This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0074
Commission Regulation (EU) No 74/2010 of 26 January 2010 amending Regulations (EC) No 2336/2003, (EC) No 341/2007, (EC) No 1580/2007 and (EC) No 376/2008 as regards the conditions for and the form of notifications to be made to the Commission
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 74/2010 tas- 26 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (KE) Nru 376/2008 rigward il-kundizzjonijiet għal u l-forma tan-notifiki li għandhom isiru lill-Kummissjoni
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 74/2010 tas- 26 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (KE) Nru 376/2008 rigward il-kundizzjonijiet għal u l-forma tan-notifiki li għandhom isiru lill-Kummissjoni
ĠU L 23, 27.1.2010, p. 28–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
27.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2010
tas-26 ta’ Jannar 2010
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (KE) Nru 376/2008 rigward il-kundizzjonijiet għal u l-forma tan-notifiki li għandhom isiru lill-Kummissjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS (1), ub'mod partikolari l-Artikolu 192(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2) jistipula regoli komuni għan-notifikazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli għall-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati jibagħtu l-komunikazzjonijiet. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni konformi ma' dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku. |
(3) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema informatika li tippermettilha tamministra b'mod elettroniku dokumenti u proċeduri fi ħdan il-proċeduri ta' ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
(4) |
Jitqies li xi obbligi ta' notifika jistgħu issa jitwettqu permezz ta' dik is-sistema, konformi mar-Regolament (KE) Nru 792/2009, partikolarment dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ alkoħol tal-ethyl ta’ oriġini agrikola (3), (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (4), (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (5) u (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6). |
(5) |
Fir-Regolamenti (KE) Nru 2336/2003 u (KE) Nru 1580/2007, jixraq li n-notifiki għandhom jinkludu d-dikjarazzjonijiet żero. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċarezza, għandu jiġi pprovdut li fin-notifiki dwar liċenzji ta' sostituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandha tingħata wkoll referenza għan-numru tas-serje tal-liċenzja sostitwita. Għal tixrid effiċjenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tal-informazzjoni rċevuta dwar il-liċenzji ta' sostituzzjoni, għandu jkun ukoll meħtieġ li din l-informazzjoni tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni minnufih wara ħruġ il-liċenzja. Ukoll għal raġunijiet ta' ċarezza, l-informazzjoni mitluba f'notifiki dwar każi ta' forza maġġuri għandha tkun dettaljata. |
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (KE) Nru 376/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2336/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, il-punti (a) sa (f) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 7 ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**). In-notifiki kollha għandhom jinkludu d-dikjarazzjonijiet żero. In-notifiki msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 għandhom isiru biss fuq talba tal-Kummissjoni, indirizzati lill-Istati Membri permezz tas-sistema informatika li jkun hemm implimentata. |
4. |
L-Annessi II sa VIII jitħassru. |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b' dan li ġej:
“In-notifiki lill-Kummissjoni taħt dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).
Artikolu 3
L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu japplika għal liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont dan l-Artikolu.” |
2. |
Il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn 12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell) kull nhar ta' Erbgħa, il-kwantitajiet ta’ tuffieħ li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni, inklużi d-dikjarazzjonijiet żero, tul il-ġimgħa ta' qabel, maqsuma skont il-pajjiż terz tal-oriġini. In-notifiki lill-Kummissjoni taħt dan il-paragrafu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****). |
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 37 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “Artikolu 37 Meta jinħarġu liċenzji ta' sostituzzjoni, ċertifikati jew estratti, l-Istati Membri għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummisjoni bi:
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.” |
2. |
Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-każ ta' forza maġġuri li jkunu għarfu, billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja: in-natura tal-prodott ikkonċernat bil-kodiċi tan-NM tiegħu, l-operazzjoni (importazzjoni jew esportazzjoni), il-kwantitajiet involuti u, skont il-każ, il-kanċellazzjoni tal-liċenzja jew l-estensjoni tal-perjodu tal-validità tal-liċenzja bl-indikazzjoni tat-terminu tal-validità. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.” |
3. |
Fl-aħħar tal-Kapitolu IV għandu jiddaħħal l-Artikolu 48a li ġej: “Artikolu 48a In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 14(5), l-Artikolu 29(2), (3) u (4), l-Artikolu 37, l-Artikolu 40(6) u l-Artikolu 47(3) ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****). |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, is-26 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1
(3) ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19.
(4) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
(5) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(6) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.