This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0789
Commission Regulation (EC) No 789/2007 of 4 July 2007 amending, for the eleventh time, Regulation (EC) No 1763/2004 imposing certain restrictive measures in support of effective implementation of the mandate of the International Criminal Tribunal for the former Yugoslavia (ICTY)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2007 ta’ l- 4 ta’ Lulju 2007 li jemenda, għall-ħdax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2007 ta’ l- 4 ta’ Lulju 2007 li jemenda, għall-ħdax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
ĠU L 175, 5.7.2007, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2011; Imħassar b' 32011R1048
5.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 175/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 789/2007
ta’ l-4 ta’ Lulju 2007
li jemenda, għall-ħdax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 jelenka l-persuni li jaqaw taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dak l-Anness, fil-waqt li tieħu f'kunsiderazzjoni Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/CFSP dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat ta' l-ICTY (2). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/449/CFSP (3) tat-28 ta’ Ġunju 2007 timplimenta dik il-Pożizzjoni Komuni. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.
(3) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 75.
ANNESS
Il-persuni li ġejjin għandhom jitneħħew mill-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 1763/2004:
(1) |
Tolmir, Zdravko. Data tat-twelid: 27.11.1948. |
(2) |
Djordejvic, Vlastimir. Data tat-twelid: 1948. Post tat-twelid: Vladicin Han, is-Serbja u l-Montenegro. Nazzjonalità: is-Serbja u l-Montenegro. |