This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2011:097:FULL
Official Journal of the European Union, L 97, 12 April 2011
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 97, 12 ta' April 2011
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 97, 12 ta' April 2011
|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.097.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 348/2011
tat-8 ta’ April 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni bil-Malti: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).
ANNESS
ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
1. |
SIR (Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar) |
|
2. |
Port Awtonomu ta’ Abidjan |
|
3. |
Port Awtonomu ta’ San Pedro |
|
4. |
CGFCC (Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafè u l-Kawkaw) |
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 349/2011
tal-11 ta’ April 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex tiġi determinata d-dejta u l-metadejta li għandha tiġi provduta għall-inċidenti fuq ix-xogħol koperti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament kif ukoll biex jiġu determinati l-perjodi ta’ referenza, l-intervalli u l-limiti ta’ żmien għall-provvista tad-dejta. |
|
(3) |
Id-dejta kunfidenzjali mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiġi mmaniġġjata skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (3). |
|
(4) |
Twettqet analiżi tal-ispejjeż-benefiċċji u ġiet evalwata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“inċident fuq il-post tax-xogħol” huwa okkorrenza distinta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali. Il-frażi “matul ix-xogħol” tfisser waqt li persuna tkun qiegħda tagħmel attività okkupazzjonali jew matul il-ħin li l-persuna tkun qiegħda x-xogħol. Dan jinkludi l-inċidenti tat-traffiku li jsiru matul ix-xogħol iżda jeskludi l-inċidenti waqt l-ivvjaġġar, jiġifieri inċidenti fit-triq li jsiru matul il-vjaġġ bejn id-dar u l-post tax-xogħol. |
|
(b) |
“inċident fatali” ifisser inċident li jwassal għall-mewt ta’ vittima fi żmien sena mill-inċident. |
|
(c) |
“l-attività ekonomika tal-impjegatur” tkopri l-attività “ekonomika” ewlenija tal-unità lokali tal-impriża tal-vittima. |
|
(d) |
“l-età” tfisser l-età tal-vittima fiż-żmien tal-inċident. |
|
(e) |
“it-tip ta’ korriment” ifisser il-konsegwenzi fiżiċi għall-vittima. |
|
(f) |
“il-post ġeografiku” ifisser l-unità territorjali fejn sar l-inċident. |
|
(g) |
“id-daqs tal-impriża” ifisser l-għadd ta’ impjegati (ekwivalenti full-time) li qegħdin jaħdmu fl-unità lokali tal-impriża tal-vittima. |
|
(h) |
“in-nazzjonalità tal-vittima” tfisser il-pajjiż taċ-ċittadinanza. |
|
(i) |
“ġranet mitlufa” ifisser l-għadd ta’ jiem kalendarji li matulhom il-vittima ma tkunx tajba għax-xogħol bħala riżultat ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol. |
|
(j) |
“stazzjon tax-xogħol” ifisser in-natura tas-soltu jew inkella, dik okkażjonali tal-post/pożizzjoni okkupata mill-vittima fiż-żmien tal-inċident. |
|
(k) |
“l-ambjent tax-xogħol” ifisser il-post tax-xogħol, il-bini tax-xogħol jew l-ambjent ġenerali fejn ikun sar l-inċident. |
|
(l) |
“il-proċess tax-xogħol” ifisser it-tip ewlieni ta’ xogħol jew kompitu (attività ġenerali) li jkun qiegħed jitwettaq mill-vittima fiż-żmien tal-inċident. |
|
(m) |
“attività fiżika speċifika” tfisser l-attività fiżika eżatta tal-vittima fil-mument tal-inċident. |
|
(n) |
“aġent materjali assoċjat mal-attività fiżika speċifika” ifisser l-għodda, l-oġġett jew l-istrument li kien qiegħed jintuża mill-vittima meta sar l-inċident. |
|
(o) |
“devjazzjoni” tfisser l-aħħar avveniment li kien differenti min-normalità u li wassal għall-inċident. |
|
(p) |
“aġent materjali assoċjat mad-devjazzjoni” ifisser l-għodda, l-oġġett jew l-istrument involut fl-avveniment mhux normali. |
|
(q) |
“kuntatt - metodu ta’ korriment” ifisser kif weġġgħet l-vittima (trawma fiżika jew mentali) bl-aġent materjali li kkawża l-korriment. |
|
(r) |
“aġent materjali assoċjat mal-kuntatt – metodu ta’ korriment” ifisser l-oġġett, l-għodda jew l-istrument li għamel kuntatt miegħu l-vittima jew il-metodu psikoloġiku ta’ korriment. |
Artikolu 2
Dejta meħtieġa
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) mikrodejta dwar il-persuni li kellhom inċidenti matul ix-xogħol matul il-perjodu ta’ referenza u l-metadejta assoċjata. Il-lista ta’ varjabbli li għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) kif ukoll l-istatus obbligatorju jew le tal-varjabbli u l-ewwel sena ta’ trasmissjoni tad-dejta huma elenkati fl-Anness I.
2. Il-provvista tad-dejta dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol relatati ma’ dawk li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema tal-familja u l-istudenti għandha tkun fuq bażi volontarja.
3. Il-provvista ta’ dejta dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li huma soġġetti għal regoli dwar il-kunfidenzjalità mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kif elenkati fl-Anness II għandha tkun fuq bażi volontarja.
4. Id-dejta għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol li saru matul is-sena ta’ referenza għandha preferibbilment tkun ibbażata fuq reġistri u sorsi amministrattivi oħra. Meta dan ma jkunx possibbli, jista’ jintuża l-istimar u l-imputazzjoni, anke jekk tkun ibbażata fuq stħarriġ u mhux dejta għal kull każ, biex jiġu eliminati diskrepanzi fil-kopertura tad-dejta.
Artikolu 3
Perjodu ta’ referenza
Il-perjodu ta’ referenza għandu jkun is-sena kalendarja li fiha ġew notifikati l-inċidenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 4
Metadejta
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) verifikazzjoni u aġġornament annwali tal-metadejta flimkien mad-dejta.
2. Il-metadejta għandha tiġi trasmessa skont mudell standard speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u għandha tinkludi l-oġġetti msemmijin fl-Anness III.
Artikolu 5
Trasmissjoni ta’ dejta u metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat)
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-dejta u l-metadejta skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat), fi żmien 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.
2. Id-dejta u l-metadejta għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) b’mezzi elettroniċi, bl-użu tal-punt uniku ta’ dħul fil-Kummissjoni (Eurostat).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.
ANNESS I
LISTA TA' VARJABBLI
L-istatisika Ewropea dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol (ESAW) Varjabbli tal-fażijiet I u II
|
Varjabbli |
Speċifikazzjonijiet |
L-ewwel sena għat-trasmissjoni tad-dejta |
|
Numru tal-Każ |
Numru tal-każ uniku biex tiġi identifikata kull reġistrazzjoni individwali u biex jiġi żgurat li kull reġistrazzjoni tirrappreżenta okkorrenza ta’ inċident separata fuq il-post tax-xogħol. Qabel in-numru tal-każ magħżul għandhom jitniżżlu l-erba' ċifri tas-sena meta ġie notifikat l-inċident lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
2013 |
|
Attività Ekonomika tal-Impjegatur |
Livell b'erba' ċifri tar-Rev.2 tal-NACE (1) |
2013 għas-setturi tar-Rev.2 tal-NACE A u C-N 2015 għas-setturi tar-Rev.2 tal-NACE B u O-S. |
|
Okkupazzjoni tal-Vittima |
Livell b'żewġ ċifri tal-ISCO-08 |
2013 |
|
Età tal-Vittima |
Numru b'żewġ ċifri |
2013 |
|
Sess tal-Vittima |
Kodiċi b'ċifra waħda |
2013 |
|
It-Tip ta’ Korriment |
Verżjoni bi tliet ċifri tal-klassifikazzjoni ESAW għat-“Tip ta’ korriment” skont il-metodoloġija tal-ESAW. |
2013 |
|
Parti mill-Ġisem Imweġġa' |
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“parti mill-ġisem imweġġa” skont il-metodoloġija tal-ESAW. |
2013 |
|
Post Ġeografiku tal-Inċident |
Kodiċi b'ħames ċifri skont il-klassifikazzjoni NUTS. (2) |
2013 |
|
Data tal-Inċident |
Varjabbli numeriku li huwa indikat bħala sena, xahar u jum |
2013 |
|
Ħin tal-Inċident |
Varjabbli b'żewġ ċifri li jiddeskrivi l-intervalli ta’ ħin f'sigħat skont il-metodoloġija tal-ESAW |
fakultattiv |
|
Daqs tal-Impriża |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
fakultattiv |
|
Nazzjonalità tal-Vittima |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
fakultattiv |
|
Status tal-Impjieg tal-Vittima |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2013 |
|
Jiem mitlufa (severità) |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW Jintużaw kodiċijiet speċifiċi biex juru l-inkapaċità permanenti u inċident fatali. |
2013 |
|
Piż tal-ġbir tal-ESAW |
Għandu jintuża meta l-Istat Membru juża kampjun għall-ġbir tad-dejta dwar l-inċidenti u/jew irid jagħmel xi korrezzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ rappurtaġġ. Jekk ma japplikax jintuża l-valur standard ta’ 1. |
2013 |
Varjabbli tal-fażi III tal-ESAW dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi
|
Varjabbli |
Speċifikazzjonijiet |
L-ewwel sena għat-trasmissjoni tad-dejta |
||
|
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni bi tliet ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Ambjent tax-Xogħol” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Proċess tax-Xogħol” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Attività Fizika Speċifika” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tad-“Devjazzjoni” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Kuntatt - Metodu ta’ korriment” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni b'erba' ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Aġent Materjali” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni b'erba' ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Aġent Materjali” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Verżjoni b'erba' ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Aġent Materjali” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*1) |
||
|
Piż tal-Kawżi u ċ-Ċirkustanzi |
Għandu jintuża meta l-Istat Membru japplika kampjun addizzjonali għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli tal-Fażi III tal-ESAW dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi. Jekk ma japplikax jintuża l-valur standard ta’ 1. |
2015 |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tal-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitlu 14, Volum 01 p. 196).
(*1) Trasmissjoni obbligatorja ta’ mill-inqas 3 mid-9 varjabbli
ANNESS II
LISTA TA' PROFESSJONIJIET LI HUMA SOĠĠETTI GĦALL-KUNFIDENZJALITÀ GĦALL-KUNSINNA FUQ BAŻI VOLONTARJA
|
|
Skont l-ISCO-08:
|
|
|
Skont ir-Rev.2 tal-NACE:
|
ANNESS III
METADEJTA
Fejn japplika u fejn ikun rilevanti għall-fehim sħiħ tad-dejta tal-ESAW, il-metadejta tiddeskrivi l-oġġetti li ġejjin:
|
— |
il-popolazzjoni koperta f’termini tas-setturi, u possibbilment is-sottosetturi tar-Rev.2 tal-NACE, u l-istatus tal-impjieg; |
|
— |
l-informazzjoni dwar professjonijiet/attivitajiet li għalihom id-dejta dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol hija soġġetta għall-kunfidenzjalità mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u ma tistax tiġi trasmessa; |
|
— |
ir-rati ta’ dikjarazzjoni għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li għandhom jintużaw għall-korrezzjoni tan-nuqqas tar-rappurtaġġ; |
|
— |
il-kopertura tat-tipi differenti ta’ inċidenti kif spjegat fil-metodoloġija tal-ESAW; |
|
— |
il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni - jekk japplika – li jintuża fl-istabbiliment tal-ġbir tal-mikrodejta; |
|
— |
il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni - jekk japplika – li jintuża għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi; |
|
— |
l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku fatali u ta’ inċidenti fatali li jkunu saru fuq kwalunkwe mezz ta’ trasport fuq vjaġġ matul ix-xogħol għall-persuni li huma impjegati barra mis-settur H tar-Rev.2 tal-NACE “Trasport”; |
|
— |
informazzjoni dwar kwalunkwe speċifità nazzjonali li hija essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni ta’ statistika u indikaturi komparabbli. |
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 350/2011
tal-11 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 rigward ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ kunsinni ta’ gajdri tal-Paċifiku maħsuba għall-Istati Membri jew partijiet minnhom b’miżuri nazzjonali rigward il-virus tal-erpete tal-gajdri ostreid herpes 1 μνar (OsHV-1 μνar) approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 61(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard (2) jistipula r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq li jinkludu rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni, biex jiddaħħlu annimali tal-akkwakultura f’żoni fejn hemm miżuri nazzjonali approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (3). |
|
(2) |
Mill-2008 sal-lum kien hemm żieda fil-mortalità tal-gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) f’għadd ta’ żoni fl-Irlanda, fi Franza u fir-Renju Unit. L-istudji epidemjoloġiċi li twettqu fl-2009 taw ħjiel li l-kaġun ta’ dan hija, fil-parti l-kbira, razza ta’ virus tal-erpete tal-gajdri-1 (ostreid herpesvirus-1 - OsHV-1), OsHV-1 μνar, li ma ilhiex li ġiet deskritta. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ miżuri għall-kontroll taż-żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-ispeċi Crassostrea gigas b’rabta mas-sejbien tal-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) (4) ġie adottat bl-għan li jwaqqaf iżjed tixrid ta’ OsHV-1 μνar. Dan introduċa għadd ta’ miżuri għall-kontroll tat-tixrid ta’ din il-marda u għandu jibqa’ japplika sat-30 ta’ April 2011. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE, kif ġiet emendata dan l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/187/UE (5), tippermetti lil dawk l-Istati Membri li huma elenkati fl-Anness III tagħha li jimponu r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq fuq it-trasportazzjoni ta’ gajdri tal-Paċifiku f’żoni fejn hemm programmi approvati ta’ sorveljanza, biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ OsHV-1 μνar f’dawn iż-żoni. Għaċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżiti rispettivi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008. |
|
(5) |
Biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ OsHV-1 μνar fl-Istati Membri jew f’partijiet minnhom elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE, il-kunsinni ta’ gajdri tal-Paċifiku li huma ddestinati għat-trobbija jew għal żoni ta’ żamma, u għal ċentri ta’ spedizzjoni, ċentri ta’ tisfija jew negozji simili qabel ma jittieklu mill-bnedmin, li jidħlu f’dawn l-Istati Membri jew f’partijiet minnhom iridu jkunu oriġinaw minn żona fejn hemm stat ta’ saħħa ekwivalenti. |
|
(6) |
Biex jiġi żgurat li dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfatti, dawn il-kunsinni jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jipprovdi ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Jeħtieġ li jiġu stipulati miżuri tranżitorji biex jippermettu lill-Istati Membri u l-industrija jwettqu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Biex ma jinfirixx iżjed l-OsHV-1 μνar, dan ir-Regolament għandu japplika minnufih wara d-data ta’ skadenza tar-Regolament (KE) Nru 175/2010. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (b)(ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Mal-Artikolu 8a(1)(a), għandu jiżdied il-punt (iii) li ġej:
|
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8b li ġej: “L-Artikolu 8b Molluski ħajjin maħsubin biex jintbagħtu f’ċentri ta’ spedizzjoni, ċentri ta’ tisfija jew negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem fl-Istati Membri u partijiet minnhom li għandhom miżuri nazzjonali approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE. 1. Kunsinni ta’ molluski ħajjin maħsuba għal ċentri ta’ spedizzjoni, ċentri ta’ tisfija, u negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mimli skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Anness II u n-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fl-Anness V, fejn dawn l-annimali:
2. Il-kunsinni tal-molluski ħajjin imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fiċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u n-noti ta’ spjegazzjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu. 3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-kunsinni ddestinati għaċ-ċentri ta’ spedizzjoni, għaċ-ċentri ta’ tisfija jew negozji simili li għandhom sistema ta’ trattament tal-effluwent ivvalidata mill-awtorità kompetenti li:
|
|
(4) |
L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Għal perjodu transizzjonali sal-15 ta’ Mejju 2011, il-kunsinni ta’ gajdri tal-Paċifiku akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin skont il-Parti A jew B tal-Anness II tar-Regolament (KE) 1251/2008 qabel l-emendi li ddaħlu permezz tar-Regolament preżenti, u ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ skont l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 175/2010 jistgħu jitpoġġew fis-suq sakemm jaslu fid-destinazzjoni aħħarija tagħhom qabel din id-data.
2. Għal perjodu transizzjonali sal-1 ta’ Lulju 2012, il-kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin skont il-Parti A jew B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qabel ma ddaħlu l-emendi mir-Regolament preżenti, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm ma japplikawx id-dikjarazzjonijiet rigward l-OsHV-1 μνar stabbiliti fil-Parti II ta’ dawn iċ-ċertifikati u sakemm dawn jaslu fid-destinazzjoni tagħhom qabel din id-data.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
ANNESS
“ANNESS II
PARTI A
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, għaż-żoni ta’ żamma, għal meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid
PARTI B
Mudell taċ-ċertifikat ta’ saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għal aktar ipproċessar, għal ċentri ta’ spedizzjoni u ċentri ta’ tisfija u negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem
PARTI Ċ
Lista ta’ speċijiet suxxettibbli għall-mard li għalih il-miżuri nazzjonali huma approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE
|
Marda |
Speċi suxxettibbli |
|
Il-Viremija tar-Rebbiegħa tal-Karpjun (SVC) |
karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), karassju (Carassius carassius), karpjun erbivoru (Ctenopharyngodon idellus), karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), karpjun fiddieni (Hypophthalmichthys molitrix), sheatfish (Silurus glanis) tinka (Tinca tinca) u Orf (Leuciscus idus) |
|
Mard batteriku tal-kliewi (BKD) |
Familja: Salmonidae |
|
Vajrus Infettiv tan-Nekrożi Pankreatika (IPN) |
Trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), trota tax-xmajjar (Salvelinus fontinalis), trota kannella (Salmo trutta), Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), u Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), u whitefish (Coregonus lavaretus) |
|
Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), trota tal-Paċifiku (Oncorhynchus mykiss), trota tal-Artiku (Salvelinus alpinus), trota tax-xmajjar tal-Amerika ta’ Fuq (Salvelinus fontinalis), grayling (Thymallus thymallus), trota tal-għadajjar tal-Amerika ta’ Fuq (Salvelinus namaycush) u trota kannella (Salmo trutta). |
|
Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) |
Gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas)” |
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2011
tal-11 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 297/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf impurtati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment. |
|
(2) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli tar-radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mil-Ġappun bħall-ħalib u l-ispinaċi jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Tali kontaminazzjoni tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fi ħdan l-Unjoni u għalhekk fil-25 ta’ Marzu 2011 ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 297/2011 jipprevedi l-ħtieġa ta’ kontroll qabel l-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġappun. Il-livelli ta’ azzjoni għall-jodju, iċ-ċesju u l-plutonju fl-ikel ġew stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġappun. Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa fis-17 ta’ Marzu 2011 b’dawn il-livelli ta’ azzjoni applikabbli fil-Ġappun iżda kien indikat li dawn il-livelli ta’ azzjoni ġew adottati għalissa bħala valuri ta’ regolazzjoni provviżorji. L-awtoritajiet mill-Ġappun għarrfu wkoll lill-Kummissjoni li l-prodotti li ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq tal-Ġappun lanqas ma jitħallew li jiġu esportati. Issa sar evidenti li dawn il-livelli ta’ azzjoni se jiġu applikati fil-Ġappun għal perjodu itwal. Għalhekk, sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet Ġappuniżi u l-kontrolli fuq il-livell tar-radjonuklidi mwettqa fuq l-għalf u l-ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun fid-dħul tal-UE, huwa xieraq li jiġu applikati fuq bażi provviżorja l-istess livelli massimi fl-UE għar-radjonuklidi fl-għalf u fl-ikel mill-Ġappun bħal-livelli ta' azzjoni applikabbli fil-Ġappun sakemm dawn ikunu aktar baxxi mill-valuri tal-UE. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għal-livelli stabbiliti xjentifikament stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 għall-applikazzjoni fil-każ ta’ aċċident nukleari fil-futur jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li taffettwa t-territorju tal-UE. Dan ir-Regolament japplika għall-isotopi ta’ stronzju u l-valuri huma stabbiliti fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, billi ma hemm l-ebda valuri bħal dawn stabbiliti fil-Ġappun. |
|
(5) |
Billi għalissa hemm evidenza li l-għalf u l-ikel li joriġinaw minn ċerti reġjuni tal-Ġappun huma kkontaminati mir-radjonuklidi jodju-131, ċesju-134 u ċesju-137 u li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-għalf u l-ikel li joriġinaw jew ġejjin mill-Ġappun huma kkontaminati b’radjonuklidi oħra, huwa xieraq li jiġu ristretti l-kontrolli obbligatorji għal jodju-131, ċesju-134 u ċesju-137. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwettqu analiżi fuq bażi volontarja għall-preżenza ta’ radjonuklidi oħra sabiex jiġbru informazzjoni dwar il-preżenza possibbli ta’ dawn ir-radjonuklidi oħra. Għalhekk huwa xieraq li jissemmew il-livelli massimi eżistenti fil-leġiżlazzjoni tal-UE jew il-livelli ta’ azzjoni applikati fil-Ġappun għar-radjonuklidi tal-elementi stronzju, plutonju u trans-plutonju fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (UE) Nru 297/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 297/2011 huwa emendat kif ġej
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Prodotti li ma jkunux konformi L-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun li ma jikkonformawx mal-livelli massimi msemmijin fl-Anness II ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Tali għalf u ikel li ma jikkonformawx għandhom jintremew b’mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini.” |
|
(3) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Jiżdied Anness II ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS II
Livelli massimi għall-oġġetti tal-ikel (1) (Bq/kg)
|
|
Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar |
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Oġġetti oħra tal-ikel għajr oġġetti tal-ikel likwidi |
Oġġetti tal-ikel likwidi |
|
Total ta’ Isotopi tal-istronzju, l-aktar Sr-90 |
75 |
125 |
750 |
125 |
|
Total ta’ Isotopi tal-jodju, l-aktar I-131 |
100 (2) |
300 (3) |
2 000 |
300 (3) |
|
Total ta’ Isotopi li jarmu Alpha tal-elementi tal-plutonju u tat-trans-plutonju, l-aktar Pu-239, Am-241 |
1 |
1 (3) |
10 (3) |
1 (3) |
|
Total tan-nuklidi l-oħra kollha li jonqsu bin-nofs fi żmien itwal minn 10 ijiem, l-aktar Cs-134 u Cs-137, għajr C-14 u H-3 |
200 (3) |
200 (3) |
500 (3) |
200 (3) |
Livelli massimi għall-oġġetti tal-għalf (4) (Bq/kg)
|
|
Oġġetti tal-għalf |
|
Total ta’ Cs-134 u Cs-137 |
500 (5) |
|
Total ta’ Isotopi tal-jodju, l-aktar I-131 |
2 000 (6) |
(1) Il-livell applikabbli għall-prodotti konċentrati jew imnixxfa huwa ikkalkulat fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum.
(2) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu, fuq bażi provviżorja, il-valuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 3954/87.
(3) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi, fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90.
(4) Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umidità ta’ 12 %.
(5) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi, fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90.
(6) Dan il-valur huwa stipulat fuq bażi provviżorja u meqjus bħala l-istess tal-oġġetti tal-ikel, sakemm issir valutazzjoni tal-fatturi ta’ trasferiment tal-jodju mill-oġġetti tal-għalf għall-prodotti tal-ikel.
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 352/2011
tal-11 ta’ April 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ April 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
68,6 |
|
MA |
44,0 |
|
|
TN |
106,6 |
|
|
TR |
88,7 |
|
|
ZZ |
77,0 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
152,2 |
|
TR |
116,5 |
|
|
ZZ |
134,4 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
80,0 |
|
TR |
85,5 |
|
|
ZA |
15,5 |
|
|
ZZ |
60,3 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
48,0 |
|
IL |
78,6 |
|
|
MA |
46,4 |
|
|
TN |
48,9 |
|
|
TR |
73,9 |
|
|
ZZ |
59,2 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
53,4 |
|
ZZ |
53,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
77,8 |
|
BR |
71,5 |
|
|
CA |
91,3 |
|
|
CL |
85,3 |
|
|
CN |
96,7 |
|
|
MK |
50,2 |
|
|
NZ |
123,1 |
|
|
US |
131,4 |
|
|
UY |
65,6 |
|
|
ZA |
84,4 |
|
|
ZZ |
87,7 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
89,4 |
|
CL |
108,4 |
|
|
CN |
73,5 |
|
|
US |
72,1 |
|
|
ZA |
103,4 |
|
|
ZZ |
89,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 353/2011
tal-11 ta’ April 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 347/2011 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-12 ta’ April 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-12 ta’ April 2011
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
47,82 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
47,82 |
0,56 |
|
1701 12 10 (1) |
47,82 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
47,82 |
0,26 |
|
1701 91 00 (2) |
48,51 |
2,92 |
|
1701 99 10 (2) |
48,51 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
48,51 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,49 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DIRETTIVI
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/28 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/38/UE
tal-11 ta’ April 2011
li temenda l-Anness V għad-Direttiva 2004/33/KE dwar il-valuri massimi ta’ pH għal konċentrati ta’ pjastrini fi tmiem il-perjodu ta’ konservazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (1), u b’mod partikolari l-punt (f) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 29 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-punt 2.4 tal-Anness V għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat-22 ta’ Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/EK tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (2) tistabbilixxi livell ta’ pH minimu (6,4) u massimu (7,4) għal unitajiet ta’ pjastrini fi tmiem il-perjodu ta’ konservazzjoni. Għalhekk, l-unitajiet ta’ pjastrini li ma jilħqux dawn il-valuri minimi jew massimi għandhom jintremew. |
|
(2) |
Evidenza xjentifika riċenti u esperjenza prattika f’dan il-qasam uriet li valuri ta’ pH ogħla minn 7,4 ma jagħmlux effett fuq il-kwalità u s-sigurtà ta’ pjastrini maħżuna, kuntrarju għal livelli ta’ pH anqas minn 6,4 li sistematikament jirriżultaw fi ħsara lill-pjastrini, u li valur massimu ta’ pH għal konċentrati ta’ pjastrini għalhekk mhumiex meħtieġa. |
|
(3) |
Ir-rimi ta’ pjastrini li jeċċedi l-valur massimu ta’ pH kif stabbilit fl-Anness V mad-Direttiva 2004/33/KE iwassal għal telf konsiderevoli. Dan it-telf jista’ jiżdied fil-futur minħabba metodi ġodda ta’ ġbir u boroż tal-ħażna, li t-tnejn jiġġeneraw valur ta’ pH ogħla fi tmiem il-perjodu ta’ konservazzjoni. |
|
(4) |
Għalhekk il-valur ta’ pH massimu (7,4) għall-konċentrati kollha ta’ pjastrini elenkati fl-Anness V mad-Direttiva 2004/33/KE għandu jitneħħa. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness V għad-Direttiva 2004/33/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fil-punt 2.4 tal-Anness V għad-Direttiva 2004/33/KE, għall-annotazzjonijiet:
|
— |
“pjastrini, aferesi”, |
|
— |
“pjastrini, aferesi, imbattla mil-lewkoċite”, |
|
— |
“pjastrini, irkuprati, miġbura flimkien”, |
|
— |
“platelets, irkuprati, miġbura flimkien, imbattla mil-lewkoċite”, |
|
— |
“pjastrini, irkuprati, unità waħdiena”, u |
|
— |
“pjastrini, irkuprati, unità waħdiena, imbattla mil-lewkoċite”, |
ir-riżultati aċċettabbli għal kejl ta’ kwalità għal pH huma mibdula ma’ dawn li ġejjin:
“Minimu ta’ 6,4 irranġat għal dak ta’ 22 °C, fi tmiem il-perjodu ta’ konservazzjoni”.
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/30 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/39/UE
tal-11 ta’ April 2011
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-fenażakwin bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista inkludiet il-fenażakwin. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ din is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-fenażakwin. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). |
|
(4) |
L-applikazzjoni tressqet lill-Greċja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
|
(5) |
Il-Greċja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hi bgħatet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Jannar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-fenażakwin lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fil-11 ta’ Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fenażakwin. |
|
(6) |
Ħareġ ċar mid-diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fenażakwin huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-fenażakwin tiġi inkluża fl-Anness I biex jiġi assigurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni. |
|
(8) |
Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet definiti fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fenażakwin biex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(9) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I. |
|
(10) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi li l-fenażakwin ma tkunx inkluża u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-fenażakwin fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
(12) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Il-linja li tikkonċerna l-fenażakwin fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.
Artikolu 3
Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fenażakwin bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.
Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li tikkonċerna l-fenażakwin ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-fenażakwin bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li għandhom jiġu kollha elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fenażakwin. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) (b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fenażakwin bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-fenażakwin bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettiva/rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda tkun l-aktar reċenti. |
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fenazaquin. EFSA Journal 2010; 8(11):1892. [74 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1892. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu.
ANNESS
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
“345 |
Fenażakwin Nru tal-CAS: 120928-09-8 Nru tas-CIPAC: 693 |
4-tert-butilfenetil kwinażolin-4-yl-etere |
≥ 975 g/kg |
fl-1 ta’ Ġunju 2011. |
fil-31 ta’ Mejju 2021. |
PARTI A L-użi bħala akariċida fis-serer fuq pjanti ornamentali biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fenażakwin, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri għandhom:
|
(1) Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta’ reviżjoni.
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/34 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/40/UE
tal-11 ta’ April 2011
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi s-sintofen bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi is-sintofen. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata rigward in-noninklużjoni tas-sintofen. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). |
|
(4) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
|
(5) |
Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Jannar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar is-sintofen lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil-11 ta’ Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għas-sintofen |
|
(6) |
Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sintofen huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li s-sintofen jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jintalab li l-applikant jibgħat tagħrif ulterjuri li jikkonferma: l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, ir-rilevanza tal-impuritajiet preżenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, ir-rilevanza tal-materjal użat fit-test fil-fajls tat-tossiċità u l-ekotossiċità u l-profil metaboliku tas-sintofen fl-għelejjel rotazzjonali. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni. |
|
(9) |
Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sintofen biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(10) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa. |
|
(11) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tas-sintofen u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar l-linja dwar is-sintofen fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Il-linja li tikkonċerna s-sintofen fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sintofen bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.
Sa dakinhar huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw is-sintofen jkunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sintofen bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna s-sintofen. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-sintofen bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew |
|
(b) |
il-każ ta’ prodott li fih is-sintofen bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti mal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti. |
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva sintofen. EFSA Journal 2010;8(12):. [49 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1931. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
ANNESS
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
|
“347 |
Sintofen Nru CAS: 130561-48-7 Nru CIPAC: 717 |
1-(4-klorofenil)-1,4-diidro-5-(2-metossietossi)-4-ossoċinnolina-3- aċtu karbossiliku |
≥ 980 g/kg Impuritajiet:
|
fl-1 ta’ Ġunju 2011 |
fil-31 ta’ Mejju 2021 |
PARTI A Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti fuq il-qamħ għall-produzzjoni taż-żerriegħa ibrida mhux maħsuba għall-konsum uman. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar is-sintofen u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu partikolarment kas ir-risju lill-operaturi u lill-ħaddiema u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Huma għandhom jiżguraw li l-qamħ ittrattat bis-sintofen ma jidħolx fil-katina alimentari u tal-għalf. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jintbagħat tagħrif ta’ konferma rigward:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi lill-Kummissjoni: it-tagħrif stabbilit fil-punti (1) (2) u (3) mill-1 ta' Diċembru 2011 u t-tagħrif stabbilit fil-punt (4) sal-31 ta’ Mejju 2013.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/38 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/41/UE
tal-11 ta’ April 2011
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-ditijanon bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi d-ditijanon. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata rigward in-noninklużjoni tad-ditijanon. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). |
|
(4) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Greċja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostanzjali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
|
(5) |
Il-Greċja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-27 ta' Jannar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar id-ditijanon lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil-11 ta’ Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-ditijanon. |
|
(6) |
Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-ditijanon huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li d-ditijanon jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-applikant jintalab jibgħat it-tagħrif li jikkonferma l-istabilità għall-ħażna u n-natura tar-residwi fil-prodotti pproċessati, il-valutazzjoni tal-espożizzjoni akkwatika u tal-ilma ta’ taħt l-art għall-aċtu ftaliku u l-valutazzjoni tar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi fir-rigward tal-aċtu ftaliku, ftalaldeid u 1,2 benżenedimetanol. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni. |
|
(9) |
Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-ditijanon biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(10) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa. |
|
(11) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tad-ditijanon u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza sal- 31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar l-linja dwar id-ditijanon fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Il-linja li tikkonċerna d-ditijanon fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-ditijanon bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.
Sa dakinhar huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna d-ditijanon jkunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu jew ikollu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih id-ditijanon bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna d-ditijanon. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih id-ditijanon bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew |
|
(b) |
il-każ ta’ prodott li fih id-ditijanon bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti mal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti. |
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.
(6) L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva ditjanon. EFSA Journal 2010; 8(11):1904. [121 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1904. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu
ANNESS
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
|
“344 |
Ditijanon Nru CAS: 3347-22-6 Nru CIPAC: 153 |
5,10-diidro-5,10-diossonafto[2,3-b]-1,4-ditiina-2,3-dikarbonitril |
≥ 930 g/kg |
fl-1 ta’ Ġunju 2011 |
fil-31 ta’ Mejju 2021 |
PARTI A Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-ditijanon u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011. F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jintbagħat tagħrif ta’ konferma rigward:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat dan it-tagħrif lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/42 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/42/UE
tal-11 ta’ April 2011
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-flutriafol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi il-flutriafol. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata rigward in-noninklużjoni tal-flutriafol. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). |
|
(4) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali sottomessa mill-applikant u pprepara rapport addizzjonali. Huwa kkomunika dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Jannar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-flutriafol lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Ottubru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil-11 ta’ Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-flutriafol. |
|
(6) |
Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flutriafol huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-flutriafol jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-applikant jintalab jibgħat tagħrif ulterjuri li jikkonferma r-rilevanza tal-impuritajiet preżenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-valutazzjoni fir-rigward tar-residwi ta’ metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs) f’għelejjel primarji, għelejjel rotazzjonali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali u r-riskju fit-tul tal-għasafar insettivorużi. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni. |
|
(9) |
Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flutriafol biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(10) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I. |
|
(11) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tal-flutriafol u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar l-linja dwar il-flutriafol fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Il-linja li tikkonċerna l-flutriafol fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flutriafol bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.
Sa dakinhar huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-flutriafol jkunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-flutriafol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-flutriafol. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-flutriafol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-flutriafol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti mal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti. |
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.
(6) L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva flutriafol. EFSA Journal 2010;8(10):1868. [50 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2010.1868. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
ANNESS
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
|
“346 |
Flutriafol Nru CAS: 76674-21-0 Nru CIPAC: 436 |
(RS)-2,4′-difluworo-α-(1H-1,2,4-triazol-1-ilmetil)benżidril alkoħol |
≥ 920 g/kg (raċemat) Impuritajiet rilevanti: sulfat tad-dimetil: kontenut massimu 0,1 g/kg dimetilformammid kontenut massimu 1 g/kg metanol: kontenut massimu 1 g/kg |
fl-1 ta’ Ġunju 2011 |
fil-31 ta’ Mejju 2021 |
PARTI A Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-flutriafol u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011. F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom:
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzoni tar-riskju, fejn xieraq. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi din l-informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni rigward:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punt (a) sal-1 ta' Diċembru 2011, l-informazzjoni stabbilita fil-punti (b) u (c) sal-31 ta’ Mejju 2013.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
DEĊIŻJONIJIET
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/230/PESK
tat-8 ta’ April 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 31(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
ANNESS
ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
1. |
SIR (Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar) |
|
2. |
Port Awtonomu ta’ Abidjan |
|
3. |
Port Awtonomu ta’ San Pedro |
|
4. |
CGFCC (Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafè u l-Kawkaw) |
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' April 2011
li tagħti deroga lil ċerti Stati Membri fir-rispett tat-trasmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2403)
(It-testi bil-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Latvjan u l-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2011/231/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talbiet li saru mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, din tapplika għall-produzzjoni tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol kif definiti fl-Anness IV. |
|
(2) |
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistipula, jekk hemm bżonn, derogi u perjodi ta' tranżizzjoni għall-Istati Membri, li t-tnejn iridu jkunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi. |
|
(3) |
Jirriżulta mill-informazzjoni provduta lill-Kummissjoni li t-talbiet għal derogi li saru mill-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit ġejjin mill-bżonn ta' addattamenti ewlenin għas-sistemi nazzjonali amministrattivi u statistiċi sabiex jikkonformaw kompletament mar-Regolament (KE) Nru 1338/2008. |
|
(4) |
Għalhekk dawn id-derogi għandhom jingħataw kif mitlub lill dawk l-Istati Membri. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi kif previsti fl-Anness jingħataw lill-Istati Membri elenkati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Id-derogi mir-Regolament (KE) Nru 1338/2008, implimentat mill-Kummissjoni, li jikkonċernaw l-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol
|
Stat Membru |
Deroga |
Tmiem tad-deroga |
|
Il-Belġju |
L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-impjegati tas-settur pubbliku (NACE O): 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
L-ewwel fornitura tal-varjanti ISCO-08: 2014 (dejta fir-rigward tal-2012). |
fit-30 ta’ Ġunju 2014. |
|
|
Il-Ġermanja |
L-ewwel fornitura tad-dejta tal-varjanti “jiem mitlufa”, ISCO-08 u NACE Rev.2 fuq il-livell ta’ 4 ċifri: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-impjegati taċ-ċivil: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
|
L-Irlanda |
L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti tat-traffiku (livell ogħla fid-dejta dwar l-inċidenti tat-traffiku): 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
Il-Greċja |
L-ewwel fornitura tad-dejta tal-varjanti “jiem mitlufa”, “tip ta’ korriment” u l-varjanti tal-fażi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-impjegati tas-settur pubbliku (NACE O) u għall-impjegati tal-fergħat tan-NACE Rev. 2 li mhumiex assigurati mill-Fondazzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali (IKA): 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
|
Franza |
L-ewwel fornitura tal-varjanti tal-fazi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
Kopertura sħiħa tal-impjegati kollha fis-setturi tan-NACE Rev.2 A-S: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
|
Il-Latvja |
L-ewwel fornitura tal-varjanti “jiem mitlufa”, “attività ekonomika tal-impjegatur” bil-kodiċi dettaljat ta' 4 ċifri tan-NACE Rev. 2 u l-lokazzjoni ġeografika skont in-NUTS: 2014 (dejta fir-rigward tal-2012). |
fit-30 ta’ Ġunju 2014. |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
L-ewwel fornitura tal-varjanti “okkupazzjoni”, “tip ta’ korriment”“il-parti imweġġgħa tal-ġisem”, “data tal-inċident”, “jiem mitlufa” u l-varjanti tal-fażi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
Ir-Renju Unit |
L-ewwel fornitura tal-varjanti “jiem mitlufa”: 2015 (dejta fir-rigward tal-2013). |
fit-30 ta’ Ġunju 2015. |
|
L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti tat-traffiku: 2015 (dejta fir-rigward tal-2013). |
fit-30 ta’ Ġunju 2015. |
|
|
L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti li jinvolvu ekwipaġġ tal-ajru u baħrin: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014). |
fit-30 ta’ Ġunju 2016. |
|
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ April 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2000/367/KE li tistabbilixxi sistema ta’ klassifika għar-reżistenza għan-nar tal-prodotti tal-bini, xogħlijiet ta’ bini u partijiet minnhom
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2417)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/232/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2) tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta’ reżistenza għan-nar ta’ prodotti għall-bini, xogħlijiet ta’ bini u partijiet minnhom (2) għandha tiġi emendata biex jitqies il-progress tekniku fl-iżvilupp tal-metodi relevanti għat-testijiet u sabiex jiġu inklużi l-ostakoli tan-nar (cavity barriers). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2000/367/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/367/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/367/KE hu emendat kif ġej:
|
1. |
Fit-taqsima 3 “Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta’ elementi li jifilħu t-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet”, it-tabella tal-klassifikazzjoni marbuta ma’ “Soqfa mingħajr resistenza indipendenti għan-nar” tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
||||||||
|
2. |
Fit-taqsima 3 “Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta’ elementi li jifilħu t-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet”, it-tabella tal-klassifikazzjoni marbuta ma’ “kisi, rivestimenti u grilji ta’ protezzjoni kontra n-nar” tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
||||||||
|
3. |
Fit-taqsima 4 “Elementi li ma jifilħux it-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet u prodotti għalhekk”, it-tabella tal-klassifikazzjoni marbuta ma’ “partizzjonijiet (inklużi dawk li jinkorporaw porzjonijiet mhux insulati)” tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Għall-ostakoli tan-nar (cavity barriers) minbarra dan l-istandard hemm ukoll EOTA TR 031.”