Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Diliġenza dovuta tas-sostenibbilità korporattiva

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2024/1760 dwar diliġenza dovuta tas-sostenibbilità korporattiva

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Direttiva (UE) 2024/1760 għandha l-għan li tassikura li kumpaniji kbar tal-Unjoni Ewropea (UE) u mhux tal-UE bi preżenza sinifikanti jintegraw prattiċi sostenibbli u responsabbli tal-UE fl-operazzjonijiet domestiċi u internazzjonali tagħhom. Hi tagħmel dan billi ġġiegħel lil kumpaniji

  • jassessjaw u jindirizzaw id-drittijiet tal-bniedem u l-impatt ambjentali attwali u potenzjalment negattivi tal-operazzjonijiet tagħhom flimkien ma’ dawk tas-sussidjarji u sħab kummerċjali tagħhom fil-ktajjen tal-attivitajiet ta’ dawk il-kumpaniji;
  • jkunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità u għall-ksur tal-obbligi;
  • jadottaw u jpoġġu fis-seħħ pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tal-bidla klimatika li jassikura, permezz tal-aħjar sforzi, kompattibbiltà mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli konformi mal-miri tat-tisħin globali u r-rekwiżiti tal-1.5 °C tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Id-direttiva ma tnaqqasx id-dispożizzjonijiet eżistenti nazzjonali umani, tal-impjieg, soċjali, ambjentali jew tat-tibdil fil-klima.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva:

  • tapplika għall-kumpaniji tal-UE u mhux tal-UE li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
    • li kellhom aktar minn 1,000 impjegat u fatturat nett globali (għal kumpaniji tal-UE) jew fatturat nett tal-UE (għal kumpaniji mhux tal-UE) ta’ aktar minn €450 miljun fl-aħħar sena finanzjarja;
    • ma jkunux leħqu dawk il-livelli limiti, imma li jkunu l-kumpanija omm apikali ta’ grupp li jkun leħqu;
    • daħlu fi ftehimiet ta’ franchising u ta’ liċenzjar b’royalties ta’ aktar minn €22.5 miljun u fatturat nett ta’ aktar minn €80 miljun fid-dinja kollha/fl-UE (jew waħedha jew bħala kumpanija omm apikali ta’ grupp).

Diliġenza dovuta

il-kumpaniji jridu jwettqu drittijiet tal-bniedem abbażi ta’ riskju u diliġenza dovuta ambjentali billi:

  • jintegraw, b’konsultazzjoni mal-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom, il-miżuri li ġejjin ta’ diliġenza dovuta fil-politiki u sistemi tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom:
    • deskrizzjoni tal-approċċ għat-terminu twil tagħhom,
    • kodiċi tal-kondotta li jkollha regoli u prinċipji għall-kumpanija u s-sussidjarji u sħab kummerċjali tagħha,
    • preżentazzjoni tal-proċessi li hemm fis-seħħ, inkluża verifika dwar konformità;
  • aġġornament tal-politiki dwar diliġenza dovuta mingħajr dewmien wara żvilupp sinifikanti u tal-inqas kull 24 xahar;
  • identifikazzjoni ta’ drittijiet tal-bniedem potenzjalment negattivi u impatti ambjentali fl-operazzjonijiet tagħhom stess u ta’ dawk is-sussidjarji tagħhom u fil-ktajjen ta’ attivitajiet tagħhom, flimkien mal-prijoritizzazzjoni tal-indirizzar tal-impatti abbażi ta’ severità u probabbiltà;
  • prevenzjoni u mitigazzjoni ta’ problemi potenzjali, u jwasslu għat-tmiem dawk attwali u jimminizzazzaw id-dannu tagħhom;
  • jipprovdu rimedji1 għal impatti avversi attwali;
  • jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti fi stadji varji tal-proċess tad-diliġenza dovuta;
  • jistabbilixxu notifika aċċessibbli u li tkun pubblikament disponibbli u proċeduri għall-ilmenti, inkluż segwitu xieraq, fejn individwi u organizzazzjonijiet jistgħu jqajmu tħassib b’mod anonimu u b’kunfidenzjalità konformi mal-liġi nazzjonali;
  • jimmonitorjaw regolarment (tal-inqas kull 12-il xahar) l-effettività tal-politika tagħhom ta’ diliġenza dovuta fl-operazzjonijiet tagħhom kollha, dawk tas-sussidjarji tagħhom u tal-ktajjen ta’ attivitajiet tagħhom;
  • jikkomunikaw pubblikament dwar id-diliġenza dovuta tagħhom billi jippubblikaw dikjarazzjoni annwali (konformi mad-Direttiva (UE) 2022/2464 (id-direttiva dwar rapportar fuq sostenibbilità korporattiva) fuq is-sit tal-internet tagħhom u jagħmluha disponibbli lill-punt ta’ aċċess uniku Ewropew;
  • jżommu d-dokumentazzjoni kollha dwar il-konformità mad-diliġenza dovuta tagħhom għal tal-inqas ħames snin.

Huma jridu jadottaw u jpoġġu fis-seħħ pjan ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima li jkollu:

  • miri marbuta għal ħames snin bejn l-2030 u l-2050;
  • deskrizzjonijiet ta’ miżuri biex jintleħqu l-miri;
  • dettalji dwar l-investiment u finanzjament involut;
  • spjegazzjoni li rwoli amminstrattivi, korpi tal-ġestjoni u superviżorji għandhom.

Kumpaniji mhux tal-UE jridu jaħtru rappreżentant awtorizzat bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet nazzjonali superviżorji.

Appoġġ għall-informazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea:

  • B’konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, partijiet ikkonċernati u oħrajn u sabiex jgħinu kumpaniji, awtoritajiet nazzjonali u partijiet ikkonċernati jissodisfaw l-obbligi leġiżlattivi tagħhom, u ppubblikaw dan li ġej:
    • gwida dwar klawżoli dwar mudell volontarju kuntrattwali sas-;
    • gwida ġenerali dwar kif twettaq diliġenza dovuta, li tiffoka fuq il-proċess ta’ identifikazzjoni, il-prijoritizzazzjoni ta’ impatti, l-adattament ta’ prattiċi ta’ xiri, rimedji, involviment tal-partijiet ikkonċernati u diżimpenn responsabbli;
    • gwida prattika dwar il-pjan tat-tranżizzjoni klimatika,
    • informazzjoni dwar fatturi ta’ riskju,
    • informazzjoni dwar data, sorsi ta’ informazzjoni u għodda diġitali,
    • informazzjoni dwar kondiviżjoni ta’ riżorsi u informazzjoni għall-iskop ta’ konformità,
    • informazzjoni għal partijiet ikkonċernati u r-rappreżentanti tagħhom dwar kif tinvolvi matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta kollu,
    • informazzjoni dwar kriterji ta’ idoneità għal skemi tal-industrija u inizjattivi għal partijiet ikkonċernati multi u verifika għal parti terza,
    • linji gwida ġenerali u strutturati għas-settur għal drittijiet tal-bniedem speċifiċi u problemi ambjentali,
  • jistabbilixxu helpdesk uniku għal kumpaniji li jfittxu informazzjoni, gwida u appoġġ.

L-Istati Membri, individwalment jew konġuntament joperaw sit tal-internet, pjattaformi jew portals biex jipprovdu informazzjoni u appoġġ lil kumpaniji, speċjalment impriżi żgħar u medji

Is-superviżjoni

L-Istati Membri:

  • jaħtru awtorità superviżorja waħda jew aktar bis-setgħat biex:
    • jirċievu u jaġixxu fi żmien ħin raġunevoli dwar kull tħassib sostanzjat li jkun imqajjem,
    • jitolbu lil kumpaniji biex jipprovdu informazzjoni,
    • jwettqu investigazzjonijiet,
    • jordnaw kumpanija biex tieqaf tikser il-liġi,
    • jimponu penali jew miżuri interim,
  • jassikuraw li kumpanija tista’ tinżamm responsabbli għal kull dannu, jekk:
    • il-kumpanija intenzjonalment jew b’negliġenza tonqos li tirrispetta l-liġi,
    • id-dannu jkun sar bħala riżultat ta’ dak in-nuqqas (madanakollu, kumpanija ma tistax tinżamm responsabbli ċivilment jekk id-dannu jkun ikkawżat mis-sħab kummerċjali tagħha waħedhom),
  • jistabbilixxu penali għal kumpaniji li jiksru l-liġi.

Il-Kummissjoni tistabbilixxi Network Ewropew tal-Awtoritajiet Superviżorji biex tiffaċilita kooperazzjoni bejn korpi nazzjonali u l-koordinazzjoni u alinjament ta’ flussi ta’ ħidma varji fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom.

Regoli oħra

Id-direttiva temenda:

Il-Kummissjoni:

  • tista’ tadotta attii delegati biex temenda l-Anness dwar drittijiet u projbizzjonijiet fid-drittijiet tal-bniedem u trattati ambjentali u konvenzjonijiet internazzjonali;
  • ser tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mhux iktar tard mis- dwar jekk rekwiżiti addizzjonali għad-diliġenza dovuta fuq sostenibbilità għandhiex tkun imdaħħla għal impriżi finanzjarji regolati fir-rispett tal-provvediment ta’ servizzi finanzjarji u attivitajiet ta’ investiment, u minn hemm wara, rapport ta’ implimentazzjoni kull ħames snin.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva trid tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sas-.

Id-direttiva tapplika skont l-iskeda li ġejja:

  • mis- għal kumpaniji b’iktar minn 5,000 impjegat u fatturat nett ta’ iktar minn €1.5 biljun;
  • mis- għal kumpaniji b’iktar minn 3,000 impjegat u fatturat nett ta’ iktar minn €900 biljun;
  • mis- għal kumpaniji b’iktar minn 1,000 impjegat u fatturat nett ta’ iktar minn €450 biljun.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Rimedji. Restorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ individwi, komunitajiet u ambjent affettwati għall-istat oriġinali tiegħu b’kumpens finanzjarju u mezzi oħra, ipprovduti mill-kumpanija u proporzjonati mal-implikazzjoni tiegħu.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, ).

l-aħħar aġġornament .

Top