Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1533

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1533/2000 tat-13 ta' Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1485/96 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE, fejn għandhom x'jaqsmu dikjarazzjonijiet ta' użu speċifiku li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti sustanzi użati fil-manifattura illeċità ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi (Test b'rilevanza ŻEE)

    ĠU L 175, 14.7.2000, p. 75–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/08/2005; Impliċitament imħassar minn 32004R0273

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1533/oj

    32000R1533



    Official Journal L 175 , 14/07/2000 P. 0075 - 0077


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1533/2000

    tat-13 ta' Lulju 2000

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1485/96 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE, fejn għandhom x'jaqsmu dikjarazzjonijiet ta' użu speċifiku li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti sustanzi użati fil-manifattura illeċità ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

    (Test b'rilevanza ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992 fuq il-manifattura u l-ippjazzar fuq is-suq ta' ċertu sustanzi użati fil-manifattura illeċità ta' drogi narkotiċi u psikotropiċi [1], kif emendati minn Direttiva tal-Kummissjoni 93/46/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1485/96 tas-26 ta' Lulju 1996 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE, fejn għandhom x'jaqsmu dikjarazzjonijiet tal-komsumatur ta' użu speċifiku li għandu x'jaqsam ma ċerti sustanzi użati fil-manifattura illeċità ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [3] jipprovdi għal dikjarazzjonijiet mudelli għall-użu f'operazzjonijiet individwi u multipli.

    (2) Minħabba d-diffikultajiet ikkawżati mill-użu, minn operaturi, ta' mudelli mhux armoniżżati u l-użu tal-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, huwa neċessarju li jitfassal mudell uniformi ta' l-operaturi biex tiffaċilità l-monitoraġġ tad-dikjarazzjonijiet mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.

    (3) Għalkemm ħafna mill-awtoritajiet kompetenti joħorġu approvazzjonijiet ta' durtata limitata, dan il-limitu mhux indikat fil-mudell stipulat fl-Anness għar-Regolament, bir-riżultat li intrapriża li taġixxi b'fiduċja tajba, tista' tforni sustanzi ta' kategorija 1 jew 2 lill-intrapriża li għaliha l-awtoriżżazzjoni skadiet. Huwa għalhekk neċessarju li tkun indikata d-data ta' l-iskadenza fuq id-dikjarazzjonijiet mudell.

    (4) Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3677/90 tat-13 ta' Diċembru 1990 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jaqtgħu qalb id-diverżjoni ta' ċerti sustanzi għall-manifattura illeċità ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3769/92 ta' l-21 ta' Diċembru 1992 [5] u kif riferut fid-Direttiva 92/109/KEE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1485/96 hu emendat kif isegwi:

    1. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 hu mibdul bit-test segwenti:

    "2. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jikkonformaw mall-mudell stipulat fil-punt 1 ta' l-Anness għal dan ir-Regolament. Fil-każ ta' persuni legali, d-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu magħmula fuq karta tan-noti intitolata"

    2. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 2 hu mibdul bit-test segwenti:

    "2. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jikkonformaw mall-mudell stipulat fil-punt 2 ta' l-Anness għal dan ir-Regolament. Fil-każ ta' persuni legali, d-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu magħmula fuq karta tan-noti intitolata"

    3. L-Anness hu mibdul bl-Anness hawnhekk.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,fit-13 ta' Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 76.

    [2] ĠU L 159, ta' l-1.7.1993, p. 134.

    [3] ĠU L 188, tas-27.7.1996, p. 28.

    [4] ĠU L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1.

    [5] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. Dikjarazzjonijiet mudell li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet individwali (kategorija 1 jew 2)

    +++++ TIFF +++++

    2. Dikjarazzjonijiet mudell li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet multipli (karegorija 2)

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top