This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019BP0071
European Parliament legislative resolution of 27 November 2019 on the joint text on the draft general budget of the European Union for the financial year 2020 approved by the Conciliation Committee under the budgetary procedure (14283/2019 — C9-0186/2019 — 2019/2028(BUD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14283/2019 – C9-0186/2019 – 2019/2028(BUD))

ĠU C 232, 16.6.2021, p. 85–109
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/85 |
P9_TA(2019)0071
Proċedura baġitarja 2020: test konġunt
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14283/2019 – C9-0186/2019 – 2019/2028(BUD))
(2021/C 232/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14283/2019 – C9-0186/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0400), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2019 (11734/2019 – C9-0119/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, ippreżentata mill-Kummissjoni fil-15 ta' Ottubru 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1) u l-emendi baġitarji li tinkludi, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 95 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A9-0035/2019), |
1. |
Japprova t-test konġunt; |
2. |
Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati ta' din id-data, P9_TA(2019)0038.
(2) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
ANNESS
FINALI
Baġit 2020 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. |
Baġit 2020 |
2. |
Dikjarazzjonijiet |
Ħarsa ġenerali
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
— |
Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2020 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 168 688,1 miljun, li jħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2020 ta' EUR 1 492,3 miljun. Dan jikkorrispondi għal żieda kumplessiva ta' EUR 400,0 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020. |
— |
Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2020 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 153 566,2 miljun. Dan jikkorrispondi għal tnaqqis kumplessiv ta' EUR 49,1 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020.
L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2020 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 778,1 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza. |
— |
Il-marġni globali għall-impenji qed jintuża f'livell ta' EUR 269,6 miljun għall-intestaturi 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi u 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali. |
— |
Il-marġni ta' kontinġenza mobilizzat fl-2017 huwa kkumpensat b'EUR 252,0 miljun mill-marġni mhux allokati taħt l-intestatura 5 Amministrazzjoni. |
— |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2020 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2017, fl-2018, fl-2019 u fl-2020 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 849,8 miljun. |
— |
Id-disponibilitajiet li jifdal għas-sena 2020 huma miġbura fil-qosor fit-tabella li ġejja:
|
1. Baġit 2020
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 bl-eċċezzjoni ta':
— |
Taħt l-intestatura 1a:
|
— |
Taħt l-intestatura 2:
|
— |
Taħt l-intestatura 3:
|
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittra Emendatorja 1/2020.
Proġetti pilota/Azzjonijiet preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 78 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 140,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.
Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.
Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR |
||||
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn |
||
AB 2020 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2020 |
Differenza |
||
1.1.31 |
Orizzont 2020 |
|
|
302 000 000 |
02 04 03 01 |
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima |
93 815 989 |
131 326 358 |
37 510 369 |
05 09 03 01 |
Żgurar ta' provvisti suffiċjenti ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u prodotti oħra b'bażi bijo |
322 162 041 |
358 411 695 |
36 249 654 |
06 03 03 01 |
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika |
82 293 876 |
102 593 682 |
20 299 806 |
08 02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni |
463 764 801 |
390 264 801 |
-73 500 000 |
08 02 03 01 |
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja |
648 685 745 |
675 046 838 |
26 361 093 |
08 02 03 03 |
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva |
378 723 375 |
437 834 269 |
59 110 894 |
08 02 03 04 |
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika |
266 184 054 |
291 118 104 |
24 934 050 |
08 02 03 05 |
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima |
335 790 132 |
357 285 003 |
21 494 871 |
08 02 04 |
Tixrid tal-eċċellenza u firxa tal-parteċipazzjoni |
133 166 041 |
138 566 660 |
5 400 619 |
08 02 07 32 |
L-Impriża Konġunta Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (IMI2) |
249 947 970 |
243 447 970 |
-6 500 000 |
08 02 08 |
Strument għall-SMEs |
587 742 199 |
659 742 199 |
72 000 000 |
09 04 01 01 |
Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti |
446 952 871 |
453 036 200 |
6 083 329 |
09 04 02 01 |
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
877 375 691 |
893 597 902 |
16 222 211 |
09 04 03 01 |
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja |
179 751 775 |
187 862 880 |
8 111 105 |
09 04 03 02 |
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi |
53 632 314 |
54 632 314 |
1 000 000 |
09 04 03 03 |
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri |
78 153 053 |
68 153 053 |
-10 000 000 |
15 03 01 01 |
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda |
1 024 532 312 |
1 032 643 417 |
8 111 105 |
18 05 03 01 |
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri |
195 504 220 |
185 504 220 |
-10 000 000 |
32 04 03 01 |
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva |
397 880 594 |
456 991 488 |
59 110 894 |
1.1.32 |
Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom |
|
|
-2 200 000 |
08 03 01 02 |
Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni |
74 754 023 |
73 354 023 |
-1 400 000 |
10 03 01 |
Attivitajiet tal-Euratom ta' riċerka diretta |
13 701 830 |
12 901 830 |
- 800 000 |
1.1.4 |
Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (Cosme) |
|
|
5 000 000 |
02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn |
264 160 000 |
269 160 000 |
5 000 000 |
1.1.5 |
Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+) |
|
|
50 000 000 |
15 02 01 01 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol |
2 497 651 602 |
2 538 161 453 |
40 509 851 |
15 02 01 02 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea |
187 211 158 |
194 795 054 |
7 583 896 |
15 02 02 |
Promozzjoni tal-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-Attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja |
47 056 540 |
48 962 793 |
1 906 253 |
1.1.6 |
Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali (EaSI) |
|
|
-2 000 000 |
04 03 02 01 |
Progress — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol |
78 400 000 |
77 900 000 |
- 500 000 |
04 03 02 03 |
Mikrofinazjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali |
15 735 000 |
14 235 000 |
-1 500 000 |
1.1.81 |
Enerġija |
|
|
95 800 000 |
32 02 01 01 |
Aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tal-elettriku u tal-gass fuq il-fruntieri |
394 706 000 |
450 506 000 |
55 800 000 |
32 02 01 02 |
Titjib tas-sigurtà tal-Unjoni fil-provvista tal-enerġija |
394 528 000 |
414 528 000 |
20 000 000 |
32 02 01 03 |
Kontribuzzjoni għal żvilupp sostenibbli u protezzjoni tal-ambjent |
394 498 586 |
414 498 586 |
20 000 000 |
1.1.82 |
Trasport |
|
|
37 000 000 |
06 02 01 01 |
It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali. |
1 732 979 805 |
1 764 429 805 |
31 450 000 |
06 02 01 02 |
Żgurar ta' sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti |
333 547 370 |
339 097 370 |
5 550 000 |
1.1.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
- 930 000 |
02 03 03 |
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi |
59 827 657 |
58 827 657 |
-1 000 000 |
02 05 11 |
Aġenzija Ewropea GNSS |
34 232 619 |
34 602 619 |
370 000 |
04 03 13 |
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) |
18 115 490 |
17 815 490 |
- 300 000 |
1.1.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
- 200 000 |
26 02 01 |
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi |
7 200 000 |
7 000 000 |
- 200 000 |
1.1.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
85 365 000 |
1.1.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
-1 500 000 |
02 03 01 |
Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi |
32 027 000 |
31 027 000 |
-1 000 000 |
09 02 01 |
Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika |
3 815 000 |
3 315 000 |
- 500 000 |
|
Total |
|
|
568 335 000 |
Konsegwenza ta' dan, il-livell miftiehem ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 25 284,8 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1a u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għal ammont ta' EUR 93,8 miljun.
Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll li ma jerġax jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli f'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju.
Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustament maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljat fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR |
||||
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn |
||
AB 2020 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2020 |
Differenza |
||
1.2.5 |
Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika) |
|
|
28 333 333 |
04 02 64 |
Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ |
116 666 667 |
145 000 000 |
28 333 333 |
1.2.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
5 600 000 |
|
Total |
|
|
33 933 333 |
Konsegwenza ta' dan, il-livell miftiehem ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 58 645,8 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1b u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għal ammont ta' EUR 175,8 miljun.
Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR |
||||
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn |
||
AB 2020 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2020 |
Differenza |
||
2.0.10 |
Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti |
|
|
-72 000 000 |
05 03 01 10 |
Skema ta' pagament bażiku (BPS) |
16 189 000 000 |
16 117 000 000 |
-72 000 000 |
2.0.4 |
L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
|
|
10 000 000 |
34 02 01 |
Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni |
80 328 388 |
85 883 944 |
5 555 556 |
34 02 02 |
Żieda tar-reżiljenza tal-UE għat-tibdil fil-klima |
44 350 000 |
47 524 603 |
3 174 603 |
34 02 03 |
Governanza klimatika u informazzjoni aħjar fil-livelli kollha |
16 298 500 |
17 568 341 |
1 269 841 |
2.0.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
1 300 000 |
07 02 06 |
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent |
40 418 782 |
41 718 782 |
1 300 000 |
2.0.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
22 514 881 |
|
Total |
|
|
-38 185 119 |
Konsegwenza ta' dan, il-livell miftiehem ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 59 907,0 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 514,0 miljun taħt il-limitu minimu tan-nefqa tal-intestatura 2.
Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR |
||||
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn |
||
AB 2020 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2020 |
Differenza |
||
3.0.11 |
Ewropa Kreattiva |
|
|
7 500 000 |
09 05 01 |
Sottoprogramm MEDIA — Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali |
115 923 000 |
120 923 000 |
5 000 000 |
15 04 01 |
Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda |
38 241 000 |
39 241 000 |
1 000 000 |
15 04 02 |
Sottoprogramm Kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali |
75 246 000 |
76 746 000 |
1 500 000 |
3.0.5 |
Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza |
|
|
1 200 000 |
33 02 01 |
Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini |
28 605 000 |
29 805 000 |
1 200 000 |
3.0.6 |
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili |
|
|
-15 000 000 |
23 03 01 01 |
Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni |
137 788 000 |
122 788 000 |
-15 000 000 |
3.0.7 |
Ewropa għaċ-Ċittadini |
|
|
1 000 000 |
18 04 01 01 |
Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni |
25 959 000 |
26 959 000 |
1 000 000 |
3.0.8 |
Ikel u Għalf |
|
|
-1 500 000 |
17 04 01 |
Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni |
171 000 000 |
169 500 000 |
-1 500 000 |
3.0.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
-16 720 119 |
17 03 12 01 |
Kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini |
32 285 000 |
34 285 000 |
2 000 000 |
18 02 03 |
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) |
420 555 842 |
411 821 029 |
-8 734 813 |
18 02 04 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) |
139 964 760 |
152 964 760 |
13 000 000 |
18 03 02 |
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) |
133 012 725 |
108 327 419 |
-24 685 306 |
33 03 04 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) |
39 640 496 |
41 340 496 |
1 700 000 |
3.0.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
22 520 119 |
3.0.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
1 000 000 |
09 05 05 |
Azzjonijiet ta' Multimedia |
20 732 000 |
21 732 000 |
1 000 000 |
|
Total |
|
|
0 |
Konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 729,1 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu massimu ta' nefqa tal-intestatura 3, u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 778,1 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.
Intestatura 4 – Ewropa Globali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR |
||||
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn |
||
AB 2020 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2020 |
Differenza |
||
4.0.1 |
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) |
|
|
-85 000 000 |
05 05 04 02 |
Turkija – Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
28 178 364 |
18 178 364 |
-10 000 000 |
22 02 03 01 |
Turkija – Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
160 000 000 |
150 000 000 |
-10 000 000 |
22 02 03 02 |
Turkija – Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
65 000 000 |
0 |
-65 000 000 |
4.0.10 |
Assistenza Makrofinanzjarja (MFA) |
|
|
-7 000 000 |
01 03 02 |
Assistenza makrofinanzjarja |
27 000 000 |
20 000 000 |
-7 000 000 |
4.0.2 |
Strument Ewropew ta' Viċinat (SEV) |
|
|
25 000 000 |
22 04 01 03 |
Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' konflitti |
401 220 115 |
421 220 115 |
20 000 000 |
22 04 02 01 |
Is-Sħubija tal-Lvant — Id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u l-mobilità |
251 379 012 |
252 879 012 |
1 500 000 |
22 04 02 02 |
Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli |
385 828 623 |
389 328 623 |
3 500 000 |
4.0.3 |
Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) |
|
|
20 000 000 |
21 02 07 01 |
Ambjent u tibdil fil-klima |
216 473 403 |
222 473 403 |
6 000 000 |
21 02 07 02 |
Enerġija sostenibbli |
96 210 401 |
110 210 401 |
14 000 000 |
4.0.5 |
Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) |
|
|
-5 000 000 |
19 04 01 |
Titjib tal-affidabilità tal-proċessi elettorali, partikolarment permezz tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali |
48 442 462 |
43 442 462 |
-5 000 000 |
4.0.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
2 000 000 |
13 07 01 |
Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka |
33 762 000 |
35 762 000 |
2 000 000 |
4.0.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
4 000 000 |
|
Total |
|
|
-46 000 000 |
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 10 261,6 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 248,4 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Amministrazzjoni
L-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
— |
It-taqsima tal-Parlament, li għaliha huma approvati dawn iż-żidiet li ġejjin fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li jirriżultaw mill-Istatut għall-Membri u mill-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea deċiż fit-28 ta' Ottubru 2019 mill-Kunsill Ewropew: EUR 410 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 0 Salarji, EUR 408 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 4 Spejjeż għall-vjaġġi regolari, EUR 12 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 5 Spejjeż oħra għall-vjaġġi, EUR 900 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 6 Allowance għall-ispejjeż ġenerali, EUR 6 050 000 fil-linja baġitarja 1 0 2 Allowances Tranżitorji, EUR 12 000 fil-linja baġitarja 3 2 2 Akkwist tal-informazzjoni u arkivjar, EUR 68 000 fil-linja baġitarja 3 2 4 4 L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi u EUR 1 463 000 fil-linja baġitarja 4 2 2 Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari; |
— |
It-taqsima tal-Kunsill, li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat. |
Barra minn hekk, l-impatt fil-Baġit tal-2020 tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li japplika mill-1 ta' Lulju 2019 (2,0 % minflok 3,1 %) huwa integrat fit-taqsimiet kollha tal-Istituzzjonijiet bil-mod segwenti:
f'EUR |
|
Il-Parlament |
-10 922 000 |
Il-Kunsill |
-3 627 000 |
Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi) |
-52 453 000 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
-3 393 000 |
Il-Qorti tal-Awdituri |
-1 380 000 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
- 819 672 |
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
- 610 000 |
L-Ombudsman |
- 111 000 |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
-64 000 |
Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna |
-3 529 000 |
Total |
-76 908 672 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 10 272,1 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 729,9 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, wara l-użu tal-ammont ta' EUR 252,0 miljun tal-marġni biex jikkumpensa l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza fl-2017.
Strumenti speċjali: FED, Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u FSUE
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) u għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit.
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit 2020 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
1. |
L-ewwel nett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi tnaqqis addizzjonali tan-nefqa agrikola tal-ammont -EUR 72,0 miljun. B'analoġija dan l-approċċ huwa applikat lill-kontribuzzjoni tal-UE min-naħa tal-aġenziji deċentralizzati. L-effett kombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 156,4 miljun; |
2. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji l-ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz tal-Baġit flimkien ma' 25 % tal-impenji l-ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett kombinat huwa żieda ta' EUR 35,0 miljun; |
3. |
L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata: |
f'EUR |
||||
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' pagament |
||
AB 2020 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2020 |
Differenza |
||
1.1.31 |
Orizzont 2020 |
|
|
87 754 856 |
02 04 03 01 |
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima |
68 500 000 |
79 753 000 |
11 253 000 |
05 09 03 01 |
Żgurar ta' provvisti suffiċjenti ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u prodotti oħra b'bażi bijo |
246 618 066 |
257 493 066 |
10 875 000 |
06 03 03 01 |
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika |
72 392 254 |
78 482 254 |
6 090 000 |
08 02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni |
120 856 938 |
98 806 938 |
-22 050 000 |
08 02 03 01 |
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja |
597 667 007 |
605 575 007 |
7 908 000 |
08 02 03 03 |
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva |
371 904 517 |
389 637 517 |
17 733 000 |
08 02 03 04 |
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika |
281 336 863 |
288 816 863 |
7 480 000 |
08 02 03 05 |
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima |
270 375 566 |
276 823 566 |
6 448 000 |
08 02 04 |
Tixrid tal-eċċellenza u firxa tal-parteċipazzjoni |
134 355 325 |
135 975 325 |
1 620 000 |
08 02 07 32 |
L-Impriża Konġunta Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (IMI2) |
184 313 342 |
179 520 198 |
-4 793 144 |
08 02 08 |
Strument għall-SMEs |
532 049 827 |
553 649 827 |
21 600 000 |
09 04 01 01 |
Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti |
466 500 000 |
468 325 000 |
1 825 000 |
09 04 02 01 |
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
711 700 000 |
716 567 000 |
4 867 000 |
09 04 03 01 |
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja |
147 200 000 |
149 633 000 |
2 433 000 |
09 04 03 02 |
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi |
47 700 000 |
48 000 000 |
300 000 |
09 04 03 03 |
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri |
55 400 000 |
52 400 000 |
-3 000 000 |
15 03 01 01 |
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda |
862 725 632 |
865 158 632 |
2 433 000 |
18 05 03 01 |
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri |
168 549 256 |
165 549 256 |
-3 000 000 |
32 04 03 01 |
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva |
398 861 189 |
416 594 189 |
17 733 000 |
1.1.32 |
Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom |
|
|
-1 100 000 |
08 03 01 02 |
Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni |
92 297 374 |
91 597 374 |
- 700 000 |
10 03 01 |
Attivitajiet tal-Euratom ta' riċerka diretta |
12 000 000 |
11 600 000 |
- 400 000 |
1.1.4 |
Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) |
|
|
5 000 000 |
02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn |
210 000 000 |
215 000 000 |
5 000 000 |
1.1.5 |
Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+) |
|
|
50 000 000 |
15 02 01 01 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol |
2 375 000 000 |
2 415 509 851 |
40 509 851 |
15 02 01 02 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea |
180 000 000 |
187 583 896 |
7 583 896 |
15 02 02 |
Promozzjoni tal-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-Attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja |
46 000 000 |
47 906 253 |
1 906 253 |
1.1.6 |
Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali (EaSI) |
|
|
-2 000 000 |
04 03 02 01 |
Progress — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol |
59 400 000 |
58 900 000 |
- 500 000 |
04 03 02 03 |
Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali |
23 000 000 |
21 500 000 |
-1 500 000 |
1.1.81 |
Enerġija |
|
|
28 740 000 |
32 02 01 01 |
Aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tal-elettriku u tal-gass fuq il-fruntieri |
131 500 000 |
148 240 000 |
16 740 000 |
32 02 01 02 |
Titjib tas-sigurtà tal-Unjoni fil-provvista tal-enerġija |
128 200 000 |
134 200 000 |
6 000 000 |
32 02 01 03 |
Kontribuzzjoni għal żvilupp sostenibbli u protezzjoni tal-ambjent |
128 300 000 |
134 300 000 |
6 000 000 |
1.1.82 |
Trasport |
|
|
11 100 000 |
06 02 01 01 |
It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali. |
980 000 000 |
989 435 000 |
9 435 000 |
06 02 01 02 |
Żgurar ta' sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti |
95 000 000 |
96 665 000 |
1 665 000 |
1.1.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
- 200 000 |
26 02 01 |
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi |
7 200 000 |
7 000 000 |
- 200 000 |
1.1.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
-1 200 000 |
02 03 01 |
Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi |
26 610 000 |
25 810 000 |
- 800 000 |
09 02 01 |
Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika |
3 000 000 |
2 600 000 |
- 400 000 |
1.2.5 |
Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika) |
|
|
3 000 000 |
04 02 64 |
Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ |
600 000 000 |
603 000 000 |
3 000 000 |
2.0.4 |
Ambjent u azzjoni klimatika (LIFE) |
|
|
5 000 001 |
34 02 01 |
Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni |
42 000 000 |
44 777 778 |
2 777 778 |
34 02 02 |
Żieda tar-reżiljenza tal-UE għat-tibdil fil-klima |
22 500 000 |
24 087 302 |
1 587 302 |
34 02 03 |
Governanza klimatika u informazzjoni aħjar fil-livelli kollha |
15 000 000 |
15 634 921 |
634 921 |
3.0.11 |
Ewropa Kreattiva |
|
|
6 000 000 |
09 05 01 |
Sottoprogramm MEDIA — Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali |
99 200 000 |
103 200 000 |
4 000 000 |
15 04 01 |
Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda |
29 200 000 |
30 000 000 |
800 000 |
15 04 02 |
Sottoprogramm Kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali |
66 000 000 |
67 200 000 |
1 200 000 |
3.0.5 |
Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza |
|
|
1 200 000 |
33 02 01 |
Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini |
28 800 000 |
30 000 000 |
1 200 000 |
3.0.6 |
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili |
|
|
-15 000 000 |
23 03 01 01 |
Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni |
63 000 000 |
48 000 000 |
-15 000 000 |
3.0.7 |
Ewropa għaċ-Ċittadini |
|
|
1 000 000 |
18 04 01 01 |
Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni |
25 000 000 |
26 000 000 |
1 000 000 |
3.0.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
1 000 000 |
09 05 05 |
Azzjonijiet ta' Multimedia |
22 000 000 |
23 000 000 |
1 000 000 |
4.0.1 |
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) |
|
|
-75 000 000 |
22 02 03 01 |
Turkija – Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
58 772 300 |
48 772 300 |
-10 000 000 |
22 02 03 02 |
Turkija – Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
463 786 099 |
398 786 099 |
-65 000 000 |
4.0.3 |
Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) |
|
|
20 000 000 |
21 02 07 01 |
Ambjent u tibdil fil-klima |
157 900 000 |
163 900 000 |
6 000 000 |
21 02 07 02 |
Enerġija sostenibbli |
50 250 000 |
64 250 000 |
14 000 000 |
4.0.5 |
Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) |
|
|
-5 000 000 |
19 04 01 |
Titjib tal-affidabilità tal-proċessi elettorali, partikolarment permezz tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali |
42 000 000 |
37 000 000 |
-5 000 000 |
4.0.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
2 000 000 |
13 07 01 |
Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka |
35 000 000 |
37 000 000 |
2 000 000 |
9.0.3 |
Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) |
|
|
-50 000 000 |
13 06 01 |
Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija |
100 000 000 |
50 000 000 |
-50 000 000 |
|
Total |
|
|
72 294 857 |
1.5. Riżervi
Ir-riżervi bil-Baġit 2020 huma stabbiliti f'konformità mal-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, għajr għall-artikoli baġitarji 13 06 01 (Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) u 18 03 02 (Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil — EASO) li r-riżervi tagħhom huma annullati.
1.6. Kummenti baġitarji
Sakemm ma jkunx indirizzat speċifikament fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-linji baġitarji elenkati fiż-żewġ tabelli li ġejjin:
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja tagħha.
|
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, huma approvati.
|
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja, huma approvati bil-modifiki li ġejjin.
|
Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, hija maqbula bl-inklużjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda b'kont meħud tal-modifiki li ġejjin.
Linja baġitarja skont il-qari tal-PE |
Intestatura |
Isem / Isem ġdid |
Linja baġitarja ġdida |
Intestatura ġdida |
02 04 77 08 |
1a |
Proġett pilota — Ir-reżiljenza tal-avjazzjoni għall-interferenzi u għall-attakki informatiċi l-ispoofing tal-GNSS fil-konfront tal-GNSS |
02 04 77 08 |
1a |
06 02 77 25 |
1a |
Proġett pilota — Ekotikkettar għall-avjazzjoni / Proġett ta' dimostrazzjoni għall-introduzzjoni ta' sistema ta' ekotikketta volontarja fil-qasam tal-avjazzjoni bbażata fuq il-Ekoportal tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea |
06 02 77 25 |
1a |
06 02 77 26 |
2 |
Proġett pilota — Interkonnessjoni tal-mobilità urbana bl-infrastrutturi tat-trasport bl-ajru |
06 02 77 26 |
1a |
06 02 77 27 |
2 |
Proġett pilota — Rivitalizzazzjoni tal-ferroviji transfruntieri ta' billejl |
06 02 77 27 |
1a |
06 02 77 28 |
2 |
Proġett pilota — Kapaċità ta' ekoloġizzazzjoni tal-portijiet marittimi Ewropej |
06 02 77 28 |
1a |
09 02 77 15 |
2 |
Proġett pilota — Mobilità urbana intelliġenti li tinvolvi vetturi awtonomi |
09 02 77 15 |
1a |
13 03 77 30 |
1b |
Proġett pilota — BEST Kultura: programm ta' appoġġ għad-diversità kulturali fit-territorji extra-Ewropej |
13 03 77 30 |
1b |
14 03 77 05 |
1a |
Proġett pilota — Studju ta' fattibbiltà ta' reġistru Ewropew tal-assi fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa |
12 02 77 11 |
1a |
15 04 77 22 |
1a |
Azzjoni preparatorja — Finanzi, Tagħlim, Innovazzjoni u Privattivi għall-Industriji Kulturali u Kreattivi (FLIP għal IKK) |
15 04 77 22 |
3 |
15 04 77 23 |
1a |
Azzjoni preparatorja — Il-protezzjoni taċ-ċimiterji tal-Lhud tal-Ewropa: proċess ta' mmappjar sħiħ b'riċerka u monitoraġġ u bi proposti bl-ispejjeż individwali għall-protezzjoni |
15 04 77 23 |
3 |
32 02 77 16 |
1a |
Azzjoni preparatorja — Nistabbilixxu appoġġ komprensiv għal reġjuni fi tranżizzjoni intensivi fil-faħam u l-karbonju |
32 02 77 12 |
1a |
32 02 77 17 |
1a |
Azzjoni preparatorja — Tagħlim għall-awtoritajiet u l-komunitajiet tal-gżejjer biex jitgħallmu kif isiru l-offerti għal proġett tal-enerġija rinnovabbli |
32 02 77 16 |
1a |
32 02 77 18 |
1a |
Azzjoni preparatorja — Tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-azzjoni għall-klima bejn l-irħula fl-UE u lil hinn permezz tal-ħolqien ta' identità rurali tal-Patt tas-Sindki |
32 02 77 17 |
1a |
32 02 77 19 |
1b |
Proġett pilota — Repożitorju tal-komunitajiet tal-enerġija – Monitoraġġ u appoġġ għall-komunitajiet tal-enerġija fl-UE |
32 02 77 18 |
1a |
32 02 77 20 |
2 |
Proġett pilota — L-involviment tal-kumpaniji fit-tranżizzjoni tal-enerġija |
32 02 77 19 |
1a |
33 04 77 07 |
3 |
Proġett pilota — Aċċessibbiltà inklużiva għall-persuni b'diżabbiltajiet konjittivi (internet inklużiv: aċċess għal kulħadd) |
09 04 77 29 |
3 |
33 04 77 08 |
2 |
Azzjoni preparatorja — Valutazzjoni tal-allegati differenzi fil-kwalità tal-prodotti mibjugħin fis-Suq Uniku |
33 04 77 07 |
1a |
2. Dikjarazzjonijiet
2.1 Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-EASO
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-bżonnijiet ta' finanzjament tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2020 ladarba tiġi adottata l-proposta leġiżlattiva tat-12 ta' Settembru 2018 li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' appoġġ operattiv tal-Aġenzija.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jittrattaw talba possibbli għal tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-EASO fl-2020, li tista' teħtieġ trasferiment tal-awtorità baġitarja jew abbozz ta' baġit emendatorju, u jieħdu debitament kont tal-urġenza tagħha.
2.2. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li jiġi żgurat, fid-dawl tal-implimentazzjoni, l-andament ordnat tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet għall-impenji, sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tkompli tagħmel monitoraġġ mill-qrib u b'mod attiv tal-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 (b'mod partikolari fl-ambitu tas-subintestatura 1b u tal-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod f'waqtu ċifri aġġornati relatati mal-istat tal-implimentazzjoni u estimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2020.
Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2020 mhumiex suffiċjenti biex ikopru l-bżonnijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni adegwata, partikolarment baġit emendatorju, biex l-Awtorità Baġitarja tkun tista' tieħu fi żmien debitu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-bżonnijiet ġustifikati. Jekk ikun il-każ, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jieħdu kont tal-urġenza tal-kwistjoni. Għall-Kunsill dan jista' jwassal biex jiqsar il-perjodu ta' tmien ġimgħat għad-deċiżjoni, jekk jidhirlu neċessarju.
2.3 Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' prijorità politika importanti u kondiviża, u, għal dan l-għan, jerġgħu jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI).
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-andament tal-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva u tippreżenta rapport qabel it-30 ta' Ġunju 2020.
Jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tikkonferma l-bżonn li tiżdied l-allokazzjoni għall-YEI, il-Kummissjoni se tippreżenta b'mod parallel abbozz ta' baġit emendatorju li jżid l-allokazzjoni speċifika tal-YEI b'EUR 50 miljun.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr tali abbozz ta' baġit emendatorju għall-2020 imressaq mill-Kummissjoni.
2.4. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
Iż-żieda tal-allokazzjoni speċifika tal-YEI tirrikjedi emenda teknika tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.
Kif ġara fis-snin preċedenti, din l-emenda se tkun strettament limitata għall-modifiki neċessarji biex tiżgura l-allokazzjoni addizzjonali tal-YEI u mhi se jkollha l-ebda impatt fuq l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.
2.5. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar it-taqrib lejn l-objettiv ta' 20 % f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq relatat mal-klima fil-perjodu 2014-2020
Il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-baġit matul l-2020. F'każ ta' sottoimplimentazzjoni fl-ambitu tal-intestaturi rilevanti, il-Kummissjoni se tippreżenta l-proposti xierqa għal baġit biex iżżid, meta possibbli, in-nefqa relatata mal-klima.