This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0160
Council Regulation (EC) No 160/2009 of 23 February 2009 amending the Conditions of Employment of Other Servants of the European Communities
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 tat- 23 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 tat- 23 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU L 55, 27.2.2009, p. 1–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
27.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 160/2009
tat-23 ta’ Frar 2009
li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, imressqa wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,
Billi:
(1) |
Konformement mal-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2), il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-persunal personali li huma jistgħu jagħżlu b’mod ħieles. |
(2) |
Bħalissa, il-Membri tal-Parlament Ewropew jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament b'kuntratti li huma suġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li jirkupraw l-ispejjeż li jagħmlu mill-Parlament Ewropew, suġġett għal ammont massimu fiss. |
(3) |
Fid-9 ta' Lulju 2008 l-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta miżuri implimentattivi tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew; taħt l-Artikolu 34 ta' dawk il-miżuri implimentattivi, il-Membri għandhom jużaw:
|
(4) |
B′kuntrast mal-assistenti lokali, l-assistenti parlamentari akkreditati huma, bħala regola ġenerali, espatrijati. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett mal-ħidma ta' wieħed jew aktar mill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew. |
(5) |
Għal dawn ir-raġunijiet u bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza u ċ-ċertezza legali permezz ta' regoli komuni, huwa adatt li jkun previst li l-assistenti parlamentari akkreditati jiġu impjegati permezz ta' kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. Madankollu, l-assistenti lokali, inklużi dawk li jaħdmu għall-Membri eletti f'xi wieħed mill-Istati Membri fejn jinsab wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew, għandhom ikomplu jiġu impjegati, konformement mal-miżuri implimentattivi tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, mill-Membri tal-Parlament Ewropew b'kuntratti konklużi taħt il-liġi nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru fejn jiġu eletti. |
(6) |
Għalhekk, huwa adatt li l-assistenti parlamentari akkreditati jkunu suġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3), b’mod li jittieħed kont taċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom, tal-kompiti partikolari li jintalbu jwettqu u d-dmirijiet u l-obbligi speċifiċi li jridu jissodisfaw vis-à-vis il-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom jissejħu biex jaħdmu. |
(7) |
L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' persunal ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, minn hawn ′il quddiem imsejħa “r-Regolamenti tal-Persunal”, liema Artikolu jipprevedi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju, u l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tiġi interpretata bħala li qed tagħti lill-assistenti parlamentari akkreditati aċċess privileġġat jew dirett għall-postijiet ta' uffiċjali jew kategoriji oħra ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew għall-kompetizzjonijiet interni għal dawn il-postijiet. |
(8) |
Bħalma huwa l-każ għall-persunal kuntrattwali, l-Artikoli 27 sa 34 tar-Regolamenti tal-Persunal ma japplikawx għall-assistenti parlamentari akkreditati. |
(9) |
Għalhekk, huwa meħtieġ li l-assistenti parlamentari akkreditati jikkostitwixxu kategorija ta’ persunal ieħor li tkun speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li huma jipprovdu, taħt id-direzzjoni u l-awtorità ta' wieħed jew diversi mill-Membri tal-Parlament Ewropew u f'relazzjoni ta' fiduċja reċiproka, assistenza diretta għal dak il-Membru jew dawk il-Membri fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew. |
(10) |
Konsegwentement huwa meħtieġ li l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej jiġu emendati sabiex jinkorporaw din il-kategorija ġdida ta' persunal ieħor, waqt li jittieħed kont, min-naħa waħda tan-natura speċifika tad-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, li huma maħsuba biex jippermettulhom li jipprovdu assistenza diretta lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew, taħt id-direzzjoni u l-awtorità tagħhom, u min-naħa l-oħra, tar-relazzjoni kuntrattwali bejn dawk l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Parlament Ewropew. |
(11) |
Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej japplikaw għall-assistenti parlamentari akkreditati, b'mod dirett jew b'analoġija, huwa meħtieġ li jitqiesu dawn il-fatturi, waqt li tingħata attenzjoni stretta, b'mod partikolari, għall-fiduċja reċiproka li trid tikkaratterizza r-relazzjoni professjonali bejn l-assistenti msemmija u l-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu. |
(12) |
Fid-dawl tan-natura tad-dmirijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, huwa meħtieġ li tkun prevista kategorija waħda biss ta' assistenti parlamentari akkreditati, iżda li tkun imqassma fi gradi, li tali assistenti jiġu assenjati għalihom abbażi tal-indikazzjoni mogħtija mill-Membri kkonċernati konformement mal-miżuri implimentattivi adottati b'deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew. |
(13) |
Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari akkreditati konklużi bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom ikunu bbażati fuq il-fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari akkreditat u l-Membru jew Membri li jassisti. It-tul ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun marbut direttament mat-tul tal-mandat tal-Membri kkonċernati. |
(14) |
L-assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikollhom rappreżentanza statutorja 'l barra mis-sistema li tapplika għall-uffiċjali u persunal ieħor tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom iservu bħala interlokuturi f'isimhom vis-à-vis l-awtoritajiet kompetenti tal-Parlament Ewropew, waqt li jittieħed kont tal-fatt li għandha tkun stabbilita rabta formali bejn ir-rappreżentanza statutorja tal-Persunal u r-rappreżentanza awtonoma tal-assistenti. |
(15) |
Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ din il-kategorija ġdida ta’ persunal. |
(16) |
Il-miżuri implimentattivi stabbiliti b'deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew għandhom jinkludu aktar regoli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, ibbażati fuq il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda kif imniżżel fit-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4). |
(17) |
Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ġodda għandu jikkoinċidi mad-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma b'dan emendati kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-taqsima tal-Parlament Ewropew tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u destinati biex ikopru l-assistenza parlamentari, li t-totali annwali tagħhom ser ikunu determinati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, ikopru l-ispejjeż kollha direttament marbutin mal-assistenti tal-Membri, kemm jekk ikunu assistenti parlamentari akkreditati kif ukoll jekk ikunu assistenti lokali.
Artikolu 3
Il-Parlament Ewropew għandu, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, jippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex jeżamina l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari.
Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tagħmel kwalunkwe proposta li jidhrilha li tkun adatta f'dan is-sens.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-leġislatura tal-Parlament Ewropew li tibda fl-2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) Opinjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
ANNESS
Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma b'dan emendati kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, l-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara “— konsulenti speċjali,”:
|
(2) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 5: “Artikolu 5a Għall-finijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-‘assistenti parlamentari akkreditati’ tfisser il-persuni magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati b'kuntratt dirett mal-Parlament Ewropew biex jipprovdu assistenza diretta, fil-bini tal-Parlament Ewropew f′wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu, lill-Membru jew Membri fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew, taħt id-direzzjoni u l-awtorità tagħhom u f′relazzjoni ta' fiduċja reċiproka konformement mal-libertà tal-għażla prevista fl-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (*). |
(3) |
it-Titoli VII u VIII bl-Artikoli 125 sa 127 jsiru Titoli VIII u IX bl-Artikoli 140 sa 142. Għandu jiddaħħal Titolu VII ġdid: “TITOLU VII ASSISTENTI PARLAMENTARI KAPITOLU 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali Artikolu 125 1. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta miżuri implimentattivi permezz ta' deċiżjoni interna għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan it-Titolu. 2. L-assistenti parlamentari akkreditati ma għandhomx jiġu assenjati għal xi kariga inkluża fil-lista ta' karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew. Ir-remunerazzjoni tagħhom għandha tiġi finanzjata taħt l-intestatura tal-baġit adatta u għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet allokati għat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew. Artikolu 126 1. L-assistent parlamentari akkreditat għandu jiġi kklassifikat fil-grad abbażi tal-indikazzjoni mogħtija mill-Membru jew Membri li huwa ser jassisti, konformement mal-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1). Għall-klassifikazzjoni tagħhom fil-gradi 14 sa 19 previsti fl-Artikolu 133, l-assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikunu meħtieġa, bħala minimu, li jkollhom lawrja universitarja jew esperjenza professjonali ekwivalenti. 2. L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-miżuri ta’ natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b’analoġija, sakemm miżuri bħal dawn ikunu kompatibbli man-natura partikolari tal-kompiti u r-responsabbiltajiet li jridu jwettqu l-assistenti parlamentari akkreditati. B′deroga mill-Artikolu 7, l-arranġamenti li jirrigwardaw ir-rappreżentanza awtonoma tal-assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikunu stabbiliti fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1), b′kont meħud li għandha tiġi stabbilita rabta formali bejn ir-rappreżentanza statutorja tal-persunal u r-rappreżentanza awtonoma tal-assistenti. KAPITOLU 2 Drittijiet u obbligi Artikolu 127 L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b’analoġija. Waqt li tingħata attenzjoni stretta, b'mod partikolari, lin-natura speċifika tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati u lill-fiduċja reċiproka li trid tikkaratterizza r-relazzjoni professjonali bejnhom u l-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu, il-miżuri implimentattivi dwar dan il-qasam adottati taħt l-Artikolu 125(1) għandhom jieħdu kont tan-natura speċifika tar-relazzjoni professjonali bejn il-Membri u l-assistenti parlamentari akkreditati tagħhom. KAPITOLU 3 Kondizzjonijiet tal-impjieg Artikolu 128 1. L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija, b′kont meħud tar-relazzjoni ta' fiduċja reċiproka bejn il-Membru tal-Parlament Ewropew u l-assistent akkreditat jew assistenti akkreditati tiegħu, waqt li jkun mifhum li l-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom għal assistenti parlamentari akkreditati anke fuq l-affinità politika. 2. Assistent parlamentari akkreditat għandu jintgħażel mill-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li huwa ser jassisti. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jiġu stipulati fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1), l-assistent jista’ jiġi impjegat biss bil-kondizzjoni li:
Artikolu 129 1. L-assistent parlamentari akkreditat għandu jipprovdi evidenza li huwa fiżikament f′saħħtu lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew sabiex il-Parlament Ewropew jista’ jkun sodisfatt li huwa jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d). 2. F’każ li tingħata opinjoni medika negattiva b'riżultat tal-eżami mediku previst fl-ewwel paragrafu, il-kandidat jista’, fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun ġie notifikat mill-istituzzjoni dwar din l-opinjoni, jitlob li l-każ tiegħu jiġi sottomess għall-opinjoni tal-kumitat mediku magħmul minn tliet tobba magħżula mill-awtorità prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 minn fost l-uffiċjali mediċi tal-istituzzjonijiet. Il-kumitat mediku għandu jisma’ lill-uffiċjal mediku responsabbli mill-opinjoni negattiva inizjali. Il-kandidat jista’ jirriferi l-opinjoni ta’ tabib tal-għażla tiegħu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet tal-eżami mediku previst fl-ewwel paragrafu, il-kandidat għandu jħallas 50 % tal-kontijiet u tal-ispejjeż inċidentali. Artikolu 130 1. Il-kuntratti ta' assistenti parlamentari akkreditati għandhom ikunu konklużi għal perijodu fiss u għandhom jispeċifikaw il-grad li fih huwa klassifikat l-assistent. Kuntratt ma għandux jiġi estiż aktar minn darbtejn matul leġiżlatura parlamentari. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-kuntratt inniffsu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 139(1)(c), il-kuntratt għandu jintemm fl-aħħar tal-leġiżlatura parlamentari li matulha jkun ġie konkluż. 2. Il-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1) għandhom jistabbilixxu qafas trasparenti għall-klassifikazzjoni, waqt li jitqies l-Artikolu 128(2)(f). 3. F′każ li assistent parlamentari akkreditat jikkonkludi kuntratt ġdid, għandha tittieħed deċiżjoni ġdida dwar il-klassifikazzjoni tal-grad tiegħu. KAPITOLU 4 Kondizzjonijiet tax-xogħol Artikolu 131 1. L-assistenti parlamentari akkreditati għandhom jiġu mpjegati sabiex iwettqu dmirijiet fuq bażi part-time jew full-time. 2. Is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa ta' assistent parlamentari akkreditat għandhom jiġu stipulati mill-Membru, iżda f′ċirkostanzi normali dawn m'għandhomx ikunu ta' aktar minn 42 siegħa fil-ġimgħa. 3. L-assistenti parlamentari akkreditati m’għandhomx jintalbu jaħdmu sigħat żejda ħlief f’każ ta’ emerġenza jew ta’ ammont ta’ xogħol eċċezzjonali. L-Artikolu 56, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b’analoġija. Il-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistabbilixxu regoli f′dan ir-rigward. 4. Madankollu, is-sigħat żejda maħduma mill-assistenti parlamentari akkreditati ma jinkludux id-dritt ta' kumpens jew remunerazzjoni. 5. L-Artikoli 42a, 42b, 55a, u 57 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal (leave, ħinijiet tax-xogħol u festi pubbliċi) u l-Artikoli 16(2) sa (4) u l-Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg attwali għandhom japplikaw b’analoġija. Leave speċjali, leave tal-ġenituri u leave tal-familja m'għandux jestendi lil hinn mit-terminu tal-kuntratt. KAPITOLU 5 Remunerazzjoni u spejjeż Artikolu 132 Ħlief jekk previst mod ieħor fl-Artikoli 133 u 134, l-Artikolu 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg u l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal (remunerazzjoni u spejjeż) għandhom japplikaw b’analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1). Artikolu 133 L-iskala tas-salarji bażiċi għandha tkun kif previst fit-tabella li ġejja:
Artikolu 134 B′deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m’għandux ikun inqas minn EUR 350. KAPITOLU 6 Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali Artikolu 135 Ħlief jekk previst mod ieħor fl-Artikolu 136, l-Artikoli 95 sa 115 (sigurtà soċjali) għandhom japplikaw b’analoġija. Artikolu 136 1. B′deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dak l-Artikolu, l-ammonti kkalkulati taħt din id-dispożizzjoni m’għandhomx ikunu inqas minn EUR 850 u lanqas ma jaqbżu EUR 2 000. 2. B′deroga mill-Artikoli 77 u 80 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 101 u 105 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg attwali, l-ammonti minimi użati għall-kalkolu tal-pensjonijiet u l-benefiċċju ta’ invalidità għandhom jikkorrispondu mas-salarju bażiku ta’ assistent parlamentari akkreditat fil-grad 1. 3. L-Artikolu 122 għandu japplika biss għal kuntratti konklużi għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena. KAPITOLU 7 Rimbors ta’ ħlas mhux dovut Artikolu 137 Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw, b'analoġija, għar-rimbors ta’ ħlas mhux dovut. KAPITOLU 8 Appelli Artikolu 138 Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b’analoġija. Il-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistabbilixxu regoli komplementari dwar il-proċeduri interni. KAPITOLU 9 Tmiem tal-impjieg Artikolu 139 1. Indipendentement mit-tmiem tal-impjieg minħabba mewt, l-impjieg ta’ assistent parlamentari akkreditat għandu jintemm:
2. Meta l-kuntratt jintemm taħt il-paragrafu 1(c), l-assistent parlamentari akkreditat għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perijodu bejn id-data meta jintemmu d-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt tiegħu, suġġett madankollu għal massimu ta’ tliet xhur tas-salarju bażiku. 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta’ assistent parlamentari akkreditat jista' jintemm mingħajr notifika minn qabel f’każ ta’ nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi tiegħu, kemm jekk intenzjonalment kif ukoll minħabba negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, wara li l-persuna kkonċernata jkun kellha l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċedura dixxiplinarja fil-miżuri implimentattivi previsti fl-Artikolu 125(1). 4. Il-perijodi ta' impjieg bħala assistent parlamentari akkreditat ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu ‘snin ta' servizz’ għall-finijiet tal-Artikolu 29(3) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal.”; |
(4) |
fl-Artikolu 126, il-frażi “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 142”. |