This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0297
Case C-297/10: Reference for a preliminary ruling from the Bundesarbeitsgericht (Germany) lodged on 16 June 2010 — Sabine Hennigs v Eisenbahn-Bundesamt
Kawża C-297/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis- 16 ta’ Ġunju 2010 — Sabine Hennigs vs Eisenbahn-Bundesamt
Kawża C-297/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis- 16 ta’ Ġunju 2010 — Sabine Hennigs vs Eisenbahn-Bundesamt
ĠU C 260, 25.9.2010, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Sabine Hennigs vs Eisenbahn-Bundesamt
(Kawża C-297/10)
()
2010/C 260/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sabine Hennigs
Konvenut: Eisenbahn-Bundesamt
Domandi preliminari
(1) |
Skala ta’ remunerazzjoni stabbilita fi ftehim kollettiv applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku li, bħall-Artikolu 27 tal-Bundes-Angestelltentarifvertrag (Ftehim kollettiv tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-settur pubbliku federali, iktar ’il quddiem il-“BAT”) moqri flimkien mal-Vergütungstarifvertrag Nr. 35 zum BAT (Ftehim kollettiv konkluż taħt il-BAT Nru 35, dwar ir-remunerazzjoni), tiddetermina abbażi tal-età r-remunerazzjonijiet bażiċi għal kull grad hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età stabbilit fid-dritt primarju (u issa rikonoxxut fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u implementat permezz tad-Direttiva 2000/78/KE (1), fid-dawl ukoll tad-dritt li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi rikonoxxut mid-dritt primarju lill-imsieħba soċjali (u issa rikonoxxut fl-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)? |
(2) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fl-affermattiv għad-domanda 1:
|
(3) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fin-negattiv għad-domanda 2(a) u (b):
|
(4) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fin-negattiv għad-domanda 3(a) u (b): Huwa possibbli li l-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq bażi tal-età, li jivvizja sistema ta’ remunerazzjoni stabbilita permezz ta’ ftehim kollettiv u li jagħmilha kompletament illegali, jiġi rrimedjat biss billi tittieħed bħala bażi l-ogħla età f’kull każ matul l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv dwar ir-remunerazzjoni sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, minkejja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati lil min iħaddem u minkejja d-dritt tal-imsieħba soċjali sabiex jiġu nnegozjati ftehim kollettivi? |
(5) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Bundesarbeitsgericht, fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirrispondu fin-negattiv għad-domanda 4: Id-dritt tal-imsieħba soċjali li jiġu nnegozjati ftehim kollettivi, il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età u n-neċessità ta’ sanzjonijiet effettivi fil-każ ta’ ksur ta’ dan il-prinċipju jippermettu l-iffissar lill-imsieħba soċjali ta’ terminu relattivament qasir (pereżempju ta’ sitt xhur) sabiex titwaqqaf b’mod retroattiv l-illegalità tas-sistema ta’ remunerazzjoni li dawn kienu qablu dwarha, filwaqt li jiġi ppreċiżat il-bżonn li tinżamm l-ogħla età matul l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv, jekk l-imsieħba soċjali jonqsu milli jadottaw dispożizzjonijiet ġodda li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni fit-terminu stabbilit. Jekk ikun il-każ, liema marġni ta’ żmien, fir-rigward tar-retroattività ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jista’ jkun rikonoxxut f’dan il-kuntest lill-imsieħba soċjali? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).