This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2006:161:FULL
Official Journal of the European Union, L 161, 14 June 2006
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 161, 14 ta' Ġunju 2006
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 161, 14 ta' Ġunju 2006
ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 49 |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 161. |
|
(3) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
14.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 842/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Mejju 2006
dwar ċerti gassijiet serra flworinati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 95 tiegħu b-konnessjoni ma' l-Artikoli 7, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Fil-waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ta l-14 ta' Marzu 2006.
Billi:
(1) |
Is-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali (3) jidentifika l-bidla fil-klima bħala prijorità għall-azzjoni. Dak il-Programm jirrikonoxxi li l-Komunità impenjat ruħha li tikseb tnaqqis ta' 8 % f'emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati fil-perjodu bejn l-2008 u l-2012 meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990, u li, fuq perjodu iżjed fit-tul, sejjer jinħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra flworinati b'madwar 70 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990. |
(2) |
L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, li kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjonijiet tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (4), huwa li l-konċentrazzjonijiet ta' gass serra fl-atmosfera jiġu stabbilizzati għal livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u t-twettiq konġunt ta' l-obbligi tiegħu (5) tikkommetti lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha li jnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi totali tagħhom ta' gassijiet serra elenkati fl-Anness A mal-Protokoll ta' Kyoto bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990 fil-perjodu mill-2008 sa l-2012. |
(4) |
Ħafna gassijiet serra flworinati kkontrollati skond il-Protokoll ta' Kyoto u dan ir-Regolament għandhom potenzjal ta' tisħin globali. |
(5) |
Għandu jsir provvediment għall-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (6), għad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (7), għad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (8) u għad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (9). |
(6) |
L-għan primarju ta' dan ir-Regolament huwa li jiġu mnaqqsa l-emissjonijiet tal-gassijiet serra flworinati koperti mill-Protokoll ta' Kyoto u b'hekk jiġi protett l-ambjent. Il-bażi legali għandha tkun l-Artikolu 175(1) tat-Trattat. |
(7) |
Madankollu, huwa kunsiljabbli li jittieħdu miżuri fuq il-livell Komunitarju abbażi ta' l-Artikolu 95 tat-Trattat sabiex jiġu armonizzati r-rekwiżiti dwar l-użu ta' gassijiet serra flworinati u t-tqegħid fis-suq u t-tikkettar ta' prodotti u tagħmir li jikkontjenu gassijiet serra flworinati. Ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u fuq l-użu fir-rigward ta' ċerti applikazzjonijiet ta' gassijiet serra flworinati huma kunsidrati kunsiljabbli meta jkunu disponibbli alternattivi vijabbli u meta ma jkunx possibbli t-titjib fit-trażżin u fl-irkupru. Għandu jittieħed kont ukoll ta' l-inizjattivi volontarji minn xi setturi industrijali, kif ukoll tal-fatt li l-iżvilupp ta' alternattivi għadu sejjer. |
(8) |
L-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament għandhom jistimolaw l-innovazzjoni teknoloġika billi jkunu mħeġġa l-iżviluppi kontinwi ta' teknoloġiji alternattivi u t-tranżizzjoni għal teknoloġiji eżistenti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-vjaġġi transkonfinali ta' gassijiet serra flworinati inkuprati sabiex jinqerdu jew jinġabru fil-Komunità skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) dwar vjeġġi ta' skart. |
(10) |
It-tqegħid fis-suq ta' prodotti u tagħmir li jikkontjenu gassijiet serra flworinati kif elenkati fl-Anness II huwa dannuż għall-għanijiet u l-impenji tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-bidla fil-klima u jeħtieġ għalhekk li jiġi ristrett it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti u tagħmir fir-rigward tal-Komunità. Dan jista' jkun ukoll il-każ fir-rigward ta' applikazzjonijiet oħra li jikkontjenu gassijiet serra flworinati u għalhekk għandha tiġi riveduta l-ħtieġa għal estensjoni ta' l-Anness II, b'kont meħud tal-benefiċċji ambjentali, tal-fattibbiltà teknika u ta' l-effiċjenza meta mqabbla man-nefqa. |
(11) |
Anness II tad-Deċiżjoni 2002/358/KE jistipula l-miri differenti għall-Istati Membri individwali u l-Istati Membri adottaw strateġiji differenti sabiex jilħqu dawn il-miri. Skond l-Artikolu 95 tat-Trattat l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu miżuri nazzjonali eżistenti adottati sabiex jintlaħqu dawk il-miri għal perijodu limitat ta' żmien. |
(12) |
Bil-għan li jikkontribwixxu fit-twettiq ta' l-impenji tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha skond il-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima, il-Protokoll ta' Kyoto u d-Deċiżjoni 2002/358/KE, id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja f'vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (11) u dan ir-Regolament, li t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati, għandhom jiġu adottati u pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea simultanjament. |
(13) |
Għandu jsir provvediment għall-monitoraġġ, għall-valutazzjoni u għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament. |
(14) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Dawk il-pieni jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(15) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(16) |
Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-trażżin u r-rappurtaġġ ta' ċerti gassijiet serra flworinati u l-kontroll ta' l-użu u tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u ta' tagħmir li jikkontjenu ċerti gassijiet serra flworinati sabiex jiġi protett l-ambjent u jiġi salvagwardat is-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjentement mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba d-daqs ta' l-ambitu u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(17) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (12), |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jitrażżnu, jitwaqqfu u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra flworinati koperti mill-Protokoll ta' Kyoto. Huwa għandu japplika għall-gassijiet serra flworinati elenkati fl-Anness A ma' dak il-Protokoll. L-Anness I ma' dan ir-Regolament jikkontjeni lista tal-gassijiet serra flworinati attwalment koperti minn dan ir-Regolament, flimkien mal-potenzjali ta' tisħin globali tagħhom. L-Anness I jista' jiġi rivedut, u jekk ikun il-każ jista' mbagħad jiġi aġġornat, fid-dawl ta' reviżjonijiet previsti fl-Artikolu 5(3) tal-Protokoll ta' Kyoto u aċċettati mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha.
Dan ir-Regolament jindirizza t-trażżin, l-użu, l-irkupru u d-distruzzjoni tal-gassijiet serra flworinati elenkati fl-Anness I; it-tikkettar u r-rimi ta' prodotti u ta' tagħmir li jikkontjenu dawk il-gassijiet; ir-rappurtaġġ ta' informazzjoni dwar dawk il-gassijiet; il-kontroll ta' l-użi msemmija fl-Artikolu 8 u l-projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti u t-tagħmir imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Anness II; u t-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal u kumpaniji involuti fl-attivitajiet previsti f'dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 75/442/KEE, 96/61/KE, 2000/53/KE u 2002/96/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“gassijiet serra flworinati” tfisser idroflworokarbonji (hfcs), perflworokarbonji (pfcs) u eżaflworidu tal-kubrit (sf6) kif imniżżla fl-anness i u preparazzjonijiet li jikkontjenu dawk is-sustanzi, iżda teskludi sustanzi kontrollati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (13); |
(2) |
“idroflworokarbonju” tfisser kompost organiku li jikkonsisti f'karbonju, idroġenu u flworin, u fejn mhux iktar minn sitt atomi tal-karbonju jinsabu fil-molekula; |
(3) |
“perflworokarbonju” tfisser kompost organiku li jikkonsisti f'karbonju u flworin biss, u fejn mhux iktar minn sitt atomi tal-karbonju jinsabu fil-molekula; |
(4) |
“potenzjal ta' tisħin globali” (ĠWP) tfisser il-potenzjal ta' tisħin klimatiku ta' gass serra flworinat relattivament għal dak tad-diossidu karboniku. Il-potenzjal ta' tisħin klimatiku (GWP) huwa kalkulat f'termini tal-potenzjal ta' tisħin, f'mitt (100) sena, ta' kilogramma ta' gass relattivament għal kilogramma ta' CO2. Il-figuri tal-GWP elenkati fl-Anness I huma dawk pubblikati fit-tielet rapport ta' valutazzjoni (TAR) adottat mill-Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (il-“valuri IPCC GWP ta' l-2001”) (14); |
(5) |
“preparazzjoni” tfisser għall-finijiet ta' l-obbligi ta' dan ir-Regolament, eskluża d-distruzzjoni, taħlita komposta minn żewġ sustanzi jew iktar li minnhom almenu waħda hija gass serra flworinat, ħlief fejn il-potenzjal totali ta' tisħin globali tal-preparazzjoni huwa inqas minn 150. Il-potenzjal totali ta' tisħin globali (15) tal-preparazzjoni għandu jiġi determinat skond il-Parti 2 ta' l-Anness I; |
(6) |
“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita l-poter effettiv fuq il-funzjonament tekniku tat-tagħmir u tas-sistemi koperti b'dan ir-Regolament; Stat Membru jista', f'sitwazzjonijiet definiti u speċifiċi, jagħżel is-sid bħala dak responsabbli għall-obbligazzjonijiet ta' l-operatur; |
(7) |
“tqegħid fis-suq” tfisser il-provvista jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' terzi fil-Komunità għall-ewwel darba, bi ħlas jew bla ħlas, ta' prodotti u tagħmir li jikkontjenu gassijiet serra flworinati jew li l-funzjonament tagħhom jiddipendi fuq gassijiet serra flworinati, u tinkludi l-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità; |
(8) |
“użu” tfisser l-użu ta' gassijiet serra flworinati fil-produzzjoni, riforniment, tiswija jew manutenzjoni ta' prodotti u tagħmir koperti b'dan ir-Regolament; |
(9) |
“pompa tas-sħana” tfisser apparat jew installazzjoni għall-estrazzjoni tas-sħana b'temperatura baxxa mill-arja, mill-ilma jew mill-art u għall-fornitura tas-sħana; |
(10) |
“sistema ta' skoperta ta' telf” tfisser apparat mekkaniku, elettriku jew elettroniku kalibrat għall-iskoperta ta' telf ta' gassijiet serra flworinati li, f'każ ta' skoperta, javverti l-operatur; |
(11) |
“sistema ermetikament siġillata” tfisser sistema li l-partijiet tagħha kontenenti refriġerant jiġu ssikkati b'welding, bi brazing jew b'konnessjoni permanenti simili li tista' tinkludi valves u service parts ikkappjati li jippermettu t-tiswija jew rimi xieraq u li għandhom rata ta' telf ittestjat ta' inqas minn 3 grammi fis-sena taħt pressjoni ta' mill-inqas kwart tal-pressjoni massima permessa; |
(12) |
“kontenitur” tfisser prodott destinat prinċipalment għat-trasport jew għall-ħażna ta' gassijiet serra flworinati; |
(13) |
“kontenitur li ma jistax jerġa jimtela” tfisser kontenitur li huwa mfassal sabiex ma jerġax jiġi mimli u li huwa wżat fir-riparazzjoni, manutenzjoni jew riforniment ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament ta' l-arja jew ta' pompi tas-sħana, ta' sistemi ta' protezzjoni min-nar jew switchgear ta' vultaġġ għoli, jew maħsub għall-ħażna jew għat-trasport ta' solventi b'bażi ta' gass serra flworinat; |
(14) |
“rkupru” tfisser il-ġbir u l-ħażna ta' gassijiet serra flworinati minn, per eżempju, makkinarju, tagħmir u kontenituri; |
(15) |
“riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta' gass serra flworinat irkuprat wara proċess ta' tindif bażiku; |
(16) |
“reklamazzjoni” tfisser il-proċessar mill-ġdid ta' gass serra flworinat irkuprat sabiex jintlaħaq standard speċifiku ta' rendiment; |
(17) |
“distruzzjoni” tfisser il-proċess li permezz tiegħu il-gass serra flworinat, kollu jew il-parti l-kbira tiegħu, jiġi permanentement trasformat jew dekompost f'sustanza stabbli waħda jew iktar li mhumiex gassijiet serra flworinati; |
(18) |
“applikazzjoni jew tagħmir stazzjonarju” tfisser applikazzjoni jew tagħmir li normalment ma jkunx fi tranżitu waqt it-tħaddim tiegħu; |
(19) |
“novelty aerosol” tfisser dawk il-ġeneraturi aerosol kummerċjalizzati u maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku in ġenerali għall-finijiet ta' divertiment u dekorazzjoni kif imniżżla fl-Anness mad-Direttiva 94/48/KE (16). |
Artikolu 3
Trażżin
1. L-operaturi ta' l-applikazzjonijiet stazzjonarji li ġejjin: tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament ta' l-arja u ta' pompi tas-sħana, inklużi ċirkwiti, kif ukoll sistemi ta' protezzjoni min-nar, li jikkontjenu gassijiet serra flworinati elenkati fl-Anness I, għandhom, bl-użu tal-miżuri kollha li huma teknikament possibbli u li ma jinvolvux spiża sproporzjonata:
(a) |
jipprevjenu t-telf ta' dawn il-gassijiet; u |
(b) |
malajr kemm jista' jkun isewwu kwalunkwe telf skopert. |
2. L-operaturi ta' l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li dawn jiġu kontrollati kontra t-telf ta' gass minn persunal ċertifikat li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5, skond l-iskeda li ġejja:
(a) |
l-applikazzjonijiet li jikkontjenu 3 kg jew iktar ta' gassijiet serra flworinati għandhom jiġu kontrollati kontra t-telf almenu darba kull tnax-il xahar; dan ma għandux japplika għal tagħmir b'sistemi ermetikament siġillati, li huma tikkettati bħala tali u li jikkontjenu inqas minn 6 kg ta' gassijiet serra flworinati; |
(b) |
l-applikazzjonijiet li jikkontjenu 30 kg jew iktar ta' gassijiet serra flworinati għandhom jiġu kontrollati kontra t-telf almenu darba kull sitt xhur; |
(ċ) |
l-applikazzjonijiet li jikkontjenu 300 kg jew iktar ta' gassijiet serra flworinati għandhom jiġu kontrollati kontra t-telf almenu darba kull tliet xhur. |
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu kontrollati għal telf ta' gass fi żmien xahar wara t-tiswija ta' xi telf sabiex jiġi żgurat li t-tiswija kienet effettiva.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “kontrolli għal telf” tfisser li t-tagħmir jew is-sistema jiġu eżaminati għal telf bl-użu ta' metodi ta' KEjl diretti jew indiretti, b'konċentrazzjoni fuq dawk il-partijiet tat-tagħmir jew tas-sistema li minnhom it-telf ta' gass ikun l-aktar possibbli. il-metodi ta' KEjl diretti u indiretti għal kontrolli għal telf għandhom ikunu spjegati fir-rekwiżiti ta' kontrolli standard imsemmija fil-paragrafu 7.
3. L-operaturi ta' l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li jikkontjenu 300 kg jew iktar ta' gassijiet serra flworinati, għandhom jinstallaw sistemi ta' skoperta ta' telf ta' gass. Dawn is-sistemi ta' skoperta ta' telf għandhom jiġu spezzjonati almenu darba kull tnax-il xahar sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tagħhom. Fil-każ ta' tali sistemi ta' protezzjoni min-nar installati qabel l-4 ta' Lulju 2007, is-sistemi ta' skoperta ta' telf għandhom jitpoġġew sa l-4 ta' Lulju.
4. Fejn tkun installata sistema adatta ta' skoperta ta' telf li tkun qiegħda taħdem korrettament, il-frekwenza ta' kontrolli meħtieġa taħt il-paragrafu 2 (b) u (ċ) għandha titnaqqas għal nofs dik stabbilita.
5. Fil-każ ta' sistemi ta' protezzjoni min-nar, fejn huwa diġà applikat reġim ta' spezzjonijiet konformi ma' l-istandard ISO 14520, dawn l-ispezzjonijiet jistgħu wkoll jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament sakemm dawn ikunu ta' l-inqas daqstant frekwenti.
6. L-operaturi ta' l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li jikkontjenu 3 kg jew iktar ta' gassijiet serra flworinati, għandhom iżommu reġistru tal-kwantitajiet u tat-tipi ta' gassijiet serra flworinati installati, ta' kwalunkwe kwantitajiet miżjuda u tal-kwantità rkuprata matul ir-riparazzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi finali. Għandhom iżommu wkoll reġistru ta' informazzjoni oħra rilevanti inklużi l-identifikazzjoni tal-kumpannija jew tat-tekniku li wettqu r-riparazzjoni jew il-manutenzjoni, kif ukoll id-dati u r-riżultati ta' kontrolli imwettqa skond il-paragrafi 2, 3 u 4 u informazzjoni rilevanti li tidentifika speċifikament it-tagħmir stazzjonarju separat ta' l-applikazzjonijiet, imsemmi fil-paragrafu 2 (b) u (ċ). Meta mitluba, dawn ir-reġistri għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità kompetenti u tal-Kummissjoni.
7. Ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta' telf għal kull waħda mill-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni sa l-4 ta' Lulju 2007 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 4
Rkupru
1. L-operaturi tas-segwenti tipi ta' tagħmir stazzjonarju għandhom ikunu responsabbli sabiex jistabbilixxu arranġamenti għall-irkupru korrett minn persunal ċertifikat, li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5, ta' gassijiet serra flworinati sabiex jiżguraw ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew id-distruzzjoni tagħhom:
(a) |
iċ-ċirkwiti ta' tkessiħ ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament ta' l-arja u ta' pompi tas-sħana; |
(b) |
tagħmir li jikkontjeni solventi b'bażi ta' gass serra flworinat; |
(ċ) |
sistemi ta' protezzjoni min-nar u tagħmir tat-tifi tan-nar; u |
(d) |
switchgear ta' vultaġġ għoli. |
2. Meta kontenitur, kemm jekk jista' jerġa' jimtela kif ukoll jekk le, tal-gass serra flworinat jasal fl-aħħar tal-ħajja tiegħu, il-persuna li tuża l-kontenitur għall-finijiet ta' trasport jew ta' ħażna għandha tkun responsabbli sabiex tistabbilixxi arranġamenti għall-irkupru korrett ta' kwalunkwe gassijiet residwi kontenenti fih sabiex jiġi żgurat ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew id-distruzzjoni tagħhom.
3. Il-gassijiet serra flworinati kontenenti fi prodotti u tagħmir oħra, inkluż tagħmir mobbli sakemm ma jkunx qed iservi f'operazzjonijiet militari, għandhom, sa fejn ikun teknikament possibbli u ma jinvolvix spiża sproporzjonata, jiġu rkuprati minn persunal adegwatament kwalifikat, sabiex jiġi żgurat ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew id-distruzzjoni tagħhom.
4. L-irkupru, għall-finijiet ta' riċiklaġġ, reklamazzjoni jew distruzzjoni tal-gassijiet serra flworinati, skond il-paragrafi 1 sa 3, għandu jsir qabel ir-rimi finali ta' dak it-tagħmir u, fejn ikun il-każ, matul ir-riparazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu.
Artikolu 5
Taħriġ u ċertifikazzjoni
1. Sa l-4 ta' Lulju 2007, abbażi ta' informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri u b'konsultazzjoni mas-setturi rilevanti, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għandha tkun stabbilita, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) għal programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni kemm għall-kumpanniji u kemm għal personal relevanti involut fl-installazzjoni, il-manteniment jew 'servicing' ta' tagħmir u sistemi koperti mill-Artikolu 3(1) kif ukoll għall-persunal involut fl-attivitajiet previsti fl-Artikoli 3 u 4.
2. Sa l-4 ta' Lulju 2008, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jadattaw ir-rekwiżiti tagħhom stess ta' taħriġ u ċertifikazzjoni, abbażi tar-rekwiżiti minimi msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi tagħhom ta' taħriġ u ċertifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor u ma għandhomx jirrestrinġu l-provvediment liberu ta' servizzi jew il-libertà ta' l-istabbiliment għal raġunijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor.
3. L-operatur ta' l-applikazzjoni rilevanti għandu jiżgura li l-persunal interessat ikun kiseb iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa, imsemmija fil-paragrafu 2, li timplika konoxxenza adegwata tar-regolamenti u ta' l-istandards applikabbli kif ukoll il-kompetenza neċessarja fil-prevenzjoni ta' l-emissjonijiet u fl-irkupru ta' gassijiet serra flworinati u fil-maniġġar mingħajr periklu tat-tip u d-daqs rilevanti ta' tagħmir.
4. Sa l-4 ta' Lulju 2009 l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanniji involuti fit-twettiq ta' l-attivitajiet previsti fl-Artikoli 3 u 4 jirċievu kunsinni ta' gassijiet serra flworinati biss fejn il-persunal interessat tagħhom ikollu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
5. Sa l-4 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, il-forma tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 6
Rappurtaġġ
1. Sal-31 ta' Marzu 2008 u kull sena wara dan, kull produttur, importatur u esportatur ta' gassijiet serra flworinati għandu jikkomunika lill-Kummissjoni permezz ta' rapport, filwaqt li jibgħat l-istess informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti:
(a) |
Kull produttur li jipproduċi iktar minn tunnellata metrika ta' gassijiet serra flworinati kull sena għandu jikkomunika:
|
(b) |
Kull importatur li jimporta iktar minn tunnellata metrika ta' gassijiet serra flworinati kull sena, inklużi kwalunkwe produtturi li jimportaw ukoll, għandu jikkomunika:
|
(ċ) |
Kull importatur li jesporta iktar minn tunnellata metrika ta' gassijiet serra flworinati kull sena, inklużi kwalunkwe produtturi li jesportaw ukoll, għandu jikkomunika:
|
2. Il-forma tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhatkun stabbilita sa l-4 ta' Lulju 2007, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi adatti sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni preżentata lilha.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' rappurtaġġ għas-setturi rilevanti msemmija f'dan ir-Regolament, bil-għan li tinkiseb, sa fejn huwa possibbli, data dwar l-emissjonijiet.
Artikolu 7
Tikkettar
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonidispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE (17) u tad-Direttiva 1999/45/KE (18) fir-rigward tat-tikkettar ta' sustanżi perikolużi u preparazzjonjijiet, il-prodotti u t-tagħmir, elenkati fil-paragrafu 2, li jikkontjenu gassijiet serra flworinati ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq sakemm l-ismijiet kimiċi tal-gassijiet serra flworinati jiġu identifikati permezz ta' tikketta bl-użu tan-nomenklatura aċċettata ta' l-industrija. Tali tikketta għandha tindika b'mod ċar li l-prodott jew it-tagħmir jikkontjeni gassijiet serra flworinati koperti mill-Protokoll ta' Kyoto u l-kwantità tagħhom, dan għandu jkun dikjarat b'mod ċar u indelibbli fuq il-prodott jew it-tagħmir, viċin il-punti ta' servizz għar-riforniment jew irkupru tal-gass serra flworinat, jew fuq dik il-parti tal-prodott jew tagħmir li tikkontjeni l-gass serra flworinat. Is-sistemi ermetikament siġillati għandhom jiġu tikkettati bħala tali.
Għandu jiġi inkluż tagħrif dwar il-gassijiet serra flworinati, inkluż il-potenzjal tagħhom ta' tisħin globali, fil-manwal ta' struzzjonijiet ipprovdut għal dawn il-prodotti u tagħmir.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għas-segwenti tipi ta' prodotti u tagħmir li ġejjin:
(a) |
prodotti u tagħmir ta' refriġerazzjoni li jikkontjenu perflworokarbonji jew preparazzjonijiet li jikkontjenu perflworokarbonji; |
(b) |
prodotti u tagħmir ta' refriġerazzjoni u tal-kondizzjonament ta' l-arja (barra dawk li jinsabu fil-vetturi b'mutur), pompi tas-sħana, sistemi ta' protezzjoni min-nar u tagħmir tat-tifi tan-nar, jekk it-tip rispettiv ta' prodott jew tagħmir jikkontjeni idroflworokarbonji jew preparazzjonijiet li jikkontjenu idroflworokarbonji; |
(ċ) |
switchgear li jikkontjeni eżaflworidu tal-kubrit jew preparazzjonijiet li jikkontienu eżaflworidu tal-kubrit; u |
(d) |
il-kontenituri kollha ta' gass serra flworinat. |
3. Il-forma tat-tikketta li għandha tintuża u għandha tkun stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2). Ir-rekwiżiti ta' tikkettar, flimkien ma' dawk stipulati fil-paragrafu 1 għandhom, fejn xieraq, ikunu adottati skond l-istess proċedura. Qabel ma tkun preżentata proposta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tirrevedi x-xewqa li jkun inkluż tagħrif ambjentali addizzjonali, inkluż il-potenzjal ta' tisħin globali fuq tikketti, filwaqt li jittieħed kont ta' skemi ta' tikkettar eżistenti li jkunu diġa applikabbli għal prodotti u tagħmir kopert fil-paragrafu 2.
Artikolu 8
Kontroll ta' l-użu
1. Mill-1 ta' Jannar 2008 għandu jiġi projbit l-użu ta' l-eżaflworidu tal-kubrit jew ta' preparazzjonijiet minnu f'die-casting tal-manjesju, ħlief fejn il-kwantità ta' l-eżaflworidu tal-kubrit użata hija inqas minn 850 kg kull sena.
2. L-użu ta' l-eżaflworidu tal-kubrit jew ta' preparazzjonijiet minnu għall-mili ta' tyres ta' vetturi għandu jiġi projbit mill-4 ta' Lulju 2007.
Artikolu 9
Tqegħid fis-suq
1. It-tqegħid fis-suq ta' prodotti u tagħmir li jikkontjenu gassijiet serra flworinati, jew li l-funzjoni tagħhom tiddipendi fuq gassijiet serra flworinati, elenkati fl-Anness II għandu jiġi projbit kif speċifikat f'dak l-Anness.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal prodotti u tagħmir li fir-rigward tagħhom jiġi muri li ġew manifatturati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni rilevanti tat-tqegħid fis-suq.
3. |
|
Artikolu 10
Reviżjoni
1. Abbażi tal-progress fit-trażżin jew sostituzzjoni potenzjali ta' gassijiet serra flworinati f'sistemi tal-kondizzjonament ta' l-arja, barra dawk li bihom huma mgħammra l-vetturi b'mutur imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (19), u f'sistemi ta' refriġerazzjoni wżati f'mezzi ta' trasport, il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament u tippubblika rapport sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. Jekk ikun kunsiljabbli hija għandha takkumpanja dan ir-rapport biproposti leġislattivi sal-31 ta' Diċembru 2008 wkoll bil-għan ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 għas-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja, barra dawk li bihom huma mgħammra l-vetturi b'mutur imsemmija fid-Direttiva 70/156/KEE, u s-sistemi ta' refriġerazzjoni wżati f'mezzi ta' trasport.
2. Sa l-4 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ibbażat fuq l-esperjenza ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ir-rapport għandu:
(a) |
jivvaluta l-impatt tad-dispożizzjonijiet rilevanti fuq l-emissjonijiet u l-emissjonijiet proġettati ta' gassijiet serra flworinati u jeżamina kemm l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet hija effikaċi vis-à-vis n-nefqa nvoluta; |
(b) |
fid-dawl ta' rapporti futuri ta' valutazzjoni ta' l-IPCC, jivvaluta jekk għandhomx jiġu miżjuda fl-Anness I gassijiet serra flworinati addizzjonali; |
(ċ) |
jivvaluta l-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni stabbiliti minn Stati Membri taħt l-Artikolu 5(2); |
(d) |
jivvaluta l-ħtieġa għal standards tal-Komunità relattivi għall-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati minn prodotti u tagħmir, b'mod partikolari fir-rigward ta' xkumi, inklużi rekwiżiti tekniċi fir-rigward tad-disinn ta' prodotti u tagħmir; |
(e) |
jivvaluta l-effikaċja ta' miżuri ta' trażżin imwettqa minn operaturi taħt l-Artikolu 3 u jivvaluta jekk jistgħux jiġu stabbiliti, għall-installazzjonijiet, rati massimi ta' telf; |
(f) |
jivvaluta u, jekk ikun il-każ, jista' jipproponi l-modifika tar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ fl-Artikolu 6(1), b'mod partikolari l-limitu kwantitattiv ta' tunnellata u jivvaluta l-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jirrapurtaw perjodikament lill-Kummissjoni dwar emissjonijiet stmati fuq bażi ta' kampjuni rappreżentattivi sabiex tiġi mtejba l-applikazzjoni prattika ta' dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtaġġ; |
(g) |
jivvaluta l-ħtieġa għall-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta' noti informattivi li jiddeskrivu l-aħjar tekniki disponibbli u l-aħjar prattiki ambjentali dwar il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati; |
(h) |
jinkludi sommarju globali ta' l-iżvilupp, kemm fil-Komunità kif ukoll fuq livell internazzjonali, ta' l-istat tat-teknoloġija, b'mod partikolari fir-rigward ta' xkumi, ta' l-esperjenza miksuba, ta' ħtiġijiet ambjentali u ta' kwalunkwe impatti fuq il-funzjonament tas-suq intern; |
(i) |
jivvaluta jekk is-sostituzzjoni ta' l-eżaflworidu tal-kubrit f' sand casting, mould casting permanenti u die-casting bi pressjoni għolja hijiex teknikament possibbli u effiċjenti meta mqabbla mal-prezz involut u, jekk ikun il-każ, jipproponi reviżjoni ta' l-Artikolu 8(1) sa l-1 ta' Jannar 2009; għandu jirrivedi wkoll l-eżenzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(1) fid-dawl ta' valutazzjoni ulterjuri ta' l-alternattivi disponibbli sa l-1 ta' Jannar 2010; |
(j) |
jivvaluta jekk l-inklużjoni ta' prodotti u tagħmir ulterjuri li jikkontjenu gassijiet serra flworinati fl-Anness II hijiex teknikament possibbli u effiċjenti meta mqabbla mal-prezz involut meħud kont ta' effiċjenza fl-enerġija u, jekk ikun il-każ, jippreżenta proposti għall-emendament ta' l-Anness II sabiex jiġu inklużi tali prodotti u tagħmir ulterjuri; |
(k) |
jivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-potenzjal ta' tisħin globali ta' gassijiet serra flworinati għandhomx jiġu emendati; kwalunkwe bidliet għandhom jieħdu kont ta' żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi u tal-ħtieġa li jiġu rispettati l-iskali kronoloġiċi ta' l-ippjanar tal-produzzjoni industrijali; |
(l) |
jivvaluta l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri mill-Komunità u mill-Istati Membri Tagħha fid-dawl ta' obbligi eżistenti u ġodda internazzjonali dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. |
3. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti adatti għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Mingħajr preġudizzju għal-liġi Komunitarja relevanti, b'mod partikolari r-regoli Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat u d-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabilixxi l-proċedura għall-provvediment ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards tekniċi u regolamenti u ta' regoli dwar membri tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (20), l-Istati Membri jistgħu jippromwovu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti u tagħmir li jużaw alternattivi għall-gassijiet b'potenzjali għali ta' tisħin globali u li huma effiċjenti, innovattivi u li jnaqqsu iktar l-impatt fuq il-klima.
Artikolu 12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.
Artikolu 13
Pieni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li tali regoli jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa l-4 ta' Lulju 2008 bir-regoli dwar il-pieni u għandhom jinnotifikawha wkoll mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk ir-regoli.
Artikolu 14
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(3), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 95 tat-Trattat b'relazzjoni ma' l-Artikoli 7, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament, jew l-Artikolu 176 tat-Trattat b'relazzjoni ma' Artikoli oħrajn ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b'effett mill-4 ta' Lulju 2007 bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 9 u Aness II, li għandhom japplikaw mill-4 ta' Lulju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, nhar is-17 ta' Mejju 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) ĠU C 108, 30.4.2004, p. 62.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2004 (ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 600), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2005 (ĠU C 183 E, 26.7.2005, p. 1), u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2006 u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2006.
(3) Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).
(5) ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.
(6) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(8) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).
(9) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).
(10) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(11) Ara paġna 12 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(13) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2006 (ĠU L 6, 11.1.2006, p. 27).
(14) It-Tielet Valutazzjoni IPCC tal-Bidla fil-Klima ta' l-2001. Rapport tal-Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (http://www.ipcc.ch/pub/reports.htm).
(15) Għall-kalkolu tal-GWP ta' gassijiet serra mhux flworinati fi preparazzjonijiet, għandhom japplikaw il-valuri pubblikati fl-Ewwel Valutazzjoni IPCC, ara: Climate Change, The IPCC Scientific Assessment, J.T. Houghton, G.J. Jenkins, J.J. Ephraums (ed.), Cambridge University Press, Cambridge (UK) 1990.
(16) Direttiva 94/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1994 li temenda, għat-13-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ĠU L 331, 21.12.1994, p. 7).
(17) Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Gunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).
(18) Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/8/KE (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12).
(19) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10).
(20) ĠU L 204, 21.7.1998 p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
ANNESS I
PARTI 1
Gassijiet serra flworinati imsemmija fl-Artikolu 2(1)
Gassijiet serra flworinati |
Formula Kimika |
Potenzjal ta' Tisħin Globali (GWP) |
Eżaflworidu tal-Kubrit |
SF6 |
22 200 |
Idroflworokarbonji (HFCs): |
||
HFC-23 |
CHF3 |
12 000 |
HFC-32 |
CH2F2 |
550 |
HFC-41 |
CH3F |
97 |
HFC-43-10mee |
C5H2F10 |
1 500 |
HFC-125 |
C2HF5 |
3 400 |
HFC-134 |
C2H2F4 |
1 100 |
HFC-134a |
CH2FCF3 |
1 300 |
HFC-152a |
C2H4F2 |
120 |
HFC-143 |
C2H3F3 |
330 |
HFC-143a |
C2H3F3 |
4 300 |
HFC-227ea |
C3HF7 |
3 500 |
HFC-236cb |
CH2FCF2CF3 |
1 300 |
HFC-236ea |
CHF2CHFCF3 |
1 200 |
HFC-236fa |
C3H2F6 |
9 400 |
HFC-245ca |
C3H3F5 |
640 |
HFC-245fa |
CHF2CH2CF3 |
950 |
HFC-365mfc |
CF3CH2CF2CH3 |
890 |
Perflworokarbonji (PFCs) |
||
Perflworometanu |
CF4 |
5 700 |
Perflworoetanu |
C2F6 |
11 900 |
Perflworopropan |
C3F8 |
8 600 |
Perflworobutan |
C4F10 |
8 600 |
Perflworopentan |
C5F12 |
8 900 |
Perflworoexan |
C6F14 |
9 000 |
Perflworoċiklobutan |
c-C4F8 |
10 000 |
PARTI 2
Metodu ta' kalkolu tal-potenzjal totali ta' tisħin globali (GWP) għal preparazzjoni
Il-GWP totali għal preparazzjoni huwa medja ppeżata, derivata mis-somma tal-frazzjonijiet tal-piż tas-sustanzi individwali multiplikati bil-GWPs tagħhom.
Σ (Sustanza X % x GWP) + (Sustanza Y % x GWP) + … (Sustanza N % x GWP)
fejn % huwa l-kontribut skond il-piż b'tolleranza tal-piż ta' +/- 1 %.
Per eżempju: l-applikazzjoni tal-formula għal taħlita teoretika ta' gassijiet li tikkonsisti f'23 % HFC-32; 25 % HFC-125 u 52 % HFC-134a:
Σ (23 % x 550) + (25 % x 3 400) + (52 % x 1 300)
→ GWP totali = 1 652,5
ANNESS II
Projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 9
Gassijiet serra flworinati |
Prodotti u tagħmir |
Data tal-projbizzjoni |
Gassijiet serra flworinati |
Kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew |
4 ta' Lulju 2007 |
Idroflworokarbonji u perflworokarbonji |
Sistemi non-konfinati u b'evaporazzjoni diretta li jikkontjenu refriġeranti |
4 ta' Lulju 2007 |
Perflworokarbonji |
Sistemi ta' protezzjoni min-nar u tagħmir tat-tifi tan-nar |
4 ta' Lulju 2007 |
Gassijiet serra flworinati |
Twieqi għal użu domestiku |
4 ta' Lulju 2007 |
Gassijiet serra flworinati |
Twieqi oħra |
4 ta' Lulju 2008 |
Gassijiet serra flworinati |
Xedd tas-saqajn |
4 ta' Lulju 2006 |
Gassijiet serra flworinati |
Tyres |
4 ta' Lulju 2007 |
Gassijiet serra flworinati |
Xkumi b'komponent wieħed, ħlief meta meħtieġa biex jintlaħqu standards nazzjonali ta' sigurtà |
4 ta' Lulju 2008 |
Idroflworokarbonji |
Novelty aerosols |
4 ta' Lulju 2009 |
14.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
12 |
DIRETTIVA 2006/40/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Mejju 2006
dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ta' l-14 ta' Marzu 2006.
Billi:
(1) |
Is-suq intern jinvolvi spazju mingħajr fruntieri interni li fih għandu jiġi żgurat il-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital u għal dak il-għan teżisti sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta' rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern. |
(2) |
Numru li qed jikber ta' Stati Membri għandhom il-ħsieb li jirregolaw l-użu ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja f'vetturi bil-mutur bħala konsegwenza tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt ta' l-obbligi taħtu (3). Id-Deċiżjoni timpenja lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha li jnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi totali tagħhom ta' gassijiet serra elenkati fl-Anness A għall-Protokoll ta' Kyoto bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990 fil-perjodu mill-2008 sa l-2012. L-implimentazzjoni mhux kordinata ta' dawn l-impenji tinvolvi r-riskju li jinħolqu ostakoli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' vetturi bil-mutur fil-Komunità.Għalhekk huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja installati f'vetturi sabiex jibqgħu aċċettati fis-suq u sabiex jiġu projbiti, minn ċerta data, sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150. |
(3) |
L-emissjonijiet ta' idroflworokarbonju-134a (HFC-134a), li għandu potenzjal ta' tisħin globali ta' 1300, minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja f'vetturi bil-mutur iqajmu tħassib li qiegħed jiżdied minħabba l-impatt tagħhom fuq il-bidla fil-klima. Huma mistennija li jkunu disponibbli fil-ġejjieni qrib alternattivi għall-idroflworokarbonju-134a (HFC-134a) li huma effiċjenti vis-à-vis in-nefqa involuta u li huma mingħajr periklu. Għandha titwettaq reviżjoni sabiex jiġi stabbilit, fid-dawl tal-progress realizzat fit-trażżin potenzjali ta' emissjonijiet minn gassijiet serra flworinati jew fis-sostituzzjoni ta' gassijiet serra flworinati f'tali sistemi, jekk din id-Direttiva għandhiex tiġi estiża għal kategoriji oħra ta' vetturi bil-mutur u jekk id-disposizzjonijiet dwar il-potenzjal ta' tisħin globali ta' dawn il-gassijiet għandhomx jiġu emendati, b'kont meħud ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi u tal-ħtieġa li jiġu rispettati l-iskali kronoloġiċi fl-ippjanar tal-produzzjoni industrijali. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-projbizzjoni ta' ċerti gassijiet serra flworinati, hemm bżonn li tiġi limitata l-possibbiltà tar-rikonfigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur b'sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150 u li jiġi projbit il-mili ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja b'tali gassijiet. |
(5) |
Sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet ta' ċerti gassijiet serra flworinati minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja f'vetturi bil-mutur jeħtieġ li jiġu stabbiliti valuri limitativi għar-rati ta' telf u l-proċedura għall-istima tat-telf minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150 li huma installati f'vetturi bil-mutur. |
(6) |
Bil-għan li jikkontribwixxu fit-twettiq ta' l-impenji tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha skond il-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima, il-Protokoll ta' Kyoto u d-Deċiżjoni 2002/358/KE, ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċertu gassijiet serra flworinati (4) u din id-Direttiva, li t-tnejn li huma jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati, għandhom jiġu adottati u pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea simultanjament. |
(7) |
Kwalunkwe manifattur ta' vetturi għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni l-informazzjoni teknika kollha rilevanti dwar is-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja installati u l-gassijiet użati fihom. Fil-każ ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli wkoll informazzjoni dwar ir-rata tat-telf ta' gass ta' dawn is-sistemi. |
(8) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
(9) |
Din id-Direttiva hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip li kienet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (6). B'konsegwenza, id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(10) |
Billi l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi kontrollat it-telf tal-gassijiet serra flworinati speċifiċi mis-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja installati f'vetturi u li jiġu projbiti, minn ċerta data, is-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri meta jaġixxu waħedhom u jistgħu għalhekk, minħabba l-firxa u l-effetti ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(11) |
Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li, sa fejn hu possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi, |
ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti, għas-sistema tal-KE jew għas-sistemi nazzjonali, ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi fir-rigward ta' emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja installati f'vetturi u tal-funzjonament mingħajr periklu ta' dawn is-sistemi. Hija tistabbilixxi wkoll disposizzjonijiet dwar ir-rikonfigurazzjoni u r-riforniment ta' tali sistemi.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1 u l-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-vetturi tal-kategorija N1 huma limitati għal dawk tal-Klassi I kif deskritt fl-ewwel skeda fil-punt 5.3.1.4 ta' l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi b'mutur (8), kif inserit permezz tad-Direttiva 98/69/KE (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur li taqa' fl-ambitu ta' din id-Direttiva; |
(2) |
“tip ta' vettura” tfisser tip kif definit fis-sezzjoni B ta' l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE; |
(3) |
“sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja” tfisser kwalunkwe sistema li l-għan prinċipali tagħha huwa li tnaqqas it-temperatura ta' l-arja u l-umdità tal-kompartiment tal-passiġġieri ta' vettura; |
(4) |
“sistema ta' evaporatur doppju” tfisser sistema fejn evaporatur wieħed huwa mmuntat fil-kompartiment tal-magna u l-ieħor f'kompartiment differenti tal-vettura; is-sistemi l-oħra kollha għandhom ikunu kunsidrati bħala “sistemi ta' evaporatur uniku”; |
(5) |
“gassijiet serra flworinati” tfisser idroflworkarbonji (HFCs), perflworokarbonji (PFCs) u eżaflworidu tal-kubrit (SF6) kif imsemmija fl-Anness A mal-Protokoll ta' Kyoto u preparazzjonijiet li jikkontjenu dawn is-sustanzi, iżda teskludi sustanzi kontrollati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (10); |
(6) |
“idroflworokarbonju” tfisser kompost organiku li jikkonsisti f'karbonju, idroġenu u flworin, u fejn mhux iktar minn sitt atomi tal-karbonju jinsabu fil-molekula; |
(7) |
“perflworokarbonju” tfisser kompost organiku li jikkonsisti f'karbonju u flworin biss, u fejn mhux iktar minn sitt atomi tal-karbonju jinsabu fil-molekula; |
(8) |
“potenzjal ta' tisħin globali” tfisser il-potenzjal ta' tisħin klimatiku ta' gass serra flworinat relattivament għal dak tad-diossidu karboniku. Il-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) huwa kalkolat f'termini tal-potenzjal ta' tisħin f'100 sena ta' kilogramma ta' gass meta mqabbla ma' kilogramma ta' CO2. Il-figuri GWP rilevanti huma dawk pubblikati fit-tielet rapport ta' valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (il-“valuri IPCC GWP ta' l-2001”) (11); |
(9) |
“preparazzjoni” tfisser taħlita komposta minn żewġ sustanzi jew iktar li minnhom almenu waħda hija gass serra flworinat. Il-potenzjal ta' tisħin globali (12) totali tal-preparazzjoni għandu jiġi determinat skond il-Parti 2 ta' l-Anness; |
(10) |
“rikonfigurazzjoni” tfisser l-installazzjoni ta' sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja f'vettura wara li tkun ġiet reġistrata. |
Artikolu 4
Obbligi ta' l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu, skond kif meħtieġ, l-approvazzjoni tat-tip KE, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta' l-emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja, biss lil tipi ta' vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
2. Għall-fini ta' l-għoti ta' l-approvazzjoni kompleta tat-tip tal-vettura skond l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi jipprovdu informazzjoni dwar it-tip ta' refriġerant użat fis-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja installati f'vetturi bil-mutur ġodda.
3. Għall-fini ta' l-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi mgħammra b'sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gass serra flworinat b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skond it-test armonizzat għall-iskoperta tat-telf imsemmi fl-Artikolu 7(1), ir-rata tat-telf ta' tali gassijiet ma għandhiex teċċedi l-limiti massimi permissibbli stabbiliti fl-Artikolu 5.
Artikolu 5
Approvazzjoni tat-tip
1. B'effett minn sitt xhur mid-data ta' l-adozzjoni ta' test armonizzat għall-iskoperta tat-telf, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma' emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja:
(a) |
jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ġdid ta' vettura, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew |
(b) |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda |
jekk il-vettura mgħammra b'sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettata li tikkontjeni gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150 tkun konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
2. B'effett minn 12-il xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' test armonizzat għall-iskoperta tat-telf jew l-1 ta' Jannar 2007, skond liema huwa l-iktar tard, l-Istati Membri ma għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' vettura mgħammra b'sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettata li tikkontjeni gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, sakemm ir-rata tat-telf minn dik is-sistema teċċedi l-40 gramma ta' gassijiet serra flworinati fis-sena għal sistema ta' evaporatur uniku, jew 60 gramma ta' gassijiet serra flworinati fis-sena għal sistema ta' evaporatur doppju.
3. B'effett minn 24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' test armonizzat għall-iskoperta tat-telf jew l-1 ta' Jannar 2008, skond liema huwa l-iktar tard, fir-rigward ta' vetturi ġodda mgħammra b'sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettata li tikkontjeni gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, sakemm ir-rata tat-telf minn dik is-sistema teċċedi l-40 gramma ta' gassijiet serra flworinati fis-sena għal sistema ta' evaporatur uniku jew 60 gramma ta' gassijiet serra flworinati fis-sena għal sistema ta' evaporatur doppju, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità bħala mhux iżjed validi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u |
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni u jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz. |
4. B'effett mill-1 ta' Jannar 2011, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu iktar approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' vettura mgħammra b'sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettata li tikkontjeni gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150.
5. B'effett mill-1 ta' Jannar 2017, fir-rigward ta' vetturi ġodda li huma mgħammra b'sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettata li tikkontjeni gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità bħala mhux iżjed validi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u |
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, u jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz. |
6. Mingħajr preġudizzju għal-liġi Komunitarja relevanti, b'mod partikolari r-regoli Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat u d-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxu l-proċedura għall-provvediment ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards tekniċi u regolamenti u ta' regoli dwar servizzi tas-Soċjeta' ta' l-Informazzjoni1 (13), l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-istallazzjoni ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja li huma effiċjenti, innovattivi u jnaqqsu iktar l-impatt tal-klima.
Artikolu 6
Rikonfigurazzjoni u riforniment
1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2011, vetturi mogħtija approvazzjoni tat-tip minn dik id-data ma għandhomx jiġu rikonfigurati b'sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja proġettati li jikkontjenu gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150. B'effett mill-1 ta' Jannar 2017, l-ebda vettura ma tista' tiġi rikonfigurata b'tali sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja.
2. Is-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja installati f'vetturi b'approvazzjoni tat-tip fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara tali data ma għandhomx jiġu mimlija b'gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150. B'effett mill-1 ta' Jannar 2017 is-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja fil-vetturi kollha ma għandhomx ikunu mimlija b'gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, bl-eċċezzjoni tar-riforniment tas-sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja li jikkontjenu dawk il-gassijiet li ġew installati f'vetturi qabel dik id-data.
3. Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizz u tiswija ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja ma għandhomx jimlew tali tagħmir b'gassijiet serra flworinati jekk intilef ammont anormali tar-refriġerant mis-sistema, sakemm jiġu kompletati t-tiswijiet meħtieġa.
Artikolu 7
Miżuri implimentattivi
1. Sa l-4 ta' Lulju 2007 l-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5, u b'mod partikolari:
(a) |
id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vetturi; u |
(b) |
proċedura ta' test għall-kejl tar-rata tat-telf ta' gassijiet serra flworinati b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150 minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn il-miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
4. Il-proċedura imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika għall-adozzjoni, fejn xieraq ta':
(a) |
miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-funzjonament mingħajr periklu u l-manutenzjoni korretta ta' refriġeranti f'sistemi mobbli ta' kondizzjonament ta' l-arja; |
(b) |
miżuri relatati mar-rikonfigurazzjoni ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni b'sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja u r-riforniment ta' sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja fiċ-ċirkolazzjoni sal-punt mhux kopert mill-Artikolu 6; |
(ċ) |
l-adattament, fejn ikun il-każ, tal-metodu tad-determinazzjoni tal-potenzjal ta' tisħin globali rilevanti tal-preparazzjonijiet. |
Artikolu 8
Reviżjoni
1. Abbażi tal-progress realizzat fil-kapaċità tat-trażżin ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra flworinati minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja, jew is-sostituzzjoni tagħhom f'tali sistemi, installati f'vetturi bil-mutur, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk:
— |
il-leġiżlazzjoni attwali għandhiex tiġi estiża għal kategoriji oħra ta' vetturi, partikolarment il-kategoriji M2 u M3 kif ukoll il-klassijiet II u III tal-kategorija N1; u |
— |
għandhom jiġu emendati d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-potenzjal ta' tisħin globali ta' gassijiet serra flworinati; kwalunkwe tibdiliet għandhom jieħdu kont ta' żviluppi tekonoloġiċi u xjentifiċi u tal-ħtieġa li jiġu rispettati l-iskali kronoloġiċi tal-produzzjoni industrijali, |
u għandha tippubblika rapport sa l-4 ta' Lulju 2011. Fejn meħtieġ, hija għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi adatti.
2. Fejn gass serra flworinat b'potenzjal ta' tisħin globali ogħla minn 150, li għadu mhuwiex kopert mir-rapport IPCC imsemmi fl-Artikolu 3(8), jiġi nkluż f'rapport futur ta' l-IPCC, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunx opportun li tiġi emendata din id-Direttiva sabiex tinkludi dak il-gass. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm il-ħtieġa, hija għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE:
— |
tadotta l-miżuri meħtieġa; u |
— |
tiddefinixxi l-perjodi transitorji għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri. Permezz ta' dan il-Kummissjoni għandha ssib bilanċ bejn il-ħtieġa li jiġi ffissat terminu adegwat ta' żmien u r-riskju li l-gass serra flworinat jikkostitwixxi għall-ambjent. |
Artikolu 9
Emendi lid-Direttiva 70/156/KEE
Id-Direttiva 70/156/KEE tiġi b'dan emendata skond il-Parti 1 ta' l-Anness ma' din id-Direttiva.
Artikolu 10
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa l-4 ta' Jannar 2008, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-5 ta' Jannar 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jikontjenu riferiment għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isiru tali riferimenti għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 12
L-indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar is-17 ta' Mejju 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) ĠU C 108, 30.4.2004, p. 62.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2004 (ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 600), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2005 (ĠU C 183 E, 26.7.2005, p. 17), u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2006 u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2006.
(3) ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.
(4) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(6) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/64/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(8) ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29).
(9) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1.
(10) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2006 (ĠU L 6, 11.1.2006, p. 27).
(11) It-Tielet Valutazzjoni IPCC tal-Bidla fil-Klima 2001. Rapport tal-Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (http://www.ipcc.ch/pub/reports.htm).
(12) Għall-kalkolu tal-GWP ta' gassijiet serra mhux flworinati fi preparazzjonijiet, għandhom japplikaw il-valuri pubblikati fl-Ewwel Valutazzjoni ta' IPCC, ara: Climate Change, The IPCC Scientific Assessment, J.T. Houghton, G.J. Jenkins, J.J. Ephraums (ed.), Cambridge University Press, Cambridge (UK) 1990.
(13) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
ANNESS
PARTI 1
Id-Direttiva 70/156/KEE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Anness IV, Parti I, jiġu inseriti punt ġdid numerat 61, u nota f'qiegħ il-paġna, kif ġej:
|
2. |
L-Anness XI jiġi emendat kif ġej:
|
PARTI 2
Metodu ta' kalkolu tal-potenzjal totali ta' tisħin globali (GWP) għal preparazzjoni
Il-GWP totali għal preparazzjoni huwa medja ppeżata, derivata mis-somma tal-frazzjonijiet tal-piż tas-sustanzi individwali multiplikati bil-GWP rispettivi tagħhom.
Σ (Sustanza X % x GWP) + (Sustanza Y % x GWP) + … (Sustanza N % x GWP)
fejn % huwa l-kontribut skond il-piż b'tolleranza ta' piż ta' +/- 1 %
Per eżempju: l-applikazzjoni tal-formola għal taħlita teorika ta' gassijiet li tikkonsisti fi 23 % HFC-32; 25 % HFC-125 u 52 % HFC-134a:
Σ (23 % x 550) + (25 % x 3 400) + (52 % x 1 300)
→ GWP totali = 1 652,5