This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0284
Commission Implementing Regulation (EU) No 284/2012 of 29 March 2012 imposing special conditions governing the import of feed and food originating in or consigned from Japan following the accident at the Fukushima nuclear power station and repealing Implementing Regulation (EU) No 961/2011 Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad- 29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad- 29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/10/2012; Imħassar b' 32012R0996
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 284/2012
tad-29 ta’ Marzu 2012
li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment. |
(2) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Tali kontaminazzjoni tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dan ir-Regolament aktar tard ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3). |
(3) |
L-awtoritajiet Ġappuniżi pprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni li fil-bosta kampjuni li ttieħdu tas-sake u xorb alkoħoliku ieħor (whiskey u shochu) ma nstabet l-ebda radjoattività fil-kampjuni kollha. Il-proċess tal-illustrar, il-fermentazzjoni u d-distillazzjoni jneħħi kważi kompletament ir-radjoattività mix-xorb alkoħoliku nnifsu. Il-kwistjoni se tiġi segwita mill-awtoritajiet Ġappuniżi fuq il-bażi tal-monitoraġġ kontinwu tas-sake, il-whiskey u x-shochu. Għalhekk huwa xieraq li jiġu esklużi s-sake, il-whiskey u x-shochu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet Ġappuniżi u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li qed jimpurtaw. |
(4) |
Fl-24 ta’ Frar 2012, l-awtoritajiet Ġappuniżi adottaw livelli massimi ġodda għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137, biex jiġu applikati mill-1 ta’ April 2012, b’miżuri tranżitorji previsti għar-ross, iċ-ċanga u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom, li huma aktar baxxi mil-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (4). Il-miżuri tranżitorji għaċ-ċanga ma għandhom l-ebda rilevanza għall-importazzjoni fl-Unjoni billi l-importazzjoni taċ-ċanga mill-Ġappun fl-Unjoni mhijiex permessa għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika għajr ir-radjoattività. L-awtoritajiet Ġappuniżi għarrfu wkoll lill-Kummissjoni li l-prodotti li ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq Ġappuniż lanqas ma jitħallew li jiġu esportati. Għalhekk, għalkemm mhux meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurezza, sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet Ġappuniżi u l-kontrolli fuq il-livell tar-radjonuklidi mwettqa fuq l-għalf u l-ikel li joriġinaw jew ġejjin mill-Ġappun fid-dħul tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu applikati l-istess livelli massimi fl-Unjoni għar-radjonuklidi fl-għalf u fl-ikel mill-Ġappun bħal-livelli massimi applikabbli fil-Ġappun sakemm dawn ikunu aktar baxxi mill-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87. |
(5) |
Ftit wara l-aċċident nukleari, kienu meħtieġa kontrolli għall-preżenza tal-jodju-131 u t-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 fl-għalf u l-ikel li joriġina mill-Ġappun, billi kien hemm evidenza li r-rilaxx tar-radjoattività fl-ambjent kien relatat l-aktar mal-jodju-131, iċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137, u kien hemm emissjoni limitata ħafna jew l-ebda emissjoni tar-radjonuklidi stronzju (Sr-90), plutonju (Pu-239) u ameriċju (Am-241). Il-jodju-131 għandu half-life qasira ta’ tmint ijiem u minħabba li ma kien hemm l-ebda rilaxx ta’ radjoattività fl-ambjent mill-impjant nukleari affettwat fix-xhur reċenti u r-reattur nukleari affettwat issa qiegħed f’sitwazzjoni stabbli u mhumiex mistennija aktar rilaxxi fl-ambjent, il-jodju-131 ma għadux preżenti fl-ambjent u għalhekk lanqas fl-għalf u l-ikel mill-Ġappun. Għalhekk il-kontroll tal-preżenza tal-jodju-131 ma kienx għadu meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1371/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (5). Għalhekk ma hemmx bżonn li jinżammu l-livelli massimi għall-jodju-131 f’dan ir-Regolament. |
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ippreveda wkoll livelli massimi għall-istronzju, il-plutonju u l-ameriċju fil-każ li kien ikun hemm rilaxxi ġodda fl-ambjent ta’ radjoattività li tinkludi dawn ir-radjonuklidi. Minħabba li r-reattur nukleari affettwat issa qiegħed f’sitwazzjoni stabbli, il-possibbiltà ta’ rilaxxi ġodda ta’ radjoattività fl-ambjent hija eskluża jew hija minima ħafna u ma kien hemm l-ebda rilaxx sinifikanti fl-ambjent ta’ stronzju, plutonju u ameriċju wara l-aċċident tal-impjant nukleari, huwa evidenti li l-kontroll għall-preżenza ta’ dawn ir-radjonuklidi fl-ikel jew fl-għalf mill-Ġappun mhuwiex meħtieġ. Għalhekk ma hemmx bżonn li jinżammu l-livelli massimi għal dawn ir-radjonuklidi f’dan ir-Regolament. |
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ġie emendat darbtejn sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Minħabba li dan ir-Regolament jipprevedi għal aktar emendi li jeħtieġu bidliet f’ħafna dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 jiġi sostitwit b’Regolament ġdid. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 li joriġina jew li ġej mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta’:
(a) |
il-prodotti li ħarġu mill-Ġappun qabel it-28 ta’ Marzu 2011; |
(b) |
il-prodotti li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011; |
(c) |
is-sake li jaqa’ fil-kodiċijiet NM ex 2206 00 39 (bil-gass), ex 2206 00 59 (bla gass, f’kontenituri li jesgħu żewġ litri jew inqas) jew ex 2206 00 89 (bla gass, f’kontenituri li jesgħu aktar minn żewġ litri); |
(d) |
il-whiskey li jaqa’ fil-kodiċi NM 2208 30; |
(e) |
ix-shochu li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2208 90 56, ex 2208 90 69, ex 2208 90 77 jew ex 2208 90 78. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża” tfisser il-miżuri tranżitorji adottati mill-awtoritajiet Ġappuniżi fl-24 ta’ Frar 2012 fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulati fl-Anness III.
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
L-għalf u l-ikel (minn hawn ’il quddiem: “il-prodotti”) imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu biss jiġu impurtati fl-Unjoni Ewropea jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Livelli massimi taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137
1. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr ir-ross, il-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom, għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness II.
2. Ir-ross u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness III.
Artikolu 5
Dikjarazzjoni
1. Kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a) |
tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u |
(b) |
tispeċifika jekk il-prodotti jaqawx jew le fil-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża. |
3. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:
(a) |
il-prodotti nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew |
(b) |
il-prodotti joriġinaw u ġejjin minn prefettura għajr dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka; jew |
(c) |
il-prodotti ġejjin mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, iżda ma joriġinax minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għar-radjoattività matul it-tranżitu; jew |
(d) |
meta l-prodotti joriġinaw mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, il-prodotti huma akkumpanjat minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi. |
4. Il-punt (d) tal-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għall-prodotti li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi msemmija hemmhekk, irrispettivament minn fejn jaslu dawn il-prodotti.
Artikolu 6
Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni
1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness I.
2. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità Ġappuniża kompetenti jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità Ġappuniża kompetenti taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.
3. Għall-prodotti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.
Artikolu 7
Identifikazzjoni
Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq iċ-ċertifikat sanitarju u fuq kwalunkwe dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinna.
Artikolu 8
Postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u punt tad-dħul magħżul
Il-kunsinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr dawk li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (6), għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni permezz ta’ punt tad-dħul magħżul skont it-tifsira tal-Artikolu 3(b) tar-Regoalament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (7) (minn hawn ’il quddiem “il-punt tad-dħul magħżul”).
Artikolu 9
Notifika minn qabel
L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta’ kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1, minn tal-inqas jumejn ta’ xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fuq il-punt tad-dħul magħżul.
Artikolu 10
Kontrolli uffiċjali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew tal-punt tad-dħul magħżul għandhom iwettqu:
(a) |
kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1; |
(b) |
kontrolli fiżiċi u tal-identità, inkluża analiżi tal-laboratorju għall-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137, fuq minn tal-anqas:
|
2. Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali, għal massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol, sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.
3. Jekk ir-riżultat tal-analiżi tal-laboratorju jipprovdi evidenza li l-garanziji pprovduti fid-dikjarazzjoni huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies bħala mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Spejjeż
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta’ konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel.
Artikolu 12
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
Il-kunsinni jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentant tagħhom iressqu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), li:
(a) |
tkun ġiet approvata kif dovut mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fil-punt tad-dħul magħżul; u |
(b) |
tagħti evidenza li l-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 ikunu twettqu u li r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli kienu favorevoli. |
Artikolu 13
Prodotti li mhumiex konformi
Il-prodotti li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Tali prodotti għandhom jintremew b’mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini.
Artikolu 14
Rapporti
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull xahar permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba.
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 huwa revokat.
Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Miżura tranżitorja
B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011, fejn:
(a) |
il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew |
(b) |
il-prodotti jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni b’mod konformi ma’ dak ir-Regolament li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ April 2012 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel il-15 ta’ April 2012 |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Ottubru 2012. Ir-Regolament se jiġi rivedut b’mod regolari sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ta’ kontaminazzjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.
(4) ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11.
(5) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 41.
(7) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.
ANNESS II
Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg) kif previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
Ikel għat-trabi u t-tfal żgħar |
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ikel ieħor, għajr l-ilma minerali u xorb simili it-te magħmul minn weraq mhux fermentati il-fażola tas-sojja u l-prodotti tal-fażola tas-sojja (4) |
Ilma minerali u xorb simili u t-te magħmul minn weraq mhux fermentati |
Total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 |
50 (2) |
50 (2) |
10 (2) |
Livelli massimi għall-għalf (5) (Bq/kg) kif previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
Għalf maħsub għall-baqar u ż-żwiemel |
Għalf maħsub għall-ħnieżer |
Għalf maħsub għat-tjur |
Għalf għall-ħut (7) |
Total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 |
100 (6) |
80 (6) |
160 (6) |
40 (6) |
(1) Għall-prodotti mnixxfa li huma maħsuba għall-konsum fi stat rikostitwit, japplika l-livell massimu għall-prodott rikostitwit bħala prodott lest għall-konsum.
Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta’ rikostituzzjoni ta’ ħamsa.
Għat-te, il-livell massimu japplika għall-infużjoni magħmula mill-weraq tat-te. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te imnixxef huwa 50, u għalhekk livell massimu ta’ 500 Bq/kg għall-weraq tat-te jiżgura li l-livell fit-te lest għax-xorb ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg.
(2) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu fuq bażi provviżorja, il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 3954/87.
(3) Għar-ross u l-prodotti tar-ross, il-livell massimu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2012. Qabel din id-data japplika l-livell massimu ta’ 500 Bq/kg.
(4) Għall-fażola tas-sojja u l-prodotti tal-fażola tas-sojja japplika l-livell massimu ta’ 500 Bq/kg.
(5) Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.
(6) Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).
(7) Bl-eżenzjoni tal-għalf għall-ħut tat-tiżjin.
ANNESS III
Miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża u ta’ applikazzjoni għal dan ir-Regolament
(a) |
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-ilma minerali u xorb simili li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 200 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. Ikel ieħor, għajr ir-ross, il-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
(b) |
Ir-ross maħsud qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandux ikun fih aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
(c) |
Il-prodotti magħmula mir-ross li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
(d) |
Il-fażola tas-sojja ma għandux ikun fiha aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |
(e) |
Il-prodotti magħmula mill-fażola tas-sojja ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. |