mard li jittieħed b’potenzjal epidemiku jew pandemiku |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Theddid kimiku u bijoloġiku relatat |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Aġenti reżistenti għal ħafna mediċini f’sitwazzjoni ta’ kriżi |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu |
||||||||||||||||
A.6.3 |
Fir-rigward tal-pjan(ijiet) speċifiku/speċifiċi ta’ rispons għall-epidemiji tal-Istat Membru tiegħek, jekk jogħġbok indika liema pjan(ijiet) ġie/ġew żviluppat(i) u, meta possibbli, ipprovdi rabta mal-pjan(i) speċifiku/speċifiċi ta’ rispons għall-epidemiji: |
Mhux applikabbli |
||||||||||||||
A.6.4 |
Fir-rigward tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Inċidenti (IMS) fil-livell nazzjonali jew l-istruttura ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
||||||||||||||
|
Livell |
|||||||||||||||
Ma hemm l-ebda IMS – jew sistema ekwivalenti – li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa |
1 |
|||||||||||||||
Ma hemm l-ebda IMS jew sistema ekwivalenti li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa, hemm pjan biex tinħoloq waħda fit-3 snin li ġejjin |
2 |
|||||||||||||||
Hemm IMS jew sistema ekwivalenti li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa iżda din ma ġiex ittestjat jew ġiet ttestjata aktar minn 3 snin ilu |
3 |
|||||||||||||||
Hemm IMS jew sistema ekwivalenti li tgħaqqad is-settur tas-saħħa pubblika ma’ dawk li huma involuti fl-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa u din ġiet ittestjata fl-aħħar 3 snin |
4 |
|||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, l-IMS għandha l-kapaċità li tadatta l-istruttura/ġerarkija ta’ kmand u kontroll tagħha (eż. il-kompożizzjoni tagħha, skont in-natura ta’ avveniment potenzjali) |
5 |
|||||||||||||||
|
||||||||||||||||
A.6.5 |
Rigward l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri tas-saħħa pubblika u soċjali (PHSMs) u fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
||||||||||||||
|
Livell |
|||||||||||||||
Ma hemm l-ebda mekkaniżmu għat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika |
1 |
|||||||||||||||
Hemm mekkaniżmu stabbilit biex jappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda n-natura multidixxiplinari u transsettorjali ma hijiex definita bis-sħiħ |
2 |
|||||||||||||||
Hemm mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika u n-natura multidixxiplinari u transsettorjali hija definita bis-sħiħ |
3 |
|||||||||||||||
Hemm mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-PHSMs matul emerġenza tas-saħħa pubblika, li hija multidixxiplinari u transsettorjali u tinkludi dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-puntwalità u l-effettività tal-interventi mhux farmaċewtiċi (NSIs) |
4 |
|||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu ġie ttestjat f’dawn l-aħħar 3 snin |
5 |
|||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||
A.6.6 |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-għajnuna reċiproka transfruntiera fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
||||||||||||||
|
Livell |
|||||||||||||||
Ma tistax twieġeb il-mistoqsija peress li l-Istat Membru ma għandux pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti |
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||
Il-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti ma jinkludix għajnuna reċiproka transfruntiera |
1 |
|||||||||||||||
Il-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti jinkludu għajnuna reċiproka transfruntiera |
2 |
|||||||||||||||
Il-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti jinkludi għajnuna reċiproka transfruntiera, u dan ġie ttestjat b’mill-inqas Stat Membru wieħed |
3 |
|||||||||||||||
Il-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti jinkludi għajnuna reċiproka transfruntiera, u dan ġie ttestjat b’mill-inqas Stat Membru wieħed u aġġornat meta rilevanti |
4 |
|||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, l-informazzjoni relatata mal-għajnuna reċiproka transfruntiera kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar ġew kondiviżi fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) |
5 |
|||||||||||||||
|
||||||||||||||||
Pajjiż/Ragruppament ta’ Stati Membri (jekk jogħġbok speċifika): |
Tip ta’ għajnuna reċiproka transfruntiera (jekk jogħġbok speċifika): |
|||||||||||||||
|
||||||||||||||||
Pajjiż/Ragruppament ta’ pajjiżi (jekk jogħġbok speċifika): |
Tip ta’ għajnuna reċiproka transfruntiera (jekk jogħġbok speċifika): |
|
||||||||||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
|
|||||||||||||||
A.6.7 |
Il-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti jiżguraw mekkaniżmi nazzjonali speċifiċi ta’ koordinazzjoni (3) għat-tħejjija u r-rispons f’każ ta’ xenarju ta’ rilaxx intenzjonat? (iva/le/oħrajn)
F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu |
Mhux applikabbli |
Il-ġestjoni tal-loġistika u tal-katina tal-provvista ta’ emerġenza
|
Mistoqsija |
Indikatur |
||||||||||||||
Domanda u provvista tal-MCMs kritiċi |
||||||||||||||||
A.6.8 |
L-Istat Membru tiegħek identifika MCMs kritiċi għat-tħejjija u r-rispons għal theddid transfruntier serju għas-saħħa? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
||||||||||||||
A.6.9 |
Fir-rigward tal-politiki jew tal-pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
||||||||||||||
|
Livell |
|||||||||||||||
Ma hemm l-ebda politika jew pjan nazzjonali previsti għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi |
1 |
|||||||||||||||
Qed jiġu kkunsidrati politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi |
2 |
|||||||||||||||
Hemm politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u għall-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi |
3 |
|||||||||||||||
Hemm politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u l-istima tad-domanda tal-MCMS kritika, li jiġu rieżaminati, evalwati u aġġornati fuq bażi regolari |
4 |
|||||||||||||||
Hemm politiki jew pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ tal-provvista u l-istima tad-domanda tal-MCMs kritiċi, li jiġu rieżaminati, evalwati u aġġornati fuq bażi regolari inkluża analiżi tad-diskrepanza tal-provvista u tad-domanda |
5 |
|||||||||||||||
|
||||||||||||||||
A.6.10 |
Fir-rigward tal-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmi ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
||||||||||||||
|
Livell |
|||||||||||||||
Ma hemm l-ebda dispożizzjoni prevista fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) jew f’mekkaniżmi ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista tal-MCMs kritiċi |
1 |
|||||||||||||||
Qed jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista tal-MCMs kritiċi |
2 |
|||||||||||||||
Hemm dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati |
3 |
|||||||||||||||
Hemm dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi. Madankollu, ftit minnhom biss huma implimentati jew qed jiġu implimentati |
4 |
|||||||||||||||
Hemm dispożizzjonijiet fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista ta’ MCMs kritiċi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma kollha implimentati |
5 |
|||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||
Produzzjoni tal-MCMs |
||||||||||||||||
A.6.11 |
Jekk jogħġbok indika l-MCMs kritiċi msemmija fil-mistoqsija A.6.8 li bħalissa huma prodotti fl-Istat Membru tiegħek kif ġej: |
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||
Tip ta’ produzzjoni |
Informazzjoni dwar il-prodott (jekk materja prima jew komponenti jekk jogħġbok żid ukoll informazzjoni dwar l-MCMs li għalihom huma meħtieġa l-prodotti) |
Informazzjoni dwar l-operatur ekonomiku inkluż l-indirizz |
||||||||||||||
Produzzjoni sħiħa inklużi materja prima/komponenti/ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs) |
|
|
||||||||||||||
Prodotti lesti, jekk jogħġbok identifika l-MCM, il-produttur tal-prodott lest u l-fornituri kritiċi (inkluż il-post) li fuqhom tibbaża l-produzzjoni |
|
|
||||||||||||||
Produzzjoni ta’ materja prima kritika/komponenti/APIs tal-MCMs: jekk jogħġbok identifika l-produttur u l-MCMs rilevanti li jeħtieġu dawn il-materjali għall-proċess tal-manifattura tiegħu. |
|
|
||||||||||||||
F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu |
||||||||||||||||
A.6.12 |
L-Istat Membru tiegħek għandu arranġamenti eżistenti jew ippjanati biex jiżgura li l-manifattura ta’ MCMs rilevanti għall-kriżijiet tista’ tiżdied fil-ħin fi żminijiet ta’ kriżi, pereżempju permezz ta’ kuntratti ta’ riżerva tal-prodotti jew tal-kapaċità jew mekkaniżmu ieħor? (iva/le/oħrajn)
F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu |
Mhux applikabbli |
||||||||||||||
Ħażniet strateġiċi (4) |
||||||||||||||||
A.6.13 |
L-Istat Membru tiegħek għandu ħażniet strateġiċi nazzjonali ta’ MCMs? (iva/le/oħrajn)
F’konformità mal-Artikolu 346(1) tat-Trattat, l-ebda Stat Membru ma huwa obbligat jagħti informazzjoni li l-iżvelar tagħha jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu |
Mhux applikabbli |
7. Forniment ta’ servizzi tas-saħħa
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||||||||||||||
A.7.1 |
Il-pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti jipprevedu valutazzjoni tal-previżjoni tal-impatt potenzjali ta’ emerġenza tas-saħħa fuq il-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||
A.7.2 |
Fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fejn hemm żieda fid-domanda għall-provvista tal-kura tas-saħħa u tnaqqis potenzjali fil-persunal tal-kura tas-saħħa, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||||||||||||||
|
|
Servizzi ta’ sptar |
Servizzi ta’ kura primarja tal-outpatient |
Servizzi tal-laboratorju (barra mill-isptarijiet) |
Servizzi oħra tas-saħħa pubblika |
||||||||||||||||||
Mhux applikabbli |
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Il-livell 1 |
L-Istat Membru tiegħek ma għandux pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Il-livell 2 |
L-Istat Membru tiegħek għandu pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Il-livell 3 |
L-Istat Membru tiegħek għandu pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa, iżda ma ġiex ittestjat f’dawn l-aħħar 3 snin |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Il-livell 4 |
L-Istat Membru tiegħek għandu pjan operazzjonali ddedikat għall-kontinwità tas-servizz tal-kura tas-saħħa, u ġie ttestjat f’dawn l-aħħar 3 snin |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Il-livell 5 |
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet mill-ittestjar ġew implimentati u l-pjan operazzjonali ġie rieżaminat u rivedut |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
|||||||||||||||||||||||
A.7.3 |
Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek jiżgurax koordinazzjoni interdixxiplinari tal-ġestjoni tal-kriżijiet bejn l-atturi kollha tas-sistema tal-kura tas-saħħa (eż. servizzi tal-isptar, servizzi ta’ salvataġġ, servizzi oħra tas-saħħa pubblika, servizzi tal-kura primarja outpatient, spiżeriji, servizzi tal-laboratorju, servizzi tal-infermerija/ta’ riabilitazzjoni)? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||
A.7.4 |
Rigward il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-Istat Membru tiegħek għall-fornituri tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ avveniment ta’ tfixkil, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti ta’ pajjiżek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||||||||||||||
|
Livell |
|
|||||||||||||||||||||
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija [fil-livell ċentrali tal-Istat] |
Mhux applikabbli |
|
|||||||||||||||||||||
Ma hemm l-ebda gwida/rakkomandazzjoni nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa |
1 |
|
|||||||||||||||||||||
Hemm gwida/rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa |
2 |
|
|||||||||||||||||||||
Hemm gwida/rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-gwida/ir-rakkomandazzjonijiet ġew rieżaminati u riveduti f’dawn l-aħħar 3 snin |
3 |
|
|||||||||||||||||||||
Hemm gwida/rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat (jew ekwivalenti bħal pjanijiet ta’ kontinġenza) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-gwida/ir-rakkomandazzjonijiet ġew rieżaminati u riveduti f’dawn l-aħħar 3 snin bl-użu ta’ approċċ transsettorjali |
4 |
|
|||||||||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, is-servizzi tal-kura tas-saħħa kollha jimplimentaw il-gwida/ir-rakkomandazzjonijiet nazzjonali għall-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat |
5 |
|
|||||||||||||||||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
|
||||||||||||||||||||||
A.7.5 |
Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek jirrikjedix li l-isptarijiet ikollhom pjan ta’ twissija u ta’ rispons tal-isptar jew dokument(i) ekwivalenti (5) sabiex jitħejjew għal emerġenzi tas-saħħa pubblika li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità u l-funzjoni ta’ sptar? (iva/le/oħrajn)
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||
A.7.6 |
L-Istat Membru tiegħek għandu l-kapaċità li jidentifika minnufih is-servizzi tas-saħħa disponibbli f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||
A.7.7 |
Il-pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tal-Istat Membru tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti jinkludu ftehimiet u/jew dispożizzjonijiet għat-trasferiment mediku tal-pazjenti u/jew timijiet mediċi mobbli ma’ pajjiżi oħra? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
8. Komunikazzjoni tar-riskju
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||
A.8.1 |
Fir-rigward tal-komunikazzjoni tar-riskju, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti ta’ pajjiżek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||
|
livell |
||||||||
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat |
Mhux applikabbli |
||||||||
Ma hemm l-ebda pjan nazzjonali separat għall-komunikazzjoni tar-riskju jew taqsima tal-komunikazzjoni tar-riskju bħala parti minn pjan ta’ tħejjija u ma hemmx rispons jew dokument(i) ekwivalenti stabbilit u l-mekkaniżmi għall-komunikazzjoni pubblika huma fuq bażi ad hoc u jinkludu biss enfasi fuq il-media konvenzjonali |
1 |
||||||||
Qed jiġi żviluppat pjan nazzjonali separat ta’ komunikazzjoni tar-riskju jew taqsima fi pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti u l-mekkaniżmi għall-komunikazzjoni pubblika huma fuq bażi ad hoc u jinkludu media konvenzjonali b’enfasi minima fuq l-Internet u l-media soċjali |
2 |
||||||||
Il-komunikazzjoni nazzjonali dwar ir-riskju hija stabbilita bħala taqsima definita fi pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti u tinkludi l-media konvenzjonali u l-enfasi online u soċjali fuq il-media. Barra minn hekk, hemm analiżi tal-udjenzi fil-mira u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni preferuti biex jiġu infurmati l-interventi ta’ komunikazzjoni tar-riskju |
3 |
||||||||
Huwa stabbilit pjan nazzjonali separat u ddedikat għall-komunikazzjoni tar-riskju u jinkludi l-media konvenzjonali u enfasi fuq il-media online u soċjali. Barra minn hekk, hemm analiżi tal-udjenzi fil-mira u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni preferuti biex jiġu infurmati l-interventi ta’ komunikazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, hemm sensibilizzazzjoni proattiva permezz ta’ diversi mezzi (eż. hotline, sistemi ta’ lment, smigħ soċjali), il-media online u offline jiġu mmonitorjati kuljum għar-rispons u l-għarfien u d-data jintużaw biex jiġu aġġustati u mtejba l-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tar-riskju |
4 |
||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, il-pjan nazzjonali ta’ komunikazzjoni tar-riskju ġie ttestjat f’dawn l-aħħar 3 snin |
5 |
||||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
|||||||||
A.8.2 |
Il-pjan ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskju tal-Istat Membru tiegħek jinkludi pass iddedikat għall-koordinazzjoni flimkien mal-HSC tal-komunikazzjoni dwar ir-riskju u l-kriżi relatata ma’ theddida transfruntiera serja għas-saħħa? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
9. Punti ta’ dħul (PoEs) u saħħa fil-fruntieri
|
Mistoqsija |
Indikatur |
||||||||||||
A.9.1 |
Fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs magħżula fil-livell nazzjonali tal-Istat Membru tiegħek, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
||||||||||||
|
|
Portijiet |
Ajruporti |
Punti ta’ Qsim fuq l-Art |
||||||||||
Il-livell 1 |
Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali ma għandu l-ebda strument operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali |
|
|
|
||||||||||
Il-livell 2 |
Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali għandu strumenti operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali |
|
|
|
||||||||||
Il-livell 3 |
Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali għandu strumenti operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali u dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin |
|
|
|
||||||||||
Il-livell 4 |
Il-pjan ta’ kontinġenza ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tal-PoEs indikati fuq livell nazzjonali għandu strumenti operazzjonali biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data/informazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-ivvjaġġar u r-rapportar fil-livell nazzjonali u dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin. Barra minn hekk, il-livell nazzjonali għandu wkoll strumenti operazzjonali biex imbagħad jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ din l-informazzjoni lil setturi nazzjonali u partijiet terzi oħrajn (6), eż. id-WHO u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Reazzjoni (EWRS) |
|
|
|
||||||||||
Il-livell 5 |
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin |
|
|
|
||||||||||
|
||||||||||||||
A.9.2 |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni ta’ miżuri internazzjonali relatati mal-ivvjaġġar, jekk jogħġbok indika:
|
Mhux applikabbli |
10. Il-mard żoonotiku u t-theddid ta’ oriġini ambjentali, inklużi dawk minħabba l-klima
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||||||||||||||||
A.10.1 |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni minn pajjiżek ta’ Saħħa Waħda kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) 2022/2371, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||||||||||||||||
|
Livell |
||||||||||||||||||||||||
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb mistoqsija peress li l-Istat Membru ma għandux pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti |
Mhux applikabbli |
||||||||||||||||||||||||
Ma hemm l-ebda approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) ekwivalenti |
1 |
||||||||||||||||||||||||
Qed jiġi żviluppat approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti iżda l-koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u s-setturi u l-mekkaniżmi ambjentali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma ġietx stabbilita |
2 |
||||||||||||||||||||||||
Huwa stabbilit approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti u ġew stabbiliti l-koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn is-setturi tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u ambjentali u l-mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni |
3 |
||||||||||||||||||||||||
Huwa stabbilit approċċ ta’ Saħħa Waħda fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti u ġew stabbiliti l-koordinazzjoni tas-sorveljanza bejn is-setturi tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, u ambjentali u l-mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, dan ġie ttestjat fl-aħħar 3 snin |
4 |
||||||||||||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, l-implimentazzjoni tiegħu hija mmonitorjata u riveduta fuq bażi regolari |
5 |
||||||||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||||||||
A.10.2 |
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||||
A.10.3 |
|
|
11. Avvenimenti kimiċi
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||||||||||||||||||
A.11.1 |
Fir-rigward tal-ġestjoni ta’ theddida għas-saħħa ta’ oriġini kimika, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti ta’ pajjiżek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||||||||||||||||||
|
Livell |
||||||||||||||||||||||||||
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat |
Mhux applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||
Ma hemm l-ebda pjan separat għat-tħejjija u r-rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti, u lanqas ma huwa inkluż fil-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti |
1 |
||||||||||||||||||||||||||
Hemm pjan ta’ tħejjija u rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti u/jew huwa inkluż(i) fil-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti |
2 |
||||||||||||||||||||||||||
Il-pjan għat-tħejjija u r-rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti huwa stabbilit u jitqiesu u jiġu identifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll is-siti ta’ perikli kbar |
3 |
||||||||||||||||||||||||||
Il-pjan għat-tħejjija u r-rispons kimiku jew dokument(i) ekwivalenti huwa stabbilit u jitqiesu u jiġu identifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll is-siti ta’ perikli kbar. Barra minn hekk, il-pjan jew il-kapitolu ta’ rispons kimiku fil-pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti ġie ttestjat permezz ta’ eżerċizzju ta’ simulazzjoni fl-aħħar 3 snin |
4 |
||||||||||||||||||||||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, ġew implimentati rakkomandazzjonijiet mit-test(ijiet) u l-pjanijiet korrispondenti ġew rieżaminati u riveduti |
5 |
||||||||||||||||||||||||||
L-Istat Membru tiegħek ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija fil-livell ċentrali tal-Istat minħabba oqfsa ta’ governanza u leġiżlattivi? (iva)
|
|||||||||||||||||||||||||||
A.11.2 |
L-Istat Membru tiegħek għandu proċeduri għal valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa f’każ ta’ theddida għas-saħħa ta’ oriġini kimika? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||
A.11.3 |
L-Istat Membru tiegħek għandu linji gwida disponibbli dwar:
|
Mhux applikabbli |
B. KAPAĊITAJIET ADDIZZJONALI SKONT IR-REGOLAMENT (UE) 2022/2371
12. Reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) u Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (SAIs)
AMR
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||
B.12.1 |
Pjanijiet Nazzjonali ta’ Azzjoni tas-Saħħa Waħda dwar l-AMR Sabiex jiġu evitat sforzi doppji, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) se jkunu qed jibbażaw fuq l-inputs li jsiru għal Tracking Antimicrobial Resistance Country Self-Assessment Survey (TrACSS) tad-WHO (7). Għalhekk, ir-rapportar nazzjonali lil TrACSS se jitqies bħala parti mill-valutazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/2371 Jekk jogħġbok tella’ f’format pdf l-aktar sottomissjoni reċenti ta’ TrACSS tal-Istat Membru tiegħek lid-WHO. Fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali (NAP) dwar l-AMR, kien hemm xi aġġornamenti mill-aħħar rapportar ta’ pajjiżek lil TrACSS?
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.12.2 |
Riżorsi Liema riżorsi huma allokati għall-implimentazzjoni tal-NAP dwar l-AMR? |
Mhux applikabbli |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
L-ebda riżorsa jew ftit li xejn riżorsi (baġit u riżorsi umani) huma disponibbli għall-implimentazzjoni tal-NAP. |
1 |
||||||||||
Ma hemm l-ebda riżorsa speċifika disponibbli, u l-implimentazzjoni hija fdata lir-riżorsi (baġit u riżorsi umani) tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali/reġjonali (eż. l-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għas-saħħa, l-agrikoltura, l-ambjent, eċċ.) involuti fl-implimentazzjoni tal-NAP |
2 |
||||||||||
Finanzjament mhux allokat jista’ jiġi aċċessat għal attivitajiet tal-AMR minn fondi nazzjonali/reġjonali u jista’ jintuża għall-implimentazzjoni tal-NAP |
3 |
||||||||||
Finanzjament speċifiku allokat għall-attivitajiet tal-AMR huwa disponibbli minn fondi nazzjonali/reġjonali u jintuża għall-implimentazzjoni tal-NAP |
4 |
||||||||||
L-implimentazzjoni tal-NAP hija kompletament ibbilanċjata u ffinanzjata permezz ta’ linji baġitarji ddedikati mill-fondi nazzjonali/reġjonali. |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
B.12.3 |
Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-progress L-Istat Membru tiegħek għandu indikaturi jew miri nazzjonali biex ikejjel il-progress nazzjonali dwar l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) u/jew l-HAIs? Jekk jogħġbok, ipprovdi deskrizzjoni tal-indikaturi/miri jew iperlink għal fejn jistgħu jinstabu fit-taqsima tal-kummenti. |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
Le, la hemm indikaturi nazzjonali, u lanqas miri nazzjonali biex jitkejjel il-progress dwar l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) u/jew l-HAIs fil-pajjiż |
1 |
||||||||||
Hemm pjanijiet biex jiġu stabbiliti indikaturi nazzjonali u/jew miri nazzjonali, u dawn se jkunu stabbiliti fil-futur qrib |
2 |
||||||||||
Hemm indikaturi nazzjonali, simili għall-indikaturi disponibbli fuq livell globali (eż. Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u WHO, eċċ.), iżda mingħajr miri |
3 |
||||||||||
Iva, hemm indikaturi nazzjonali li jkopru l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) u/jew l-HAIs b’miri nazzjonali konkreti li għandhom jintlaħqu sa ċertu perjodu ta’ żmien, u l-progress jiġi rieżaminat regolarment iżda dan ma huwiex marbut mal-objettivi tal-NAP dwar l-AMR |
4 |
||||||||||
Iva, hemm indikaturi nazzjonali u miri nazzjonali li jkopru kemm l-AMR (inkluż il-konsum/l-użu antimikrobiku) kif ukoll l-HAIs, li huma marbuta mal-NAP dwar l-AMR, u l-progress jiġi rieżaminat regolarment |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
B.12.4 |
Sfidi ewlenin Bħalissa, x’inhuma l-akbar sfidi li l-Istat Membru tiegħek qed jiffaċċja fl-indirizzar tal-AMR? Jekk jogħġbok agħżel tliet sfidi, imbagħad ikklassifikahom minn 3 - l-aktar importanti sa 1 - l-inqas importanti): |
Mhux applikabbli |
|||||||||
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll fil-prattika ta’ rutina |
|
||||||||||
Limitazzjonijiet baġitarji |
|
||||||||||
L-iżgurar tal-koordinazzjoni tas-Saħħa Waħda fis-setturi differenti |
|
||||||||||
Nuqqas ta’ qafas legali jew qafas legali insuffiċjenti |
|
||||||||||
Nuqqas ta’ riżorsi umani |
|
||||||||||
Limitazzjonijiet tal-infrastruttura (eż. nuqqas ta’ kmamar singoli, bini qadim ta’ sptarijiet, eċċ.) |
|
||||||||||
Għarfien insuffiċjenti fost il-partijiet ikkonċernati bħall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, eż. tobba, infermiera, spiżjara, eċċ., dawk li jrabbu l-annimali u l-bdiewa u l-pubbliku ġenerali |
|
||||||||||
Aċċess limitat għal ċerti antimikrobiċi, eż. antibijotiċi bi spettru dejjaq u antimikrobiċi ġodda |
|
||||||||||
|
|||||||||||
B.12.5 |
Prevenzjoni ta’ organiżmi reżistenti għal ħafna mediċini (MDROs) ta’ prijorità Fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ organiżmu reżistenti għal ħafna mediċini, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt. Nota: Il-livelli ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-kliem tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (8), il-mistoqsija P4.3 li tirreferi għall-prevenzjoni ta’ organiżmu reżistenti għal ħafna mediċini. L-MDROs ikkunsidrati taħt dan l-indikatur huma elenkati hawn taħt, peress li jitqiesu kritiċi fil-livell tal-Unjoni. Jekk Stat Membru jqis li t-tweġibiet tiegħu ma jistgħux ikopru l-MDROs kollha, dan jista’ jiġi speċifikat fit-taqsima tal-kummenti ta’ hawn taħt. |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
Dawn l-MDROs (fenotipi u ġenotipi) ma ġewx identifikati bħala prijorità mill-awtoritajiet nazzjonali, u ma jiġux identifikati |
1 |
||||||||||
Teżisti strateġija nazzjonali jew gwida għall-konteniment tal-MDRO u tinkludi skrinjar tal-kolonizzazzjoni għall-MDROs ta’ prijorità (fenotipi u ġenotipi) li ġew identifikati mill-awtoritajiet nazzjonali. Xi faċilitajiet tas-saħħa jistgħu jidentifikaw MDROs ta’ prijorità abbażi ta’ data tal-laboratorju. |
2 |
||||||||||
Il-faċilitajiet tas-saħħa magħżula għandhom aċċess għall-konferma tal-fenotip tal-MDRO. Il-faċilitajiet jinnotifikaw il-livelli nazzjonali meta jinstabu MDROs ta’ prijorità |
3 |
||||||||||
Il-faċilitajiet tas-saħħa kollha għandhom aċċess għall-konferma tal-fenotip tal-MDRO. Il-faċilitajiet jinnotifikaw il-livelli nazzjonali meta l-MDROs ta’ prijorità jiġu identifikati fil-ħin. It-tweġibiet jiġu segwiti u appoġġati fil-livell nazzjonali |
4 |
||||||||||
Hija stabbilita sistema funzjonali biex tikkomunika u tintraċċa malajr l-individwazzjoni, il-konferma u n-notifika ta’ MDROs ġodda jew ta’ prijorità fl-isptarijiet u fil-livelli nazzjonali. L-isptarijiet kollha jistgħu jniedu attivitajiet ta’ rispons għall-MDROs ta’ prijorità fil-ħin. Il-faċilitajiet jikkomunikaw regolarment id-data rilevanti tal-MDRO lin-networks ta’ riferiment lokali biex jinfluwenzaw l-isforzi ta’ prevenzjoni/konteniment |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
B.12.6 |
MDROs ta’ prijorità fl-isptarijiet u t-trasferimenti transfruntieri tal-pazjenti Fir-rigward tal-attivitajiet nazzjonali relatati mal-iskrinjar tal-pazjenti għall-ġarr tal-MDRO mad-dħul fl-isptar, bħala mezz biex jitnaqqas it-tixrid tal-MDROs ta’ prijorità fost l-isptarijiet, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istati Membri tiegħek hawn taħt. Nota: L-MDROs ikkunsidrati taħt l-indikatur huma elenkati hawn taħt, peress li jitqiesu kritiċi fil-livell tal-Unjoni. Jekk Stat Membru jqis li t-tweġibiet tiegħu ma jistgħux ikopru l-MDROs kollha, dan jista’ jiġi speċifikat fit-taqsima tal-kummenti ta’ hawn taħt. |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
Ma hemm l-ebda proċedura u protokoll nazzjonali stabbilit għall-iskrinjar tal-pazjenti għall-ġarr tal-MDRO mad-dħul fl-isptar |
1 |
||||||||||
Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO biss għall-pazjenti li jiġu ttrasferiti direttament minn sptar f’pajjiż ieħor |
2 |
||||||||||
Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO biss għall-pazjenti li jkunu ġew ittrasferiti direttament minn sptar f’pajjiż ieħor jew li dan l-aħħar ikunu ddaħħlu l-isptar f’pajjiż ieħor |
3 |
||||||||||
Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO biss għall-pazjenti li jiġu ttrasferiti direttament minn sptar f’pajjiż ieħor jew li dan l-aħħar ikunu ddaħħlu l-isptar f’pajjiż ieħor, kif ukoll għall-pazjenti ammessi fi swali speċjali, bħal unitajiet tal-kura intensiva |
4 |
||||||||||
Hemm proċeduri u protokolli nazzjonali stabbiliti għall-iskrinjar għall-ġarr tal-MDRO għall-pazjenti kollha, mad-dħul fl-isptar |
5 |
||||||||||
Għandek rekwiżiti nazzjonali biex tikkomunika dwar l-istatus ta’ infezzjoni ta’ pazjent (jiġifieri informazzjoni dwar infezzjoni minn/ġarr ta’ mikroorganiżmu li jittieħed, b’mod partikolari MDROs ta’ prijorità, meta ssir referenza minn sptar wieħed (jew faċilità tal-kura tas-saħħa) għal ieħor? (iva/le/oħrajn)
|
|
||||||||||
B.12.7 |
Ġestjoni tal-antimikrobiċi/użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-kura primarja u sekondarja: Fir-rigward tal-aħjar użu ta’ mediċini antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt. Nota: il-livelli tal-indikaturi ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-formulazzjoni tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (9), il-mistoqsija P4.4 li tirreferi għall-aħjar użu ta’ mediċini antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
L-ebda politika u/jew regolamenti nazzjonali jew politika/regolamenti dgħajfa dwar l-użu, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-użu xierqa tal-antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem |
1 |
||||||||||
Huma żviluppati politika u regolamenti nazzjonali li jippromwovu attivitajiet xierqa ta’ użu antimikrobiku/ġestjoni antimikrobika għall-ambjenti tal-komunità u tal-kura tas-saħħa |
2 |
||||||||||
Huma disponibbli linji gwida għall-użu xieraq tal-antimikrobiċi u f’xi faċilitajiet tal-kura tas-saħħa huma stabbiliti programmi ta’ ġestjoni tal-antimikrobiċi. L-aktar klassifikazzjoni reċenti tad-WHO “Access, Watch and Reserve” (AWaRe) tal-antibijotiċi hija adottata fil-lista nazzjonali tal-mediċini essenzjali |
3 |
||||||||||
Il-linji gwida u l-prattiki li jippermettu l-użu xieraq tal-antimikrobiċi huma implimentati fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mal-pajjiż kollu. Programmi ta’ ġestjoni tal-AMR li jiffunzjonaw fil-faċilitajiet ewlenin kollha tal-kura tas-saħħa. Qed isir monitoraġġ tal-konsum tal-antibijotiċi u abbażi tal-aħħar klassifikazzjoni ta’ AWaRe tal-antibijotiċi |
4 |
||||||||||
Il-linji gwida dwar l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi huma implimentati għas-sindromi maġġuri kollha u d-data dwar l-użu tingħata lura b’mod sistematiku lil min jippreskrivi. Il-klassifikazzjoni ta’ AWaRe tal-antibijotiċi hija inkorporata fi strateġiji ta’ ġestjoni tal-antimikrobiċi. Qed isir monitoraġġ nazzjonali robust tal-konsum tal-antibijotiċi |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
B.12.8 |
Sorveljanza tal-AMR Fir-rigward tas-sorveljanza tal-AMR, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt. Nota: il-livelli tal-indikaturi ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-formulazzjoni tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (10), il-mistoqsija P4.2 li tirreferi għas-sorveljanza tal-AMR |
Indikatur 1-5 |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
L-ebda kapaċità jew kapaċità limitata għall-ġenerazzjoni, il-kollazzjoni u r-rapportar tad-data (l-ittestjar tas-suxxettibbiltà għall-antibijotiċi u d-data klinika u epidemjoloġika li takkumpanjah) |
1 |
||||||||||
Id-data dwar l-AMR tinġabar lokalment għal patoġeni komuni f’pazjenti fl-isptar u f’pazjenti komunitarji, iżda l-ġbir tad-data jista’ ma jużax approċċ standard u ma jkollux koordinazzjoni nazzjonali u/jew ġestjoni tal-kwalità |
2 |
||||||||||
Id-data dwar l-AMR tinġabar fil-livell nazzjonali għall-patoġeni komuni, iżda l-koordinazzjoni u l-istandardizzazzjoni nazzjonali huma nieqsa |
3 |
||||||||||
Hemm sistema nazzjonali standardizzata ta’ sorveljanza tal-AMR li tiġbor data dwar patoġeni komuni f’pazjenti fl-isptar u fil-komunità, b’network stabbilit ta’ siti ta’ sorveljanza, laboratorju nazzjonali ta’ referenza maħtur għall-AMR u ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni li jipproduċi rapporti dwar l-AMR |
4 |
||||||||||
Minbarra dan ta’ hawn fuq, id-data tas-sistema nazzjonali ta’ sorveljanza tal-AMR tiġi analizzata, interpretata u rrapportata flimkien mal-konsum tal-antimikrobiċi u/jew mad-data dwar l-użu għas-saħħa tal-bniedem, u tiġi ppruvata analiżi ta’ data simili fis-setturi kollha (is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-agrikoltura) |
5 |
||||||||||
|
|
Infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs)
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|
B.12.9 |
Sfidi ewlenin Bħalissa, x’inhuma l-akbar sfidi li qed jiffaċċja pajjiżek fl-indirizzar tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs)? Jekk jogħġbok agħżel tliet sfidi, imbagħad ikklassifikahom minn 3 - l-aktar importanti sa 1 - l-inqas importanti): |
Mhux applikabbli |
|
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll fil-prattika ta’ rutina |
|
||
Limitazzjonijiet baġitarji |
|
||
Nuqqas ta’ qafas legali jew qafas legali insuffiċjenti |
|
||
Nuqqas ta’ riżorsi umani |
|
||
Limitazzjonijiet tal-infrastruttura (eż. nuqqas ta’ kmamar singoli, bini qadim ta’ sptarijiet, eċċ.) |
|
||
Għarfien insuffiċjenti fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, eż. it-tobba, l-infermiera, l-ispiżeriji, eċċ. u l-pubbliku ġenerali |
|
||
Aċċess limitat għal ċerti antimikrobiċi, eż. antibijotiċi bi spettru dejjaq u antimikrobiċi ġodda |
|
||
|
|||
B.12.10 |
Sorveljanza tal-HAI Fir-rigward tas-sorveljanza tal-HAI, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek hawn taħt. Nota: il-livelli tal-indikaturi ta’ hawn taħt ġew adattati abbażi tal-formulazzjoni tal-Evalwazzjoni Esterna Konġunta (JEE) (11), il-mistoqsija R4.2 li tirreferi għas-sorveljanza tal-HAI |
Indikatur 1-5 |
|
|
Livell |
||
L-ebda programm nazzjonali ta’ sorveljanza tal-HAI jew pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI, inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat ma huwa disponibbli jew qed jiġi żviluppat |
1 |
||
Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli iżda mhux implimentat |
2 |
||
Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli u implimentat permezz ta’ programm u sistema nazzjonali għall-ġbir, l-analiżi u r-rispons tad-data. Faċilitajiet tal-kura tas-saħħa sekondarja u terzjarja magħżula qed iwettqu sorveljanza tal-HAI (kif speċifikat hawn fuq) u jipprovdu rispons f’waqtu u regolari lill-maniġment superjuri u lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa |
3 |
||
Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli u implimentat mal-pajjiż kollu fil-faċilitajiet kollha tal-kura tas-saħħa sekondarja u terzjarja permezz ta’ sistema nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO dwar il-komponenti ewlenin tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Infezzjonijiet (IPC). Huma disponibbli rapporti regolari biex jipprovdu rispons |
4 |
||
Pjan strateġiku nazzjonali għas-sorveljanza tal-HAI (inklużi patoġeni li huma reżistenti għall-antimikrobiċi u/jew suxxettibbli għal tifqigħat) huwa disponibbli u implimentat mal-pajjiż kollu fil-faċilitajiet kollha tal-kura tas-saħħa sekondarja u terzjarja permezz ta’ programm u sistema nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO dwar il-komponenti ewlenin tal-IPC. Id-data hija kondiviża u qed tintuża kontinwament u fil-ħin biex jiġu infurmati l-isforzi ta’ prevenzjoni. Il-kwalità u l-impatt tas-sistema jiġu evalwati regolarment, u jittieħdu azzjonijiet ta’ titjib kif xieraq |
5 |
||
|
13. Funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ fil-livell tal-Unjoni
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||
B.13.1 |
L-istrumenti legali tal-Istat Membru tiegħek għar-rispons għas-saħħa f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika jinkorporaw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fl-interfaċċa nazzjonali-tal-Unjoni matul emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.13.2 |
Matul emerġenza tas-saħħa, ir-rappreżentant tal-HSC tal-Istat Membru tiegħek huwa inkorporat fi strutturi ta’ koordinazzjoni fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari biex jappoġġa l-fluss ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru tiegħek u l-HSC? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.13.3 |
Iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet ta’ Emerġenza tas-Saħħa Pubblika jew l-IMS tal-Istat Membru tiegħek huwa interoperabbli mal-modulu tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija u ta’ Rispons għall-ġestjoni tal-inċidenti u/jew tal-kriżijiet? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.13.4 |
Matul l-aħħar 3 snin, l-Istat Membru tiegħek inkorpora jew qies opinjonijiet u gwida mill-HSC għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa? (iva/le/oħrajn/parzjali)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.13.5 |
Matul l-aħħar 3 snin, l-Istat Membru tiegħek inkorpora jew ikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar miżuri temporanji komuni tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn/parzjali)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.13.6 |
Matul l-aħħar 3 snin, l-Istat Membru tiegħek inkorpora jew inkluda fir-rakkomandazzjonijiet mill-ECDC dwar ir-rispons għat-theddid għas-saħħa? (iva/le/oħrajn/parzjali)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.13.7 |
Jekk jogħġbok indika jekk ir-rwoli, il-funzjonijiet u l-istrumenti ta’ appoġġ li ġejjin tal-Kummissjoni u l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni humiex ikkunsidrati fil-proċess ta’ ppjanar tat-tħejjija u tar-rispons tal-Istat Membru tiegħek: |
Mhux applikabbli |
|||||||||
|
iva/le |
||||||||||
Appoġġ għall-Evakwazzjoni Medika permezz tal-EWRS |
|
||||||||||
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-appoġġ konsulari u ta’ ripatrijazzjoni |
|
||||||||||
Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO) u l-kapaċitajiet ta’ appoġġ tiegħu, inklużi dawk fir-riżerva ta’ ResEU kif ukoll il-Proġetti ta’ Prevenzjoni u ta’ Tħejjija tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (eż. sejħiet għall-offerti u għotjiet għall-iżvilupp ta’ proġetti tas-saħħa transfruntieri) |
|
||||||||||
Id-Direttorat Ġenerali għall-Emerġenza tas-Saħħa u r-Rispons għall-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp, il-manifattura, il-produzzjoni, il-kumulazzjoni u l-użu ta’ kontromiżuri mediċi (DĠ HERA) |
|
||||||||||
Uffiċċju ta’ Emerġenza tad-DĠ HERA |
|
||||||||||
Strumenti għall-mobilizzazzjoni tal-finanzjament tal-UE għal riċerka rapida |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju tal-ECDC |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) |
|
||||||||||
Valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa f’kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) fejn it-theddida tkun ġejja minn attività terroristika jew kriminali |
|
||||||||||
Rapporti tekniċi u gwida tal-ECDC |
|
||||||||||
Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali |
|
||||||||||
L-appoġġ ad hoc tal-ECDC fit-tħejjija u fir-rispons għat-tifqigħat (eż. It-Task Force tal-UE dwar is-Saħħa) |
|
||||||||||
Laboratorji ta’ referenza tal-UE |
|
||||||||||
Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika: |
|
||||||||||
|
|||||||||||
B.13.8 |
|
Mhux applikabbli |
14. L-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjonijiet biex tiġi infurmata u aċċellerata t-tħejjija f’każ ta’ emerġenza
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||||||
B.14.1 |
Fir-rigward tar-rwol tar-riċerka fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew f’dokument(i) ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 jew N/A |
|||||||||
|
Livell |
||||||||||
L-Istat Membru ma jistax iwieġeb għall-mistoqsija peress li l-Istat Membru ma għandux pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti |
Mhux applikabbli |
||||||||||
Hemm pjan ta’ tħejjija u rispons jew dokument(i) ekwivalenti stabbilit, iżda ma jinkludix strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza |
1 |
||||||||||
Hemm pjan ta’ tħejjija u ta’ reazzjoni jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi(u) strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, iżda ma ġie allokat l-ebda finanzjament għat-twettiq tar-riċerka matul emerġenzi tas-saħħa |
2 |
||||||||||
Hemm pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi/jinkludu strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, u l-finanzjament ġie allokat għat-twettiq tar-riċerka matul emerġenzi tas-saħħa |
3 |
||||||||||
Huwa stabbilit pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi/jinkludu strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, il-fondi ġew imwarrba għat-twettiq tar-riċerka matul emerġenzi tas-saħħa u hemm stabbilit proċess għall-mobilizzazzjoni rapida tagħhom |
4 |
||||||||||
Huwa stabbilit pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti li jinkludi strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ emerġenza, il-fondi ġew imwarrba għal emerġenzi tas-saħħa, ġie stabbilit proċess għall-mobilizzazzjoni rapida tagħhom u l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ġew imsaħħa |
5 |
||||||||||
|
|||||||||||
B.14.2 |
L-Istat Membru tiegħek huwa parti minn network i) nazzjonali, ii) tal-Unjoni kollha jew iii) internazzjonali ta’ siti jew koorti ta’ provi kliniċi li jippromwovi l-parteċipazzjoni fi provi fuq skala kbira li għandhom aktar ċans li jiksbu riżultati sinifikattivi fi żmien limitat? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
|
|
Nazzjonali |
Tal-Unjoni kollha |
Internazzjonali |
|
||||||
|
Siti tal-Provi Kliniċi |
|
|
|
|
||||||
|
Network internazzjonali ta’ koorti |
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|||||||||
B.14.3 |
L-Istat Membru tiegħek għandu proċessi stabbiliti għall-istabbiliment ta’ protokolli armonizzati u għall-ġbir tad-data f’dawn in-networks? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.14.4 |
L-Istat Membru tiegħek għandu stabbiliti proċeduri għall-akkreditazzjoni rapida tas-siti u għall-ħeffa fil-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-provi kliniċi kkoordinati (bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-kumitati tal-etika) f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika? (iva/le/oħrajn)
|
Mhux applikabbli |
|||||||||
B.14.5 |
Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek għandux approċċ għar-riċerka operattiva (eż. fl-azzjoni) li jinkludi: |
Mhux applikabbli |
|||||||||
|
|
Iva |
Le |
|
|||||||
|
It-tħejjija għar-riċerka, inklużi protokolli, sħubijiet, rwoli, u responsabbiltajiet imfassla minn qabel fi stadju qabel emerġenza tas-saħħa |
|
|
|
|||||||
|
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, l-istrumenti operazzjonali stabbiliti sabiex ir-riżorsi meħtieġa jkunu disponibbli b’mezzi għal finanzjament rapidu |
|
|
|
|||||||
|
F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, l-istrumenti operazzjonali stabbiliti għall-approvazzjoni rapida tal-etika u għall-kondiviżjoni tad-data |
|
|
|
|||||||
|
|
|
15. Elementi ta’ rkupru
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|
B.15.1 |
Fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru tal-Istat Membru tiegħek jew tat-taqsima tal-irkupru fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ reazzjoni għall-prevenzjoni tiegħek jew dokument(i) ekwivalenti, jekk jogħġbok indika l-livell tal-Istat Membru tiegħek: |
Indikatur 1-5 |
|
|
Livell |
||
L-ebda pjan ta’ rkupru jew taqsima ta’ rkupru fil-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons jew dokument(i) ekwivalenti disponibbli |
1 |
||
Pjan ta’ rkupru jew taqsima disponibbli |
2 |
||
Il-pjan jew it-taqsima ta’ rkupru jinkludu proċess ta’ ġbir ta’ tagħlimiet bl-użu ta’ Rieżamijiet ta’ Wara l-Azzjonijiet (AARs) jew Rieżamijiet ta’ Waqt l-Azzjonijiet (IARs), jew jorbtu magħhom, u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prattika permezz ta’ pjan ta’ azzjoni |
3 |
||
Il-pjan jew it-taqsima ta’ rkupru jinkludu proċess ta’ ġbir ta’ tagħlimiet bl-użu ta’ AARs jew IARs, jew jorbtu magħhom, u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prattika taħt qafas ġenerali bħall-Ippjanar ta’ Azzjoni Nazzjonali għas-Sigurtà tas-Saħħa (NAPHS) jew ekwivalenti. Dan il-proċess jiġi implimentat u mmonitorjat regolarment fil-livell nazzjonali |
4 |
||
L-irkupru jinkludi proċess ta’ ġbir ta’ tagħlimiet bl-użu ta’ AARs jew IARs, jew jorbot miegħu, u l-inkorporazzjoni fil-prattika permezz ta’ NAPHS jew ekwivalenti. Dan il-proċess jiġi implimentat u mmonitorjat regolarment fil-livell nazzjonali u reġjonali (subnazzjonali) |
5 |
||
|
16. Azzjonijiet meħuda biex jittejbu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons
|
Mistoqsija |
Indikatur |
|||||
B.16.1 |
Jekk jogħġbok tella’ r-Rapport Annwali l-aktar reċenti tal-Partit tal-Istat IHR li l-Istati Membru tiegħek issottometta mill-Punt Fokali Nazzjonali tal-IHR lid-WHO f’format pdf |
Indikaturi IHR |
|||||
B.16.2 |
Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru tiegħek użax xi wieħed mill-mekkaniżmi komplementari li ġejjin biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet u l-prevenzjoni, it-tħejjija, u l-ippjanar tar-rispons tal-RIS f’dawn l-aħħar 3 snin: Immarka fejn xieraq: |
Mhux applikabbli |
|||||
|
Tlestew fl-aħħar 3 snin? (Iva/Le) (Jekk ippubblikat, jekk jogħġbok ipprovdi link) |
||||||
Evalwazzjoni Esterna Konġunta |
|
||||||
Rieżamijiet waqt l-azzjoni |
|
||||||
Rieżamijiet wara l-azzjoni |
|
||||||
SimEx |
|
||||||
Valutazzjoni Konġunta u Detezzjoni ta’ Avvenimenti |
|
||||||
Oħrajn: jekk jogħġbok speċifika |
|
||||||
|
|||||||
B.16.3 |
Jekk jogħġbok indika l-livell korrispondenti tal-Istat Membru tiegħek fir-rigward tal-NAPHS proposta mid-WHO jew sistema ekwivalenti: |
Indikatur 1-5 |
|||||
|
livell |
||||||
L-NAPHS jew sistema ekwivalenti ma hijiex żviluppata jew qed tiġi żviluppata |
1 |
||||||
L-NAPHS jew sistema ekwivalenti hija żviluppata iżda għadha ma hijiex allinjata mal-approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-saħħa waħda għall-perikli kollha |
2 |
||||||
L-NAPHS jew sistema ekwivalenti hija żviluppata u allinjata mal-approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-saħħa waħda għall-perikli kollha inklużi rwoli, responsabbiltajiet u mekkaniżmu kollaborattiv definiti |
3 |
||||||
L-NAPHS jew sistema ekwivalenti hija żviluppata u allinjata mal-approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-saħħa waħda għall-perikli kollha inklużi rwoli, responsabbiltajiet u mekkaniżmu kollaborattiv definiti. Barra minn hekk, ġew ikkalkulati l-ispejjeż għall-Ippjanar tal-Azzjoni Nazzjonali għas-Sigurtà tas-Saħħa jew sistema ekwivalenti |
4 |
||||||
Skont il-livell 4 u, barra minn hekk, qed tiġi implimentata mill-inqas attività waħda ppjanata |
5 |
||||||
|
C. OĦRA
C.1 |
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-ideat tiegħek dwar liema azzjonijiet ulterjuri tista’ tieħu l-Kummissjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-rispons, u l-ippjanar tal-irkupru għal theddid transfruntier serju għas-saħħa: |
C.2 |
Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe kumment jew kjarifika fir-rigward tal-mistoqsijiet ta’ hawn fuq u, jekk jitqies meħtieġ, elenka kwalunkwe attività rilevanti li pajjiżek wettaq jew ipprovda informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għas-suġġett ta’ dan il-kwestjonarju: |
(1) Hawnhekk, f’din il-mistoqsija, organizzazzjoni tirreferi għal grupp b’mandat uffiċjali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ emerġenza
(2) L-awtomatizzazzjoni tirreferi għall-proċess ta’ sorveljanza inkorporat fis-sistema tal-forniment tal-kura tas-saħħa b’estrazzjoni u kondiviżjoni awtomatiċi ta’ informazzjoni rilevanti, jew tip ieħor ta’ awtomatizzazzjoni li jnaqqas id-dipendenza mir-riżorsi umani.
(3) Hawnhekk dan jirreferi għall-koordinazzjoni bejn setturi bħas-sigurtà, il-ġustizzja, id-difiża u l-protezzjoni ċivili li tippermetti mekkaniżmu speċifiku għat-tħejjija u r-rispons għal rilaxx intenzjonat.
(4) Stokk ta’ farmaċewtiċi u tagħmir mediku miżmuma mill-Istati Membri biex isalvaw il-ħajjiet fi kriżi.
(5) Bħal pjan ta’ rispons u operazzjonali tal-isptar
(6) Dan jista’ jinkludi s-setturi tas-saħħa, tal-protezzjoni ċivili u tal-kontroll tal-fruntieri għall-implimentazzjoni, jekk ikun meħtieġ, ta’ miżuri ddedikati bħall-kwarantina, l-iskrinjar, l-NPIs, eċċ.
(7) https://www.who.int/publications/m/item/tripartite-amr-country-self-assessment-survey---tracss-(6.0)-2022
(8) Joint External Evaluation tool developed by the World Health Organization, it-tielet edizzjoni 2022
(9) Ibid
(10) Ibid
(11) Ibid