This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0240
2014/240/EU: Council Decision of 14 April 2014 concerning the extension of the Agreement for scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of the United States of America
2014/240/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
2014/240/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta' April 2014
li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
(2014/240/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 98/591/KE (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (“il-Ftehim”). |
(2) |
L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula li l-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin u li jista' jiġi estiz, b'emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE (2), il-Ftehim ġie estiż għal perjodu ieħor ta' ħames snin. |
(4) |
Il-Partijiet għall-Ftehim jikkunsidraw li l-estensjoni rapida tal-Ftehim tkun fl-interess reċiproku tagħhom. |
(5) |
Il-kontenut tal-Ftehim estiż għandu jkun identiku għall-kontenut tal-Ftehim li jiskadi fl-14 ta' Ottubru 2013. |
(6) |
L-estensjoni tal-Ftehim għandha għalhekk tkun approvata f'isem l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estensjoni, għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin, tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex jiġi estiż il-Ftehim taħt il-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:
“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita kull dritt u tassumi kull obbligu tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, kull referenza għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandha tinqara, fejn ikun il-każ, bħala referenza għall-‘Unjoni Ewropea’.”.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TSAFTARIS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta' ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35; Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 11, Vol 29, p. 280).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta' Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).