This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0666
Council Decision of 3 June 2010 on the signing and provisional application of the Agreement between the European Union and the Government of the Socialist Republic of Vietnam on certain aspects of air services
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
ĠU L 288, 5.11.2010, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/666/oj
5.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Ġunju 2010
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
(2010/666/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) b’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
(3) |
Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan (1).
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PÉREZ RUBALCABA
(1) Id-data li minnha l-Ftehim ser ikun provviżorjament applikat ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
5.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/1 |
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
L-UNJONI EWROPEA
minn naħa waħda, u
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA SOĊJALISTA TAL-VJETNAM
min-naħa l-oħra
(minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Partijiet”),
FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru bejn sbatax-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea;
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi;
FILWAQT LI JINNUTAW li skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea t-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi;
WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f’kumpaniji tal-ajru liċenzjati b’mod konformi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea, għandhom jinġiebu b’mod konformi sħiħ magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi bl-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u biex tiġi ppreservata t-tkomplija ta’ servizzi bl-ajru bħal dawn;
FILWAQT LI JINNUTAW li taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea l-kumpanniji tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li għandhom bħala għan jew effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li (i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiċi miftiehma li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn il-kumpanniji tal-ajru dwar rotot rilevanti, jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe tali akkordju, deċiżjoni jew prattika miftiehma, jew (iii) jiddelegaw ir-responsabbiltà lill-kumpaniji tal-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra biex jittieħdu miżuri li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni, jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn il-kumpanniji tal-ajru fir-rotot rilevanti jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi;
FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Unjoni Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpanniji tal-ajru tal-Unjoni Ewropea u kumpanniji tal-ajru tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru li jikkonċernaw drittijiet tat-traffiku,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u “Trattati tal-UE” għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 liċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa Parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
3. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi bl-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa Parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu għat-trasportaturi bl-ajru jew linji tal-ajru ddenominati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Denominazzjoni minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevalixxu fuq id-dispożizzjonijiet korrispondenti għalihom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, tal-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, u tar-rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament.
2. Malli jirċievi denominazzjoni minn Stat Membru, il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kondizzjoni li:
(i) |
it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru denominanti skont it-Trattati tal-UE u jkollu Liċenza Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; u |
(ii) |
isir u jinżamm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fid-denominazzjoni; u |
(iii) |
it-trasportatur bl-ajru jkun il-proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra. |
3. Il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpannija tal-ajru minn Stat Membru fejn:
(i) |
it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru denominanti skont it-Trattati tal-UE jew ma jkollux Liċenza Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; jew |
(ii) |
ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-denominazzjoni; jew |
(iii) |
it-trasportatur bl-ajru ma jkunx il-proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ Stati oħra bħal dawn. |
Fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu taħt dan il-paragrafu, il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam m’għandhux jiddiskrimina bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tan-nazzjonalità.
Artikolu 3
Sikurezza
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2(c).
2. Fejn Stat Membru ikun iddenomina trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddenomina t-trasportatur bl-ajru u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandhom japplikaw ugwalment fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta’ standards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur bl-ajru.
Artikolu 4
Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Il-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Partijiet.
2. Id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness 2(d) b’dan ma jibqgħux ikollhom effett.
Artikolu 5
Annessi mal-Ftehim
L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.
Artikolu 6
Reviżjoni jew emendament
Il-Partijiet jistgħu, f’kull waqt, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li tlestew il-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu biex japplikaw b’mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
3. Il-ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull Ftehim u arranġament ta’ dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tiegħu.
Artikolu 8
Terminazzjoni
1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim relatati mal-ftehim konċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jiġu tterminati fl-istess waqt.
2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jittermina fl-istess waqt.
B’xhieda ta’ dan, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell duplikatament, fl-4 ta’ Ottubru 2010 fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u f’dik Vjetnamita.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sajungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За правителството на Социалистическа република Виетнам
Por el Gobierno de la República Socialista de Vietnam
Za vládu Vietnamské socialistické republiky
For regeringen for Den Socialistiske Republik Vietnam
Für die Regierung der Sozialistischen Republik Vietnam
Vietnami Sotsialistliku Vabariigi valitsuse nimel
Για την κυβέρνηση της Σοσιαλιστικής Δημοκρατίας του Βιετνάμ
For the Government of the Socialist Republic of Vietnam
Pour le gouvemement de la République socialiste du Viêt Nam
Per il govemo della Repubbhca socialista del Vietnam
Vjetnamas Sociālistiskās Republikas valdības vārdā –
Vietnamo Socialistinės Respublikos Vyriausybės vardu
A Vietnami Szocialista Köztársaság kormánya részéről
Ghall-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
Voor de Regering van de Socialistische Republiek Vietnam
W imieniu Rządu Socjalistycznej Republiki Wietnamu
Pelo Govemo da República Socialista do Vietname
Pentru Guvernul Republicii Socialiste Vietnam
Za vládu Vietnamskej socialistickej republiky
Za vlado Socialistične republike Vietnam
Vietnamin sosialistisen tasavallan hallituksen puolesta
För Socialistiska republiken Vietnams regering
ANNESS 1
Lista ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Il-Ftehimiet dwar servizzi bl-ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament. |
ANNESS 2
Lista ta’ Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Desinjazzjoni minn Stat Membru:
|
(b) |
Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:
|
(c) |
Sikurezza:
|
(d) |
Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni:
|
ANNESS 3
Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(c) |
Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera). |