This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2282
Commission Regulation (EU) 2015/2282 of 27 November 2015 amending Regulation (EC) No 794/2004 as regards the notification forms and information sheets (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2282 tas-27 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli ta' notifika u l-iskedi ta' informazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2282 tas-27 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli ta' notifika u l-iskedi ta' informazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 325, 10.12.2015, p. 1–180
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2282
tas-27 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli ta' notifika u l-iskedi ta' informazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
L-inizjattiva ta' modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat iffukat fuq l-identifikazzjoni ta' prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri kollha ta' għajnuna mill-Kummissjoni. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis miżura ta' għajnuna bħala kompatibbli mat-Trattat biss jekk tkun tissodisfa l-kriterji ta' kontribuzzjoni għal għan definit sew ta' interess komuni; il-bżonn għal intervent mill-Istat; l-adegwatezza; l-effett ta' inċentiv; il-proporzjonalità; u l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat se jiġu riveduti u ssimplifikati sabiex jirriflettu dawk il-prinċipji komuni ta' valutazzjoni. Il-formoli ta' notifika ta' għajnuna mill-Istat u l-iskedi ta' informazzjoni li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (2) għandhom għalhekk jiġu adattati biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-valutazzjoni tagħha skont ir-regoli modernizzati dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(2) |
Il-miżuri ta' għajnuna għandhom ukoll jikkonformaw mal-kriterji ta' trasparenza, stipulati f'Komunikazzjoni dwar it-Trasparenza (3), bil-għan li jippromwovu l-konformità, inaqqsu l-inċertezza u jippermettu lill-kumpaniji biex jivverifikaw jekk l-għajnuna mogħtija lil kompetituri hijiex legali. Barra minn hekk, it-trasparenza tiffaċilita l-infurzar għal awtoritajiet nazzjonali u reġjonali billi żżid is-sensibilizzazzjoni ta' għajnuna mogħtija f'diversi livelli, biex b'hekk jiġu żgurati monitoraġġ u segwitu aħjar fil-livell nazzjonali u lokali. Għal dak l-għan, l-Istati Membri notifikanti għandhom jipprovdu informazzjoni relevanti dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-miżuri ta' għajnuna. |
(3) |
Fid-dawl tal-impatt potenzjali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta' skemi ta' għajnuna b'baġits għall-għajnuna kbar, jew li jkollhom karatteristiċi ġodda jew li jkunu jinvolvu bidliet sinifikanti fis-suq, bidliet teknoloġiċi jew regolatorji, l-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni ta' dawk it-tip ta' skemi. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-pjan ta' evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' pjan ta' evalwazzjoni fl-istess ħin li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskema ta' għajnuna kkonċernata. Għal dak l-għan, għandha tiżdied formola ġdida għall-evalwazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 794/2004, li għandha tintuża mill-Istati Membri. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”; |
2. |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
3. |
L-Annessi III A u III B huma sostitwiti bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat, (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti u finanzjament ta' riskju u dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lil ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30).
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti I hija sostitwita b'dan li ġej: “PARTI I. INFORMAZZJONI ĠENERALI 1. Status tan-notifika L-informazzjoni mibgħuta fuq din il-formola tikkonċerna:
2. Identifikazzjoni tal-konċedent tal-għajnuna Stat Membru kkonċernat: … Reġjun(i) tal-Istat Membru kkonċernat (fil-livell NUTS 2); inkludi informazzjoni dwar l-istatus tal-għajnuna reġjonali tagħhom: … Persuna/i ta' kuntatt:
Indika l-isem, l-indirizz (inkluż l-indirizz fuq il-web) u l-indirizz elettroniku tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Il-persuna ta' kuntatt fir-Rappreżentanza Permanenti
Jekk tixtieq li kopja tal-korrispondenza uffiċjali mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Istat Membru tingħadda lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, indika isimhom, l-indirizz (inkluż l-indirizz tagħhom fuq il-web) u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom hawnhekk:
3. Benefiċjarji 3.1. Fejn jinsab(u) (i)l-benefiċjarju/i
3.2. Jekk applikabbli, fejn jinsab(u) (i)l-proġett(i)
3.3. Is-settur(i) affettwat(i) mill-miżura ta' għajnuna (jiġifieri dawk li fihom huma attivi l-benefiċjarji tal-għajnuna):
3.4. Fil-każ ta' skema ta' għajnuna, speċifika: 3.4.1. Tip ta' benefiċjarji:
3.4.2. Stima tal-għadd ta' benefiċjarji:
3.5. Fil-każ ta' għajnuna individwali, jew mogħtija fl-ambitu ta' skema jew bħala għajnuna ad hoc, speċifika: 3.5.1. Isem il-benefiċjarju/i: … 3.5.2. It-tip ta' benefiċjarju/i: …
L-għadd ta' impjegati: Fatturat annwali (ammont sħiħ fil-munita nazzjonali, matul l-aħħar sena finanzjarja): … Total annwali tal-karta tal-bilanċ (ammont sħiħ fil-munita nazzjonali, matul l-aħħar sena finanzjarja): … L-eżistenza ta' intrapriża assoċjata jew intrapriża msieħba (ehmeż dikjarazzjoni skont l-Artikolu 3(5) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SMEs (3) li tikkonferma l-istatus awtonomu jew assoċjat jew imsieħeb tal-impriża benefiċjarja (4)): …
3.6. Il-benefiċjarju/i huwa/huma impriża f'diffikultà (5)?
3.7. Ordnijiet ta' rkupru pendenti 3.7.1. Fil-każ ta' għajnuna individwali: L-awtoritajiet tal-Istat Membru jieħdu impenn li jissospendu l-għoti u/jew il-ħlas tal-għajnuna notifikata jekk il-benefiċjarju jkun għad għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għajnuna illegali li tkun ngħatatlu u li ġiet iddikjarata inkompatibbli b' Deċiżjoni tal-Kummissjoni (bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna minn skema ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli), sakemm il-benefiċjarju jrodd lura jew iħallas f'kont blukkat l-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax tal-irkupru korrispondenti.
Ipprovdi r-referenza għall-bażi ġuridika nazzjonali rigward dan il-punt: … 3.7.2. Fil-każ ta' skemi tal-għajnuna: L-awtoritajiet tal-Istat Membru jieħdu l-impenn li jissospendu l-għoti u/jew il-ħlas tal-għajnuna notifikata jekk il-benefiċjarju jkun għad għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għajnuna illegali li ngħatatlu qabel li ġiet iddikjarata bħala inkompatibbli minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni (jew bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna minn skema ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli), sakemm il-benefiċjarju jrodd lura jew iħallas f'kont imblokkat l-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax tal-irkupru korrispondenti.
Ipprovdi r-referenza għall-bażi ġuridika nazzjonali rigward dan il-punt: … 4. Bażi Ġuridika Nazzjonali 4.1. Ipprovdi l-bażi ġuridika nazzjonali tal-miżura ta' għajnuna inklużi d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u s-sorsi rispettivi tagħhom: Bażi ġuridika nazzjonali: … … Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni (meta applikabbli): … … Referenzi (meta applikabbli): … 4.2. Ma' din in-notifika, ehmeż wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
4.3. Fil-każ ta' test finali, it-test finali fih klawżola ta' sospensjoni li biha l-korp li jagħti l-għajnuna jkun jista' jagħti l-għajnuna biss wara li l-Kummissjoni tkun awtorizzatha?
4.4. Fejn it-test tal-bażi ġuridika fih klawżola ta' sospensjoni, indika jekkd-data li fiha ngħatat l-għajnuna hix se tkun:
5. Identifikazzjoni tal-Għajnuna, l-Għan u t-Tul ta' żmien 5.1. Titlu tal-miżura ta' għajnuna (jew isem il-benefiċjarju tal-għajnuna individwali) … 5.2. Deskrizzjoni fil-qosor tal-għan tal-għajnuna … 5.3. Il-miżura tikkonċerna l-kofinanzjament nazzjonali ta' proġett tal-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiku (EFSI) (6)?
5.4. Tip ta' għajnuna 5.4.1. In-notifika tirrigwarda skema ta' għajnuna?
5.4.2. In-notifika tirrigwarda għajnuna individwali (8)?
5.4.3. Is-sistema ta' finanzjament tifforma parti integrali mill-miżura ta' għajnuna (pereżempju, billi jiġu applikati imposti parafiskali sabiex jinġabru l-fondi meħtieġa biex l-għajnuna tkun tista' tingħata)?
5.5. Tul ta' żmien ☐ Skema Indika l-aħħar data prevista sa liema tista' tingħata l-għajnuna individwali skont l-iskema. Jekk it-tul ta' żmien huwa itwal minn sitt snin, indika għaliex perjodu itwal huwa indispensabbli għall-ilħuq tal-għanijiet tal-iskema ta' għajnuna. … ☐ Għajnuna individwali Indika d-data li fiha huwa previsti li tingħata l-għajnuna (9): … Jekk l-għajnuna se titħallas fi ħlasijiet parzjali, indika d-data/i ppjanata/i ta' kull ħlas parzjali … 6. Kompatibilità tal-għajnuna Prinċipji komuni tal-valutazzjoni (Is-Subtaqsimiet 6.2 sa 6.7 ma japplikawx għal għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura, tas-sajd u l-akkwakultura (10) ) 6.1. Indika l-għan primarju u, fejn applikabbli, l-għan(ijiet) sekondarju/i, ta' interess komuni li għalihom tikkontribwixxu l-għajnuna:
6.2. Spjega għaliex hemm bżonn intervent mill-Istat. Kun af li l-għajnuna trid tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn hija tkun tista' ġġib magħha titjib materjali li ma jistax jitwassal mis-suq innifsu, billi tirrimedja għal falliment tas-suq definit b'mod ċar. … … 6.3. Indika għaliex l-għajnuna hija strument xieraq biex tindirizza l-għan ta' interess komuni kif iddefinit fil-punt 6.1. Kun af li l-għajnuna mhijiex se titqies kompatibbli jekk hemm miżuri jfixklu inqas il-kompetizzjoni li bihom ikun possibbli li tinkiseb l-istess kontribuzzjoni pożittiva. … … 6.4. Indika jekk l-għajnuna għandhiex effett ta' inċentiv (jiġifieri meta l-għajnuna tibdel l-imġiba ta' impriża u twassalaha biex tidħol f'attivitajiet oħra li ma kinitx tidħol fihom mingħajr l-għajnuna jew li kienet tidħol fihom b'mod limitat jew differenti).
Indika jekk humiex eliġibbli l-attivitajiet li bdew qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal għajnuna.
Jekk ikunu eliġibbli, jekk jogħġbok spjega kif ir-rekwiżit tal-effett ta' inċentiv huwa ssodisfat. … … 6.5. Indika għaliex l-għajnuna mogħtija hija proporzjonata sakemm tammonta għall-minimu meħtieġ sabiex twassal għal investiment jew attività. … … 6.6. Indika l-effetti negattivi possibbli tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u speċifika kemm huma misbuqa mill-effetti pożittivi. … … 6.7. Skont il-Komunikazzjoni dwar it-Trasparenza (12), indika jekk l-informazzjoni li ġejja hijiex se tiġi ppubblikata fuq sit web nazzjonali jew reġjonali wieħed: it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna approvata jew id-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna individwali u d-dispożizzjonijiet li jimplimentawha, jew link għaliha; l-identità tal-awtorità(jiet) li tagħti/jagħtu l-għajnuna; l-identità tal-benefiċjarju/i individwali, l-istrument tal-għajnuna (13) u l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju/i; l-għan tal-għajnuna, id-data ta' meta tingħata, it-tip ta' impriża (pereżempju SME, kumpanija kbira); in-numru ta' referenza tal-miżura ta' għajnuna tal-Kummissjoni; ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju (fil-livell NUTS 2) u s-settur ekonomiku ewlieni tal-benefiċjarju/i (fil-livell tal-grupp NACE) (14).
6.7.1. Ipprovdi l-indirizz(i) tas-sit(i) web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni: … … 6.7.2. Jekk applikabbli, ipprovdi l-indirizz(i) tas-sit web ċentrali li jikseb l-informazzjoni mis-sit(i) web reġjonali: … … 6.7.3. Jekk l-indirizz(i) tas-sit web imsemmi fil-punt 6.7.2 ma jkun(u)x għadu/hom magħruf(a) meta tiġi ppreżentata n-notifika, l-Istat Membru jrid jieħu impenn li jgħarraf lill-Kummissjoni ladarba jinħolqu dawk is-siti web u jkun magħruf x'inhuma l-indirizzi. 7. L-istrument ta' għajnuna, l-ammont tal-għajnuna, l-intensità tal-għajnuna u l-mezzi ta' finanzjament 7.1. L-istrument ta' għajnuna u l-ammont tal-għajnuna Speċifika l-forma tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna (15) imqiegħded għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju/i (fejn xieraq, għal kull miżura):
Għall-garanziji, indika l-ammont massimu ta' self iggarantit: … Għas-self, indika l-ammont massimu (nominali) tas-self mogħti: … 7.2. Deskrizzjoni tal-istrument ta' għajnuna Għal kull strument ta' għajnuna magħżul mil-lista fil-punt 7.1, spjega l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-għajnuna (bħat-trattament fiskali, jekk l-għajnuna tingħatax b'mod awtomatiku fuq il-bażi ta' ċerti kriterji oġġettivi jew jekk hemmx xi element ta' diskrezzjoni min-naħa tal-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna): … … 7.3. Sors ta' finanzjament 7.3.1. Speċifika l-finanzjament tal-għajnuna:
7.3.2. Il-baġit huwa adottat kull sena?
7.3.3. Jekk in-notifika tikkonċerna bidliet fi skema eżistenti, indika l-effetti baġitarji għal kull wieħed mill-istrumenti tal-għajnuna tal-bidliet notifkati fl-iskema fuq il-: Baġit totali … Baġit annwali (17) … 7.4. Kumulazzjoni L-għajnuna tista' tiġi kumulata ma' għajnuna jew għajnuniet de minimis (18) riċevuti minn għajnuna lokali, reġjonali jew nazzjonali (19) oħra sabiex tkopri l-istess spejjeż eliġibbli?
… … Jekk jogħġbok spjega l-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-kumulazzjoni jiġu rispettati: … …
8. Evalwazzjoni 8.1. L-iskema hija kkunsidrata għall-evalwazzjoni (20)?
Jekk l-iskema mhijiex ikkunsidrata għall-evalwazzjoni, spjega għaliex tqis li l-kriterji għall-evalwazzjoni mhumiex issodisfati. …
Skont liema kriterji l-iskema hija meqjusa għal evalwazzjoni ex post:
Jekk ikun issodisfat xi wieħed mill-kriterji msemmija f'dan il-punt, indika l-perjodu tal-evalwazzjoni u imla l-formola ta' informazzjoni supplimentari għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni fl-Anness I, Parti III.8 (21). … 8.2. Indika jekk twettqitx diġà xi evalwazzjoni ex post għal skema simili (fejn xieraq, b'referenza u link għal siti web relevanti) … 9. Rapportar u Monitoraġġ Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-iskema ta' għajnuna u l-għajnuna individwali, l-Istat Membru notifikanti jieħu impenn li:
Għal skemi ta' għajnuna fiskali:
10. Kunfidenzjalità In-notifika fiha informazzjoni kunfidenzjali (23) li ma għandhiex tiġi żvelata lil terzi?
…
11. Informazzjoni Oħra Meta applikabbli, indika kull informazzjoni oħra li hija rilevanti biex tiġi vvalutata l-għajnuna. … … 12. Dokumenti mehmużin Elenka d-dokumenti kollha li huma mehmużin man-notifika u pprovdi kopji fuq karti jew indirizzi fuq il-web li jagħtu aċċess għad-dokumenti kkonċernati. … … 13. Dikjarazzjoni Niċċertifika li, sa fejn naf jien, l-informazzjoni pprovduta f'din il-formola, fl-Anness u fid-dokumenti mehmuża hija preċiża u sħiħa. Data u post tal-firma … Firma: … Isem u kariga tal-persuna li qed tiffirma … 14. Formola ta' Informazzjoni Supplimentari 14.1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata fil-formola ta' informazzjoni ġenerali, agħżel il-formola ta' informazzjoni supplimentari li se timla:
14.2. Għal għajnuna li mhijiex koperta mill-ebda waħda mill-formoli ta' informazzjoni supplimentari, agħżel id-dispożizzjoni rilevanti tat-TFUE, linja gwida jew test ieħor applikabbli għall-għajnuna mill-Istat:
Agħti ġustifikazzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna li taqa' fil-kategoriji magħżula f'dan il-punt: … … Għal raġunijiet prattiċi, huwa rakkomandat li d-dokumenti mehmuża jiġu numerati u li ssir referenza għan-numri ta' dawk id-dokumenti fit-taqsimiet rilevanti tal-formoli ta' informazzjoni supplimentari.” |
(2) |
Il-Partijiet III.1, III.2, III.3, III.4, III.5, III.6, III.7, III.8, III.9, III.10 u III.11 huma sostitwiti b'dan li ġej: “PARTI III FORMOLI TA' INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI PARTI III.1.A Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-investiment reġjonali individwali Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi notifikata kull għajnuna għall-investiment individwali koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2014-2020 (1) (l-‘RAG’). Fejn bosta benefiċjarji jkunu involuti f'miżura ta' għajnuna individwali, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti għal kull wieħed minnhom. 1. Kamp ta' applikazzjoni 1.1. Raġunijiet għan-notifika tal-miżura:
1.2. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura ta' għajnuna 1.2.1. Ikkonferma li l-benefiċjarju mhux impriża f'diffikultà (3) … 1.2.2. Jekk il-miżura tkopri għajnuna għall-investiment għal netwerks tal-broadband, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika u/jew dokumenti ta' sostenn.
… 1.2.3. Jekk il-miżura tkopri l-għajnuna għall-infrastrutturi tar-riċerka (5), ikkonferma li l-għajnuna tingħata bil-patt li jingħata aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal dik l-infrastruttura u jiġu pprovduti dokumenti ta' sostenn għal dak il-għan u/jew tiġi pprovduta referenza/i għall-partijiet rilevanti tal-bażi ġuridika (il-paragrafu 13 RAG). … 1.2.4. Ippreżenta kopja tal-formola tal-applikazzjoni u l-(abbozz) tal-ftehim tal-għoti tal-għajnuna. 2. Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju, il-proġett tal-investiment u l-għajnuna 2.1. Benefiċjarju 2.1.1. L-identità ta' min jirċievi l-għajnuna: … 2.1.2. Jekk l-identità legali ta' min jirċieivi l-għajnuna hija differenti minn dik tal-impriża(i) li tiffinanzja/jiffinanzjaw il-proġett jew mill-benefiċjarju jew benefiċjarji effettivi tal-għajnuna, iddeskrivi dawk id-differenzi. … … 2.1.3. Agħti deskrizzjoni ċara tar-relazzjoni bejn il-benefiċjarju, il-grupp tal-intrapriżi li minnu jagħmel parti u intrapriżi oħra assoċjati, inklużi l-intrapriżi konġunti. … … 2.2. Il-proġett ta' investiment 2.2.1. Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-proġett ta' investiment innotifikat:
2.2.2. Jekk in-notifika tkopri investiment f'żona ‘a’ jew investiment minn SME waħda jew aktar (6) f'żona ‘c’ (il-paragrafu 34 RAG), speċifika l-kategorija jew kategoriji tal-investiment inizjali li huma suġġetti tan-notifika (il-paragrafu 20(h) RAG):
2.2.3. Jekk in-notifika tkopri investiment f'żona ‘c’ minn Intrapriża Kbira, speċifika l-kategorija jew kategoriji tal-investiment inizjali suġġetti tan-notifika (il-paragrafu 15 u l-paragrafu 20(i) RAG):
2.2.4. Iddeskrivi fil-qosor l-investiment billi tispjega kif il-proġett ikkonċernat jaqa' f'waħda jew f'iktar mill-kategoriji tal-investiment inizjali indikati hawn fuq: … … 2.3. L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż ta' investiment 2.3.1. Ipprovdi r-rendikont li ġej tal-ispejjeż ta' investiment totali eliġibbli f'valur nominali u skontat:
2.3.2. Ikkonferma li l-assi akkwistati huma ġodda (il-paragrafu 94 RAG) (9).
2.3.3. Ipprovdi prova biex turi li fil-każ ta' SMEs mhux iktar minn 50 % tal-kostijiet ta' studji preparatorji jew kostijiet ta' konsulenza marbutin mal-investiment huma inklużi fl-ispejjeż eliġibbli (il-paragrafu 95 RAG). … 2.3.4. Ipprovdi prova biex turi li rigward l-għajnuna mogħtija għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli huma iktar mid-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li għandha tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali ta' qabel (il-paragrafu 96 RAG). … 2.3.5. Ipprovdi referenza għall-bażi ġuridika jew spjega kif inhu żgurat li għall-għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli jaqbżu b'mill-inqas 200 % il-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta' qabel il-bidu tax-xogħlijiet (il-paragrafu 97 RAG). Jekk ikun il-każ, ipprovdi dokumentazzjoni li tinkludi d-dejta kwantitattiva rilevanti. … 2.3.6. F'każijiet li jinvolvu l-kiri ta' assi tanġibbli, ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika meta jkun stipulat li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma rispettati (il-paragrafu 98 RAG) jew spjega kif dawk il-kundizzjonijiet jiġu rispettati b'mod ieħor.
2.3.7. Il-paragrafu 99 RAG jistipula li ‘Fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment, huma biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati mal-bejjiegħ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Meta tkun diġà ngħatat l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta' assi qabel ma jinxtraw, il-kostijiet ta' dawn l-assi għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment. Jekk l-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli ta' dan l-aħħar investiment għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tax-xiri tal-assi tal-istabbiliment.’. Jekk rilevanti fil-każ notifikat, spjega kif dawk il-kundizzjonijiet ġew imħarsa, billi tipprovdi dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti. … 2.3.8. Jekk in-nefqa eliġibbli għall-proġett ta' investiment tinkludi assi intanġibbli, spjega kif inhu żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 101-102 RAG (10) se jkunu rrispettati. F'każijiet bħal dawk ipprovdi referenza preċiża għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika. … 2.4. L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi Spjega:
… 2.5. Il-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli skontati u l-ammont ta' għajnuna 2.5.1. Imla t-tabella f'dan il-punt bid-dettalji tal-ispejjeż eliġibbli skont il-kategorija ta' spiża eliġibbli li għandha titħallas fil-perijodu kemm idum il-proġett ta' investiment:
Indika d-data li fiha ġew skontati l-ammonti, kif ukoll ir-rata ta' skont użata (11): … 2.5.2. Imla t-tabella f'dan il-punt bid-dettalji tal-għajnuna nnotifikata (li se tingħata) mogħtija għall-proġett ta' investiment b'referenza għat-tip ta' għajnuna applikabbli:
Indika d-data li fiha ġew skontati l-ammonti, kif ukoll ir-rata ta' skont użata: … Għal kull tip ta' għajnuna msemmija fit-tabella fil-punt 2.5.2, indika kif l-ekwivalenti tal-għotja huwa kkalkolat:
2.5.3. Speċifika, jekk xi wħud mill-miżuri ta' għajnuna li għandhom jingħataw għall-proġett għadhom mhumiex definiti, u spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li l-intensità massima ta' għajnuna applikabbli hija rispettata (il-paragrafi 82 u 83 RAG): … 2.5.4. Il-proġett huwa kkofinanzjat mill-Fondi ESI? Jekk iva, spjega skont liema programm operattiv se jinkiseb il-finanzjament minn Fondi ESI. Indika wkoll l-ammont ta' finanzjament tal-Fondi ESI li se jkun involut. … 2.5.5. Jekk il-benefiċjarju (fil-livell ta' grupp) irċieva għajnuna għal investiment(i) inizjali wieħed (jew aktar) li beda fl-istess reġjun NUTS3 fuq perjodu ta' tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet tal-proġett ta' investiment notifikat (il-paragrafu 20(t) RAG), ipprovdi dettalji tal-miżuri ta' għajnuna għal kull wieħed mill-investimenti inizjali megħjuna preċedentement (billi tinkludi deskrizzjoni qasira tal-proġett ta' investiment, id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna, id-data tal-għotja ta' għajnuna, id-data tal-bidu tax-xogħlijiet, l-ammont(i) ta' għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli (12)).
2.5.6. Ikkonferma li l-ammont totali ta' għajnuna li se jingħata lill-proġett ta' investiment inizjali mhux iktar mill-‘intensità massima tal-għajnuna’ (kif definita fil-paragrafu 20(m) RAG), billi titqies l-intensità tal-għajnuna miżjuda għal SMEs (kif determinat fil-paragrafu 177 RAG) u l-‘ammont aġġustat tal-għajnuna’ (kif definit fil-paragrafu 20(c) RAG), fejn applikabbli. Ipprovdi dokumentazzjoni ta' appoġġ u kalkoli rilevanti. … 2.5.7. Fejn l-ammont li għandu jingħata għall-proġett ta' investiment għandu jingħata skont diversi skemi ta' għajnuna reġjonali jew kumulat ma' għajnuna ad hoc, ikkonferma li l-intensità tal-għajnuna massima permissibbli li tista' tingħata lill-proġett ġiet ikkalkolata bil-quddiem mill-ewwel awtorità li tagħti l-għajnuna u speċifika l-ammont ta' dik l-intensità massima tal-għajnuna. Spjega kif l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna se jiżguraw li dik l-intensità massima tal-għajnuna se tiġi rispettata (il-paragrafu 92 RAG). … 2.5.8. Jekk l-investiment inizjali huwa marbut ma' proġett ta' Koperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC) spjega, b'referenza għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 93 RAG, kif l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli għall-proġett u l-benefiċjarji differenti involuti huma stabbiliti. … 3. Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura 3.1. Kontribuzzjoni għall-għanijiet reġjonali u l-ħtieġa għal intervent mill-Istat 3.1.1. Jekk jogħġbok:
… 3.1.2. Spjega kif l-għajnuna se tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali (13) … 3.1.3. Jekk in-notifika tikkonċerna applikazzjoni individwali għal għajnuna skont skema, spjega kif il-proġett jikkontribwixxi għall-għan tal-iskema u pprovdi dokumenti rilevanti ta' sostenn (il-paragrafu 35 RAG) … 3.1.4. Jekk in-notifika tikkonċerna għajnuna ad hoc, spjega kif il-proġett jikkontribwixxi għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata u pprovdi dokumenti rilevanti ta' sostenn (il-paragrafu 42 RAG) … 3.1.5. Spjega kif hija implimentata d-dispożizzjoni li tirrikjedi li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-inqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs) wara t-tlestija tiegħu (il-paragrafu 36 RAG). Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika (pereżempju il-kuntratt tal-għoti tal-għajnuna). … 3.1.6. Fil-każijiet meta l-għajnuna hija kkalkolata fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi, spjega kif il-metodu ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tirrikjedi li l-impjiegi jiġu maħluqa fi żmien tliet snin mit-tlestija tal-investiment u li kull impjieg maħluq mill-investiment jinżamm fiż-żona għal perjodu ta' ħames snin (tliet snin għall-SMEs) mid-data li l-offerta mimlija minn tal-ewwel hija implimentata (il-paragrafu 37 RAG). Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika (pereżempju il-kuntratt tal-għoti tal-għajnuna). … 3.1.7. Ipprovdi referenza għall-bażi ġuridika jew uri li d-destinatarju/i għandu/għandhom jagħmel/jagħmlu kontribuzzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta' finanzjament estern, f'għamla li hija eżenti minn kull sostenn finanzjarju pubbliku (14). (il-paragrafu 38 RAG) … 3.1.8. Ħadt impenn jew timpenja ruħek li twettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (‘VIA’) għall-investiment? (il-paragrafu 39 RAG)
Jekk le, spjega għaliex mhijiex meħtieġa VIA għal dan il-proġett. … 3.2. L-adegwatezza tal-miżura 3.2.1. Jekk in-notifika tikkonċerna għajnuna ad hoc, uri kif l-iżvilupp taż-żona kkonċernata jiġi żgurat aħjar permezz ta' għajnuna bħal dik minflok b'għajnuna skont skema jew tipi oħrajn ta' miżuri (il-paragrafu 55 RAG): … 3.2.2. Jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ finanzjarju dirett (15), uri għaliex forom ta' għajnuna li potenzjalment ifixklu inqas, bħas-self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna li huma bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (16), mhumiex adattati (il-paragrafu 57 RAG): … 3.3. L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-miżura 3.3.1. Ikkonferma li xogħlijiet fuq l-investiment individwali nnotifikat bdew biss wara li saret l-applikazzjoni għall-għajnuna (il-paragrafu 64 RAG). Ipprovdi kopja tal-applikazzjoni għall-għajnuna mibgħuta mill-benefiċjarju lill-awtorità li tagħti l-għajnuna u prova dokumentata tad-data tal-bidu tax-xogħlijiet. … 3.3.2. Spjega l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi tiddeskrivi x-xenarju kontrofattwali b'referenza għal wieħed miż-żewġ xenarji possibbli stabbiliti fil-paragrafu 61 RAG. … 3.3.3. Fil-każijiet tax-Xenarju 1 (jiġifieri d-deċiżjonijiet dwar l-investiment skont il-paragrafu 61 RAG), ipprovdi l-informazzjoni li ġejja (jew irreferi għall-partijiet rilevanti tax-xenarju kontrofattwali ppreżentat) (il-paragrafu 104 RAG):
3.3.4. Għal każijiet tax-Xenarju 2 (jiġifieri d-deċiżjonijiet dwar l-investiment skont il-paragrafu 61 RAG), ipprovdi l-informazzjoni li ġejja (jew irreferi għall-partijiet rilevanti tax-xenarju kontrofattwali ppreżentat) (il-paragrafu 105 RAG):
3.3.5. Jekk l-għajnuna reġjonali hija mogħtija permezz ta' Fondi tal-ESI fir-reġjuni ‘a’ għal investimenti neċessarji biex jinkisbu standards stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, spjega li ġej (u pprovdi dokumentazzjoni ta' sostenn):
… 3.4. L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ Għal każijiet tax-xenarju 1 Definizzjoni tas-suq rilevanti 3.4.1. Ipprovdi l-informazzjoni speċifikata f'dan il-punt hawn taħt biex tidentifika s-suq/swieq tal-prodott rilevanti (jiġifieri, prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u biex tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati (il-paragrafu 129 u l-paragrafu 130 RAG):
3.4.2. Ipprovdi informazzjoni, u prova, dwar is-suq ġeografiku rilevanti tal-benefiċjarju: … Saħħa fis-Suq (il-paragrafu 115 u l-paragrafu 132(a)RAG) 3.4.3. Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-pożizzjoni tas-suq tal-benefiċjarju (fuq perjodu ta' żmien qabel irċevejt l-għajnuna u l-pożizzjoni tas-suq mistennija wara li jiġi ffinalizzat l-investiment):
3.4.4. Ipprovdi valutazzjoni tal-istruttura tas-suq rilevanti billi tinkludi, pereżempju, il-livell ta' konċentrazzjoni fis-suq, ostakoli possibbli għad-dħul, is-saħħa tal-bejjiegħ u ostakoli għall-espansjoni jew il-ħruġ. Ġib prova, jekk possibbli minn terzi indipendenti, biex issostni l-konklużjonijiet dwar dan il-punt. … Kapaċità (il-paragrafu 132(a) RAG) 3.4.5. Ipprovdi stima tal-kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali maħluqa mill-investiment (f'termini ta' volum u ta' valur): … Għall-każijiet kollha Effetti negattivi evidenti 3.4.6. Għal każijiet tax-Xenarju 1, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja, u evidenza ta' sostenn, dwar is-suq tal-prodott rilevanti (20):
Fil-każijiet tat-tieni Xenarju, indika jekk, mingħajr l-għajnuna, l-investiment kienx isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali ogħla jew daqs ir-reġjun destinatarju (il-paragrafu 139 RAG) Ġib prova. … 3.4.7. Ikkonferma jekk il-benefiċjarju ppreżentax stqarrija li fiha hu jikkonferma li, fil-livell ta' grupp, ma għalaqx l-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE fis-sentejn ta' qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna u mhux biħsiebu jagħlaq l-istess attività jew waħda simili xi mkien ieħor fiż-ŻEE fis-sentejn wara t-tlestija tal-investiment (il-paragrafu 23 RAG). Jekk ġiet ipprovduta stqarrija ta' dak it-tip, ehmeż kopja tagħha man-notifika, inkella, spjega għaliex ma ġietx ipprovduta. … 3.4.8. Jekk il-benefiċjarju fil-livell ta' grupp għalaq l-istess attività jew waħda simili f'żona oħra fiż-ŻEE fis-sentejn ta' qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, jew biħsiebu jagħlaqha fis-sentejn wara t-tlestija tal-investiment, u rriloka dik l-attività fiż-żona fil-mira, jew biħsiebu jirrilokaha, spjega għaliex jikkunsidra li ma hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni (il-paragrafu 122 RAG). … 3.4.9. Spjega jekk l-għanuna mill-Istat tirriżultax direttament f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fiż-ŻEE. Jekk l-għajnuna mill-Istat tirriżulta f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fiż-ŻEE, indika l-għadd tagħhom u l-proporzjon meta mqabbla mat-total tal-impjiegi tal-post(ijiet) ikkonċernat(i). … 4. Informazzjoni oħra Ipprovdi kull informazzjoni rilevanti oħra biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont l-RAG: … PARTI III.1.B Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar skemi ta' għajnuna għall-investiment reġjonali Din il-formula ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża biex tiġi notifikata kull skema ta' għajnuna għall-investiment koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2014-2020 (21) (l-‘RAG’). 1. Kamp ta' applikazzjoni 1.1. Ir-raġunijiet għan-notifika tal-iskema minflok ma ġiet implimentata skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (‘GBER’) (22) jew ir-Regolament de minimis (23):
1.2. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema notifikata 1.2.1. Nikkonferma li l-bażi ġuridika għall-iskema notifikata tipprevedi obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna individwali mogħtija lil benefiċjarji li għalqu l-istess attività jew waħda simili (24) fiż-ŻEE matul is-sentejn qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew li fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna jkollhom l-intenzjoni li jagħlqu attività ta' dak it-tip fi żmien perjodu ta' sentejn wara li jitlesta l-investiment li jrid jiġi ssussidjat (paragrafu 23 tar-RAG). Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika: … 1.2.2. Nikkonferma li l-iskema ta' għajnuna nnotifikata tagħmel dispożizzjoni biex ma tingħata l-ebda għajnuna għall-investiment reġjonali lil kategoriji ta' kumpaniji u setturi elenkati hawn taħt. F'kull każ, elenka id-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika tal-iskema.
1.2.3. Jekk l-iskema tkopri għajnuna għall-investiment għal netwerks tal-broadband, speċifika hemmx konformità ma' kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika: … 1.2.4. Jekk l-iskema tkopri għajnuna għal infrastrutturi tar-riċerka, l-għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li jingħata aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal din l-infrastruttura?
2. L-investiment inizjali, l-ispejjeż eliġibbli u għajnuna 2.1. Tipi ta' investimenti inizjali koperti mill-iskema 2.1.1. F'każ li l-iskema tkopri investimenti f'żoni ‘a’ minn SMEs jew Intrapriżi Kbar (26) jew investimenti minn SME(s) fiż-żoni ‘c’ (il-paragrafu 34 RAG), speċifika l-kategorija jew kategoriji tal-investiment inizjali kkonċernat min-notifika (il-paragrafu 20(h) RAG):
2.1.2. F'każ li l-iskema tkopri investimenti fiż-żoni ‘c’ minn Intrapriżi Kbar, speċifika l-kategorija jew kategoriji ta' investiment inizjali soġġetti tan-notifika (il-paragrafu 15 u l-paragrafu 20(i) RAG):
2.1.3. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata dwar kull għajnuna individwali li għandha tingħata skont il-bażi ġuridika tal-iskema lil intrapriżi kbar f'żoni ‘c’għal (il-paragrafi 24 34 RAG):
… 2.1.4. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn hu stipulat li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata b'kull għajnuna individwali li għandha tingħata fuq il-bażi ġuridika tal-iskema li tkun twassal biex il-limitu ta' notifika jinqabeż (29) (il-paragrafu 23 RAG). … 2.2. L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati abbażi tal-ispejjeż ta' investiment 2.2.1. Meta n-nefqa eliġibbli (il-paragrafu 20(x) RAG) bl-iskema tirrigwarda assi tanġibbli, il-valur tal-investiment huwa stabbilit bħala perċentwali fuq il-bażi ta' art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir? (30):
Ipprovdi r-referenza tal-partijiet rilevanti tal-bażi ġuridika: … 2.2.2. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bazi ġuridika li tistipula li l-assi miksuba għandhom ikunu ġodda (31)? (il-paragrafu 94 RAG) … … 2.2.3. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li fil-każ tal-SMEs mhux aktar minn 50 % tal-ispejjeż ta' studji preparatorji jew l-ispejjeż ta' konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ispejjeż eliġibbli (il-paragrafu 95 RAG). … … 2.2.4. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika li tistipula li għall-għajnuna mogħtija għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li jiġu mmodernizzati matul it-tliet snin fiskali preċedenti (il-paragrafu 96 RAG). … … 2.2.5. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika li tistipula li għall-għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli huma mill-inqas 200 % iktar mill-valur kontabilistiku tal-assi li jintużaw mill-ġdid, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta' qabel il-bidu tax-xogħlijiet (il-paragrafu 97 RAG). … … 2.2.6. F'każijiet li jinvolvu l-kiri ta' assi tanġibbli, agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li tistipula li l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rispettati (il-paragrafu 98 RAG).
2.2.7. Il-paragrafu 99 RAG jistipula li ‘Fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment, huma biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati mal-bejjiegħ li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Meta tkun diġà ngħatat l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta' assi qabel ma jinxtraw, il-kostijiet ta' dawn l-assi għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment. Jekk l-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli ta' dan l-aħħar investiment għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tax-xiri tal-assi tal-istabbiliment.’. Jekk rilevanti għall-iskema notifikata, agħti referenza għad-dispożizzjonijiet tal-bażi ġuridika li jistipulaw li l-kundizzjonijiet f'dan il-punt għandhom jiġu rispettati. … 2.2.8. Fejn in-nefqa eliġibbli fl-iskema tirrigwarda assi intanġibbli (il-paragrafu 20(j) RAG), il-valur tal-investiment huwa stabbilit fuq il-bażi tal-ispiża tat-trasferiment tat-teknoloġija bl-akkwist ta' drittijiet privattivi, liċenzji, għarfien jew tagħrif tekniku mingħajr privattiva?
Ipprovdi r-referenza għall-partijiet rilevanti tal-bażi ġuridika: … 2.2.9. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li għall-impriżi kbar l-ispejjeż ta' investiment eliġibbli intanġibbli m'għandhomx ikun iktar minn50 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' investiment totali tal-proġett (il-paragrafu 100 RAG). … 2.2.10. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 101-102 RAG (32) għandhom jiġu rrispettati. … 2.3. L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat kif għandhom ikunu stabbiliti l-ispejjeż eliġibbli kkalkolat fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi (il-paragrafu 103 RAG), kif l-għadd ta' impjiegi maħluqa għandu jiġi kkalkolat b'referenza għall-paragrafu 20(k) RAG u kif l-ispejjeż tal-pagi tal-persuni mikrija għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għall-paragrafu 20(z) RAG. … 2.4. Kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli skontati 2.4.1. Indika liema tipi ta' għajnuna huma permessi skont l-iskema:
2.4.2. L-iskema ta' għajnuna hija eliġibbli biex tkun kofinanzjata minn Fondi tal-ESI? Jekk iva,semmi b'liema programmi operattivi tal-fondi tal-ESI jista' jinkiseb finanzjament. Indika wkoll l-ammont ta' finanzjament mill-fondi tal-ESI li se jkun involut, jekk ikun magħruf f'dan l-istadju. … 2.4.3. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li, qabel ma tagħti l-għajnuna individwali mill-iskema notifikata, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tistabbilixxi jekk il-benefiċjarju (fil-livell tal-grupp) irċiviex għajnuna għal investiment inizjali wieħed (jew iktar) mibdi fl-istess reġjun NUTS3 f'perjodu ta' tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta' investiment. … 2.4.4. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li l-ammont totali ta' għajnuna li tingħata bl-iskema għal kull proġett ta' investiment inizjali ma jkunx iktar mill-‘intensità massima ta' għajnuna’ (kif definit fil-paragrafu 20(m) RAG), billi titqies l-intensità ta' għajnuna ogħla għall-SMEs (kif determinat fil-paragrafu 177 RAG) jew l-‘ammont aġġustat ta' għajnuna’ (kif definit fil-paragrafu 20(c) RAG), fejn applikabbli. … 2.4.5. Agħti r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta l-għajnuna individwali tingħata minn bosta skemi ta' għajnuna reġjonali jew flimkien ma' għajnuna ad hoc, l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna li tista' tingħata lill-proġett tiġi kkalkolata bil-quddiem mill-ewwel awtorità li tagħti l-għajnuna? (il-paragrafu 92 RAG) … 2.4.6. Fejn l-iskema ta' għajnuna tippermetti għajnuna għall-investiment inizjali marbuta ma' proġett tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE), agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw (b'referenza għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 93 RAG) kif jiġu stabbiliti l-intensità massima ta' għajnuna applikabbli għall-proġett u l-benefiċjarji differenti involuti. … 3. Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-iskema ta' għajnuna 3.1. Kontribuzzjoni għal objettiv reġjonali u l-ħtieġa għal intervent mill-Istat L-iskema hija parti minn Programm Operattiv (33) (il-paragrafu 32 RAG)?
3.1.1. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li fihom ir-rekwiżit li ssir Stima tal-Impatt Ambjentali (‘EIA’) għall-investimenti kkonċernati qabel l-għoti ta' għajnuna lil proġetti individwali, meta hekk ikun meħtieġ bil-liġi (il-paragrafu 39 RAG). … 3.1.2. Spjega kif l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna se jagħtu prijorità u jagħżlu l-proġetti ta' investiment skont l-għanijiet tal-iskema (pereżempju, fuq il-bażi tal-approċċ ta' punteġġ formali) (il-paragrafu 33 RAG). Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika jew atti amministrattivi relatati oħra. … 3.1.3. Spjega kif, meta tagħti l-għajnuna lil proġetti ta' investiment individwali mill-iskema notifikata, l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tistabbilixxi li l-proġett(i) magħżul(a) jikkontribwixxi/u għall-għan tal-iskema u, għalhekk, għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata. (il-paragrafu 35 RAG) … 3.1.4. Spjega kif id-dispożizzjoni li tirrikjedi li kull investiment li jingħata appoġġ bl-iskema notifikata se jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-inqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs) wara li jitlesta u jkun implimentat (il-paragrafu 36 RAG). Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika. … 3.1.5. F'każijiet fejn l-għajnuna mogħtija bl-iskema notifikata hija kkalkolata fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi, spjega l-metodu ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tirrikjedi li l-impjiegi jinħolqu fi żmien tliet snin minn meta jitlesta l-investiment u li kull impjieg maħluq permezz tal-investiment għandu jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta' ħames snin (tliet snin għall-SMEs) mid-data meta l-pożizzjoni tkun imtliet l-ewwel darba (il-paragrafu 37 RAG). Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika. … 3.1.6. Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li l-benefiċjarji jridu jipprovdu kontribuzzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli, mir-riżorsi tagħhom stess jew permezz ta' finanzjament estern, f'għamla li hija eżenti minn kull appoġġ finanzjarju pubbliku (34) (il-paragrafu 38 RAG). … 3.1.7. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li juru li l-iskema għandha tirrispetta l-limiti ta' pjan tal-għajnuna reġjonali applikabbli fi żmien l-għotja tal-għajnuna (il-paragrafu 81 RAG). Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan tal-għajnuna reġjonali kkonċernat. … 3.2. L-adegwatezza tal-iskema 3.2.1. Jekk l-iskema mhijiex eliġibbli skont il-Programm Operattiv, spjega għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex jiġi indirizzat l-għan komuni ta' ekwità jew koeżjoni (35) (il-paragrafu 52 RAG): … 3.2.2. Meta l-iskema hija speċifika għal xi settur u mhijiex eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali, uri l-vantaġġi ta' dak l-istrument meta mqabbel ma' skema multisettorjali jew għażliet oħrajn ta' politika (il-paragrafu 53 RAG): … 3.2.3. Għajnuna individwali bl-iskema notifikata tingħata:
Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika: … Jekk għajnuna hija maħsuba biex tingħata fuq bażi diskrezzjonali, ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kriterji li ġew segwiti u ehmeż kopja tad-dispożizzjonijiet amministrattivi interni tal-awtorità li tagħti l-għajnuna applikabbli għall-għoti tal-għajnuna: … 3.2.4. Jekk l-għajnuna mill-iskema tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ finanzjarju dirett (36), uri għaliex forom oħrajn ta' għajnuna li potenzjalment ifixklu inqas bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ekwità (37), mhumiex xierqa (il-paragrafu 57 RAG): … 3.3. L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-iskema 3.3.1. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li kull applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi ppreżentata qabel ma jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta' investiment ikkonċernat (il-paragrafu 64 RAG). … 3.3.2. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li dawk li japplikaw għal għajnuna mill-iskema notifikata se jkunu obbligati jippreżentaw formola ta' applikazzjoni standard ipprovduta mill-awtorità li tagħti l-għajnuna li fiha jridu jispjegaw x'jiġri jekk ma jirċevux l-għajnuna u indika liema minn mix-xenarji (Xenarju 1 — deċiżjoni ta' investiment jew Xenarju 2 — deċiżjoni dwar il-post) japplikaw (il-paragrafu 66 u l-paragrafu 61 RAG). Jekk dik il-formola tal-applikazzjoni tkun differenti mill-eżempju mogħti fl-Anness V għar-RAG, ipprovdi kopja ta' dik l-applikazzjoni. … 3.3.3. Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li Intrapriżi Kbar li japplikaw għall-għajnuna mill-iskema notifikata huma meħtieġa jipprovdu prova biex tissostanzja x-xenarju kontrafattwali deskritt. (il-paragrafu 67 RAG). Spjega wkoll x'tip ta' dokumenti se jkunu meħtieġa. … 3.3.4. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta tivvaluta applikazzjonijiet għal għajnuna individwali, l-awtorità li tagħti l-għajnuna hija obbligata twettaq verifika tal-kredibilità tax-xenarju kontrafattwali pprovdut u tivverifika li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta' inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi għax-Xenarju 1 jew ix-Xenarju 2 (38) (il-paragrafu 68 RAG). … 3.3.5. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li għajnuna individwali mogħtija lill-Intrapriżi Kbar bl-iskema notifikata se tkun limitata għall-ispejjeż netti żejda marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbla max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas ta' għajnuna, bl-użu tal-metodu spjegat fil-paragrafu 79 u l-paragrafu 80 RAG (il-paragrafu 88 RAG). … 3.4. L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ 3.4.1. Spjega kif se jitnaqqas kemm jista jkun it-tfixkil fil-kompetizzjoni u l-kummerċ kkawżati mill-iskema ta' għajnuna nnotifikata (il-paragrafu 125 RAG) (39): … 3.4.2. Agħti referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta tagħti għajnuna mill-iskema għal proġetti individwali, l-awtorità li tagħti l-għajnuna trid tivverifika u tikkonferma li mingħajr l-għajnuna l-investiment ma kienx isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali ogħla jew daqs tar-reġjun li għalih hija maħsuba (il-paragrafu 126 RAG). … 3.4.3. Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta tagħti għajnuna mill-iskema għal proġetti individwali, l-awtorità li tagħti l-għajnuna jeħtieġ li tinnotifika l-għotjiet tal-għajnuna individwali f'każijiet li fihom il-benefiċjarju jkun għalaq l-istess attività jew waħda simili f'żona oħra fiż-ŻEE matul is-sentejn qabel id-data ta' applikazzjoni għall-għajnuna jew fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna jkollu l-intenzjoni li jagħlaq attività ta' dak it-tip f'perjodu ta' sentejn wara li jitlesta l-investiment li se jiġi ssussidjat. (il-paragrafu 122 RAG) … 4. Informazzjoni oħra Ipprovdi kull informazzjoni oħra li hija rilevanti biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont l-RAG: … PARTI III.1.C Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar skemi tal-għajnuna operatorja reġjonali Din il-formula ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża biex tiġi notifikata kull skema ta' għajnuna operattiva koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2014-2020 (40) (l-‘RAG’). 1. Kamp ta' applikazzjoni
2. Elementi bażiċi tal-Iskema 2.1. Ipprovdi deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tal-iskema u l-objettivi tagħha: … 2.2. Indika liema tipi ta' għajnuna huma permessi skont din l-iskema:
2.3. L-għajnuna individwali tal-iskema notifikata se tingħata:
Jekk l-għajnuna tingħata skont kull każ individiwali, jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kriterji li se jiġu applikati. Jekk teżisti gwida amministrattiva għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna, jekk jogħġbok ehmeż kopja tagħha: … 2.4. L-iskema tal-għajnuna se tiġi kofinanzjata mill-Fondi ESI? Jekk iva, spjega skont liema programmi operattivi se jinkiseb il-finanzjament minn Fondi ESI. Indika wkoll l-ammont ta' finanzjament minn Fondi ESI li se jkun involut. … 3. Kompatibilità tal-għajnuna 3.1. Kontribuzzjoni lejn l-għan reġjonali u l-effett ta' inċentiv: Għal għajnuna li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jaffaċċaw l-SMEs (41) fiż-żoni ‘a’ 3.1.1. Elenka d-diffikultajiet speċifiċi affaċċati mill-SMEs fir-reġjun ikkonċernat li għandu jiġi indirizzat mill-iskema (il-paragrafu 43 RAG) u uri l-eżistenza u l-importanza ta' dawn id-diffikultajiet (il-paragrafu 44 RAG). … 3.1.2. Spjega għaliex id-diffikultajiet elenkati fil-punt 3.1.1 ma jistgħux jingħelbu mill-għajnuna għall-investiment u għalhekk hija meħtieġa l-iskema għall-għajnuna operatorja notifikata (il-paragrafu 44 RAG): … Għal għajnuna biex tikkumpensa ċerti spejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi 3.1.3. Identifika l-ispejjeż addizzjonali speċifiċi (42) li se jiġu kkumpensati mill-iskema u uri kif dawk l-ispejjeż huma marbutin mal-iżvantaġġi permanenti stabbiliti fl-Artikolu 349 TFUE (il-paragrafu 45 RAG): … Għal għajnuna biex titnaqqas id-depopolazzjoni f'żoni skarsament popolati 3.1.4. Uri r-riskju ta' depopolazzjoni taż-żona rilevanti fl-assenza ta' għajnuna operatorja (il-paragrafu 46 RAG): … 3.2. L-adegwatezza tal-iskema Indika għaliex l-għajnuna proposta hija kkunsidrata xierqa biex jinkiseb l-objettiv tal-iskema. Spjega b'mod partikolari għaliex strumenti oħra ta' politika li jfixklu inqas u tipi oħra ta' strumenti ta' għajnuna li jfixklu inqas mhumiex xierqa biex tinkiseb l-istess kontribuzzjoni pożittiva għall-iżvilupp reġjonali (il-paragrafi 50, 56, 57, 58 RAG): … 3.3. Proporzjonalità tal-iskema Għat-tipi kollha ta' għajnuna operatorja 3.3.1. Iddetermina l-ispejjeż eliġibbli li huma kompletament attribwibbli għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza, (il-paragrafu 109 RAG): … 3.3.2. Ikkonferma li imposti tad-deprezzament u l-ispejjeż tal-finanzjament inklużi fl-ispejjeż eliġibbli rilevanti għal għajnuna għall-investiment reġjonali, ma jiġux inklużi fl-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna operatorja (il-paragrafu 109 RAG), u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika. … 3.3.3. Iddeskrivi l-mudell ta' kumpens (il-paragrafu 56 RAG) li se jiġi adottat u kif dak il-mudell se jippermetti kalkolu xieraq tal-ammont ta' għajnuna, billi jiżgura li ma jkun hemm ebda kumpens żejjed kif definit fil-paragrafu 109 RAG: … 3.3.4. Indika jekk għajnuna operatorja hijiex mogħtija wkoll permezz ta' skemi oħra ta' għajnuna operatorja fir-reġjun, billi ssemmi r-referenza rilevanti tal-għajnuna mill-Istat ta' dawk l-iskemi. … 3.3.5. F'każ li skemi oħra ta' għajnuna operatorja huma applikabbli fl-istess reġjun, spjega kif huwa assigurat li għajnuna operatorja mogħtija skont skemi differenti ta' għajnuna operatorja ma jwassalx għal kumpens żejjed: … Għal għajnuna operatorja f'żoni ultraperiferiċi biss 3.3.6. Uri li l-ispejjeż addizzjonali li għandhom jiġu kumpensati skont l-iskema notifikata se jiġu kkwantifikati b'rabta mal-livell tal-ispejjeż imġarrba minn intrapriżi simili stabbiliti f'reġjuni oħra tal-Istat Membru kkonċernat (il-paragrafu 110 RAG): … Għal għajnuna operatorja biex jitnaqqsu ċerti diffikultajiet speċifiċi affaċċati mill-SMEs f'ċerti żoni ‘a’ biss 3.3.7. Spjega kif il-livell ta' għajnuna se jitnaqqas progressivament tul il-perjodu tal-iskema (il-paragrafu 111 RAG) u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika. … 3.4. L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ Spjega għaliex mhux probabbli li l-għajnuna mogħtija skont l-iskema se toħloq tfixil sinifikanti ħafna fil-kompetizzjoni fis-suq (il-paragrafu 140 RAG): … 4. Informazzjoni oħra Ipprovdi kull informazzjoni oħra li hija rilevanti biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont l-RAG: … PARTI III.2 Formola ta' informazzjoni supplimentari għall-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi notifikata kull miżura ta' għajnuna (skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali) koperta mill-Qafas għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (‘il-Qafas għar-RŻI’) (43). F'każ li jkun hemm bosta benefiċjarji involuti f'miżura ta' għajnuna waħda, jeħtieġ li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti għal kull wieħed minnhom. 1. Karatteristiċi tal-miżura ta' għajnuna notifikata 1.1. Skemi ta' għajnuna
1.2. Għajnuna individwali
1.3. Informazzjoni ġenerali
2. Organizzazzjonijiet ta' riċerka u infrastrutturi tar-riċerka
3. Għajnuna indiretta mill-istat lil impriżi permezz ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-infrastrutturi ta' riċerka 3.1. Riċerka f'isem l-impriżi
3.2. Kollaborazzjoni ma' intrapiżi
4. Akkwist pubbliku ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp
5. Deskrizzjoni tal-miżura ta' għajnuna notifikata 5.1. Għajnuna għall-proġetti ta' R&Ż
5.2. Għajnuna għall-istudji tal-fattibbiltà
5.3. Għajnuna għall-kostruzzjoni u t-titjib ta' infrastrutturi tar-riċerka
5.4. L-għajnuna lill-SMEs għall-innovazzjoni
5.5. L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni
5.6. Għajnuna għar-raggruppamenti ta' innovazzjoni
5.6.1. L-għajnuna għall-investiment
5.6.2. Għajnuna operatorja
6. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna notifikata Għal għajnuna individwali, agħti deskrizzjoni komprensiva tal-proġett jew l-attività megħjuna: … … 6.1. Il-kontribut lejn għan ta' interess komuni li huwa definit sew
6.2. Ħtieġa ta' intervent mill-Istat
6.2.1. Għajnuna individwali
6.3. Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna
6.4. Effett ta' inċentiv
6.4.1. Għajnuna individwali
6.5. Il-proporzjonalità tal-għajnuna
6.5.1. Għajnuna individwali
6.6. L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ Indika jekk:
Jekk it-tweġiba għal kull waħda mill-mistoqsijiet f'din it-taqsima hija iva, agħti iktar dettalji: … … 6.6.1. Skema ta' għajnuna Għal skemi ta' għajnuna, indika kif se jiġi żgurat li kull effett negattiv se jkun minimizzat (filwaqt li jitqies, pereżempju, id-daqs tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti ta' għajnuna individwali u kumulattivi, l-għadd ta' benefiċjarji mistenni u l-karatteristiċi tas-setturi fil-mira) u pprovdi kull valutazzjoni tal-impatt jew evalwazzjonijiet ex post imwettqin għal skemi simili li saru qabel: … … 6.6.2. Għajnuna individwali
7. Informazzjoni oħra Ipprovdi kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont il-Qafas RŻI: … … PARTI III.3.A Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għas-salvataġġ ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà: għajnuna individwali Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela sabiex tiġi notifikata għajnuna individwali għas-salvataġġ koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (50) (‘Linji Gwida’). 1. Eliġibbiltà 1.1. Impriżi f'diffikultà
1.2. Impriża li tkun qed tiffaċċa ħtieġa ta' likwidità serja: Jekk tqis li l-benefiċjarju huwa eliġibbli għal għajnuna għas-salvataġġ anki jekk ma jikkwalifikax bħala impriża f'diffikultà, spjega għaliex tqis li għandu ħtiġijiet ta' likwidità serji minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevisti u inkludi referenza għall-evidenza jew dokumenti ta' sostenn (pereżempju projettazzjonijiet tal-fluss tal-flus). 1.3. Impriża/grupp kummerċjali kbir maħluqa ġodda:
1.4. Ambitu settorjali: L-impriża hija attiva:
2. Kompatibbiltà mas-suq intern 2.1. Kontribut għal għan ta' interess komuni:
2.2. Adegwatezza/Forma tal-għajnuna
2.3. Il-proporzjonalità tal-għajnuna/għajnuna limitata għall-minimu L-ammont tal-għajnuna għas-salvataġġ huwa stabbilit skont il-formula stabbilita fl-Anness I tal-Linji Gwida?
Jekk iva, ipprovdi l-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna għas-salvataġġ skont il-formula. Jekk l-ammont tal-għajnuna għas-salvataġġ ikun ogħla mir-riżultat tal-kalkoli fuq il-bażi tal-formula stabbilita fl-Anness I għal-Linji Gwida, ipprovdi pjan ta' likwidità ġġustifikat kif xieraq li jistabbilixxi l-ħtiġijiet ta' likwidità tal-benefiċjarju għas-sitt xhur li jmiss. … … 2.4. Effetti negattivi — Il-prinċipju ta' ‘Darba u tal-aħħar’ L-impriża (jew il-grupp li tagħmel parti minnu) diġà rċeviet fl-imgħoddi xi għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar (58) u/jew xi għajnuna mhux notifikata?
Jekk iva, agħti dettalji kompluti (data, ammont, referenza għad-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni jekk applikabbli, eċċ.) (59). … … 3. Informazzjoni oħra Indika hawnhekk kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti sabiex tiġi vvalutata l-miżura/i kkonċernata skont il-Linji Gwida: … … PARTI III.3.B Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà: għajnuna individwali Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela sabiex tiġi notifikata għajnuna individwali għar-ristrutturar koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (60) (‘Linji Gwida’). 1. Eliġibbiltà 1.1. Impriżi f'diffikultà
1.2. Impriża jew grupp kummerċjali kbir maħluqa ġodda
1.3. Ambitu settorjali L-impriża hija attiva:
1.4. Fornitur tas-SIEĠ:
2. Kompatibbiltà mas-suq intern 2.1. Kontribut għal għan ta' interess komuni:
2.2. Il-pjan ta' ristrutturar u r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul Ipprovdi l-pjan ta' ristrutturar (67) bil-għan li terġa' tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul (68) tal-benefiċjarju f'perjodu ta' żmien raġonevoli flimkien ma' stħarriġ tas-suq u analiżi tas-sensittività li tidentifika l-parametri bażiċi tal-prestazzjoni tal-benefiċjarju u l-fatturi ta' riskju ewlenin fil-futur (segwi kemm jista' jkun il-pjan ta' ristrutturar indikattiv stabbilit fl-Anness II tal-Linji Gwida). 3. Ħtieġa għal intervent mill-istat/effett ta' inċentiv 3.1. Ipprovdi paragun bejn il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar u xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix l-għajnuna mill-Istat (69) li juri li f'xenarju alternattiv bħal dan ma jinkisbux l-għan jew l-għanijiet rilevanti li identifikajt fit-Taqsima 2.1, jew inkella dawn jinkisbu iżda mhux bis-sħiħ. 3.2. Uri li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-benefiċjarju kien jirristruttura, ibigħ jew jistralċa b'mod li ma kienx jilħaq l-għan ta' interess komuni identifikat fit-Taqsima 2.1. 4. Adegwatezza 4.1. Agħti deskrizzjoni qasira tal-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat li għażilt, inkluża l-forma, l-ammont u r-remunerazzjoni (70): … … 4.2. Spjega jekk il-problemi tal-benefiċjarju humiex ikkaġunati minn problemi ta' likwidità u/jew solvenza, jew bit-tnejn: … … 4.3. Uri li l-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat magħżula huma xierqa sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati fil-punt 4.2 (jiġifieri problemi ta' likwidità jew solvenza). … … 5. Il-proporzjonalità tal-għajnuna/l-għajnuna limitata għall-minimu 5.1. Il-kontribuzzjoni proprja
5.2. Il-kondiviżjoni tal-piż Trid timtela biss jekk l-għajnuna mill-Istat tingħata f'forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' ekwità tal-benefiċjarju (73)
6. Effetti negattivi 6.1. Il-prinċipju ta' ‘darba u tal-aħħar’ L-impriża (jew il-grupp li minnu tagħmel parti) diġà rċeviet fl-imgħoddi xi għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar (74) u/jew xi għajnuna mhux notifikata?
Jekk iva, agħti dettalji kompleti (data, ammont, referenza għad-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni jekk applikabbli, eċċ.) (75): … … 6.2. Miżuri biex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni: Il-miżuri strutturali – iċ-ċessjonijiet u t-tnaqqis fl-attivitajiet tan-negozju
Il-miżuri ta' mġiba
Il-miżuri ta' ftuħ fis-suq
Il-kalibrazzjoni ta' miżuri biex jiġi limitat ix-xkiel fil-kompetizzjoni
7. Informazzjoni oħra 7.1. Jekk jogħġbok indika hawn kull informazzjoni oħra li tikkunsidra rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i skont il-Linji Gwida (pereżempju fir-rigward ta' miżuri biex tiżdied l-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew assistenza biex isibu impjieg ġdid): … … PARTI III.3.C Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, l-għajnuna għar-ristrutturar u/jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar: skemi ta' għajnuna Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ, l-għajnuna għar-ristrutturar u l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar koperti mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (79) (‘Linji Gwida’). 1. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema 1.1. L-iskema għandha x'taqsam mal-forniment ta':
2. Eliġibbiltà 2.1. L-iskema hija limitata għal SMEs (80) f'diffikultà jew impriżi iżgħar tal-Istat f'diffikultà (81) (sakemm ma jkunx indikat b'mod ċar ċar ieħor iktar 'il quddiem, li flimkien dawn se jissejħu ‘SMEs’)?
2.2. L-iskema hija limitata għal SMEs li jissodisfaw wieħed mill-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin:
2.3. L-iskema tipprevedi li l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar, jew it-tnejn jistgħu jingħataw lil SMEs li ma jikkwalifikawx bħala impriżi f'diffikultà iżda sempliċiment qed jaffaċċaw ħtiġijiet ta' likwidità serji minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevisti?
2.4. Jekk it-tweġiba għall-punt 2.3 hija iva, spjega kif se jkun ivvalutat jekk SME hijiex qed taffaċċa ħtiġijiet ta' likwidità serji u x'tip ta' ċirkustanzi huma kkwalifikati bħala eċċezzjonali u imprevisti. … … 2.5. L-iskema tapplka għal SMEs maħluqin ġodda?
2.6. L-iskema tapplika għal SMEs attivi:
3. Ammont massimu tal-għajnuna 3.1. L-ammont totali massimu tal-għajnuna li se jingħata lil xi SME waħda skont l-iskema huwa limitat għal massimu ta' EUR 10 miljuni, inkluża kull għajnuna miksuba minn sorsi oħrajn jew min skemi oħrajn?
3.2. Indika l-ammont massimu tal-għajnuna li se tingħata lil SME mill-iskema: … … 4. Kompatibbiltà mas-suq intern Fil-każ ta' għajnuna għas-salvataġġ, ir-ristrutturar u appoġġ temporanju għar-ristrutturar 4.1. Kontribut għal objettiv ta' interess komuni:
Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar 4.2. Il-pjan ta' ristrutturar u r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul B'rabta mal-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar, l-iskema teħtieġ il-forniment ta' pjan ta' ristrutturar (88) bil-għan li terġa' tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul (89) tal-benefiċjarju f'perjodu ta' żmien raġonevoli (ara pjan ta' ristrutturar indikattiv fl-Anness II għal-Linji Gwida)?
5. Ħtieġa ta' intervent mill-Istat u effett ta' inċentiv 5.1. B'rabta mal-għoti tal-għajnuna għall-istrutturar, l-iskema teħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jqabblu l-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar ma' xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-istat (90) li juri li f'dak ix-xenarju alternattiv, l-għan jew għanijiet rilevanti ta' interess komuni, kif deskritti fit-Taqsima 4.1 iktar 'il fuq, ma jinkisbux, jew jinkisbu iżda mhux bis-sħiħ? B'mod partikolari, l-iskema teħtieġ li turi li fin-nuqqas tal-għajnuna l-benefiċjarju kien ikollu jirristruttura, ibigħ jew jistralċa b'mod li ma kienx jilħaq l-għan jew l-għanijiet ta' interess komuni, kif deskritti fit-Taqsima 4.1 iktar 'il fuq?
5.2. Jekk it-tweġiba għall-punt 5.1 hija iva, spjega skont liema kriterji l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutawha. … … 6. Adegwatezza Fil-każ ta' għajnuna għas-salvataġġ 6.1. L-għajnuna mogħtija mill-iskema hija ristretta għal garanziji tas-self jew self?
6.2. L-iskema teħtieġ li l-ispiża finanzjarja tas-self (jew, fil-każ ta' garanziji tas-self, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit, inkluża r-rata tal-imgħax tas-self u l-primjum tal-garanzija) hija stabbilita għal rata li ma tkunx inqas mir-rata ta' referenza stabbilita mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Rata ta' Referenza (91) għal impriżi dgħajfin li toffri livelli normali ta' garanziji?
6.3. L-iskema tipprovdi li l-għajnuna għas-salvataġġ tingħata għal mhux iktar minn sitt xhur, li matulhom trid tiġi analizzata l-pożizzjoni tal-benefiċjarju?
6.4. L-iskema tipprovdi li, fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ, is-self jitħallas lura jew il-garanzija tintemm, sakemm qabel jgħaddi dak iż-żmien: (a) l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux approvaw pjan ta' ristrutturar, pjan ta' likwidazzjoni, jew (b) il-benefiċjarju ma jkunx issottometta pjan ta' ristrutturar simplifikat (92) (fil-każ ta' appoġġ temporanju għar-ristrutturar)?
6.5. L-iskema tipprovdi li l-għajnuna għas-salvataġġ ma tistax tintuża biex tiffinanzja miżuri strutturali, bħall-akkwiżizzjoni ta' negozji jew assi sinifikanti, għajr dawk meħtieġa matul il-perjodu ta' salvataġġ għas-sopravvivenza tal-benefiċjarju?
Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar 6.6. Spjega fuq il-bażi ta' liema kriterji l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutaw kemm il-problemi tal-benefiċjarju huma marbutin mal-likwidità jew is-solvenza, jew mat-tnejn, u kif se jagħżlu l-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat li se jindirizzaw il-problemi identifikati bl-iktar mod xieraq: … … Fil-każ ta' appoġġ temporanju għar-ristrutturar 6.7. L-appoġġ temporanju għar-ristrutturar li se jingħata mill-iskema huwa ristrett għal garanziji tas-self jew self?
6.8. L-iskema teħtieġ li l-ispiża finanzjarja tas-self (jew, fil-każ ta' garanziji tas-self, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit, inkluża r-rata tal-imgħax tas-self u l-primjum tal-garanzija) se tkun stabbilita f'rata li ma tkunx inqas mir-rata ta' referenza stabbilita mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Rata ta' Referenza għal impriżi dgħajfin li toffri livelli normali ta' garanziji?
6.9. L-iskema teħtieġ li r-remunerazzjoni għall-appoġġ temporanju għar-ristrutturar tiżdied b'għallinqas 50 punt bażi, 12-il xahar wara li jitħallas l-ewwel ħlas parzjali lill-benefiċjarju (nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ)?
6.10. L-iskema tipprovdi li l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar mhuwiex se jingħata għal iktar minn 18-il xahar, nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ?
6.11. L-iskema tipprovdi li mhux inqas minn sitt xhur wara li jsir l-ewwel ħlas parzjali tal-appoġġ temporanju għar-ristrutturar lill-benefiċjarju, nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ, l-awtoritajiet nazzjonali se japprovaw pjan ta' ristrutturar simplifikat?
6.12. L-iskema tipprovdi li, fi 18-il xahar mid-data li fiha jingħata l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar, nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ, is-self se jitħallas lura jew il-garanzija tintemm, sakemm qabel dak iż-żmien ma jkunx ġie approvat mill-awtoritajiet nazzjonali pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' likwidazzjoni tal-benefiċjajru?
7. Il-proporzjonalità tal-għajnuna jew l-għajnuna limitata għall-minimu Fil-każ ta' għajnuna għas-salvataġġ u appoġġ temporanju għar-ristrutturar 7.1. L-ammont tal-għajnuna
Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar 7.2. Il-kontribuzzjoni proprja
7.3. Il-kondiviżjoni tal-piż Għandha timtela jekk l-iskema tipprovdi li l-għajnuna mill-Istat tista' tingħata f'forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità ta' benefiċjarju (94) :
8. Effetti negattivi 8.1. Il-prinċipju ta' ‘darba u tal-aħħar’: L-iskema teskludi (95) il-forniment tal-għajnuna lil kull SME li diġà rċiviet għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar fl-imgħoddi (96) u/jew kull għajnuna mhux notifikata?
Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar 8.2. Miżuri biex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni (97): Il-miżuri strutturali — iċ-ċessjonijiet u t-tnaqqis fl-attivitajiet tan-negozju
Il-miżuri ta' mġiba
Il-miżuri ta' ftuħ tas-suq
9. Ġenerali 9.1. L-iskema tapplika għal SMEs f'żona assistita?
9.2. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi għal SMEs f'żoni assistiti skont l-iskema?
9.3. Jekk it-tweġiba għall-punt 9.3 hija iva, spjega liema dispożizzjonijiet speċifiċi japplikaw u għaliex huma ġġustifikati. … … 9.4. L-awtoritajiet nazzjonali biħsiebhom jaċċettaw kontribuzzjoni li tkun inqas minn 40 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar fil-każ ta' intrapriżi ta' daqs medju jew inqas minn 25 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar fil-każ ta' intrapriżi żgħar?
9.5. Jekk it-tweġiba għall-punt 9.4 hija iva, spjega kif l-awtoritajiet nazzjonali se japplikaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-miżuri sabiex jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni bil-għan li jillimitaw l-impatti sistematiċi negattivi fuq ir-reġjun: … … 10. Informazzjoni oħra Ipprovdi kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura nnotifikata skont il-Linji Gwida (pereżempju fir-rigward ta' miżuri biex tiżdied l-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew assistenza biex isibu impjieg ġdid): … PARTI III.4 Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi notifikata għajnuna koperta mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn (102) 1. Il-karatteristiċi tal-miżura/i ta' għajnuna notifikata/i 1.1. Iddeskrivi bl-iktar mod preċiż possibbli l-iskop tal-għajnuna, fejn xieraq, għal kull miżura: … … 1.2. Iddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni ta' kull miżura, f'termini ta': 1.2.1. it-tip ta' attivitajiet koperti (pereżempju żvilupp, produzzjoni, distribuzzjoni) … … 1.2.2. it-tip ta' xogħlijiet koperti (pereżempju xogħlijiet ċinematografiċi, sensiliet televiżivi, proġetti tat-transmedja: … … 1.3. Jekk l-iskema ta' għajnuna tinkludi miżura ta' appoġġ għal proġetti ta' transmedja, l-attivitajiet megħjuna huma marbutin b'mod dirett mal-komponent ta' produzzjoni tal-film?
1.4. Indika x'dispożizzjonijiet jeżistu li jiggarantixxu l-għan kulturali tal-għajnuna: … … 2. Kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà 2.1. Indika l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-attivitajiet jew ix-xogħlijiet tal-miżura ta' għajnuna ppjanata: … … 2.2. Indika l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-benefiċjarji skont il-miżura ta' għajnuna ppjanata:
3. L-obbligi ta' nfiq territorjali 3.1. Indika jekk il-miżura tinkludix dispożizzjonijiet li jitolbu li l-produttur jonfoq il-baġit għall-produzzjoni, jew partijiet minnu, fit-territorju tal-Istat Membru jew f'waħda mis-subdiviżjonijiet tiegħu: 3.1.1. Sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna?
3.1.2. Bħala kundizzjoni għall-għoti tal-għajnuna?
3.2. Il-kundizzjonijiet tal-infiq territorjali japplikaw għal ċerti intestaturi speċifiċi tal-baġit tal-produzzjoni? … … 3.3. F'każ li bilfors trid tinżamm konformità ma' livell minimu ta' nfiq territorjali sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna, spjega r-rekwiżiti: 3.3.1. Ta' xorta impliċita (pereżempju għadd minimu ta' jiem ta' ffilmjar tal-produzzjoni fit-territorju): … … 3.3.2. Ta' xorta espliċita (pereżempju ammont minimu jew perċentwal tan-nefqa): … … 3.4. F'każ li jkun hemm kundizzjonijiet marbutin mal-għoti tal-għajnuna, spjega: 3.4.1. L-għajnuna hija kkalkolata bħala perċentwal tan-nefqa territorjali? … … 3.4.2. L-infiq territorjali meħtieġ huwa kkalkolat fid-dawl tal-baġit kumplessiv tal-film? … … 3.4.3. L-infiq territorjali meħtieġ huwa kkalkolat fid-dawl tal-ammont tal-għajnuna mogħtija? … … 4. Spejjeż eliġibbli Speċifika l-ispejjeż li jistgħu jitqiesu biex jiġi stabbilit l-ammont tal-għajnuna. … … 5. L-intensità tal-għajnuna 5.1. Indika jekk l-iskema tippermettix intensitajiet tal-għajnuna ogħla minn 50 % tal-baġit tal-produzzjoni? Jekk iva, iċċara t-tipi ta' xogħlijiet ikkonċernati u l-limiti tal-intensità tal-għajnuna stabbiliti. … … 5.2. Jekk jintuża l-kunċett ta' ‘xogħlijiet awdjoviżivi diffiċli’, indika l-kategoriji tax-xogħlijiet koperti minn dan il-kunċett (jiġifieri, indika d-definizzjoni użata). … … 5.3. Jekk il-kitba jew l-iżvilupp tal-iscipt ikunu megħjuna mill-iskema: l-ispejjeż tal-kitba u l-iżvilupp tal-iscript huma inklużi fil-baġit tal-produzzjoni u jitqiesu meta tiġi kkalkolata l-intensità tal-għajnuna tax-xogħol awdjoviżiv? … … 5.4. Jekk l-attivitajiet ta' distribuzzjoni u promozzjoni huma sostnuti mill-iskema: x'inhuma l-intensitajiet tal-għajnuna permessi mill-iskema? … … 6. Il-patrimonju tal-films Jekk applikabbli, ipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri meħudin fir-rigward tal-patrimonju tal-films. … … 7. Kompatibbiltà 7.1. Ipprovdi ġustifikazzjoni motivata biex tagħti sostenn lill-kompatibbiltà tal-għajnuna fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn. … … 7.2. Jekk l-iskema tikkonċerna għajnuna lil swali taċ-ċinema, ipprovdi ġustifikazzjoni motivata biex tagħti sostenn lill-kompatibbiltà tal-għajnuna bħala għajnuna li tippromwovi l-kultura skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)d TFUE, b'mod partikolari l-ħtieġa, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna. … … 8. Informazzjoni Oħra Indika hawnhekk kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i skont il-Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn. … PARTI III.5 Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna mill-Istat għall-broadband Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari għandha tintuża sabiex tiġi notifikata għajnuna koperta mil-Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (103) (‘Linji Gwida dwar il-Broadband’). 1. Il-karattersitiċi tal-miżura ta' għajnuna notifikata 1.1. Iddeskrivi l-għan tal-miżura ta' għajnuna: … … 1.2. Spjega kif il-miżura ta' għajnuna taqbel mal-istrateġija nazzjonali tal-broadband u l-objettivi tal-Unjoni (inkluż l-istrateġija UE2020 u l-Aġenda Diġitali (104)). … … 1.3. Ippreżenta l-ħsieb wara l-intervent pubbliku u spjega l-benefiċċji antiċipati tal-miżura ta' għajnuna (pereżempju benefiċċji ekonomiċi u soċjali, żieda fil-kopertura tal-broadband u r-rata ta' diffużjoni tal-Internet, eċċ.). … … 1.4. X'kategorija ta' netwerk il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li ssostni?
1.5. X'elementi tan-netwerk il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li ssostni?
1.6. X'tip ta' netwerks tal-broadband il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li ssostni?
1.7. X'tipi ta' żoni huma d-destinatarji tal-miżura ta' għajnuna? Ikklassifika ż-żoni destinatarji skont is-segment u t-tip differenti ta' netwerk sostnuti u elabora fuq il-klassifikazzjoni abbażi ta' dejta li tista' tiġi verifikata.
1.8. Ipprovdi kull informazzjoni rilevanti oħra utli sabiex jiġi ċċarat il-kuntest ġenerali tal-miżura ta' għajnuna. … … 1.9. X'tip ta' investiment u mudell ta' negozju se jiġu adottati (107)? … … 2. L-ipproċessar u l-għoti tal-miżura ta' għajnuna Analiżi tal-immappjar u tal-kopertura 2.1. X'inhu l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura ta' għajnuna f'termini tal-kopertura territorjali? 2.2. Ipprovdi informazzjoni, inkluż id-data, u ippreżenta r-riżultati tal-analiżi dettaljata tal-kopertura u l-immappjar imwettqa sabiex jiġu identifikati biċ-ċar iż-żoni destinatarji. … … Konsultazzjoni pubblika 2.3. Iddeskrivi l-proċess u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika trasparenti u fejn il-partijiet interessati kollha setgħu jikkummentaw fuq il-miżura ta' għajnuna ppjanata. Ippreżenta l-links tal-Internet rilevanti fejn ġiet ippubblikata l-informazzjoni dwar il-miżura. … … Proċedura tal-għażla kompetittiva 2.4. F'każ ta' skjerament u/jew tħaddim tan-netwerk issussidjat minn operatur terz, ikkonferma li se ssir proċedura tal-għażla kompetittiva b'konformità mad-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku (108). Ipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha f'dan ir-rigward: … … 2.5. Ipprovdi informazzjoni dwar kif se tingħażel l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża (inklużi l-kriterji tal-għoti u l-piż relattiv li jingħata lil kull wieħed mill-kriterji magħżulin), filwaqt li tqis il-kriterji kwalitattivi (pereżempju, il-kopertura, is-sostenibbiltà tal-approċċ teknoloġiku jew l-impatt tas-soluzzjoni fuq il-kompetizzjoni) u l-prezz: … … 2.6. Hemm xi rekwiżit ta' servizz minimu li n-netwerk issussidjat irid jikkonforma miegħu (bħal bandwidth minima, servizzi sostnuti, kopertura ġeografika minima, eċċ.)?
2.7. Jekk iva, iddeskrivi: … … Newtralità teknoloġika 2.8. Il-miżura ta' għajnuna hija teknoloġikament newtrali?
2.9. Jekk it-tweġiba għall-punt 2.8 hija iva, iddeskrivi kif inhu rrispettat dan il-prinċipju. … … Użu tal-infrastruttura eżistenti 2.10. Ippreżenta mappa li turi l-infrastrutturi eżistenti fis-seħħ fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, inkluża kull infrastruttura ġdida ppjanata minn operaturi kummerċjali fil-futur qarib, jiġifieri perjodu ta' tliet snin. … … 2.11. Spjega kif inhu żgurat li l-operaturi li jixtiequ jieħdu sehem fil-proċedura ta' parteċipazzjoni jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar kwalunkwe infrastruttura eżistenti proprjetà tagħhom jew ikkontrollata minnhom fiż-żona destinatarja. … … Aċċess bl-ingrossa 2.12. Spjega x'tip ta' obbligi ta' ‘aċċess għall-operaturi’ se jkunu imposti fuq in-netwerk issussidjat (inkluż l-aċċess għal infrastruttura passiva u attiva, id-dritt li jintużaw kanali u arbli, fibri inattivi u unitajiet ta' kontroll fit-triq), u għal kemm se jinżammu l-obbligi ta' aċċess. … … Ipprezzar tal-aċċess bl-ingrossa 2.13. Spjega kif se jitfassal parametru referenzarju għall-prezzijiet tal-aċċess. … … Mekkaniżmu ta' rkupru u monitoraġġ 2.14. Se jkun hemm mekkaniżmu ta' rkupru li japplika għall-miżura tal-għajnuna?
2.15. Jekk it-tweġiba għall-punt 2.14 hija iva, iddeskrivi dan il-mekkaniżmu, il-karatteristiċi u d-durata tiegħu: … … 2.16. Spjega kif se jkun organizzat il-monitoraġġ tal-miżura ta' għajnuna:
Awtorità regolatorja nazzjonali (‘NRA’) 2.17. Iddeskrivi r-rwol tal-NRA, b'mod partikolari rigward: l-identifikazzjoni taż-żoni destinatarji, l-ipprezzar tal-aċċess bl-ingrossa inklużi t-tfassil ta' parametri referenzjarji, ir-risoluzzjoni għat-tilwim, eċċ: … … 2.18. Spjega l-pożizzjoni tal-NRA dwar l-intervent ta' għajnuna propost u, fejn possibbli, l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni: … … 3. Kriterji ta' kompatibbiltà Spjega kif il-miżura ta' għajnuna notifikata tikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 2.5 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, b'mod partikolari rigward: … … L-għan ta' interess komuni
Falliment tas-suq
Strument xieraq
Effett ta' inċentiv
Bidla fil-Pass
Proporzjonalità
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ
4. Informazzjoni oħra Indika hawnhekk kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti sabiex tiġi vvalutata l-miżura kkonċernata skont il-Linji Gwida dwar il-Broadband jew kull informazzjoni oħra rilevanti mill-perspettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar il-Kompetizzjoni u s-Suq Intern (110). … PARTI III.6 Formola ta' informazzjoni supplimentari għall-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi nnotifikata kull għajnuna koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-EEAG’) (111). Id-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi għall-formola ta' notifika jridu jiġu enumerati u n-numru tad-dokumenti jridu jiġu indikati fit-taqsimiet rilevanti ta' din il-formola ta' informazzjoni supplimentari. Jekk hemm bosta benefiċjarji involuti f'miżura ta' għajnuna waħda, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti għal kull wieħed minnhom. Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela flimkien mal-formola ‘Parti I. Informazzjoni ġenerali’. Kamp ta' applikazzjoni Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija Qabel ma timla din il-formola għandek tikkunsidra jekk din il-miżura setgħetx tiġi implimentata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-GBER’) (112), u b'mod partikolari it-taqsima 7 tal-Kapitolu III tiegħu (Għajnuna għall-Ħarsien Ambjentali u l-Enerġija). L-għajnuna tista' tiġi implimentata skont il-GBER?
Jekk l-għajnuna tista' tiġi implimentata skont il-GBER, spjega għaliex il-miżura hija notifikata. … … Regolament de minimis Qabel ma timla din il-formola ta' notifika, għandek tqis jekk din il-miżura tistax tiġi implimentata skont ir-Regolament de minimis (113): L-għajnuna tista' tiġi implimentata skont ir-Regolament de minimis?
Jekk l-għajnuna tista' tiġi implimentata skont ir-Regolament de minimis, spjega għaliex il-miżura hija notifikata. … … Din il-formola għandha timtela biss sabiex tiġi notifikata għajnuna mill-Istat li hija maħsuba li tiġi implimentata skont l-EEAG. Imla l-partijiet rilevanti tal-formola tan-notifika li tikkorrispondi man-natura tal-miżura nnotifikata. Taqsima A: Informazzjoni ġenerali dwar il-miżuri ta' għajnuna għall-enerġija u l-ambjent
Taqsima B: Valutazzjoni tal-kompatibbiltà ġenerali 1. Kontribut għal għan ta' interess komuni Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.1 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG. Skemi ta' għajnuna mill-Istat
Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali
2. Il-Ħtieġa tal-Għajnuna mill-Istat Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.2 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG. Skemi ta' għajnuna mill-Istat
Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali
3. L-adegwatezza tal-għajnuna Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.3 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.
4. Effett ta' inċentiv Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.4 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG. Skemi ta' għajnuna mill-Istat
Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali
5. Proporzjonalità Sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.5 EEAG u t-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG. Jekk il-miżura tikkonċerna għajnuna għall-investiment biss, imla l-ewwel parti ta' din it-taqsima. Jekk l-għajnuna hija għajnuna operattiva, imla t-tieni parti ta' din it-taqsima. Jekk il-miżura tikkonsisti kemm f'għajnuna għall-investiment kif ukoll f'għajnuna operattiva, għandhom jimtlew iż-żewġ taqsimiet 5.1. Skemi ta' għajnuna mill-Istat 5.1.1. Skemi ta' għajnuna għall-investiment L-ammont tal-għajnuna għal kull benefiċjarju għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq il-livell ta' ħarsien ambjentali jew l-għan enerġetiku. Bħala prinċipju ġenerali, l-għajnuna se titqies limitata għall-minimu meħtieġ jekk l-għajnuna tikkorrispondi għall-ispiża żejda netta totali meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan meta mqabbla max-xenarju kontrafattwali (ara t-taqsima 3.2.5 tal-EEAG, il-punt 70). Fil-każ ta' għajnuna għal proġetti ta' tisħin u tkessieħ distrettwali li jkunu enerġetikament effiċjenti, din it-taqsima tapplika biss għall-impjant tal-produzzjoni. Għall-parti tal-infrastruttura, għandu jintuża l-approċċ tad-distakk fil-finanzjament bħal dak użat għall-infrastruttura tal-enerġija (ara t-taqsima 5.1.2 tal-iskemi ta' għajnuna operattiva) (il-punt 76 EEAG) 5.1.1.1. Spejjeż eliġibbli (120): ipprovdi d-dettalji tal-ispejjeż eliġibbli kif xieraq.
5.1.1.2. Intensità tal-għajnuna u bonusijiet L-intensitajiet tal-għajnuna li huma awtorizzati għall-miżuri differenti jistgħu jinkisbu mill-Anness 1 tal-EEAG.
5.1.1.3. Kumulazzjoni (ara t-Taqsima 3.2.5.2 tal-EEAG)
5.1.2. Skemi ta' għajnuna operatorja 5.1.2.1. Għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli
Bijokarburanti
Ftehimiet ta' koperazzjoni fil-qafas tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (130)
5.1.2.1.1. Għajnuna operatorja għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (sakemm l-impjant jiddeprezza)
Sabiex jinċentivaw l-integrazzjoni tas-suq, importanti li l-benefiċjarji jbigħu l-elettriku tagħhom fis-suq u jkunu soġġetti għall-obbligi tas-suq (ara l-punti 124 u 125 tal-EEAG).
Fil-fażi tranżitorja li tkopri s-snin 2015 u 2016, l-għajnuna għal mhux inqas minn 5 % tal-kapaċità ġdida ppjanata tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha tingħata fi proċess kompetittiv ta' offerti fuq il-bażi ta' kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji (Ara l-punti 124 u 125 tal-EEAG).
Jekk it-tweġiba għal dan il-punt hija le, imla t-Taqsima 5.1.2.1.2 għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għajr l-elettriku (sakemm l-impjant jiddeprezza).
5.1.2.1.2. Għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għajr l-elettriku (sakemm jiddeprezza l-impjant)
5.1.2.1.3. Għajnuna operatorja għall-impjanti tal-bijomassa li jibqħu wara d-deprezzament. L-għajnuna operatorja għall-bijomassa wara d-deprezzament tal-impjant tista' tkun kompatibbli mas-suq intern jekk Stat Membru juri li l-ispejjeż operatorji mġarrbin mill-benefiċjarju wara d-deprezzament tal-impjant jibqgħu ogħla mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata (il-punt 133 tal-EEAG).
L-għajnuna operatorja għall-bijomassa wara li l-impjant jiddeprezza tista' tkun kompatibbli mas-suq intern jekk Stat Membru juri li, irrispettivament mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata, l-użu ta' fjuwils fossili bħala input huwa iktar ekonomikament vantaġġuż mill-użu tal-bijomassa (il-punt 134 tal-EEAG).
5.1.2.1.4. Għajnuna operatorja mogħtija permezz ta' ċertifikati.
5.1.2.2. Għajnuna operatorja mogħtija għal impjanti tas-sħana u Enerġija Kkombinata (CHP) b'effiċjenza għolja.
5.1.2.3. Għajnuna operatorja mogħtija għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika
5.1.2.4. Għajnuna operatorja mogħtija għall-infrastruttura tal-enerġija u CCS.
5.1.2.5. Għajnuna operatorja mogħtija għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni.
5.1.2.6. Għajnuna operatorja f'awtorizzazzjonijiet skambjabbli. Ara l-punt 235 tal-EEAG
5.2. Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali
6. Evitar ta' effetti negattivi Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.6 tal-EEAG u fejn hu speċifikat iktar għat-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG. 6.1. Skemi ta' għajnuna mill-Istat
Għall-adegwatezza fil-ġenerazzjoni:
6.2. Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali
7. Trasparenza Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.7 tal-EEAG u fejn hu speċifikat iktar għat-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.
Taqsima C: Valutazzjoni tal-kompatibbiltà għall-għajnuna fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali u fil-forma ta' tnaqqis fl-appoġġ mogħti permezz ta' finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli Sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi b'mod partikolari għat-taqsima 3.2.7 tal-EEAG. Imla t-Taqsima C1 għal miżuri li jikkonċernaw tnaqqis minn taxxi ambjentali u t-Taqsima C2, possibilment flimkien mat-Taqsima C3, għal miżuri li jikkonċernaw tnaqqis fl-appoġġ mogħti permezz ta' finanzjament għal sors ta' enerġija rinnovabbli. Imla t-taqsima dwar it-Trasparenza fit-taqsima B, il-punt 7. Taqsima C1: Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew eżenzjonijiet minnhom (137)
Taqsima C2: Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fl-appoġġ permezz ta'finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli
Eliġibbiltà
Proporzjonalità
Taqsima C3: Regoli tranżitorji għat-tnaqqis fl-appoġġ permezz ta' finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli Din it-tasqima tapplika biss jekk ikun ġie ppreżentat pjan ta' aġġustament lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju 2015.
PART III.7 Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-finanzjament ta' riskju Imla din il-formola ta' informazzjoni supplimentari, minbarra l-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’, sabiex tinnotifka kwalunkwe skema ta' għajnuna koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' finanzjament ta' riskju (‘RFG’) (142). Għad-definizzjonijiet mur lura għall-paragrafu 52 RFG. 1. Kamp ta' applikazzjoni 1.1. Raġunijiet għan-notifika tal-iskema:
1.2. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema notifikata: Immarka kif xieraq biex tikkonforma:
2. Deskrizzjoni tal-iskema 2.1. Baġit tal-iskema:
2.2. Tul ta' żmien tal-iskema:
2.3. Impriżi destinatarji li huma l-benefiċjarji finali tal-iskema: Il-valutazzjoni ex ante (147) turi l-ħtieġa li l-impriżi li ġejjin ikunu id-destinatarji tal-iskema bħala benefiċjarji (il-paragrafi 63-79 RFG) (ipprovdi dettalji): … …
2.4. Strumenti finanzjarji: il-valutazzjoni ex ante turi ħtieġa fir-rigward tal-parametri tat-tifsila li ġejjin li ma jikkonformawx mal-GBER (il-paragrafu 80 sa 86 RFG):
2.5. Strumenti fiskali: il-valutazzjoni ex ante turi li huma meħtieġa l-parametri tat-tifsila li ġejjin li ma jikkonformawx mal-GBER:
2.6. Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa:
2.7. Intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema (Ara d-definizzjoni wiesgħa fil-paragrafu 52 RFG; din tinkludi wkoll fondi bi u mingħajr personalità ġuridika)
2.8. Hemm xi parti oħra involuta fl-iskema għajr l-awtorità pubblika li tagħti l-għajnuna, l-impriżi destinatarja, l-intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema msemmija hawn fuq, u l-investituri privati involuti fiha?
2.9. Deskrizzjoni dettaljata tal-istrument(i):
2.9.1. Strumenti finanzjarji Miżuri ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' strumenti finanzajrji jridu jiġu skjerati permezz tal-intermedjarji finanzjarji (il-paragrafu 20 RFG). B'hekk, dawk il-miżuri huma fformati minn, tal-inqas, intervent mill-Istat f'intermedjarji finanzjarji, u investimenti ta' finanzjament ta' riskju minn intermedjarji finanzjarji fl-impriżi benefiċjarji finali. 2.9.1.1. Intervent fil-livell ta' intermedjarji finanzjarji A) Intervent mill-Istat fil-livell ta' intermedjarji finanzjarji L-Istat jipprovdi dawn li ġejjin lill-intermedjarji finanzjarji (Immarka u imla kif xieraq) ☐ INJEZZJONI TA' EKWITÀ (INKLUŻA KWAŻI EKWITÀ) MILL-ISTAT FIL-LIVELL TA' INTERMEDJARJI FINANZJARJI
☐ STRUMENTI TA' DEJN IFFINANZJATI: STRUMENTI TA' SELF (MINN HAWN 'IL QUDDIEM ‘SELF’) FIL-LIVELL TA' INTERMEDJARJI FINANZJARJI
☐ STRUMENTI TA' DEJN MHUX IFFINANZJATI: GARANZIJI MILL-ISTAT FIL-LIVELL TAL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI FUQ TRANŻAZZJONIJIET SOTTOSTANTI MAL-BENEFIĊJARJI FINALI
☐ STRUMENTI FINANZJARJI OĦRAJN Iddeskrivi l-istrument finanzjarju li jrid jiġi implimentat mal-miżura u pprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-elementi kollha fit-Taqsima 2.9.1.1 iktar 'il fuq safejn ikunu applikabbli għall-istrument finanzjarju magħżul: … B) Intervent mill-intermedjarji finanzjarji f'livelli ulterjuri ta' intermedjarji finanzjarji Jista' jkun hemm soluzzjonijiet (inklużi strutturi tal-fond ta' fondi), li bihom, pereżempju, l-Istat jipprovdi ekwità, self jew garanziji lil intermedjarju finanzjarju, li, min-naħa tiegħu, jipprovdi ekwità, self jew garanziji lil intermedjarju finanzjarju ieħor, li eventwalment jipprovdi investimenti ta' finanzjament ta' riskju lil benefiċjarji finali. F' każijiet bħal dawk fejn hemm it-tieni livell, jew livelli oħrajn ta' intermedjarji finanzjarji involuti fl-iskema, ipprovdi hawn l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa fit-Taqsima 2.9.1.1.A dwar Ekwità/Self/Garanziji/Strumenti finanzjarji oħrajn, kif applikabbli, għal kull livell addizzjonali ta' intermedjarju finanzjarju: … 2.9.1.2. Investiment ta' finanzjament ta' riskju minn intermedjarji finanzjarji f'benefiċjarji finali L-investiment ta' finanzjament ta' riskju fil-benefiċjarji finali jieħu l-forma li ġejja (Immarka u imla kif xieraq): ☐ INVESTIMENT TA' EKWITÀ (INKL. KWAŻI EKWITÀ) MINN INTERMEDJARJI FINANZJARJI FIL-BENEFIĊJARJI FINALI
☐ STRUMENTI TA' DEJN IFFINANZJATI: SELF MINN INTERMEDJARJI FINANZJARJI LIL BENEFIĊJARJI FINALI
Indika l-proporzjon tal-parteċipazzjoni privata: … Iddeskrivi l-kondiviżjoni ta' riskju u gwadann bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati: … B'mod partikolari, jekk l-investitur pubbliku jassumi l-ewwel telf, f'liema livell huwa stabbilit il-limitu massimu? Limitu massimu ta' … %. (Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li huwa rakkomandat li dak il-livell massimu ma jkunx iktar minn 35 % (il-paragrafu 113 RFG) Fejnl-investitur jew mutwanti pubbliku jassumi pożizzjoni tal-ewwel telf li tkun iktar mil-limitu massimu stabbilit fil-GBER (25 %), iġġustifikaha b'referenza għal falliment serju tas-suq identifikat fil-valutazzjoni ex ante (il-paragrafu 113 RFG) u pprovdi sommarju għal dik il-ġustifikazzjoni: … Jekk hemm mekkaniżmi oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju għall-benefiċċju tal-investituri/mutwanti privati, spjega: … ☐ STRUMENTI TA' DEJN MHUX IFFINANZJATI: GARANZIJI MINN INTERMEDJARJI FINAZJARJI LIL BENEFIĊJARJI FINALI:
☐ STRUMENTI FINANZJARJI OĦRAJN Iddeskrivi l-istrument finanzjarju li l-miżura tfittex li timplimenta u pprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-elementi kollha li jinsabu fit-Taqsima 2.9.1.2 iktar 'il fuq safejn ikunu applikabbli għall-istrument finanzjarju magħżul: … … 2.9.2. Strumenti fiskali: Imla din it-taqsima kollha għal kull inċentivfiskali:
L-aġevolazzjoni fiskali tista' tkun iktar mill-obbligazzjoni massima ta' taxxa fuq id-dħul tal-investitur, kif stabbilit qabel il-miżura fiskali?
F'każ li l-miżura tkun tipprovdi għal bosta forom ta' inċentivi fiskali, imla s-sett ta' mistoqsijiet fit-Taqsima 2.9.2 ta' hawn fuq għal kull forma ta' għajnuna. 2.9.3. Miżuri li jsostnu pjattaformi ta' negozjar alternattivi:
Flimkien ma' din in-notifika, ipprovdi:
Forma tal-miżura:
3. Informazzjoni oħra dwar il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-iskema ta' għajnuna 3.1. Kontribuzzjoni lejn l-għan komuni u ħtieġa ta' intervent mill-Istat (3.2 u 3.3 RFG) Skema ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju tista' tiġi ġġustifikata biss jekk ikollha l-għan li tindirizza falliment speċifiku tas-suq, fil-forma tal-eżistenza ta' diskrepanza tal-likwidità li taffettwa lil impriżi speċifiċi fi stadju speċifiku tal-iżvilupp, żona ġeografika u, jekk applikabbli, settur ekonomiku. Issottometti l-valutazzjoni ex ante approfondita li turi l-falliment speċifiku tas-suq, flimkien ma' din in-notifika. 3.1.1. Informazzjoni dwar il-valutazzjoni ex ante (il-paragrafi 65-66 RFG): Data tal-valutazzjoni ex ante: Il-valutazzjoni saret minn:
Data li fuqha hija bbażata l-valutazzjoni: … Immarka sabiex tikkonferma li l-valutazzjoni ex ante hija bbażata fuq dejta li tkopri l-ħames snin ta' qabel in-notifika: ☐ L-iskema ta' finanzjament ta' riskju hija parzjalment iffinanzjata mill-Fondi Ewropej Struttural u ta' Investiment u l-valutazzjoni tħejjiet skont l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolametn dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (148): ☐ 3.1.2. Identifikazzjoni fil-valutazzjoni ex ante tal-għanijiet speċifiċi tal-politika u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-iskema ta' finanzjament ta' riskju (il-paragrafi 58-59 RFG): Elenka l-għanijiet identifikati speċifiċi tal-politika u agħmel referenza għat-taqsima rilevanti fil-valutazzjoni ex ante: … … Elenka l-indikaturi tal-prestazzjoni definiti (ara l-eżempji fil-paragrafu 58 RFG) u agħmel referenza għat-taqsima rilevanti fil-valutazzjoni ex ante: … … 3.1.3. Evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni fil-valutazzjoni ex ante għall-ħtieġa ta' intervent mill-Istat (it-taqsima 3.3 RFG): ara t-taqsimiet 2.3, 2.4 u 2.5 ta' din il-formola. 3.2. Adegwatezza u effett ta' inċentiv tal-iskema ta' finanzjament ta' riskju (it-taqsimiet 3.4 u 3.5 RFG) 3.2.1. Ġenerali:
3.2.2. Kundizzjonijiet tal-adegwatezza għall-istrumenti finanzjarji (it-taqsima 3.4.2 RFG)
3.2.3. Kundizzjonijiet tal-adegwatezza għall-istrumenti fiskali (it-taqsima 3.4.3 RFG) Għall-finijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li pprovdejt fit-Taqsima 2.9.2. Indika kull informazzjoni oħra li tqis li hija rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-adegwatezza: … … 3.2.4. Kundizzjonijiet tal-adegwatezza għal miżuri li jsostnu lil pjattaformi ta' negozjar alternattivi (it-taqsima 3.4.4 RFG): Għall-finijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li pprovdejt fit-Taqsima 2.9.3. Indika kull informazzjoni oħra li tqis li hija rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-adegwatezza: … … 3.3. Proporzjonalità tal-għajnuna (it-taqsima 3.6 RFG) 3.3.1. Proporzjonalità b'rabta mal-falliment identifikat tas-suq:
3.3.2. Kundizzjonijiet tal-proporzjonalità għall-istrumenti finanzjarji (it-taqsima 3.6.1 RFG)
3.3.3. Kundizzjonijiet tal-proporzjonalità għall-istrumenti fiskali (it-taqsima 3.6.2 RFG): Għall-iskopijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se titqies l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima 2.9.2. Indika kull informazzjoni li tqis rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità: … 3.3.4. Il-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità għall-pjattaformi ta' negozjar alternattivi (it-taqsima 3.6.3 RFG): Għall-finijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se titqies l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima 2.9.3. Indika kull informazzjoni li tqis rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità: … 3.4. Evitar ta' effetti negattivi indebiti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (it-taqsima 3.7 RFG)
4. Il-kumulazzjoni tal-għajnuna (it-taqsima 3.9 RFG) L-għajnuna għal finanzjament ta' riskju tista' tiġi kumulata ma' miżuri ta' għajnuna mill-Istat oħrajn mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli, jew b'għajnuna de minimis, sal-ogħla limitu massimu tal-finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ permezz ta' regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija adottat mill-Kummissjoni (il-paragrafu 168 RFG).
5. Informazzjoni oħra Indika hawn kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i mill-RFG: … … PARTI III.8 Formola ta' Informazzjoni Supplimentari għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni L-Istati Membri jridu jużaw din il-formola għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 (149) u fil-każ ta' skema ta' għajnuna notifikata soġġetta għal evalwazzjoni kif previst fil-linji gwida rilevanti tal-Kummissjoni. Irreferi għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ‘Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat’ (150) għal gwida dwar kif jiġi abbozzat pjan ta' evalwazzjoni. 1. Identifikazzjoni tal-iskema ta' għajnuna li trid tiġi evalwata
2. L-għanijiet tal-iskema ta' għajnuna li trid tiġi evalwata (151) 2.1. Ipprovdi deskrizzjoni tal-iskema ta' għajnuna li tispeċifika l-ħtiġijiet u l-problemi li l-iskema biħsiebha tindirizza u l-kategoriji ta' benefiċjarji destinatarji tal-iskema, pereżempju daqs, setturi, post, għadd indikattiv. … 2.2. Indika l-għanijiet tal-iskema u l-impatt mistenni, kemm fil-livell tal-benefiċjarji intenzjonati kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-għan tal-interess komuni. … 2.3. Indika l-effetti negattivi li possibilment jista' jkun hemm, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna jew fuq l-ekonomija ġenerali, li jistgħu jkunu assoċjati b'mod dirett jew indirett mal-iskema ta' għajnuna (152). … 2.4. Indika (a) l-baġit annwali ppjanat skont l-iskema, (b) it-tul ta' żmien maħsub tal-iskema (153), (c) l-istrument jew strumenti ta' għajnuna u (d) l-ispejjeż eliġibbli. … 2.5. Ipprovdi sommarju tal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-metodi għall-għażla tal-benefiċjarji tal-għajnuna. B'mod partikolari, iddeskrivi dan li ġej: (a) il-metodi tal-għażla tal-benefiċjarji (pereżempju l-mod kif jiġi allokat il-punteġġ), (b) il-baġit indikattiv disponibbli għal kull grupp ta' benefiċjarji, (c) il-probabbiltà li l-baġit jintuża kollu għal ċerti gruppi ta' benefiċjarji, (d) ir-regoli dwar il-punteġġ, jekk dawn jintużaw fl-iskema, (e) il-limiti tal-intensità tal-għajnuna u (f) il-kriterji li jitqiesu mill-awtorità li tagħti l-għajnuna meta tivvaluta l-applikazzjonijiet. … 2.6. Semmi r-restrizzjonijiet jew ir-riskji speċifiċi li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-iskema, l-impatti mistennija tagħha u l-ilħuq tal-għanijiet tagħha. … 3. Mistoqsijiet tal-evalwazzjoni 3.1. Indika l-mistoqsijiet speċifiċi li l-evalwazzjoni għandha tindirizza billi tipprovdi evidenza kwantitattiva tal-impatt tal-għajnuna. Iddistingwi bejn (a) mistoqsijiet dwar l-impatt dirett ta' din l-għajnuna fuq il-benefiċjarji, (b) mistoqsijiet relatati ma' impatti indiretti u (c) mistoqsijiet relatati mal-proporzjonalità u l-adegwatezza tal-għajnuna. Spjega kif il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni huma marbutin mal-għanijiet tal-iskema. … 4. Indikaturi tar-riżultat 4.1. Uża t-tabella li ġejja biex tiddeskrivi liema indikaturi se jinbnew biex jitkejlu r-riżultati tal-iskema, kif ukoll il-fatturi ta' kontroll rilevanti, inklużi s-sorsi ta' dejta, u kif kull indikatur tar-riżultat jikkorrispondi għal mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni. B'mod partikolari, jekk jogħġbok semmi (a) il-mistoqsija rilevanti tal-evalwazzjoni, (b) l-indikatur, (c) is-sors tad-dejta, (d) il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta (pereżempju, annwali, kull xahar, eċċ.), (e) il-livell li fih tinġabar id-dejta (pereżempju, il-livell tad-ditta, tal-stabbiliment, reġjonali, eċċ.), (f) il-popolazzjoni koperta fis-sors tad-dejta (pereżempju, il-benefiċjarji tal-għajnuna, dawk li mhumiex benefiċjarji, l-intrapriżi kollha, eċċ.).
Spjega għaliex l-indikaturi magħżulin huma l-iktar rilevanti sabiex jitkejjel l-impatt mistenni tal-iskema. … 5. Metodi previsti sabiex issir l-evalwazzjoni 5.1. Fid-dawl tal-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni, jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi previsti li għandhom jintużaw fl-evalwazzjoni sabiex jiġi identifikat l-impatt kawżali tal-għajnuna fuq il-benefiċjarji u biex jiġu vvalutati impatti indiretti oħra. B'mod partikolari, spjega r-raġunijiet għall-għażla ta' dawk il-metodi u għar-rifjut ta' metodi oħra (pereżempju, raġunijiet relatati mat-tfassil tal-iskema) (154). … 5.2. Iddeskrivi preċiżament l-istrateġija tal-identifikazzjoni għall-evalwazzjoni tal-impatt kawżali tal-għajnuna u s-suppożizzjonijiet li fuqhom tiddependi l-istrateġija. Iddeskrivi f'ċertu dettall il-kompożizzjoni u l-importanza tal-grupp ta' kontroll. … 5.3. Spjega kif il-metodi previsti jindirizzaw il- potenzjal li jkun hemm preġudizzji waqt l-għażla. Jista' jingħad b'biżżejjed ċertezza li d-differenzi fl-eżiti osservati fl-eżiti fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għajnuna huma proprju minħabba l-għajnuna? … 5.4. Jekk rilevanti, spjega kif il-metodi previsti biħsiebhom jindirizzaw sfidi speċifiċi marbutin ma' skemi kumplessi, pereżempju skemi li huma implimentati b'mod differenzjat f'livell reġjonali u skemi li jużaw bosta strumenti ta' għajnuna. … 6. Ġbir tad-dejta 6.1. Ipprovdi informazzjoni dwar il-mekkaniżmi u s-sorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna u dwar il-kontrafattwali previsti (155). Ipprovdi deskrizzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha li hija marbuta mal-fażi tal-għażla: dejta miġbura fuq applikanti għall-għajnuna, dejta ppreżentata mill-applikanti, eżiti tal-għażla. Spjega wkoll kull kwistjoni li potenzjalment jista jkun hemm fir-rigward tad-disponibbiltà tad-dejta. … 6.2. Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta rilevanti għall-evalwazzjoni. Hemm osservazzjonijiet disponibbli fuq livell disaggregat biżżejjed jiġifieri fil-livell tal-impriżi individwali? … 6.3. Indika jekk l-aċċess għad-dejta meħtieġa sabiex issir l-evalwazzjoni jistax ikun imxekkel minn liġijiet u regolamenti li jirregolaw il-kunfidenzjalità tad-dejta u kif jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet. Semmi sfidi oħrajn possibbli marbutin mal-ġbir tad-dejta u kif jistgħu jingħelbu. … 6.4. Indika jekk huwiex previst li jsir stħarriġ dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna jew ta' impriżi oħrajn u jekk hemmx il-ħsieb li jintużaw sorsi komplimentari ta' informazzjoni. … 7. Perjodu ta' żmien propost għall-evalwazzjoni 7.1. Indika l-perjodu ta' żmien propost għall-evalwazzjoni, inklużi dati importanti għall-ġbir tad-dejta, ir-rapporti interim u l-involviment tal-partijiet interessati. Jekk rilevanti, ipprovdi anness li jispjega fid-dettall il-perjodu ta' żmien propost. … 7.2. Indika d-data sa meta se jintbagħat ir-rapport tal-evalwazzjoni finali lill-Kummissjoni. … 7.3. Semmi l-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-perjodu ta' żmien previst. … 8. Il-korp li jagħmel l-evalwazzjoni 8.1. Ipprovdi informazzjoni speċifika dwar il-korp li jagħmel l-evalwazzjoni jew, jekk ma jkunx għadu ntgħażel, dwar il-perjodu ta' żmien, il-proċedura u l-kriterji għall-għażla tiegħu. … 8.2. Ipprovdi informazzjoni dwar l-indipendenza tal-korp li jagħmel l-evalwazzjoni u dwar kif se jiġu esklużi l-possibilitajiet ta' kunflitti ta' interess fil-proċess tal-għażla. … 8.3. Indika l-esperjenza u l-ħiliet rilevanti tal-korp li jagħmel l-evalwazzjoni jew kif dawk l-esperjenzi u l-ħiliet se jiġu żgurati fil-proċess tal-għażla. … 8.4. Indika x'arranġamenti se tagħmel l-awtorità li tagħti l-għajnuna biex timmaniġġa u tissorvelja t-twettiq tal-evalwazzjoni. … 8.5. Ipprovdi informazzjoni, anki jekk ta' għamla indikattiva biss, fuq ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa li se jkunu disponsibbli għat-twettiq tal-evalwazzjoni. … 9. Reklamar tal-evalwazzjoni 9.1. Ipprovdi informazzjoni dwar il-mod li permezz tiegħu l-evalwazzjoni se ssir disponibbli għall-pubbliku, jiġifieri bil-pubblikazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni finali fuq paġna tal-Internet. … 9.2. Indika kif se jiġi żgurat li jkunu involuti l-partijiet interessati. Indika jekk hijiex prevista l-organizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet pubbliċi jew avvenimenti marbutin mal-evalwazzjoni. … 9.3. Speċifika kif inhu maħsub li l-awtorità li tagħti l-għajnuna jew korpi oħrajn biħsiebhom jużaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni, pereżempju għat-tfassil tas-suċċessuri tal-iskema jew għal skemi simili. … 9.4. Indika jekk u skont liema kundizzjonijiet id-dejta miġuba bi skop tal-evalwazzjoni jew użata għaliha se tkun aċċessibbli għal aktar studji u analiżi. … 9.5. Indika jekk il-pjan ta' evalwazzjoni fihx informazzjoni kunfidenzjali li l-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela. … 10. Informazzjoni oħra 10.1. Indika hawn kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni. … 10.2. Elenka d-dokumenti kollha mehmużin man-notifika u pprovdi kopji fuq karti jew links tal-Internet diretti għad-dokumenti kkonċernati. …” |
(3) |
Il-Parti III.13 hija ssostitwita b'dan li ġej: “PARTI III.13.A Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-investiment għall-ajruporti Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ sabiex tiġi notifikata kull għajnuna għall-investiment koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (1). 1. Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju, il-proġett tal-investiment u l-għajnuna 1.1. Benefiċjarju 1.1.1. L-għajnuna tingħata direttament lil sid l-ajruport?
1.1.2. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘Le’: iddeskrivi, jekk applikabbli, (i) l-entità(jiet) legali li tirċievi l-għajnuna, u (ii) l-entità(jiet) li titrasferixxi l-għajnuna lil entità intermedjarja jew lill-ajruport li jwettaq il-proġett ta' investiment. … … 1.1.3. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’, spjega kif l-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw li ma hemm l-ebda vantaġġ mogħti fil-livelli intermedjarji. … … 1.1.4. Fil-każ ta' għajnuna individwali, iddeskrivi r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u (i) l-impriżi li magħhom jifforma parti minn grupp ta' impriżi; (ii) is-sussidjarji tiegħu; (iii) kull intrapriża assoċjata oħra, inklużi intrapriżi konġunti. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu li bih l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji elenkati hawn fuq. … … 1.1.5. Speċifika jekk il-benefiċjarju huwiex se jkun qiegħed iħaddem l-infrastruttura wkoll.
1.1.6. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija ta' hawn fuq hija ‘le’, iddeskrivi (i) il-proċedura li biha se jingħażel l-operatur tal-infrastruttura/intgħażel rispettivament, u (ii) il-kriterji tal-għażla. … … 1.1.7. Fejn l-ajruport(i) jintuża(w) mill-forzi armati nazzjonali, il-korp tal-pulizija, servizzi ta' salvataġġ tal-ajru mhux ekonomiċi, jew kull servizz ieħor tal-ajru ta' għamla mhux ekonomika, speċifika (a) l-għamla tas-servizz(i) u(b) ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-ajruport (pereżempju użu tar-runway u faċilitajiet oħrajn tal-ajruport, mogħti bħala perċentwal ta' movimenti annwali tal-inġenji tal-ajru). … … 1.1.8. Ipprovdi d-dejta li ġejja dwar it-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruport(i) li jirċievi l-għajnuna:
Ipprovdi d-dejta għal kull ajruport fil-forma ta' tabella, strutturata kif muri fit-tabella ta' hawn taħt;
L-għadd tal-passiġġieri jrid jingħadd ‘f'direzzjoni waħda’ u għal kull rotta individwali; pereżempju passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jgħodd darbtejn. Jekk l-ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, id-dejta dwar it-traffiku tal-passiġġieri trid tkun stabbilita fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali. 1.2. Il-proġett ta' investiment 1.2.1. Iddeskrivi l-proġett ta' investiment u l-istimi sottostanti kollha, u pprovdi l-pjan direzzjonali tan-negozju ex ante (fil-forma ta' tabella excel) li fuqu huwa msejjes il-proġett. Il-pjan direzzjonali tan-negozju għandu jkopri t-tul tal-ħajja ekonomika tal-investiment. L-istimi kollha għandhom ikunu bbażati fuq previżjonijiet solidi tad-domanda. Spjega jekk, u kemm tqiesu dawk l-istimi fil-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju.. … … 1.2.2. Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-proġett ta' investiment:
1.2.3. Ipprovdi f'tabella waħda analiżi dettaljata tax-xogħlijiet kollha li se jsiru, is-sors ta' finanzjament tagħhom, kemm hu previst li jdumu, l-elementi tal-ispejjeż tagħhom u d-data ppjanata biex jibdew joperaw. Għal kull spiża indika jekk u għaliex għandha titqies bħala spiża ta' investiment (i) direttament marbuta mal-infrastruttura ta' għamla mhux ekonomika fil-mandat tal-politika pubblika (pereżempju għas-sikurezza, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru u kull attività oħra li għaliha Stat Membru huwa responsabbli bħala parti mis-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika), jew (ii) marbuta mal-infrastruttura ajrunawtika tal-ajruport ta' għamla ekonomika (pereżempju runway, infrastruttura tal-groundhandling), jew (iii) marbuta mal-infrastruttura mhux ajrunawtika ta' għamla ekonomika (pereżempju parkeġġ, lukandi).
1.2.4. Agħti ħarsa ġenerali lejn (i) l-ispejjeż eliġibbli totali ta' investiment (2) ta' natura ekonomika, u (ii) l-ispejjeż eliġibbli totali ta' natura mhux ekonomika. L-ispejjeż iridu jiġu skontati għall-valur kurrenti tagħhom; ir-rata ta' skont trid tkun indikata. F'dik il-ħarsa ġenerali indika liema parti mill-għajnuna notifikata se ssostni investimenti li jagħmlu parti mill-kategorija (i) u liema se ssostni investiment li jagħmlu parti mill-kategorija (ii). … … 1.2.5. Jekk l-ispejjeż ta' investiment relatati ma' attivitajiet mhux ajrunawtiċi ta' natura ekonomika wkoll se jiġu ffinanzjati permezz ta' għajnuna mill-Istat: spjega fuq liema bażi l-awtoritajiet tiegħek jikkunsidraw li dik l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern. … … 1.2.6. Ħadt impenn li twettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (‘VIA’) għall-investiment? (il-punt 20 tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lil ajruporti u linji tal-ajru)?
Jekk le, spjega għaliex mhijiex meħtieġa VIA għal dan il-proġett: … … 1.3. Attivitajiet ta' natura mhux ekonomika li huma fil-mandat tal-politika pubblika 1.3.1. Ikkonferma jekk l-investiment ikoprix attivitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika (pereżempju kontroll tat-traffiku, pulizija, dwana, tifi tan-nar, attivitajiet meħtieġa biex tiġi salvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' xkiel illegali). Investimenti marbutin mal-infrastruttura u tagħmir meħtieġ biex jitwettqu attivitajiet ta' dak it-tip ġeneralment jitqiesu li huma ta' għamla mhux ekonomika u b'hekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Inkludi investimenti rilevanti fit-tabella mogħtija fit-Taqsima 1.2.3.
1.3.2. Ipprovdi l-istrument nazzjonali, reġjonali jew legali ieħor li jikkonċerna l-kunċett ta' attivitajiet li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika, u l-finanzjament tagħhom. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe strument legali bħal dan, iċċara kif dawk l-attivitajiet ġeneralment jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet rilevanti. … … 1.3.3. Ipprovdi evidenza li turi li l-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni żejda bejn l-ajruporti. Diskriminazzjoni tirriżulta f'sitwazzjonijiet li fihom, skont l-ordinament ġuridiku rilevanti, l-ajruporti ċivili normalment ikollhom iġarrbu ċerti spejjeż inerenti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħhom, filwaqt li ċerti ajruporit ċivili ma jkollhomx ikopru dawk l-ispejjeż. Speċifika l-materjal u l-applikabbiltà territorjali tar-regoli nazzjonali applikabbli għall-finanzjament ta' attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ajruporti u, jekk applikabli, il-livell ta' kompetenzi reġjonali f'dik il-kwistjoni. … … 1.3.4. Filwaqt li ssostni l-argument bl-evidenza rilevanti, ikkonferma li l-kumpens tal-ispejjeż imġarrbin b'rabta mal-attivitajiet mhux ekonomiċi se jkun strettament limitat għal dawk l-ispejjeż, u li kull sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi permezz ta' kumpens bħal dak huwa eskluż b'mod effettiv. … … 1.3.5. Ikkonferma li l-ajruport se jkollu sistema ta' kontabilità separata għall-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi. … … 2. Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura 2.1. Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew 2.1.1. L-għajnuna għall-investiment:
Speċifika kif l-għajnuna għall-investiment tikkontribwixxi għal kull wieħed mill-għanijiet magħżulin. 2.1.2. L-investiment huwa mmirat sabiex joħloq kapaċità tal-ajruport ġdida?
2.1.3. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija fil-punt 2.1.2 hija ‘iva’, uri fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju msemmi fit-Taqsima 1.2 — ‘Il-proġett ta' investiment’ li l-infrastruttura l-ġdida, fuq tul ta' żmien medju, se tissodisfa d-domanda prevista tal-linji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-kumpanijiet li jġorru l-merkanzija fiż-żona ta' lħuq tal-ajruport. 2.1.4. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: l-ajruport benefiċjarju jinsab fl-istess żona ta' lħuq (3) bħal ajruport ieħor li mhuwiex qed jopera f'kapaċità sħiħa jew kważi?
Jekk iva, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja: a) daqs u forma taż-żona ta' lħuq; b) id-distanza tal-ivjaġġar u l-ħin bejn l-ajruport benefiċjarju u l-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq; c) it-traffiku ta' passiġġieri ta' ajruporti oħrajn fl-istess żona ta' lħuq tul il-ħames snin ta' qabel is-sena tan-notifika; d) id-domanda totali mistennija u l-kapaċità totali fiż-żona ta' lħuq tal-ajruport megħjun f'mill-inqas l-10 snin li jmiss, skont il-pjan direzzjonali tan-negozju fl-agħar xenarju, fix-xenarju bażi u fl-aħjar xenarju. … … 2.1.5. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: a) indika l-post u ż-żoni ta' lħuq tal-ajruporti eliġibbli fiż-żona ta' applikabbiltà territorjali tal-iskema; b) id-distanza tal-ivjaġġar u l-ħin bejn l-ajruporti eliġibbli u l-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq; c) il-metodu u l-kriterji li l-awtoritajiet nazzjonali se jużaw sabiex jiddefinixxu l-qies u l-forma taż-żoni ta' lħuq u l-użu tal-kapaċità tal-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq. … … 2.1.6. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: Jekk it-tweġiba għall-punt 2.1.4 hija ‘Iva’, ipprovdi l-informazzjoni li tidentifika l-effett li l-investiment probabbilment ikollu fuq l-użu tal-infrastruttura eżistenti fl-istess żona ta' lħuq. Dik l-informazzjoni trid turi prospettivi fuq it-terminu medju għall-użu, trid tkun ibbażata fuq previżjonijiet tal-passiġġieri u t-traffiku tal-merkanzija solidi, u trid tkun inkorporata fil-pjan direzzjonali tan-negozju ex ante tal-ajruport benefiċjarju. … … 2.1.7. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: Jekk it-tweġiba għall-punt 2.1.4 hija ‘Iva’, ipprovdi l-projjezzjonijiet tat-traffiku f'termini ta' numri ta' passiġġieri fl-agħar xenarju, fix-xenarju bażi u fl-aħjar xenarju u spjega għaliex, fil-fehma tiegħek, dawk il-projjezzjonijiet jiġġustifikaw l-għajnuna għall-investiment sabiex tinħoloq kapaċità addizzjonali jew sabiex tinżamm il-kapaċità eżistenti. … … 2.2. Ħtieġa ta' intervent mill-Istat 2.2.1. Fil-każ ta' għajnuna għall-investiment individwali: spjega, fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport, sa liema punt il-ħila tal-ajruport li jkopri l-ispejjeż kapitali tiegħu tiddependi mid-daqs tal-ajruport f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri annwali. … … 2.2.2. Fil-każ ta' għajnuna għall-investiment individwali: spjega għaliex l-ajruport ma jistax jikseb biżżejjed finanzjament privat. … … 2.2.3. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: Ikkonferma li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivverifika l-ħtieġa ta' intervent mill-Istat f'kull każ individwali fuq il-bażi ta' i) id-daqs tal-ajruport (4); ii) il-ħila tal-ajruport li jattira finanzjament privat. … … 2.3. L-adegwatezza tal-miżura 2.3.1. Uri li l-għajnuna inkwistjoni hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan maħsub jew jiġu solvuti l-problemi li hija maħsuba li tindirizza. B'mod partikolari, spjega kif l-awtoritajiet stabbilixxew li ma jistax jinkiseb l-istess objettiv, u li ma tistax tissolva l-istess problema, b'politika jew strumenti ta' għajnuna inqas distorsivi u li l-għajnuna inkwistjoni hija strument tal-politika xieraq. Pereżempju, jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (5), uri għaliex forom potenzjalment inqas distorsivi ta' għajnuna bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (6) mhumiex adegwati: … … 2.4. L-effett ta' inċentiv tal-għajnuna 2.4.1. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: ikkonferma li x-xogħlijiet fuq l-investiment individwali notifikat beda biss wara li l-applikazzjoni għall-għajnuna ġiet ippreżentata lill-awtorità li tagħti l-għajnuna. Ipprovdi kopja tal-applikazzjoni għall-għajnuna mibgħuta lill-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-benefiċjarju u evidenza dokumentata tad-data tal-bidu tax-xogħlijiet. … … 2.4.2. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ikkonferma li x-xogħlijiet fuq il-proġetti ta' investiment eliġibbli se jibdew biss wara li tiġi sottomessal-applikazzjoni individwali għall-għajnuna lill-awtorità li tagħti l-għajnuna. … … 2.4.3. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: iddeskrivi l-livelli ta' attività fil-mira f'xenarju bl-għajnuna u f'xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna. Ipprovdi evidenza biex ssostni dak li tgħid, pereżempju dokumentazzjoni interna marbuta ma' attivitajiet alternattivi meqjusin mill-ajruport benefiċjarju fit-teħid ta' deċiżjonijiet interni tiegħu. … … 2.4.4. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: fil-preżenza ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, qabbel iż-żewġ xenarji biex tispeċifika l-attività addizzjonali li titwettaq biss bl-għajnuna (analiżi kontrafattwali). Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: Fin-nuqqas ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, speċifika d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali stabbilita fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju. Id-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali hija d-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment f'assi kapitali fissi tul il-ħajja tal-investiment f'termini tal-valur preżenti nett. … … 2.4.5. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ikkonferma (a) li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tagħti l-għajnuna individwali mill-iskema ta' għajnuna biss wara li tkun ivverifikat li hemm effett ta' inċentiv, billi tqabbel il-livelli ta' attività fil-mira bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna (analiżi kontrafattwali) jew, fin-nuqqas ta' attivitajiet alternattivi mingħajr l-għajnuna, billi tistabbilixxi d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju (7); b) iddeskrivi d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta għall-iskopijiet tal-analiżi tal-effett ta' inċentiv. … … 2.5. Il-proporzjonalità tal-għajnuna 2.5.1. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: fil-preżenza ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, a) ipprovdi fil-forma ta' tabelli tal-excel il-pjanijiet direzzjonali ex ante tan-negozju għax-xenarju bl-għajnuna u x-xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna; b) fuq dik il-bażi, speċifika l-ispejjeż żejda netti, wara li jitnaqqas id-dħul żejjed, li jirriżultaw mit-twettiq tal-proġett jew attività megħjuna meta mqabbla mal-proġett/attività kontrafattwali; c) spjega d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha. Il-pjanijiet direzzjonali tan-negozju għandhom ikopru l-perjodu tal-ħajja ekonomika tal-investimenti. … … 2.5.2. Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: fin-nuqqas ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, a) ipprovdi fil-forma ta' tabella tal-excel il-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju; b) indika fuq dik il-bażi d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali li hija l-valur preżenti nett tad-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment tul il-ħajja ekonomika tal-investiment; c) spjega d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha. … … 2.5.3. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ħu impenn li a) tinvestiga f'kull każ ix-xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna, fuq il-bażi tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju ex ante; b) tistabbilixxi l-ispejjeż żejda, wara li jitnaqqas id-dħul żejjed, li jirriżultaw mit-twettq tal-proġett jew attività megħjuna minflok il-proġett jew attività kontrafattwali f'każijiet li fihom ikun jeżisti xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi; c) tistabbilixxi d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali, li hija l-valur preżenti nett tad-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment, tul il-ħajja ekonomika tal-investiment, f'każijiet li fihom ma tkun isseħħ l-ebda attività alternattiva. Iddeskrivi d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta għall-iskopijeit tal-investigazzjonijiet u l-analiżi. … … 2.5.4. L-intensità tal-għajnuna: Indika l-perċentwal massimu tal-ispejjeż eliġibbli li jridu jiġu koperti mill-għajnuna għall-investiment (‘intensità tal-għajnuna’); inkluż kull pagament komplementari mal-intensità tal-għajnuna bażika: … … Indika l-perċentwal massimu tal-ispejjeż eliġibbli li jridu jiġu koperti mill-għajnuna għall-investiment (‘intensità tal-għajnuna’); inkluż kull pagament komplementari mal-intensità tal-għajnuna bażika:
2.6. L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ 2.6.1. Ikkonferma li l-ajruport, inklużi l-infrastruttura u t-tagħmir kollha kemm huma li għalihom tingħata l-għajnuna għall-investiment, se jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed. … … 2.6.2. Ikkonferma li l-ajruport, inklużi l-infrastruttura u t-tagħmir kollha kemm huma li għalihom tingħata l-għajnuna għall-investiment, se jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed. … … 2.7. Notifika tal-għajnuna individwali minn skema ta' għajnuna għall-investiment 2.7.1. Dawn il-miżuri ta' għajnuna individwali skont l-iskema ta' għajnuna ta' investiment iridu jiġu notifikati skont l-Artikolu 108(3) TFUE:
PARTI III.13.B Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna operatorja għall-ajruporti Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela, flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’, għan-notifika ta' kull għajnuna operatorja individwali koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (8) 1. Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju u l-attivitajiet tiegħu 1.1. Benefiċjarju 1.1.1. L-għajnuna tingħata direttament lill-operatur tal-ajruport?
1.1.2. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’ iddeskrivi, jekk applikabbli, (i) l-entità(jiet) legali li tirċievi/jirċievu l-għajnuna, u (ii) responsabbli għat-trasferiment tal-għajnuna bħala intermedjarju/intermedjarji lill-ajruport li jipprovdi s-servizzi eliġibbli għall-għajnuna. … … 1.1.3. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’, spjega kif l-awtoritajiet jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ fil-livelli intermedjarji. … … 1.1.4. Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa sid l-ajruport ukoll?
1.1.5. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.4 hija ‘le’: speċifika min hu s-sid tal-ajruport u ddeskrivi l-istruttura tas-sjieda. … … 1.1.6. Fil-każ ta' għajnuna individwali, iddeskrivi r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u i) l-impriżi li magħhom jifforma parti minn grupp ta' impriżi; ii) is-sussidjarji tiegħu; iii) kull intrapriża assoċjata oħra, inklużi impriżi konġunti. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu li bih l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji msemmijin fil-punti 1.1.1 sa 1.1.5. … … 1.2. Informazzjoni ġenerali dwar l-operatur tal-ajruport 1.2.1. F'każ li l-ajruport jew l-ajruporti jintużaw mill-forzi armati nazzjonali, il-korp tal-pulizija, is-servizzi ta' salvataġġ tal-ajru mhux ekonomiċi, jew kull servizz ieħor tal-ajru ta' għamla mhux ekonomika, speċifika (a) l-għamla tas-servizz(i); u (b) ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-ajruport (pereżempju użu tar-runway u faċilitajiet oħrajn tal-ajruport, mogħti bħala perċentwal tal-movimenti annwali tal-inġenji tal-ajru). … … 1.2.2. Ipprovdi d-dejta li ġejja dwar it-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruport(i) li jirċievi/u l-għajnuna:
1.2.3. Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: ipprovdi l-pjan direzzjonali tan-negozju implimentat mill-benefiċjarju fil-perjodu 2009 sa 2013, u dak li għandu l-ħsieb li jimplimenta fl-għaxar snin li ġejjin sal-4 ta' April 2024. Iddeskrivi s-suppożizzjonijiet sottostanti għal dak il-perjodu ta' għaxar snin.; Il-pjan direzzjonali għandu jkun fih informazzjoni dwar it-traffiku u l-previżjonijiet ta' traffiku; l-ispejjeż u il-previżjonijiet tal-ispejjeż; dejta finanzjarja u previżjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-livell ta' profittabilità u flussi tal-flus (b'referenza għall-metodoloġiji li b'mod dimostrabbli jintużaw mill-ajruport, pereżempju bl-użu ta' metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (net present value, NPV) ta' investiment, ir-rata ta' redditu interna (internal rate of return, IRR), u d-dħul medju fuq il-kapital użat (return on capital employed, ROCE). Il-pjan direzzjonali tan-negozju jrid ikun ipprovdut fil-forma ta' paġna excel inklużi spjegazzjonijiet tal-formuli sottostanti kollha. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: Speċifika fid-dettall a) il-kriterji formali u materjali li magħhom iridu jikkonformaw il-pjanijiet direzzjonali tan-negozju tal-ajruporti eliġibbli; b) il-metodu li l-awtoritajiet nazzjonali se jużaw biex jivvalutaw il-pjanijiet direzzjonali tan-negozju. … … 1.2.4. Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, ipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn it-telf operatorju (9) li ġarrab il-benefiċjarju fil-perjodu 2009 sa 2013, kif ukoll lejn it-telf operatorju previst fil-perjodu sal-4 ta' April 2024. Ipprovdi d-dejta fil-forma ta' tabella, imqassma kif ġej:
Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, speċifika l-metodu li se jużaw l-awtoritajiet biex jistabbilixxu t-telf operatorju ta' ajruporti eliġibbli. 1.2.5. Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, ipprovdi kopji tar-rapproti finanzjarji tal-ajruporti eliġibbli (10) għall-ħames snin ta' qabel is-sena li fiha ssir l-applikazzjoni għall-għajnuna operatorja. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ħu impenn li tinkludi r-rapporti finanzjarji deskritti hawn fuq fil-valutazzjoni tal-għajnuna individwali. … … 1.2.6. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ħu impenn li tinkludi r-rapporti finanzjarji deskritti hawn fuq fil-valutazzjoni tal-għajnuna individwali. … … 1.3. Attivitajiet tas-servizzi tal-ajruport 1.3.1. Speċifika s-servizzi tal-ajruport eliġibbli (11) u l-kategoriji ta' spejjeż operatorji eliġibbli (12) fir-rigward tal-forniment ta' dawk is-servizzi. … … 1.4. Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-politika pubblika 1.4.1. L-għajnuna operatorja tkopri attivitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika (pereżempju kontroll tat-traffiku tal-ajru, pulizija, dwana, tifi tan-nar, attivitajiet meħtieġa għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' xkiel illegali)? Spejjeż operattivi marbutin mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa sabiex jitwettqu dawk l-attivitajiet ġeneralment jitqiesu li huma ta' għamla mhux ekonomika u b'hekk ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
1.4.2. Ipprovdi l-istrument nazzjonali, reġjonali jew kwalunkwe strument ieħor rilevanti dwar il-kunċett ta' attivitajiet fil-mandat tal-politika pubblika u l-finanzjament tagħhom. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe strument legali bħal dan, iċċara kif dawk l-attivitajiet normalment jiġu ffinanzajti mill-awtoritajiet rilevanti. … … 1.4.3. Ipprovdi evidenza li turi li l-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni żejda bejn l-ajruporti. Tirriżulta diskriminazzjoni f'sitwazzjonijiet li fihom, skont l-ordinament ġuridiku rilevanti, l-ajruporti ċivili normalment ikollhom iġarrbu ċerti spejjeż inerenti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħhom, filwaqt li ċerti ajruporit ċivili ma jkollhomx iġarrbu dawk l-ispejjeż. Speċifika l-materjal u l-applikabbiltà territorjali tar-regoli nazzjonali applikabbli għall-finanzjament ta' attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ajruporti u, jekk applikabli, il-livell ta' kompetenzi reġjonali f'dik il-kwistjoni. … … 1.4.4. Filwaqt li ssostni l-argument bl-evidenza rilevanti, ikkonferma li l-kumpens tal-ispejjeż imġarrbin b'rabta mal-attivitajiet mhux ekonomiċi se jkun strettament limitat għal dawk l-ispejjeż, u li kull sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi permezz ta' dak il-kumpens huwa eskluż b'mod effettiv. … … 1.4.5. Ikkonferma li l-ajruport se jkollu sistema ta' kontabilità separata għall-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi. … … 2. Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura 2.1. L-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014?
2.2. Il-kontribut lejn għan ta' interess komuni li huwa definit sew 2.2.1. L-għajnuna operatorja:
Speċifika kif l-għajnuna operatorja tikkontribwixxi għall-għan(ijiet) magħżul(in). … … 2.2.2. Il-miżura notifikata tikkonċerna l-operatur ta' ajruport ġdid?
2.2.3. Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: L-ajruport benefiċjarju jinsab fl-istess żona ta' lħuq (13) ta' ajruport ieħor bl-istess kapaċità?
2.2.4. Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: Jekk it-tweġiba għall-punt 2.2.3 hija ‘Iva’: speċifika d-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq. Ipprovdi informazzjoni, li tidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruport l-ieħor li jinsab fiż-żona ta' lħuq. Dik l-informazzjoni għandha tkun parti mill-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju u għandha tkun ibbażata fuq previżjonijiet solidi ta' traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: a) Ikkonferma li l-awtoritajiet huma impenjati sabiex jivvalutaw il-probabbilità li jkun hemm effett fuq it-traffiku ta' kull ajruport ieħor li jinsab fiż-żona ta' lħuq bħala ajruport eliġibbli fuq il-bażi tal-informazzjoni li hija parti mill-pjan tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju u li hija bbażata fuq previżjonijiet attendibbli dwar it-traffiku tal-passiġġieri u l-merkanzija; b) spjega l-metodu u l-kriterji li l-awtoritajiet nazzjonali se jużaw biex jivvalutaw il-probabilità li jkun hemm effett fuq it-traffiku ta' dak l-ajruport l-ieħor jew ta' dawk l-ajruporti l-oħra. … … 2.3. Ħtieġa ta' intervent mill-Istat 2.3.1. Ikkonferma li t-traffiku annwali tal-ajruport/ajruporti eliġibbli mhux iktar minn 3 miljun passiġġier (ara wkoll il-mistoqsija 1.2.2 iktar 'il fuq). … 2.4. L-adegwatezza tal-miżura 2.4.1. Uri li l-għajnuna ikkonċernata hija xierqa sabiex jinkiseb l-għan jew jiġu solvuti l-problemi li jrid jindirizza dak l-għan irid. B'mod partikolari, spjega kif l-awtoritajiet stabbilixxew li l-istess għan ma jistax jinkiseb, jew li l-istess problema ma tistax tissolva, permezz ta' politika jew strumenti ta' għajnuna inqas distorsivi. Pereżempju, jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ ekonomiku dirett (14), uri għaliex forom potenzjalment inqas distorsivi ta' għajnuna bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (15) mhumiex adegwati: … … 2.4.2. Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: L-ammont tal-għajnuna ġie stabbilit ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza tal-likwidità operatorja mistennija stabbilita fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tan-negozju tal-benefiċjarju, matul perjodu tranżitorju ta' għaxar snin li jibda mill-4 ta' April 2014?
Jekk iva, ipprovdi l-informazzjoni rilevanti fil-pjan direzzjonali tan-negozju. 2.4.3. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: l-ammont tal-għajnuna f'kull każ individwali se jiġi stabbilit ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza fil-likwidità operatorja mistennija stabbilita fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tan-negozju tal-benefiċjarju, matul perjodu tranżitorju ta' għaxar snin li jibda mill-4 ta' April 2014?
Jekk iva, il-benefiċjajru għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fil-pjan direzzjonali tan-negozju. 2.4.4. Jekk it-tweġiba għall-punti 2.4.2 u 2.4.3 hija ‘le’, speċifika: (a) il-grad ta' inċertezza tal-previżjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul, (b) kwalunkwe nuqqas ta' qbil fl-informazzjoni li mhux iħalli lill-awtoriatjiet nazzjonali jikkalkolaw l-ammont tal-għajnuna ex ante fuq il-bażi ta' pjan direzzjonali tan-negozju. … … 2.4.5. Jekk it-tweġiba għall-punti 2.4.2 u 2.4.3 hija ‘le’, ikkonferma li l-ammont massimu ta' għajnuna operatorja kompatibbli kienet/se tkun stabbilita skont il-mudell ibbazat fuq il-medja tad-differenzi fl-iffinanzjar operatorju (16) matul il-ħames snin mill-2009 sal-2013. 2.4.6. Ikkonferma li l-ammont tal-għajnuna operatorja mhuwiex se jiżdied ex post.
2.4.7. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija ta' hawn fuq hija ‘le’, spjega għaliex fil-fehma tiegħek il-possibbiltà ta' żieda ex post ma tnaqqasx l-inċentivi għall-ġestjoni effiċjenti tal-ajruport. … … 2.5. L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-għajnuna 2.5.1. Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, iddeskrivi għaliex teżisti l-probabbiltà li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti. Ipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fuq il-bażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (ara wkoll il-punt 1.2.3), billi tqabbel il-livelli tal-attività maħsuba bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna (ix-xenarju kontrafattwali), filwaqt li jitqiesu l-possibilità li jkun hemm għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu applikat mill-awtorità li tagħti l-għajnuna sabiex tivvaluta l-pjanijiet direzzjonali tan-negozju kif ukoll il-probabbiltà li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat tonqos b'mod sinifikanti, filwaqt li jitqiesu l-possibilita li jkun hemm għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku. … … 2.5.2. Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, uri li l-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport se jwassal biex l-ispejjeż operattivi jiġu koperti kollha sal-4 ta' April 2024. Speċifika l-parametri ewlenin rilevanti tal-pjan direzzjonalitan-negozju. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ikkonferma li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tagħti l-għajnuna operatorja individwali biss jekk tkun ikkonkludiet li l-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju se jwassal biex l-ispejjeż operattivi jiġu koperti kollha sal-4 ta' April 2024. Speċifika liema parametri ewlenin tal-pjan direzzjonali tan-negozju se jiġu vvalutati mill-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna sabiex jaslu għal dik il-konklużjoni f'kull każ. … … 2.5.3. Indika: Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: Id-diskrepanza fil-likwidità inizjali tal-ajruport benefiċjarju fuq perjodu ta' għaxar snin, billi tibda bil-kopertura tal-ispejjeż operattivi fl-4 ta' April 2014 fil-bidu tal-perjodu tranżitorju u tasal li tkopri kompletament l-ispejjeż operattivi sal-4 ta' April 2024, fi tmiem il-perjodu tranżitorju. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ħu impenn li (a) li d-diskrepanza fil-likwidità tal-ajruporti eliġibbli se tiġi stabbilita permezz tal-metodu msemmi fil-punt 2.5.2; (b) l-ajruporti eliġibbli jridu juru li l-ispejjeż operattivi jkunu koperti kollha sal-4 ta' April 2024. … … L-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna: … … Il-perċentwal tad-diskrepanza tal-finanzjament se jkun kopert mill-għajnuna operatorja: … … Il-perjodu li matulu se tingħata l-għajnuna operatorja: … … 2.6. L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ 2.6.1. Uri li l-ajruporti kollha li jinsabu fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport jew ajruporti eliġibbli se jkunu jistgħu jkopru kompletament l-ispejjeż operattivi sal-4 ta' April 2024. … … 2.6.2. Ikkonferma li l-ajruport, inklużi l-infrastruttura u t-tagħmir kollha kemm huma li għalihom tingħata l-għajnuna għall-investiment, se jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed.
2.6.3. Ikkonferma liema huma d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom ikun żgurat li l-kapaċita tal-ajruport se titqassam bejn l-utenti fuq il-bażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. … … PARTI III.13.C Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għat-tnedija mogħtija lil-linji tal-ajru Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ fil-Parti I, sabiex tiġi notifikata kull għajnuna għat-tnedija koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (17). Din il-formola tapplika kemm għan-notifika ta' skemi ta' għajnuna kif ukoll għal għajnuna individwali. 1. Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju, il-proġett u l-għajnuna 1.1. Benefiċjarju 1.1.1. L-għajnuna tingħata direttament lil-linja tal-ajru li topera r-rotta l-ġdida?
1.1.2. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’: iddeskrivi, jekk applikabbli, l-entità jew l-entitajiet legali li (a) tirċievi/jirċievu l-għajnuna; (b) tittrasferixxi/jitrasferixxu l-għajnuna lil entità intermedja jew lil-linja tal-ajru li topera r-rotta l-ġdida. … … 1.1.3. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’, spjega kif l-awtoritajiet jiżguraw li l-livelli intermedji ma jirċievu l-ebda vantaġġ. … … 1.1.4. Fil-każ ta' għajnuna individwali, iddeskrivi r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u (a) l-impriżi li magħhom jifforma parti minn grupp ta' impriżi; (b) is-sussidjarji tiegħu; (c) kull intrapriża assoċjata oħra, inklużi impriżi konġunti. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu li bih l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji: … … 1.1.5. Għażla tal-benefiċjarju: Iddeskrivi (a) il-proċedura li biha se jingħażel jew intgħażel il-benefiċjarju; (b) il-mezz u l-livell ta' reklamar tal-proċedura tal-għażla; (c) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà; (d) ir-rekwiżiti operattivi; (e) il-kriterji tal-għażla. … … 2. Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura 2.1. Il-kontribut lejn għan ta' interess komuni li huwa definit sew 2.1.1. L-għajnuna għat-tnedija:
Spjega kif l-għajnuna tikkontribwixxi għall-għan magħżul. … … 2.1.2. Fil-każ tal-għajnuna individwali, uri li r-rotta jew rotot li se tkun/ikunu koperta/i mhijiex jew mhumiex diġà koperti minn servizz ferrovjarju b'veloċità għolja (18) jew minn ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq (19) b'kundizzjonijiet paragunabbli. Jekk il-kundizzjonijiet ma jitqisux paragunabbli, spjega għaliex. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li l-kundizzjoni f'dan il-punt tiġi rrispettata f'kull każ individwali ta' għajnuna għat-tnedija. … 2.2. Ħtieġa ta' intervent mill-Istat 2.2.1. Indika jekk l-għajnuna għat-tnedija tikkonċernax:
2.2.2. Fil-każ ta' għajnuna individwali, indika fejn jinsabu l-ajruporti konnessi permezz tar-rotot il-ġodda eliġibbli. … … 2.2.3. Fil-każ ta' għajnuna individwali li fiha l-għajnuna għat-tnedija tkun għal rotot li jqabbdu ajruport li ma jinsabx f'reġjun imbiegħed ma' ajruport ieħor, ipprovdi d-dejta li ġejja dwar it-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruporti mqabbdin bir-rotta/rotot il-ġdida/ġodda:
Ipprovdi d-dejta fil-forma ta' tabella, kif ġej:
L-għadd ta' passiġġieri jrid jingħadd ‘f'direzzjoni waħda’ u għal kull rotta individwali; pereżempju passiġġieri li jtiru lejn l-ajruport u lura jridu jingħaddu darbtejn. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, id-dejta dwar it-traffiku tal-passiġġieri trid tkun stabbilita fuq il-bażi tal-ajruport individwali. 2.2.4. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta fuq il-bażi ta' fejn jinsab l-ajruport, id-dejta dwar it-traffiku ta' passiġġieri u r-rotot, jekk hemmx bżonn ta' intervent tal-Istat f'kull każ individwali ta' għajnuna għat-tnedija. … … 2.3. L-adegwatezza tal-miżura 2.3.1. Fil-każ ta' għajnuna individwali: uri li l-għajnuna ikkonċernata hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan jew jiġu solvuti l-problemi li trid tindirizza. B'mod partikolari, spjega kif l-awtoritajiet stabbilixxew li l-għan ma jistax jinkiseb, u l-istess problema ma tistax tissolva, b'politika jew strumenti ta' għajnuna li jfixklu inqas. Pereżempju, jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ ekonomiku dirett (22), uri għaliex forom ta' għajnuna bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (22) mhumiex adegwati. … … 2.3.2. Fil-każ ta' għajnuna individwali f'każ li l-linja tal-ajru benefiċjarja ħejjiet pjan direzzjonali tan-negozju ex ante għar-rotta li tirċievi l-għajnuna: ipprovdi dak il-pjan direzzjonali tan-negozju. Dak il-pjan direzzjonali tan-negozju jrid jindika jekk hemmx prospettivi li r-rotta tibda tagħmel qligħ għal-linja tal-ajru mingħajr finanzjament pubbliku wara tliet snin. … … 2.3.3. Fil-każ ta' għajnuna individwali fin-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante għar-rotta li tirċievi l-għajnuna: ipprovdi dokument li juri li l-linja tal-ajru inkwistjoni ħadet impenn irrevokabbli li topera r-rotta għal perjodu li tal-inqas daqs il-perjodu li matulu rċiviet għajnuna mill-istat. … … 2.3.4. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta jekk il-miżura hijiex xierqa f'kull każ individwali tal-għajnuna għat-tnedija. … … 2.4. L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-miżura 2.4.1. Fil-każ ta' għajnuna individwali, spjega għaliex, jekk disponibbli fuq il-bażi ta' pjan direzzjonali tan-negozju, hemm il-probabbiltà li fin-nuqqas ta' għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-linja tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat ma jikbirx. … Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu applikat mill-awtorità li tagħti l-għajnuna sabiex tivvaluta l-probabbiltà li fin-nuqqas ta' għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-linja tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat ma jiżdiedx. … … 2.4.2. Fil-każ ta' għajnuna individwali, ikkonferma li r-rotta l-ġdida se tibda/bdiet topera biss wara li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità li tagħti l-għajnuna u pprovdi: (a) kopja tal-applikazzjoni għall-għajnuna mibgħuta mill-benefiċjarju lill-awtorità li tagħti l-għajnuna; (b) evidenza dokumentata tad-data tal-bidu tal-operazzjonijiet fuq ir-rotta l-ġdida. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ikkonferma li r-rotot eliġibbli l-ġodda se jibdew joperaw biss wara li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità li tagħti l-għajnuna. … 2.4.3. Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata għal kull rotta għal mhux iktar minn tliet snin. … … 2.4.4. Speċifika l-intensità tal-għajnuna, li hija l-ammont totali tal-għajnuna mogħti bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli (23). Iż-żewġ ċifri jridu jingħataw f'termini tal-valur preżenti nett meta tingħata l-għajnuna u qabel titnaqqas kull taxxa jew tariffa oħra. … … 2.4.5. Speċifika d-dispożizzjonijiet magħmula biex jiġi evitat kumpens żejjed u jiġu rkuprati mingħand il-linja tal-ajru benefiċjarja l-ammonti eċċessivi ta' għajnuna. … … 2.4.6. Speċifika l-miżuri meħudin sabiex jiġi evitat sussidjar ta' rotot oħrajn tal-linja tal-ajru benefiċjarja lejn u mill-ajruport jew ajruporti ikkonċernati. … … 2.5. L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ 2.5.1. Fil-każ ta' għajnuna individwali: ikkonferma li l-konnessjoni (pereżempju, par ibliet) li se tiġi operata mir-rotta tal-ajru l-ġdida mhijiex moqdija diġà minn servizz ferrovjarju b'veloċità għolja jew ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq b'kundizzjonijiet paragunabbli, partikolarment f'termini ta' tul tal-vjaġġ. Ara wkoll il-punt 2.1.2. F'każ ta' skemi ta' għajnuna: Spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li tiġ ssodisfata l-kundizzjoni f'dan il-punt f'kull każ individwali ta' għajnuna gġat-tnedija. … … 2.5.2. Ġib prova li matul l-ippjanar biex tingaħta għajnuna għat-tnedija lil linja tal-ajru għar-rotta l-ġdida kemm jekk permezz ta' ajruport kif ukoll jekk le, il-pjanijiet tal-awtorità pubblika tqiegħdu jew se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biżżejjed minn qabel u b'reklamar adegwat, sabiex il-linji tal-ajru kollha interessati jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom. … … 2.5.3. Ikkonferma li l-għajnuna għat-tnedija kkonċernata ma tistax tingħata flimkien ma' xi tip ieħor ta' għajnuna mill-Istat mogħtija għall-operat tal-istess rotta. … … PARTI III.13.D Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna ta' karattru soċjali skont l-Artikolu 107 (2) (a) tat-Trattat, għal servizzi tat-trasport bl-ajru Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ fil-Parti I, sabiex jiġi notifikat kull għoti ta' għajnuna soċjali kopert mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (24) 1. Informazzjoni dwar il-benefiċjarju jew benefiċjarji, il-proġett u l-għajnuna 1.1. Spjega l-għan(ijiet) soċjali tal-miżura notifikata u għaliex kkunsidrajt li l-miżura tilħaq dal l-għan jew dawk l-għanijiet. … … 1.2. Dettalji tal-għajnuna prevista 1.2.1. Iddeskrivi (a) il-metodu tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-għajnuna lill-konsumaturi finali; (b) fejn applikabbli, iddeskrivi l-entità jew l-entitajiet legali li tirċievi/jirċievu l-għajnuna jew li tittrasferixxi l-għajnuna lil entità intermedjarja responsabbli milli tqassamha lill-konsumaturi finali eliġibbli. … … 1.2.2. Iddeskrivi l-kategoriji ta' konsumaturi finali eliġibbli. Pereżempju passiġġieri bi ħtiġijiet partikolari bħat-tfal, nies b'diżabilitajiet, nies bi dħul baxx, studenti u anzjani, eċċ. (25). … … 1.2.3. Ikkonferma li l-konsumaturi finali eliġibbli se jibbenefikaw b'mod effettiv mill-għajnuna. … … 1.2.4. Iddeskrivi r-rotot eliġibbli għall-għajnuna. … … 1.2.5. L-għajnuna se tingħata għal trasport ta' passiġġieri fuq rotta jew rotot li jqabbdu ajruport jew ajruporti f'reġjun imbiegħed (26) ma' ajruport ieħor jew ajruporti oħrajn fiż-Żona Ekonomika Ewropea?
1.2.6. Jekk it-tweġiba għall-punt 1.2.5 hija ‘iva’, iddeskrivi ż-żoni ġeografiċi eliġibbli u r-rotot. … … 1.2.7. Speċifika l-ispejjeż li jridu jiġu kkumpensati mill-għajnuna u kkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-prezz ta' biljett ta' ritorn, inklużi t-taxxi u t-tariffi kollha, u bil-ħruġ ta' fattura tal-operatur favur il-konsumatur finali eliġibbli. … … 1.2.8. Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata mingħajr diskriminazzjoni bejn il-kanali ta' distribuzzjoni, bħal aġenziji tal-ivjaġġar, servizzi fuq l-art tal-linji tal-ajru u siti web. ☐ 1.2.9. Iddeskrivi (a) il-proċedura li biha se jintgħażel, intgħażel jew intgħażlu l-operatur(i) tas-servizzi tal-ajru; (b) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u (c) il-kriterji tal-għażla. … … 1.2.10. Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata mingħajr diskriminazzjoni rigward l-oriġini tas-servizzi, jiġifieri indipendentement mil-linja tal-ajru li topera s-servizzi. ☐ 1.2.11. Iddeskrivi l-kontrolli u s-salvagwardji li hemm fis-seħħ biex ikun żgurat li l-iskema tintuża biss minn konsumaturi finali eliġibbli u li ma hemm l-ebda kumpens żejjed. … … PARTI III.13.E Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għat-trasport marittimu Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ fil-Parti I, biex tiġi notifikata kull miżura koperta mil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (27) (‘il-Linji Gwida’). 1. Informazzjoni dwar it-tip ta' skema L-iskema hija jew tinkludi:
2. Informazzjoni dwar l-eliġibbiltà Għall-kategoriji (a) (b) (c) (d) (e) (f) fil-punt 1, wieġeb għall-punti 2.2 sa 2.7:
Fil-każ tal-kategorija (g) fil-punt 1:
Fil-każ tal-kategorija (h) fil-punt 1:
3. Informazzjoni dwar l-intensità tal-għajnuna 3.1. Liema mekkaniżmi hemm biex permezz tagħhom jiġu żgurat li jkun hemm ir-rispett tal-limitu massimu tal-għajnuna speċifikat fil-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida? Kif jinżammu r-rekords rilevanti? … … Għall-kategorija (a) fil-punt 1, ieġeb għall-punti 3.2 sa 3.7:
Fil-każ tal-kategoriji (b) (c) u (d) fil-punt 1, wieġeb għall-punti 3.8 sa 3.10:
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140 30.4.2004, p. 1).
(2) NACE Rev. 2, jew leġiżlazzjoni sussegwenti li temendaha jew tissostitwixxiha; NACE hija l-Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.)
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(4) Fil-każ ta' intrapriżi msieħba u assoċjati, kun af li l-ammonti rrapportati għall-benefiċjarju tal-għajnuna għandhom jikkunsidraw l-għadd ta' impjegati u d-dejta finanzjarja tal-intrapriżi assoċjati u/jew l-intrapriżi msieħba.
(5) Kif definit fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(7) In-numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni tal-iskema awtorizzata jew li ngħatat eżenzjoni ta' kategorija.
(8) Skont l-Artikolu 1(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9), għajnuna individwali tfisser għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta' skema ta' għajnuna u għoti ta' għajnuna notifikabbli fuq il-bażi ta' skema.
(9) Id-data tal-impenn li jorbot bil-liġi għall-għoti tal-għajnuna.
(10) Fil-każ ta' għajnuna lis-settur tal-agrikoltura jew lis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, tintalab informazzjoni dwar il-konformità mal-prinċipji komuni tal-valutazzjoni fil-Partijiet III.12 (Skeda ta' informazzjoni supplementari għall-għajnuna lis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fis-settur taż-żoni rurali) u III.14 (Skeda ta' informazzjoni supplementari għall-għajnuna għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura).
(11) Għan sekondarju huwa wieħed li, flimkien mal-għan primarju, l-għajnuna tkun iddedikata esklussivament għalih. Pereżempju, skema li għaliha l-għan primarju huwa r-riċerka u l-iżvilupp jista' jkollha bħala għan sekondarju l-intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs) jekk l-għajnuna hija ddedikata esklussivament għall-SMEs. L-għan sekondarju jista' jkun settorjali wkoll, pereżempju fil-każ ta' skema ta' riċerka u żvilupp fis-settur tal-azzar.
(12) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, dwar linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti u finanzjament ta' riskju u dwar il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30).
(13) Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self/Self bil-quddiem li jitħallas lura/Għotja rimborżabbli, Garanzija, Benefiċċju fuq it-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa, Finanzjament ta' riskju, Oħrajn (speċifika). Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta' bosta strumenti ta' għajnuna, l-ammont tal-għajnuna jrid jiġi pprovdut skont l-istrument.
(14) Rekwiżit bħal dak jista' jitneħħa fir-rigward tal-għotjiet ta' għajnuna individwali f'somom inqas minn EUR 500 000. Għal skemi fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa, l-informazzjoni dwar l-ammonti ta' għajnuna individwali tista' tiġi pprovduta fil-limiti li ġejjin (f'miljuni ta' EUR): [0.5-1]; [1-2];[2-5]; [5-10]; [10-30]; [30 u iktar].
(15) L-ammont kumplessiv tal-għajnuna ppjanata, mogħti f'ammonti sħaħ tal-munita nazzjonali. Għall-miżuri tat-taxxa, id-dħul ġenerali stmat mitluf minħabba konċessjonijiet ta' taxxa. Jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għall-iskema jkun iktar minn EUR 150 miljun, imla t-taqsima dwar l-evalwazzjoni.
(16) Għal informazzjoni dwar l-ammonti tal-għajnuna jew il-baġit fi kwalunkwe kapitlu ta' din il-formola u formoli supplimentari, agħti l-ammont sħiħ fil-munita nazzjonali.
(17) Fil-każ ta' baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat tal-iskema ta' aktar minn EUR 150 miljun, jekk jogħġbok imla t-taqsima dwar l-Evalwazzjoni ta' din il-formola ta' notifika. Ir-rekwiżit ta' Evalwazzjoni ma japplikax għal skemi ta' għajnuna koperti mill-formola ta' informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-Agrikoltura.
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
(19) Il-finanzjament tal-Unjoni amministrat ċentralment mill-Kummissjoni li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Meta finanzjament tal-Unjoni bħal dak jingħata flimkien ma' finanzjament pubbliku ieħor, dan tal-aħħar biss jiġi kkunsidrat meta jiġi stabbilit jekk humiex rispettati l-limiti tan-notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna, sakemm l-ammont totali tal-finanzjament pubbliku mogħti b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli ma jaqbiżx ir-rati massimi ta' finanzjament stabbiliti fir-regolamenti Ewropej applikabbli.
(20) Ir-rekwiżit ta' Evalwazzjoni ma japplikax għal skemi ta' għajnuna koperti mill-formola ta' informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-Agrikoltura.
(21) Biex jiggwidak, ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ‘Metodoloġija Komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat’, SWD(2014) 179 finali tat-28.5.2014 f'http://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernisation/state_aid_evaluation_methodology_en.pdf.
(22) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/19992015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(23) Biex jiggwidak, ara l-Artikolu 339 TFUE li jagħmel referenza għal ‘tagħrif li jirriferi għal impriżi u dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew l-elementi tal-costing tagħhom’. B'mod ġenerali, il-qrati tal-Unjoni fissru ‘sigrieti kummerċjali’ bħala informazzjoni ‘li mhux biss l-iżvelar tagħha lill-pubbliku iżda saħansitra anki s-sempliċi mogħdija lil persuna oħra għajr dik li pprovdiet l-informazzjoni jista' jagħmel ħsara serja lill-interess ta' dik imsemmija l-aħħar’ fil-Kawża T-353/94, Postbank v. Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:1996:119, paragrafu 87.
(24) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni tal-esportazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir (ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1).
(25) Linji gwida dwar ċerti miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4).
(26) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(27) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni (ĠU C 188, 20.6.2014, p. 4).
(28) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għal kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).
(1) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(2) ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.
(3) Kif definit fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(5) Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1).
(6) ‘SMEs’ tfisser intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(7) L-akkwist uniku tal-ishma ta' kumpanija ma jikkwalifikax bħala investiment inizjali.
(8) ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.
(*) Fil-munita nazzjonali (ara wkoll il-punt 2.5 ta' hawn taħt)
(29) Fis-settur tat-trasport, in-nefqa fuq ix-xiri ta' tagħmir tat-trasport ma tistax tiġi inkluża fis-sett uniformi ta' partiti tan-nefqa. Tali nefqa mhix eliġibbli għal investiment inizjali.
(9) Il-paragrafu 94 RAG ma japplikax għal SMEs jew fil-każ tal-akkwist ta' stabbiliment.
(10) Il-paragrafu 101 RAG jistipula li assi intanġibbli li huma eliġibbli għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-investimenti jridu jibqgħu assoċjati maż-żona megħjuna kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal reġjuni oħra. Għal dan il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
— |
dawn għandhom jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna: |
— |
dawn iridu jkunu jistgħu jiġu ammortizzati; |
— |
dawn iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn terzi mhux relatati max-xerrej. |
Il-paragrafu 102 RAG jistipula li l-assi intanġibbli jridu jiġu inklużi fl-assi tal-intrapriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal tal-inqas ħames snin (tliet snin għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju).
(**) Fil-munita nazzjonali
(30) Fis-settur tat-trasport, in-nefqa fuq ix-xiri ta' tagħmir tat-trasport ma tistax tiġi inkluża fis-sett uniformi ta' partiti tan-nefqa. Dik in-nefqa mhix eliġibbli għal investiment inizjali.
(11) Għall-metodoloġija, irreferi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta' imgħax għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/ta' skont għall-25 Stat Membru, fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 (ĠU C 317, 23.12.2006, p. 2) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' referenza u tar-rati skontati (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(***) Fil-munita nazzjonali
(12) L-ammont(i) ta' għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu provduti kemm f'valuri nominali kif ukoll f'dawk skontati.
(****) Fil-munita nazzjonali
(13) Sabiex tagħmel dan, tista' pereżempju, tirreferi għall-kriterji numerati fil-paragrafu 40 tar-RAG u/jew għall-pjan direzzjonali tan-negozju tal-benefiċjarju.
(14) Din il-mistoqsija ma tapplikax għal self sussidjat, self pubbliku ta' kapital ta' ekwità jew parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jilħqux il-prinċipju ta' investitur tas-suq, garanziji mill-istat li fihom elementi ta' għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fl-ambitu tar-regola de minimis.
(15) Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.
(16) Pereżempju, self b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.
(17) Il-perjodu ta' żmien ikkunsidrat għall-kalkolu tal-IRR għandu jikkorrispondi ma' skedi taż-żmien li normalment huma kkunsidrati mill-industrija għal proġetti simili.
(18) L-ispejjeż u l-benefiċċji kollha rilevanti jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, l-ispejjeż amministrattivi, l-ispejjeż tat-trasportl-ispejjeż għat-taħriġ li ma jkunux koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f'każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji mogħtija f'dak il-post l-ieħor ma għandhomx jiġu kkunsidrati.
(19) Dettalji dwar il-klassifikazzjonijiet kollha huma disponibbli fid-database tal-klassifikazzjonijiet tal-Eurostat, fil-preżent f'din il-link: http://ec.europa.eu/eurostat/data/classifications.
(20) Meta s-suq ma jkunx sejjer tajjeb daqs kemm mistenni, normalment jitkejjel f'paragun mal-PDG taż-ŻEE tul l-aħħar tliet snin qabel ma jibda l-proġett (rata normattiva); dan jista' jkun stabbilit ukoll fuq il-bażi tar-rati ta' tkabbir mistennijin fit-tlieta sa ħames snin li ġejjin. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur prevedibbli tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija li jirriżultaw, kif ukoll l-impatt potenzjali taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri permezz tal-effetti li tħalli fuq il-prezzijiet u l-marġnijiet tal-profitt.
(21) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(23) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013 p. 1).
(24) ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.
(31) Kif definit fil-Kumunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristruttur ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(32) Kif definit fl-Anness IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020.
(33) Il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali japplikaw għal skemi ta' għajnuna li jsostnu attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, iżda koperti mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487) u li huma kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali skemi kofinanzjati, sakemm regoli settorjali ma jistipulawx mod ieħor.
(34) Kif definit fin-nota ta' qiegħ il-paġna 12 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali.
(25) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).
(26) ‘SMEs’ tfisser impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(27) Is-sempliċ akkwist tal-ishma ta' kumpanija ma jikkwalifikax bħala investiment inizjali.
(28) ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.
(29) Il-limitu massimu ta' notifika huwa definit fil-paragrafu 20(n) RAG.
(30) Fis-settur tat-trasport, in-nefqa fuq ix-xiri ta' tagħmir tat-trasport ma tistax tiġi inkluża fis-sett uniformi ta' partiti tan-nefqa. Dik in-nefqa mhix eliġibbli għal investiment inizjali.
(31) Din id-dispożizzjoni ma għandhiex għalfejn tapplika għal SMEs jew fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment.
(32) Il-paragrafu 101 RAG jistipula li assi intanġibbli li huma eliġibbli għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-investimenti jridu jibqgħu assoċjati maż-żona megħjuna kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal reġjuni oħra. Għal dak il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
— |
għandhom jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna: |
— |
iridu jkunu jistgħu jiġu ammortizzati; |
— |
iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn terzi mhux relatati max-xerrej. |
Il-paragrafu 102 RAG jistipula li l-assi intanġibbli jridu jiġu inklużi fl-assi tal-impriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal mhux inqas minn ħames snin (tliet snin fil-każ ta' SMEs).
(33) Il-Programm Operattiv jew il-programm ta' żvilupp definit fil-kuntest tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (EMFF).
(34) Din il-mistoqsija ma tapplikax għal self sussidjat, self pubbliku ta' kapital ta' ekwità jew parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jilħqux il-prinċipju ta' investitur tas-suq, garanziji mill-istat li fihom elementi ta' għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regola de minimis.
(35) Għal dan l-għan tista' ssir referenza, fost l-oħrajn, għal valutazzjonijiet tal-impatt tal-iskema proposta jew valutazzjonijiet ex post ta' skemi simili.
(36) Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.
(37) Pereżempju, self b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.
(38) Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.
(39) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-probabilità ta'effetti negattivi, l-Istat Membru jista' jippreżenta kull valutazzjoni tal-impatt li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, kif ukoll evalwazzjonijiet ex-post li twettqu qabel għal skemi simili preċedenti (kif speċifikat fil-paragrafu 125 RAG).
(40) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(35) Kif definit fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(36) Kif definit fl-Anness IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020.
(37) Il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali japplikaw għal skemi ta' għajnuna li jsostnu attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE iżda li huma koperti mir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487)) u huma kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal skemi ta' dak it-tip kofinanzjati, sakemm ma jkunx hemm regoli settorjali li jistipulaw mod ieħor.
(41) ‘SMEs’ tfisser impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju — ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(42) F'dan ir-rigward, innota li għajnuna operatorja biex tikkumpensa għal kostijiet addizzjonali tat-trasport ta' oġġetti li ġew prodotti f'żoni eliġibbli għal għajnuna operatorja tista' tingħata biss f'konformità mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (‘ĠBER’) fis-seħħ fil-mument tal-għotja.
(43) ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1.
(44) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(45) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(46) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(47) Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jkopru kemm l-iżvilupp kif ukoll l-akkwist sussegwenti ta' prodotti jew servizzi uniċi jew speċjalizzati.
(48) Jekk l-applikazzjoni għall-għajnuna tkun għal proġett ta' R&Ż, din ma teskludix li l-benefiċjarju potenzjali jkun diġà wettaq studji tal-fattibbiltà li mhumiex koperti mit-talba għall-għajnuna.
(49) ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.
(50) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(51) Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(52) Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra li ġeneralment huma kkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jkun għola minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt.
(53) Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.
(54) Kif inhu definit fid-Deċiżjoni 2010/787/UE.
(55) Kif inhu definit fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(56) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (‘il-Komunikazzjoni dwar il-Banek’) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(57) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) jew kull komunikazzjoni futura li tista' tissostitwixxiha.
(58) Inkluża kull għajnuna bħal din mogħtija qabel ma l-Kummissjoni tkun bdiet tapplika l-Linji Gwida, jiġifieri qabel l-1.8.2014.
(59) Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek dwar il-fatt li meta jkunu għaddew inqas minn 10 snin minn meta jkunu ngħataw l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jew ikun wasal fi tmiemu l-perjodu ta' ristrutturar jew twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (skont liema jseħħ l-aħħar), għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar oħrajn jistgħu jingħataw biss: (a) meta l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (b) meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (c) meta l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar ikunu ngħataw skont dawn il-linji gwida u dik l-għajnuna ma kinitx segwita minn għajnuna għar-ristrutturar, jekk: (i) meta ngħatat din l-għajnuna skont il-linji gwida, wieħed seta' jemmen b'mod raġonevoli li l-benefiċjarju kien se jkun vijabbli fit-tul, u (ii) l-għajnuna l-ġdida għas-salvataġġ jew ir-ristrutturar jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isiru neċessarji wara mhux inqas minn ħames snin minħabba ċirkustanzi imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju; (d) f'ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju.
(60) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(61) Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(62) Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jkun iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt.
(63) Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.
(64) Kif inhu definit fid-Deċiżjoni 2010/787/UE.
(65) Kif inhu definit fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(66) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (‘il-Komunikazzjoni dwar il-Banek’) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(67) Ir-ristrutturar jista' jinvolvi element jew iktar minn dawn li ġejjin: ir-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-benefiċjarju fuq bażi iktar effiċjenti, li tipikament jinvolvu l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf, ir-ristrutturar ta' dawk l-attivitajiet eżistenti li jistgħu jerġgħu jsiru kompetittivi u, forsi, id-diversifikazzjoni f'attivitajiet ġodda u vijabbli. Tipikament dan jinvolvi wkoll ristrutturar finanzjarju f'forma ta' injezzjonijiet ta' kapital minn azzjonisti ġodda jew eżistenti u t-tnaqqis tad-dejn minn kredituri eżistenti.
(68) Il-vijabbiltà fit-tul tintlaħaq meta impriża tkun tista' tagħti r-redditu adegwat previst fuq il-kapital wara li tkun kopriet l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji. L-impriża ristrutturata għandha tkun tista' tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess.
(69) Ix-xenarju alternattiv jista' jikkonċerna, pereżempju: riorganizzazzjoni tad-dejn, ċessjoni ta' assi, ġbir ta' kapital privat, bejgħ lil kompetitur jew separazzjoni, f'kull każ jew permezz ta' dħul fi proċedura ta' insolvenza jew riorganizzazzjoni jew xi mod simili.
(70) Ara wkoll il-punt 56 tal-Linji Gwida.
(71) Ara wkoll il-punt 64 tal-Linji Gwida.
(72) Pereżempju, meta l-għajnuna li għandha tingħata ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' ekwità tal-benefiċjarju, il-kontribuzzjoni proprja għandha tinkludi miżuri simili li daqstant ieħor għandhom effett ta' tisħiħ, bħal pereżempju jżidu l-ekwità ġdida mingħand azzjonisti eżistenti, it-tħassir tad-dejn eżistenti u noti kapitali jew il-konverżjoni ta' dejn eżistenti f'ekwità, jew iż-żieda ta' ekwità esterna ġdida b'termini tas-suq.
(73) Pereżempju meta l-Istat jipprovdi għotjiet, jinjetta kapital jew iħassar dejn.
(74) Inkluża kull għajnuna bħal din mogħtija qabel ma l-Kummissjoni bdiet tapplika l-Linji Gwida, jiġifieri qabel l-1.8.2014.
(75) L-attenzjoni tiegħek qed tinġibed dwar il-fatt li meta jkunu għaddew inqas minn 10 snin meta jkunu ngħataw l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jew ikun wasal fi tmiemu l-perjodu ta' ristrutturar jew twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (skont liema jseħħ l-aħħar), għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar ulterjuri jistgħu jingħataw biss: (a) meta l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (b) meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (c) meta l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar ikunu ngħataw skont dawn il-linji gwida u dik l-għajnuna ma kinitx segwita minn għajnuna għar-ristrutturar, jekk: (i) meta ngħatat din l-għajnuna skont il-linji gwida, wieħed seta' jemmen b'mod raġonevoli li l-benefiċjarju se jkun vijabbli fit-tul, u (ii) l-għajnuna l-ġdida għas-salvataġġ jew ir-ristrutturar jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isiru neċessarji wara tal-inqas ħames snin minħabba ċirkustanzi imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju; (d) f'ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju.
(76) Iċ-ċessjonijiet biex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni għandhom isiru mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tipi ta' assi li jiġu ċeduti u kwalunkwe ostakoli għaċ-ċessjoni tagħhom, u f'kull każ fil-qafas ta' żmien tal-pjan ta' ristrutturar.
(77) B'mod partikolari, dan jista' jinkludi miżuri li jiftħu ċerti swieq direttament jew indirettament marbutin mal-attivitajiet tal-benefiċjarju għal operaturi oħrajn tal-Unjoni, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jissostitwixxu miżuri oħrajn li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, li normalment jintalbu mingħand il-benefiċjarju.
(78) Ara l-punti minn 32 sa 35 tal-Linji Gwida għat-tipi ta' miżuri kopeti mill-kunċett ta' ‘għajnuna sabiex tkopri l-ispejjeż soċjali tar-ristrutturar’.
(79) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(80) Kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(81) ‘Impriżi żgħar tal-Istat’ huma unitajiet ekonomiċi b'setgħa deċiżjonali indipendenti li jkunu jikkwalifikaw bħala intrapriżi żgħar jew medji skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ħlief għall-fatt li 25 % jew iktar mid-drittijiet tal-vot jew il-kapital tagħhom huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett, konġunt jew individwali, minn korp pubbliku wieħed jew iktar.
(82) Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(83) Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jkun iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt.
(84) Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.
(85) Kif inhu definit fid-Deċiżjoni 2010/787/UE.
(86) Kif inhu definit fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(87) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (‘il-Komunikazzjoni dwar il-Banek’) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(88) Ir-ristrutturar jista' jinvolvi element jew iktar minn dawn li ġejjin: ir-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-benefiċjarju fuq bażi iktar effiċjenti, li tipikament jinvolvu l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu telf, ir-ristrutturar ta' dawk l-attivitajiet eżistenti li jistgħu jerġgħu jsiru kompetittivi u, forsi, id-diversifikazzjoni f'attivitajiet ġodda u vijabbli. Tipikament dan jinvolvi wkoll ristrutturar finanzjarju f'forma ta' injezzjonijiet ta' kapital minn azzjonisti ġodda jew eżistenti u t-tnaqqis tad-dejn minn kredituri eżistenti.
(89) Il-vijabbiltà fit-tul tintlaħaq meta impriża tkun tista' tagħti r-redditu adegwat previst fuq il-kapital wara li tkun kopriet l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji. L-impriża ristrutturata għandha tkun tista' tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess.
(90) Ix-xenarju alternattiv ma għandux jinvolvi għajnuna mill-Istat. Pereżempju jista' jkun dwar: riorganizzazzjoni tad-dejn, ċessjoni ta' assi, ġbir ta' kapital privat, bejgħ lil kompetitur jew diviżjoni, f'kull każ permezz ta' bidu ta' proċedura ta' insolvenza jew riorganizzazzjoni jew xi proċess simili.
(91) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) jew kull komunikazzjoni futura li tista' tissostitwixxiha.
(92) B'konformità mal-punt 115(e) tal-Linji Gwida, dan il-pjan ma għandux bżonn ikun fih l-elementi kollha stabbiliti fil-punti minn 47 sa 52 tal-Linji Gwida iżda, bħala minimu, irid jidentifika l-azzjonijiet li l-benefiċjarju jridu jieħu biex jikseb lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul mingħajr appoġġ mill-Istat.
(93) Pereżempju, meta l-għajnuna li għandha tingħata ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' ekwità tal-benefiċjarju, il-kontribuzzjoni proprja għandha tinkludi miżuri simili li daqstant ieħor għandhom effett ta' tisħiħ, bħal pereżempju jżidu l-ekwità ġdida mingħand azzjonisti eżistenti, it-tħassir tad-dejn eżistenti u noti kapitali jew il-konverżjoni ta' dejn eżistenti f'ekwità, jew iż-żieda ta' ekwità esterna ġdida b'termini tas-suq.
(94) Pereżempju meta l-Istat jipprovdi għotjiet, jinjetta kapital jew iħassar dejn.
(95) Tinibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li meta jkunu għaddew inqas minn 10 snin minn meta jkunu ngħataw l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jew ikun wasal fi tmiemu l-perjodu ta' ristrutturar jew twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (skont liema jseħħ l-aħħar), għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar ulterjuri jistgħu jingħataw biss: (a) meta l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (b) meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (c) meta l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar ikunu ngħataw skont dawn il-linji gwida u dik l-għajnuna ma kinitx segwita minn għajnuna għar-ristrutturar, jekk: (i) meta ngħatat dik l-għajnuna skont il-linji gwida, wieħed seta' jemmen b'mod raġonevoli li l-benefiċjarju se jkun vijabbli fit-tul, u (ii) l-għajnuna l-ġdida għas-salvataġġ jew ir-ristrutturar jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isiru neċessarji wara tal-inqas ħames snin minħabba ċirkustanzi imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju; (d) f'ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju.
(96) Inkluża kull għajnuna bħal din mogħtija qabel id-data minn meta l-Kummissjoni tapplika l-Linji Gwida, jiġifieri qabel l-1.8.2014.
(97) L-Istati Membri mhumiex obbligati jitolbu miżuri ta' dak it-tip mingħand intrapriżi żgħar, ħlief meta jkun stipulat mod ieħor mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f'settur partikolari. Madankollu, l-intrapriżi ż-żgħar normalment ma għandhomx iżidu l-kapaċità tagħhom waqt il-perjodu ta' ristrutturar.
(98) Ċessjonijiet, tħassiriet u għeluq ta' attivitajiet li jagħmlu t-telf li dejjem ikunu meħieġa sabiex terġa' tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul ġeneralment ma jitqisux biżżejjed.
(99) Dawk il-miżuri għandhom isiru fis-suq/swieq fejn il-benefiċjarju jkollu pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar, b'mod partikolari meta jkun hemm kapaċità żejda sinifikanti.
(100) Iċ-ċessjonijiet biex jiġu limitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni għandhom isiru mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tipi ta' assi li jiġu ċeduti u kwalunkwe ostakoli għaċ-ċessjoni tagħhom, u f'kull każ fil-qafas ta' żmien tal-pjan ta' ristrutturar.
(101) B'mod partikolari, dan jista' jinkludi miżuri li jiftħu ċerti swieq direttament jew indirettament marbutin mal-attivitajiet tal-benefiċjarju għal operaturi oħrajn tal-Unjoni, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jissostitwixxu miżuri oħrajn li jillimitaw it-tfixkil fill-kompetizzjoni, li normalment jintalbu mingħand il-benefiċjarju.
(102) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1).
(103) Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).
(104) EWROPA 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020.
(105) Għad-dettalji, ara l-punti 56-60 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.
(106) Għad-dettalji, ara l-punti 82-85 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.
(107) Ara għal eżempju l-Gwida tal-Kummissjoni għall-investiment fil-broadband b'veloċità għolja (http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/presenta/broadband2011/broadband2011_en.pdf).
(108) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(109) Pereżempju, il-mudell ta' investiment u negozju magħżul, id-daqs u l-karatteristiċi taż-żoni ta' intervent ġeografiku jew il-miżuri biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż tal-proġett.
(110) Il-lista tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-broadband jinsabu fil-paġna ewlenija tad-DĠ Kompetizzjoni: http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf.
(111) ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1. Għal xi dettalji dwar l-użu ta' din il-formola ta' notifika supplimentari fl-agrikoltura u fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, ara l-punt 14 tal-EEAG.
(112) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1)
(113) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(114) Ara t-taqsima 3.7 tal-għajnuna EEAG fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali fil-forma ta' tnaqqisiet f'appoġġ b'finanzjament għall-elettriku minn sors rinnovabbli.
(115) Meta tiġi introdotta miżura kofinanzjata minn Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq ir-raġunament fil-Programmi Operatorji rilevanti biex jindikaw l-għanijiet ambjentali jew tal-enerġija.
(116) In-Netwerk Ewropew tal-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriku.
(117) Biex juri l-adegwatezza tal-iskemi, l-Istat Membru jista' juża wkoll ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet li saru fl-imgħoddi kif spjegat fil-Kapitolu 4 tal-EEAG.
(118) ‘Bidu tax-xogħlijiet’ huwa definit fil-punt 19(44) tal-EEAG.
(119) Dan ir-rekwiżit mhuwiex applikabbli għal SMEs u huwa mingħajr ħsara għall-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna mill-Istat għal miżura tal-effiċjenza enerġetika stipulata minn jew imwettqa minħabba l-awditjar tal-enerġija u dawk li jirriżultaw minn għodod oħrajn (ara l-punti 56 u 57 tal-EEAG).
(120) Għad-dettalji, ara l-punti minn 72 sa 76 tal-EEAG.
(121) Ix-xenarju kontrafattwali t-tajjeb huwa l-ispiża ta' investiment teknikament paragunabbli li jipprovdi grad inqas ta' ħarsien ambjentali (ekwivalenti għal standards obbligatorji tal-Unjoni, fis-seħħ) li jistgħu possibbilment jitwettqu mingħajr l-għajnuna. Ara l-punt 73(b) tal-EEAG. Pereżempju ara l-lista pprovduta fl-anness 2 tal-EEAG. F'każ li l-investiment ta' referenza ma jkunx dak elenkat fl-Anness 2, spjega u ġġustifika għaliex huwa xieraq.
(122) Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-assi mhux tanġibbli huwa teknikament skadut.
(123) Ara l-Anness 2 tal-EEAG L-ispejjeż ta' investiment żejda jikkonsistu fl-ispejjeż addizzjonali ta' investiment meħtieġa biex wieħed imur lil hinn mil-livell ta' ħarsien ambjentali li jirrikjedu l-istandards tal-Unjoni.
(124) Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fattli l-ispiża ta' investimenti meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell ta' ħarsien meħtieġ mill-istandards tal-Unjoni m'hijiex eliġibbli.
(125) Ara l-punt 78(a) tal-EEAG
(126) Ara l-punt 78(b) tal-EEAG.
(127) Ara l-punt 78(c) tal-EEAG. ‘Eko-innovazzjoni’ hija ddefinita fil-punt 19(4) tal-EEAG.
(128) Għal dettalji dwar il-proċess ta' offerti ġenwinament kompetittiv, ara d-definizzjoni fil-punt 19(43) tal-EEAG.
(129) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)
(130) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16)
(131) Għal skemi tal-għajnuna, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta fil-forma ta' a kalkolu tipiku (jew eżempji diversi).
(132) Innota li l-Kummissjoni tista' tawtorizza miżura nnotifikata bħal din għal perjodu ta' 10 snin.
(133) Id-deċiżjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa tqis l-ispejjeż u d-dħul li jirriżultaw mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija elettrika jew is-sħana.
(134) L-ispiża tal-produzzjoni tista' tinkludi d-dħul normali fuq il-kapital tal-impjant, iżda kull gwadann tal-impjant f'termini ta' produzzjoni tas-sħana għandu jitnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni.
(135) Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek dwar il-fatt li kull għajnuna għall-investiment mogħtija lill-impriża fir-rigward ta' impjant ġdid għandha titnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni.
(136) Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek dwar il-fatt li t-tul irid ikun limitat għal massimu ta' 5 snin.
(137) Ara t-taqsima 3.7.1 tal-EEAG.
(138) Kif stipulat fil-punt 19(16) tal-EEAG, ‘Livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni’ tfisser il-livell minimu ta' taxxa stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għal prodotti tal-enerġija u l-elettriku, il-livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni jfisser il-livell minimu ta' taxxa stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(139) F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu stimi ta', inter alia, l-elastiċità fil-prezzijiet tal-prodotti tas-settur ikkonċernat fis-suq ġeografiku rilevanti kif ukoll stimi ta' bejgħ mitluf u/jew profitti mnaqqsa għall-kumpaniji fis-settur jew kategorija kkonċernati.
(140) Linji gwida dwar ċerti miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4).
(141) L-aktar mod dirett biex wieħed juri rabta kawżali hi b'referenza għal tariffa jew imposta fuq il-prezz tal-elettriku, li hi ddedikata għall-finanzjament ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Mod indirett biex wieħed juri l-ispejjeż addizzjonali jkun li jikkalkula l-impatt tal-ispejjeż netti ogħla għall-fornituri tal-elettriku miċ-ċertifikati ekoloġiċi u jikkalkula l-impatt fuq il-prezz tal-elettriku waqt li jassumi li l-ispejjeż netti ogħla jiġu mgħoddija mill-fornitur.
(142) Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju (ĠU C 19 tat-22.1.2014, p. 4).
(143) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(144) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013 p. 1).
(145) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14 tad-19.1.2008, p. 6).
(146) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).
(147) L-RFG (il-paragrafi 46-49) jeħtieġu li ssir valutazzjoni ex ante u li tiġi ppreżentata għall-miżuri kollha ta' finanzjament ta' riskju notifikabbli.
(148) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(149) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(150) SWD(2014) 179 finali tat-28.5.2014.
(151) Minbarra deskrizzjoni ġenerali tal-għanijiet u r-regoli tal-eliġibbiltà tal-iskema, l-iskop ta' din it-taqsima huwa li tivvaluta kif jistgħu jintużaw ir-regoli tal-eliġibbiltà u l-esklużjoni tal-iskema sabiex jiġi identifikat l-effett tal-għajnuna. F'ċerti każijiet, ir-regoli eżatti tal-eliġibbiltà jaf ma jkunux magħrufin minn qabel. F'dawn il-każijiet, għandhom jiġu pprovduti l-aħjar aspettattivi disponibbli.
(152) Eżempji ta' effetti negattivi huma l-preġudizzji reġjonali u settorjali jew l-eliminazzjoni ta' investimenti privati indotta mill-iskema ta' għajnuna.
(153) Skemi ta' għajnuna definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament sitt xhur wara li jidħlu fis-seħħ. Wara li tkun ivvalutat il-pjan ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-applikazzjoni tar-Regolament għal dawn l-iskemi għal perjodu itwal. L-Istati Membri huma mistiedna jindikaw b'mod preċiż it-tul ta' żmien maħsuba tal-iskema.
(154) Agħmel referenza għal SWD(2014)179 final tat-28.5.2014.
(155) Kun af li l-evalwazzjoni tista' teħtieġ il-kisba kemm ta' dejta storika kif ukoll ta' dejta li se tkun disponibbli b'mod progressiv matul l-iskjerament tal-iskema ta' għajnuna. Identifika s-sorsi għaż-żewġ tipi ta' informazzjoni. Preferibilment għandek tiġbor iż-żewġ tipi ta' dejta mill-istess sors sabiex tiġi ggarantita konsistenza maż-żmien.
(1) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(2) L-ispejjeż marbutin mal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, inklużi spejjeż tal-ippjanar, infrastruttura tal-groundhandling (bħal ktajjen tal-bagalji, eċċ.) u tagħmir tal-ajruport jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti. L-ispejjeż ta' investiment relatati ma' attivitajiet mhux ajrunawtiċi (partikolarment l-ipparkjar, lukandi, ristoranti, u uffiċċji) mhumiex eliġibbli. L-ispejjeż ta' investiment relatati mas-servizzi tal-groundhandling (bħal karozzi tal-linja, veikoli, eċċ.) mhumiex eliġibbli, billi mhumiex parti mill-infrastruttura tal-groundhandling.
(3) ‘Żona ta' lħuq ta' ajruport’ tfisser periferija tas-suq ġeografiku li normalment tkun stabbilita f'distanza ta' madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta vvjaġġar bil-karozza, karozza tal-linja, ferrovija jew ferrovija b'veloċità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari tista' tvarja u trid tieħu f'kunsiderazzjoni l-partikolaritajiet ta' kull ajruport individwali. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq tvarja minn ajruport għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post u d-destinazzjonijiet li jaqdi.
(4) Uża l-kategoriji li ġejjin ta' daqsijiet: ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali li jasal sa 200 000 passiġġier; ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta' bejn 200 000 u miljun; ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta' 1 sa 3 miljuni.
(5) Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.
(6) Pereżempju, self b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħrajn ta' kapital b'kundizzjonijiet vantaġġużi.
(7) Id-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali hija d-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment f'assi kapitali fissi tul il-ħajja tal-investiment f'termini tal-valur preżenti nett.
(8) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(9) Id-diskrepanza fil-finanzjament operatorju jfisser it-telf operatorju ta' ajruport tul il-perjodu rilevanti, skontat għall-valur kurrenti tiegħu bl-użu tal-ispiża tal-kapital, jiġifieri d-diskrepanza (f'termini tal-Valur Preżenti Nett) bejn id-dħul tal-ajruport u l-ispejjeż operatorji tiegħu.
(10) Il-karta bilanċjali, ir-rapport tal-introjtu, id-dikjarazzjoni tal-kontabilist ikkwalifikat jew id-ditta tal-awditjar.
(11) Is-servizzi pprovduti minn ajruport jew xi waħda mis-sussidjarji tiegħu, sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-inġenji tal-ajru, mill-inżul sat-tlugħ, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' trasport bl-ajru, inkluż il-forniment ta' servizzi tal-groundhandling u l-forniment ta' infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling.
(12) L-ispejjeż sottostanti ta' ajruport fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ajruport, inklużi l-kategoriji ta' spejjeż bħall-ispiża tal-persunal, is-servizzi kuntrattati, il-komunikazzjonijiet, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kirja u l-amministrazzjoni, iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, l-appoġġ tal-kummerċjalizzazzjoni jew kull inċentiv ieħor mogħti lil-linji tal-ajru mill-ajruport, u spejjeż li jaqgħu fl-ambitu ta' mandat tal-politika pubblika.
(13) ‘Żona ta' lħuq ta' ajruport’ tfisser periferija tas-suq ġeografiku li normalment tkun stabbilita f'distanza ta' madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta vvjaġġar bil-karozza, karozza tal-linja, ferrovija jew ferrovija b'veloċità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari tista' tvarja u trid tqis il-partikolaritajiet ta' kull ajruport individwali. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq tvarja minn ajruport għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post u d-destinazzjonijiet li jaqdi.
(14) Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.
(15) Pereżempju, selfiet b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqisiet tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.
(16) Id-diskrepanza fil-finanzjament operatorju jfisser it-telf operatorju ta' ajruport tul il-perjodu rilevanti, skontat għall-valur kurrenti tiegħu bl-użu tal-ispiża tal-kapital, jiġifieri d-diskrepanza (f'termini tal-Valur Preżenti Nett) bejn id-dħul tal-ajruport u l-ispejjeż operatorji tiegħu.
(17) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(18) ‘Servizz ferrovjarju b'veloċità għolja’ huwa servizz ipprovdut b'ferroviji li kapaċi jilħqu veloċitajiet ta' iktar minn 200 km/siegħa.
(19) ‘Żona ta' lħuq ta' ajruport’ tfisser il-limiti tas-suq ġeografiku li normalment ikun stabbilit f'distanza ta' madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta vvjaġġar bil-karozza, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija jew bil-ferrovija b'veloċità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari tista' tvarja u trid tqis il-partikolaritajiet ta' kull ajruport individwali. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq tvarja minn ajruport għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post u d-destinazzjonijiet li jaqdi.
(20) It-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. Fil-każ ta' ajruport tal-passiġġieri maħluq ġdid għandu jitqies it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn wara li jiba' jopera t-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri. Dawn il-limiti jirreferu għal għadd lejn destinazzjoni waħda. B'riżultat ta' dan, passiġġier li jtir, pereżempju, lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; l-għadd japplika għal rotot individwali.
(21) Id-Deċiżjoni 2006/682/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 1).
(22) Pereżempju, selfiet b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqisiet tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.
(23) L-ispejjeż eliġibbli huma t-tariffi tal-ajruport fir-rigward tar-rotta.
(24) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3)
(25) Meta r-rotta kkonċernata tkun tgħaqqad reġjuni mbiegħda, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, gżejjer, żoni skarsament popolati, l-għajnuna tista' tkopri l-popolazzjoni sħiħa ta' dak ir-reġjun.
(26) Bħal reġjuni ultraperiferiċi, gżejjer u żoni skarsament popolati.
(27) Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).
ANNESS II
L-Annessi III.A u III.B huma ssostitwiti b'dan li ġej:
ANNESS III.A
Format standardizzat tar-rapportar għal għajnuna mill-Istat eżistenti
(Dan il-format ikopri s-setturi kollha għajr l-agrikoltura)
Biex tkompli tissimplifika u ttejjeb ir-rapportar annwali tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, bi pjattaforma online u bbażata fuq l-aċċess ifformattjata bil-lest li jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuniet individwali eżistenti kollha. L-Istati Membri jridu jivverifikaw u jimlew dik l-informazzjoni sat-30 ta' Ġunju tal-istess sena. B'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tippubblika d-dejta dwar l-għajnuna mill-Istat fis-sena t (1) għall-perjodu ta' rapportar t – 1.
Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni fil-pjattaforma timtela bil-lest mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta meta ġiet approvata l-għajnuna. L-Istati Membri se jintalbu jivverifikaw u, fejn hemm bżonn, jimmodifikaw id-dettalji għal kull skema jew għajnuna individwali, u jżidu n-nefqa annwali għall-iktar sena reċenti (t – 1).
Informazzjoni bħall-għan tal-għajnuna u s-settur destinatarju tal-għajnuna trid tirreferi għaż-żmien li għalih tiġi approvata l-għajnuna u tkun marbuta mal-istrument legali li jifforma l-bażi għall-approvazzjoni tal-għajnuna.
Trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja.
(1) |
Titolu |
(2) |
Numru tal-għajnuna |
(3) |
Numri tal-għajnuna preċedenti (pereżempju, wara li tiġġedded skema) |
(4) |
Settur Il-klassifikazzjoni settorjali tkun ibbażata l-iktar fuq in-NACE (2) fil-[livell ta' tliet ċifri.] |
(5) |
Għan |
(6) |
Reġjun(i) Meta tiġi approvata, l-għajnuna tista' tiġi allokata b'mod esklussiv għal reġjun speċifiku jew grupp ta' reġjuni skont is-subparagrafi (a) jew (c) tal-Artikolu 107(3) TFUE. |
(7) |
Kategorija tal-istrument(i) ta' għajnuna Trid issir distinzjoni bejn bosta kategoriji (Għotja, Servizzi sussidjati, Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self, Garanzija, Benefiċċju fuq it-taxxa, Self bil-quddiem li jitħallas lura, Parteċipazzjoni ta' Ekwità, Oħrajn) |
(8) |
Tip ta' għajnuna Trid issir distinzjoni bejn tliet kategoriji: Skema, Applikazzjoni individwali ta' skema, Għajnuna individwali mogħtija barra skema (għajnuna ad hoc) |
(9) |
Nefqa Bħala regola ġenerali, iċ-ċifri għandhom jingħataw f'termini tan-nefqa proprja (jew dħul mitluf propju fil-każ ta' benefiċċji tat-taxxa). Meta ma jkunx hemm pagamenti disponibbli, iridu jiġu pprovduti u mmarkati impenji jew approprjazzjonijiet tal-baġit, kif xieraq. Iridu jiġu pprovduti ċifri separati għal kull strument tal-għajnuna fi skema jew għajnuna individwali pereżempju għotja u self. Iċ-ċifri jridu jingħataw fil-munita nazzjonali użata matul il-perjodu ta' rapportar. Trid tiġi pprovduta n-nefqa għal t – 1, t – 2, t – 3, t – 4 u t – 5. |
ANNESS III.B
Format standardizzat tar-rapportar għal għajnuna mill-Istat eżistenti
(Dan il-format ikopri s-settur agrikolu)
Sabiex tkompli tissimplifika u ttejjeb ir-rapportar annwali tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, bi pjattaforma online u bbażata fuq l-aċċess ifformattjata bil-lest li jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuniet individwali eżistenti kollha. L-Istati Membri jridu jivverifikaw u jimlew dik l-informazzjoni sat-30 ta' Ġunju tal-istess senaB'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tippubblika d-dejta dwar l-għajnuna mill-Istat fis-sena t (3) għall-perjodu ta' rapportar t – 1.
Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni fil-pjattaforma se tkun imtliet bil-lest mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta meta ġiet approvata l-għajnuna. L-Istati Membri se jintalbu jivverifikaw u, fejn hemm bżonn, jimmodifikaw id-dettalji għal kull skema jew għajnuna individwali, u jżidu n-nefqa annwali għall-aktar sena reċenti, jiġifieri t – 1.
Informazzjoni bħall-għan tal-għajnuna u s-settur destinatarju tal-għajnuna trid tirreferi għaż-żmien li għalih tiġi approvata l-għajnuna u tkun marbuta mal-istrument legali li jifforma l-bażi għall-approvazzjoni tal-għajnuna.
Trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja.
(1) |
Titolu |
(2) |
Numru tal-għajnuna |
(3) |
Numri tal-għajnuna preċedenti (pereżempju, wara li tiġġedded skema) |
(4) |
Settur Il-klassifikazzjoni settorjali tkun ibbażata l-iktar fuq in-NACE (4) fil-[livell ta' tliet ċifri.] |
(5) |
Għan |
(6) |
Reġjun(i) Meta tiġi approvata, l-għajnuna tista' tiġi allokata b'mod esklussiv għal reġjun speċifiku jew grupp ta' reġjuni skont is-subparagrafi (a) jew (c) tal-Artikolu 107(3) TFUE. |
(7) |
Kategorija tal-istrument(i) ta' għajnuna Trid issir distinzjoni bejn bosta kategoriji (Għotja, Servizzi sussidjati, Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self, Garanzija, Benefiċċju fuq it-taxxa, Self bil-quddiem li jitħallas lura, Parteċipazzjoni ta' Ekwità, Oħrajn). |
(8) |
Tip ta' għajnuna Trid issir distinzjoni bejn tliet kategoriji: Skema, Applikazzjoni individwali ta' skema, Għajnuna individwali mogħtija barra skema (għajnuna ad hoc). |
(9) |
Nefqa Bħala regola ġenerali, iċ-ċifri għandhom jingħataw f'termini tan-nefqa proprja (jew dħul mitluf propju fil-każ ta' benefiċċji fuq it-taxxa). Meta ma jkunx hemm pagamenti disponibbli, iridu jiġu pprovduti u mmarkati impenji jew approprjazzjonijiet tal-baġit, kif xieraq. Iridu jiġu pprovduti ċifri separati għal kull strument tal-għajnuna fi skema jew għajnuna individwali pereżempju għotja u self. Iċ-ċifri jridu jkunu espressi fil-munita nazzjonali użata matul il-perjodu ta' rapportar. Trid tiġi pprovduta n-nefqa trid għal t – 1, t – 2, t – 3, t – 4 u t – 5. |
(10) |
L-intensità tal-għajnuna u l-benefiċjarji L-Istati Membri jridu jindikaw:
|
(1) t hija s-sena li fiha tintalab id-dejta
(2) NACE Rev. 2, jew leġiżlazzjoni sussegwenti li temendaha jew tissosstitwixxiha; NACE hija l-Klassifikazzjoni tal-Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(3) t hija s-sena li fiha tintalab id-dejta
(4) NACE Rev. 2, jew leġiżlazzjoni sussegwenti li temendaha jew tissostitwixxiha; NACE hija l-Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.)