Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2007_205_R_0001_01

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2007 tat- 23 ta' Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra
    Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra

    ĠU L 205, 7.8.2007, p. 1–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 205/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 893/2007

    tat-23 ta' Lulju 2007

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ĠU C,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunità nnegozjat mar-Repubblika ta' Kiribati Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi lil bastimenti Komunitarji b' opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet li l-Kiribati għandha sovranità jew ġurisdizzjoni fuqhom f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd.

    (2)

    B'riżultat ta' dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta' Sħubija ġdid dwar is-Sajd fid-19 ta' Lulju 2006.

    (3)

    Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dak il-Ftehim.

    (4)

    Huwa importanti li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta' sajd bejn l-Istati Membri,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-opportunitajiet ta' sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

    bastimenti tas-sajd bil-purse seines

    Franza:

    Spanja:

    27 % tal-liċenzji disponibbli

    73 % tal-liċenzji disponibbli

    bastimenti bil-konzijiet

    Spanja:

    Il-Portugall:

    6 bastimenti.

    6 bastimenti.

    Jekk l-applikazzjonijiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta' sajd kollha ffissati fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra applikazzjonijiet għal liċenzji minn kull Stat Membru ieħor.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu skond il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' kull ħażna maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (1).

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim li jorbot il-Komunità.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membru kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta' Lulju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. AMADO


    (1)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


    FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD

    bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”

    minn naħa waħda,

    u

    IR-REPUBBLIKA TA' KIRIBATI, minn hawn ’il quddiem “Kiribati”,

    min-naħa l-oħra

    minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet”,

    FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn il-Komunità u Kiribati, partikolarment fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u x-xewqa reċiproka tagħhom li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

    FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-koperazzjoni,

    FILWAQT LI JQISU l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħażniet tal-Ħut;

    FILWAQT LI JGĦARFU li Kiribati teżerċita d-drittijiet sovrani tagħha u tal-ġurisdizzjoni fiż-żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linji tal-bażi skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar,

    KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' l-imġiba għal sajd responsabbli adottat waqt il-konferenza ta' l-FAO fl-1995,

    IDDETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, sabiex jippromwovu sajd responsabbli li jassigura l-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fuq żmien twil,

    KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' inizjattivi u miżuri li, esegwiti waħedhom jew flimkien, huma komplementari u jiżguraw politiki konsistenti u s-sinerġija ta' l-isforzi,

    BI ĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, li jiftħu djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta' Kiribati u li jidentifikaw il-mezzi xierqa sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effikaċi ta' din il-politika kif ukoll sabiex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiddaħħlu fil-proċess;

    XEWQANA li jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta' Kiribati, u dawk li jikkonċernaw l-appoġġ mill-Komunità għall-introduzzjoni ta' sajd sostenibbli f'dawk l-ilmijiet;

    DEĊIŻI li jsegwu koperazzjoni ekonomika aktar mill-qrib fl-industrija tas-sajd u ta' l-attivitajiet marbuta magħha, permezz tal-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi konġunti li jinvolvu kumpanniji miż-żewġ Partijiet,

    JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

    (a)

    il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd bil-għan li jitrawwem is-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u sfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u sabiex is-settur tas-sajd f'Kiribati jiżviluppa;

    (b)

    il-kundizzjonijiet li jkopru l-aċċess għall-ilmijiet ta' Kiribati minn opri tas-sajd tal-Komunità

    (c)

    il-koperazzjoni dwar il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra ta' Kiribati sabiex jiġi assigurat il-ħarsien tar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, li l-miżuri ta' konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd ikunu effettivi u li s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU) ma jitħalliex isir;

    (d)

    is-sħubijiet bejn kumpanniji bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

    (a)

    “awtoritajiet ta' Kiribati” tfissier il-Gvern ta' Kiribati;

    (b)

    “awtoritajiet tal-Komunità” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

    (c)

    “ilmijiet ta' Kiribati”, tfisser l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' Kiribati;

    (d)

    “sajd” tfisser is-sajd attwali jew attentat ta' sajd, qbid, teħid, qtil jew ħsad ta' ħut, u jinkludi kwalunkwe attività oħra li raġonevolment tista' tiġi mistennija li tirriżulta fis-sajd jew attentat ta' sajd, qbid, teħid, qtil jew ħsad ta' ħut, jew kalunkwe attività b'appoġġ ta' jew bi tħejjija għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija.

    (e)

    “bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment użat jew adattat għall-użu fis-sajd kummerċjali u tinkludi inġenji, bastimenti ta' appoġġ, ħelikopters u ajruplani żgħar użati f'operazzjonijiet ta' sajd;

    (f)

    “bastiment Komunitarju” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li hu rreġistrat fil-Komunità;

    (g)

    “impriża konġunta” tfisser kumpannija kummerċjali mwaqqfa f'Kiribati mis-sidien tal-bastiment jew minn impriżi nazzjonali mill-Partijiet sabiex ikunu jistgħu jistadu jew ikunu involuti f'attivitajiet relatati;

    (h)

    “Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta' Kiribati, li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim.

    (i)

    “trażbord” tfisser trasferiment magħmul fil-port tal-qabdiet, jew ta' parti minnhom, minn bastiment tas-sajd għal ieħor

    (j)

    “sid ta' bastiment” tfisser kwalunkwe persuna li hija ġuridikament responsabbli mill-bastiment tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah

    (k)

    “baħrin AKP” tfisser kwalunkwe baħri li ġej minn pajjiż mhux Ewropew li ffirma l-Ftehim ta' Cotonou. Għalhekk, baħri minn Kiribati hu baħri AKP

    Artikolu 3

    Il-prinċipji u l-għanijiet fuqhom hija bbażata l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

    1.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skond il-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta' mġiba tal-FAO għas-sajd responsabbli u għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ilmijiet, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet konklużi bejn il-pajjiżi ta' l-istess reġjun ġeografiku li jkunu qed jiżviluppaw, fosthom ftehimiet reċiproki fil-qasam tas-sajd.

    2.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jissorveljaw ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta' Kiribati u għandhom jagħtu bidu għal djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jadottaw il-miżuri eventwali f'dan il-qasam.

    3.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq ta' l-evalwazzjonijiet tal-miżuri, tal-programmi u ta' l-azzjonijiet implimentati abbażi ta' dan il-Ftehim. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu analizzati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 9.

    4.   Il-Partijiet jintrabtu li jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skond il-prinċipji ta' tmexxija ekonomika u soċjali tajba filwaqt li jitħares l-istat tal-ħażniet tal-ħut.

    5.   It-tħaddim ta' baħrin minn Kiribati u/jew AKP abbord il-bastimenti Komunitarji hu kkontrollat mid-Dikjarazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, li tapplika bis-sħiħ fil-qafas tal-kuntratti korrispondenti u tal-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda b'mod partikolari il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' l-għarfien effettiv tad-dritt ta' negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta' l-impjiegi u l-professjonijiet.

    Artikolu 4

    Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

    1.   Sakemm idum japplika l-Ftehim, il-Komunità u Kiribati għandhom jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati.

    2.   Skond il-konklużjonijiet ta' aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt imsemmi f'Artikolu 9 u, fejn meħtieġ, permezz ta' qbil miż-żewġ naħat, jieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

    3.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, jew direttament inkella fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali kkonċernati, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi b'tendenza kbira li jpassu fir-reġjun, u li jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

    Artikolu 5

    L-aċċess tal-bastimenti Komunitarji għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati

    1.   Kiribati tintrabat li tawtorizza lill-bastimenti Komunitarji sabiex jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tagħha skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness tiegħu.

    2.   L-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f'Kiribati. L-awtoritajiet ta' Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-Komunità dwar kwalunkwe emendi għal-leġiżlazzjoni msemmija kif ukoll dwar kwalunwke leġiżlazzjoni oħra li jista' jkollha impatt fuq il-leġiżlazzjonijiet tas-sajd.

    3.   Kiribati għandha tassumi responsabbiltà għall-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-monitoraġġ tas-sajd. Il-bastimenti Komunitarji għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet ta' Kiribati li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu dak il-monitoraġġ. Il-passi meħuda mill-awtoritajiet ta' Kiribati sabiex jirregolaw is-sajd fl-interessi tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, fosthom l-approċċ prekawzjonali. Dawn għandhom jgħoddu mingħajr diskriminazzjoni għal bastimenti Komunitarji kif ukoll għal dawk ta' Kiribati u ta' pajjiżi barranin, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet magħmula bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku wieħed, fosthom ftehimiet reċiproċi dwar is-sajd.

    4.   Il-Komunità tintrabat li tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tassigura l-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim mill-bastimenti tagħha, kif ukoll il-ħarsien tal-leġiżlazzjoni li tikkontrolla s-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Kiribati.

    Artikolu 6

    Liċenzji

    1.   Il-bastimenti Komunitarji jistgħu biss jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati jekk ikollhom liċenzja tas-sajd valida maħruġa skond dan il-Ftehim.

    2.   Il-proċedura li tippermetti l-kisba ta' liċenzja tas-sajd għal bastiment, it-taxxi li japplikaw u l-mod tal-ħlas mis-sidien ta' bastimenti huma ddefiniti fl-Anness tal-Protokoll.

    Artikolu 7

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja

    1.   Il-Komunità għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil Kiribati skond it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Annessi. Din il-kontribuzzjoni waħdanija għandu jkollha żewġ komponenti relatati, jiġifieri:

    (a)

    aċċess mill-opri tal-Komunità għar-riżorsi tas-sajd ta' Kiribati, u

    (b)

    l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta' sajd responsabbli u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    2.   Il-komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-paragrafu hawn fuq għandu jiġi ddeterminat u ġestit fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bejn il-Partijiet bi qbil reċiproku skond il-Protokoll, li għandhom jinkisbu fil-kuntest tal-qafas tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern ta' Kiribati u skond programm annwali u multijannwali għall-implimentazzjoni tagħha.

    3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Komunità għandha titħallas kull sena skond il-Protokoll u għandha tkun soġġetta għal dan il-Ftehim u dan il-Protokoll fil-każ ta' kwalunkwe tibdil għall-ammont tal-kontribuzzjoni b'riżultat ta':

    (a)

    ċirkostanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali, li ma jippermettux is-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati;

    (b)

    it-tnaqqis ta' l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, bi qbil reċiproku, għall-ġestjoni tal-ħażniet konċernati, fejn dan jitqies bħala meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

    (c)

    żieda, bi qbil bejn il-Partijiet, fl-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jekk, skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan;

    (d)

    evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta' l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd f'Kiribati meta r-riżultati tal-programmar annwali u multijannwali kkonstatati mill-Partijiet jiġġustifikaw dan;

    (e)

    terminazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 12.

    (f)

    is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 13.

    Artikolu 8

    Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili

    1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti possibbli f'dan ir-rigward.

    2.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' konservazzjoni u l-proċeduri industrijali ta' l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

    3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kondizzjonijiet xierqa għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tal-Partijiet fil-qasam tekniku, dak ekonomiku u kummerċjali billi iħeġġu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investimenti.

    4.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jimplimentaw pjan ta' azzjoni bejn l-operaturi ta' Kiribati u dawk tal-Komunità bil-għan li jiżviluppaw il-ħatt l-art lokali minn bastimenti Komunitarji.

    5.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' impriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li jkunu konformi b'mod sistematiku mal-leġiżlazzjoni ta' Kiribati u dik Komunitarja.

    Artikolu 9

    Kumitat Konġunt

    1.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt sabiex jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqdi l-funzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jissorvelja l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u b'mod partikolari d-definizzjoni ta' l-ipprogrammar annwali u multijannwali previst fl-Artikolu 7(2) u l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tiegħu;

    (b)

    jipprovdi l-kuntatti meħtieġa għal kwistjonjiet ta' interess komuni marbuta mas-sajd;

    (c)

    iservi ta' forum sabiex jissolvew amikevolment kwalunkwe tilwimiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

    (d)

    jivvaluta mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-livell ta' opportunitajiet ta' sajd possibbli u, konsegwentament, il-kontribuzzjoni finanzjarja;

    (e)

    jaqdi kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha bi qbil komuni.

    2.   Il-Kumitat Konġunt għandu, fil-prinċipju, jiltaqa' darba fis-sena, darba f'Kiribati u d-darba ta' wara fil-Komunità, jew fi kwalunkwe post ieħor skond il-qbil komuni tal-Partijiet, u għandu jkun ippresedut mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Hu jiltaqa' f'sessjoni straordinarja fuq talba ta' waħda mill-Partijiet.

    Artikolu 10

    Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim

    Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' Kiribati.

    Artikolu 11

    Perjodu effettiv

    Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; huwa għandu jiġġedded għal perjodi supplimentari ta' sitt snin, sakemm ma jiġix terminat skond l-Artikolu 12.

    Artikolu 12

    Terminazzjoni

    1.   Dan il-Ftehim jista' jiġi tterminat minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet f'każ ta' ċirkostanzi mhux normali, bħad-degradazzjoni tal-ħażniet konċernati, jekk jirriżulta tnaqqis fil-livell ta' l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jew għan-nuqqas ta' ħarsien ta' l-impenji meħuda mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat.

    2.   Il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta' l-ewwel perjodu jew ta' kull perjodu supplimentari.

    3.   Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-Partijiet jibdew il-konsultazzjonijiet.

    4.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.

    Artikolu 13

    Sospensjoni

    1.   L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet f'każ ta' tilwim serju fir-rigward ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fih. Din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika bil-miktub mill-Parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. Malli jirċievu din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu t-tilwim tagħhom b'mod amikevoli.

    2.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis, skond it-tul ta' żmien tas-sospensjoni.

    Artikolu 14

    Il-Protokoll u l-Anness

    Il-Protokoll u l-Anness jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

    Artikolu 15

    Il-Liġi Nazzjonali

    L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jitmexxew mil-liġi applikabbli f'Kiribati, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim jew il-Protokoll, l-Anness u l-appendiċi tiegħu.

    Artikolu 16

    Klawsola ta' reviżjoni

    Matul it-tielet sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jerġgħu jaraw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi.

    Artikolu 17

    Tħassir

    Fid-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim iħassar u jissostitwixxi l-Ftehim, tas-16 ta' Settembru 2003, bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar is-sajd ’il barra mill-kosta ta' Kiribati.

    Artikolu 18

    Dħul fis-seħħ

    Dan il-Ftehim, imfassal duplikatament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Eston, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri tagħhom.

    PROTOKOLL

    li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta’ sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta’ Settembru 2006 u l-15 ta’ Settembru 2012

    Artikolu 1

    Il-perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd

    1.   Kiribati għandha tagħti liċenzji annwali tas-sajd lil bastimenti Komunitarji tas-sajd tat-tonn skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti stabbiliti mill-Arranġament ta' Palau għall-Ġestjoni tas-Sajd bil-purse seines fil-Punent tal-Paċifiku, minn issa 'l quddiem “l-Arranġament ta' Palau”.

    2.   Mis-16 ta’ Settembru 2006 u għal perjodu ta’ 6 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:

    L-ispeċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982)

    bastimenti tas-sajd bil-purse seines 4 bastimenti;

    bastimenti tas-sajd bil-konz: 12-il bastiment.

    3.   Mit-tieni sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9(d) tal-Ftehim u 4 tal-Protokoll, fuq talba mill-Komunità, in-numru ta' liċenzji tas-sajd għal bastimenti li jistadu bil-purse seines mogħtija fl-Artikolu 1(2) tal-Protokoll jistgħu jiżdiedu, jekk ir-riżorsi jippermettu u skond il-limitazzjonijiet ta' kull sena fl-Arranġament ta' Palau kif ukoll mal-valutazzjoni xierqa ta' l-istokkijiet tat-tonn li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, fosthom il-“Western and Central Pacific Tuna Fishery Overview and Status of Stocks” li tiġi ppublikata kull sena mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku.

    4.   Il-Paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

    5.   Il-bastimenti tal-Komunità jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd valida maħruġa skond dan il-Protokoll f'konformità ma' l-Anness ta' dan il-Protokoll.

    Artikolu 2

    Il-Kontribuzzjonijiet finanzjarji — Il-modalitajiet tal-ħlas

    1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tikkonsisti, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, minn ammont annwali ta’ EUR 416 000 li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 400 tunnellata fis-sena, kif ukoll minn ammont speċifiku ta’ EUR 62 400 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati. Dan l-ammont speċifiku għandu jkun parti integrali mill-kontribuzzjoni finanzjarja unika ddefinita fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.

    2.   Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4, 5 u 7 ta’ dan il-Protokoll.

    3.   Is-somma ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri EUR 478 400, titħallas kull sena mill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

    4.   Jekk il-kwantità kumplessiva tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati taqbeż is-6 400 tunnellata fis-sena kif provdut fl-Art. 2.1. tal-Protokoll, l-ammont tal-kontribut finanzjarju, kif provdut fl-Art. 2.1. tal-Protokoll (EUR 416 000) għandu jiżdied b'EUR 65 għal kull tunnellata aktar li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (EUR 956 800). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

    5.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għas-snin ta’ wara.

    6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-attribuzzjoni ta' dan il-kumpens taqa' taħt id-diskrezzjoni esklussiva ta' l-awtoritajiet ta' Kiribati.

    7.   Is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fl-Aritkolu 7(1) tal-Protokoll għandu jiġi ttrasferit għall-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati ma' l-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa (“Fisheries Development Fund”) li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi. Is-sehem li jibqa' tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi ttrasferit għall-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati ma' l-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi.

    8.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tirrigwarda l-miżuri stipulati fl-Art. 5 tal-protokoll ta' qabel li ma kenitx għadha tħallset fid-data ta' skadenza tagħha għandha titħallas taħt dan il-protokoll.

    Artikolu 3

    Il-kooperazzjoni għal sajd responsabbli — Laqgħa xjentifika annwali

    1.   Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta’ l-Imġiba għal sajd responsabbli ta’ l-FAO u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu jistadu f’dawk l-ibħra.

    2.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom isegwu l-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.

    3.   Skond l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-partijiet, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-“Arranġament ta' Palau” u skond l-evalwazzjoni annwali ta' l-istokkijiet li jagħmel is-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku, għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika. Bi qbil mal-Komunità, Kiribati tista' tadotta miżuri fir-rigward ta' bastimenti Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

    Artikolu 4

    Ir-reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bi qbil reċiproku

    1.   L-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil reċiproku, sakemm il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-“Arranġament ta' Palau” u r-reviżjoni annwali tal-qagħda ta' l-istokkijiet li jagħmel is-Segretarjat tal-Komuntià tal-Paċifiku jikkonfermaw li żieda bħal din ma tipperikolax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' Kiribati. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis.

    Madankollu, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Komunità Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu d-doppju tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-ammont totali annwali rivedut, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

    2.   Min-naħa l-oħra, jekk il-partijiet jaqblu li jadottaw it-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd li jissemma fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.

    3.   It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn kategoriji differenti ta’ bastimenti jista’ wkoll ikun soġġett għal reviżjoni bi qbil bejn iż-żewġ partijiet u b’ħarsien ta’ kull rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jkunu affetwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-partijiet jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jekk it-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd jiġġustifika dan.

    Artikolu 5

    L-opportunitajiet tas-sajd mhux marbuta mat-tonn

    1.   Fil-każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li ma jkunux indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet ta’ Kiribati. Jekk ikun il-każ, il-partijiet jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet ġodda ta’ sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

    2.   Għalhekk, u fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet rilevanti, il-kundizzjonijiet u l-parametri l-oħra għas-sajd esploratorju fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    3.   Il-partijiet se jwettqu s-sajd esploratorju skond il-parametri li huma għandhom jaqblu dwarhom huma t-tnejn f'arranġament amministrattiv, kif jixraq. Jista' jintlaħaq qbil għall-awtorizzazzjonijiet ta' sajd esploratorju għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.

    4.   Fil-każ li l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji esploratorji jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern ta’ Kiribati jista’ jalloka opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Komunità sa l-iskadenza tal-Protokoll attwali. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll attwali tiżdied.

    Artikolu 6

    Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja f'każ ta' force majeure

    1.   Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, minbarra l-fenomeni naturali, li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ Kiribati, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) jista’ jiġi sospiż mill-Komunità wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet fi żmien xahrejn mit-talba ta’ waħda miż-żewġ partijiet u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kull ammont dovut meta ssir is-sospensjoni.

    2.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa jibda malli l-partijiet jaraw, bi qbil reċiproku, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-waqfien ta’ l-attivitajiet ta’ sajd inbidlu u/jew li s-sitwazzjoni tista’ tippermetti li jerġgħu lura għall-attivitajiet ta’ sajd.

    3.   Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tiġi estiża bi żmien twil daqs il-perjodu li fih ġew sospiżi l-attivitajiet ta’ sajd.

    Artikolu 7

    Il-promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati

    1.   30 % ta’ l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilit bl-Artikolu 2 għandu jiġi allokat fl-ewwel sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern ta' Kiribati. Dan il-perċentwal huwa ffissat għal 40 % fit-tieni siena u 60 % s-sena ta' wara dik.

    Kiribati għandha tieħu ħsieb l-ammont korrispondenti fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bi ftehim reċiproku bejn il-partijiet u l-ipprogrammar annwali u multijannwali sabiex dawn l-għanijiet jinkisbu.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Komunità u Kiribati għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, malli l-Protokoll jidħol fis-seħħ u sa mhux aktar tard mit-tliet xhur wara d-dħul ta’ dan il-Protokoll fis-seħħ, dwar programm settorjali multijannwali u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi b’mod partikolari:

    a)

    il-linji ta' gwida annwali u multijannwali għall-użu tal-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 u l-ammonti speċifiċi li jittieħdu minnhom għat-twettiq ta' l-inizjattivi fl-2007;

    b)

    l-għanijiet li jridu jintlaħqu, kemm annwali kif ukoll multiannwali, sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet li Kiribati esprimiet fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli;

    ċ)

    il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

    3.   Kull emenda proposta fil-programm settorjali multijannwali jew fl-użu ta’ l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li għandhom isiru fl-2007 għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

    4.   Kull sena, Kiribati għandha talloka sehem korrispondenti għall-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, għall-implimentazzjoni tal-programm multijannwali. Għall-ewwel sena tal-validità tal-Protokoll, dik l-allokazzjoni trid diġi notifikata lill-Komunità malli l-programm settorjali multiannwali jiġi approvat fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Għal kull sena sussegwenti li fiha jiġi applikat il-Protokoll, Kiribati għandha tinnotifika lill-Komunità bl-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena kkonċernata.

    5.   Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali tiġġustifika dan, il-Komunità Ewropea tkun tista’ titlob li jerġa’ jsir aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll sabiex tadatta l-ammont effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm għal dawn ir-riżultati.

    Artikolu 8

    It-tilwim — is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll

    1.   Kull tilwim bejn il-partijiet fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tal-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun meħtieġ, imlaqqgħa f’sessjoni straordinarja.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet meta t-tilwim bejn iż-żewġ Partijiet jitqies bħala serju u meta l-konsultazzjonijiet li jsiru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skond il-paragrafu 1 ma jkunux wasslu għal arranġament amikevoli.

    3.   Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

    4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinstab soluzzjoni, il-Protokoll jerġa’ jibda japplika u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll tkun ġiet sospiża.

    Artikolu 9

    Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, fil-każ li l-Komunità tonqos milli tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    a)

    L-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, għall-ħlas f’terminu massimu ta’ 60 jum ta’ xogħol mid-data ta’ l-irċevuta tan-notifika.

    b)

    Jekk il-ħlas ma jsirx, u dan ma jkunx ġustifikat kif jixraq fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(6) ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b’dan mill-ewwel.

    ċ)

    Il-Protokoll jerġa’ jibda japplika malli jsir il-ħlas ikkonċernat.

    Artikolu 10

    Liġi nazzjonali

    L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet ta' Kiribati skond dan il-Protokoll għandhom ikunu mmexxija mil-liġi applikabbli f'Kiribati, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jiddisponu dwar dan mod ieħor.

    Artikolu 11

    Il-klawsola ta’ reviżjoni

    Matul it-tielet sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu, il-Partijiet jistgħu jirrevedi d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi.

    Artikolu 12

    Revoka

    L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-kosta ta' Kiribati huwa revokat u sostitwit b'dan il-Protokoll.

    Artikolu 13

    Id-dħul fis-seħħ

    1.   Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li ġew kompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

    2.   Għandu jgħodd b'effett mis-16 ta' Settembru 2006.

    ANNESS

    Il-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati mill-bastimenti tal-komunità

    KAPITOLU I

    REĠISTRAZZJONI U LIĊENZJI

    TAQSIMA 1

    Reġistrazzjoni

    1.   Is-sajd eżerċitat minn bastimenti Komunitarji fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati għandu jkun soġġett għall-ħruġ ta' numru ta' reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.

    2.   L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-forma pprovduta għal dak il-għan mill-awtoritajiet ta' Kiribati li huma responsabbli għas-sajd, skond il-kampjun stipulat fl-Appendiċi I.

    3.   Ir-reġistrazzjoni hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ritratt ta' 15cm b' 20cm tal-bastiment li jkun qed iressaq l-applikazzjoni u ħlas ta' EUR 600 għal kull bastiment bħala tariffa tar-reġistrazzjoni, li għandu jiġi ttrasferit fil-Kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    TAQSIMA 2

    Il-Liċenzji

    1.   Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati fil-qafas tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim sal-15 ta' Settembru 2012.

    2.   Sabiex bastiment ikun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jistgħu jkunu pprojbiti milli jistadu f'Kiribati. Huma jrid ikollhom kollox f'postu fir-rigward ta' l-awtoritajiet ta' Kiribati fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' sajd tagħhom f'Kiribati skond il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Komunità.

    3.   Kull bastiment tal-Komunità li japplika għal liċenzja tas-sajd jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent li jgħix f’Kiribati. L-isem u l-indirizz ta’ dan l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Madankollu, kwalunkwe bastiment li japplika għal liċenzja tas-sajd li tipprovdi għall-ħatt l-art jew it-trażbord f'port ta' Kiribati jrid ikun rappreżentat minn aġent li jkun residenti f'Kiribati.

    4.   L-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità għandhom iressqu talba lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati, applikazzjoni għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skond dan il-Ftehim, mill-inqas 15-il jum qabel il-bidu tal-perjodu ta' validità mitlub.

    5.   L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru responsabbli għas-Sajd f'Kiribati skond il-kampjuni tal-formoli fl-Appendiċi I.

    6.   L-applikazzjonijiet kollha għal liċenzja għandu jkollhom magħhom id-dokumenti li ġejjin:

    irċevuta tal-ħlas tat-tariffa għall-perjodu ta' validità tal-liċenzja;

    kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skond dan il-Protokoll.

    7.   It-tariffa għandha titħallas fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati, skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    8.   It-tariffi jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha. Madankollu, it-taxxi tal-port, it-tariffi tat-trażbord u l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizzi m’humiex inklużi fil-ħlas ta’ din it-tariffa.

    9.   Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jinħarġu lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għal Kiribati (“id-Delegazzjoni”) fi żmien 15-il jum mill-wasla tad-dokumenti kollha msemmija fil-punt 6 għand il-Ministeru responsabbli għas-Sajd f'Kiribati.

    10.   Fil-każ li meta tkun se tiġi ffirmata l-liċenzja l-uffiċċji tad-Delegazzjoni jkunu magħluqin, din tista’, jekk ikun jixraq, tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment u tinbagħat kopja.

    11.   Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment partikolari u m’hijiex trasferibbli.

    12.   Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ ta’ force majeure ippruvata, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida f’isem bastiment ieħor ta’ l-istess kategorija ta' l-ewwel bastiment mingħajr ma jkollha titħallas tariffa oħra. F’dan il-każ, fil-kalkolu tal-livell tal-qabdiet għandu jitqies it-total tal-qabdiet kollha taż-żewġ bastimenti biex jiġi ddeterminat jekk għandux isir ħlas addizzjonali.

    13.   Sid l-ewwel bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jirritorna l-liċenzja annullata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati permezz tad-Delegazzjoni.

    14.   Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida issir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati. Id-Delegazzjoni għandha tiġi informata bit-trasferiment tal-liċenzja.

    15.   Il-liċenzja għandha dejjem tinżamm abbord. Madankollu, malli tasal in-notifika tal-ħlas bil-quddiem mibgħut lill-awtoritajiet ta' Kiribati mill-Kummissjoni Ewropea, il-bastiment għandu jitniżżel f'lista ta' bastimenti awtorizzati li jistadu, li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' Kiribati responsabbli għall-ispezzjoni tas-sajd. Kopja tal-lista tista’ tinkiseb permezz ta’ faks sakemm tasal il-liċenzja; dik il-kopja għandha tinżamm abbord.

    TAQSIMA 3

    Validità u tariffi

    1.   Il-liċenzji huma validi għal sena. Huma jistgħu jiġġeddu.

    2.   Il-ħlas stabbilit huwa ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ.

    3.   Il-liċenzji jinħarġu wara li jitħallsu l-ammonti stabbiliti li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

    EUR 21 000 għal kull bastiment li jistad għat-tonn bit-tartarun, li huma ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 600 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena;

    EUR 4 200 għal kull bastiment li jistad bil-konz tal-wiċċ, li huma ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 120 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena.

    4.   Ir-rendikont finali tat-tariffi dovuti għas-sena n għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Lulju tas-sena n+1 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull operatur u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tad-data dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-Institut de Recherche pour le Développement (IRD), l-Instituto Español de Oceanografía (IE), l-Instituto de Investigação das Pescas e do Mar (IPIMAR) u mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC).

    5.   Dan il-kont jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati u lis-sidien għall-verifika u l-approvazzjoni. L-awtoritajiet ta’ Kiribati jistgħu joġġezzjonaw għall-kont bil-miktub u bir-raġunijiet ġustifikati kif jixraq f’terminu ta’ 30 jum mid-data tat-trażmissjoni. Jekk ma jintlaħaqx qbil, il-Kumitat Konġunt għandu jiġi kkonsultat. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni fit-terminu stabbilit, il-kont għandu jiġi aċċettat.

    6.   Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    7.   Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din it-Taqsima, is-sid ma jkunx jista’ jieħu lura l-bilanċ li jirriżulta.

    KAPITOLU II

    IŻ-ŻONI TAS-SAJD

    1.   Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati li jkunu involuti f'attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati ħlief f'dawk iż-żoni indikati bħala żoni magħluqa fil-mappa 83005-FLC, skond il-Fisheries Ordinance (Cap. 33) u l-Marine Zone (Declaration) Act tal-Gvern ta' Kiribati. Kiribati għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe modifika għaż-żoni tas-sajd imsemmija għallinqas xahrejn qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ.

    2.   Fi kwalunkwe każ, is-sajd m'għandux ikun permess fiż-żoni li ġejjin:

    ‘il ġewwa mit-tnax-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi

    'il ġewwa minn tliet mili nawtiċi minn kwalunkwe rkaptu biex jinġema' l-ħut li l-post fejn hu jinsab għandu jiġi notifikat skond il-koordinati ġeografiċi.

    3.   Partikolarment fir-rigward ta' bastimenti li jistadu bil-purse seines, is-sajd huwa pprojbit 'il ġewwa minn 60 mil nawtiku mil-linji ta' bażi tal-gżejjer ta' Tarawa, Kanton u Kiritimati;

    KAPITOLU III

    IR-REĠIM TAR-RAPPURTAR TAL-QABDIET U TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-ĦATT L-ART

    1.   Il-kaptani għandhom jagħtu lid-Direttur tas-Sajd l-informazzjoni dwar il-ħin, il-pożizzjoni tal-bastiment tas-sajd liċenzjat u l-qabda miżmuma abbord, bil-mod deskritt fl-Appendiċi IV bil-faks jew email f'waħda minn dawn l-okkażjonijet:

    għallinqas 24 siegħa qabel id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u immedjatament mat-tluq miż-żona tas-sajd;

    kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa ż-żona tas-sajd ta' Kiribati wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa;

    Għallinqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tad-dħul ġewwa kwalunkwe port ta' Kiribati u immedjatament mat-tluq mill-port;

    immedjatament wara t-trażbord tal-qabda għal bastiment b'sistema ta' tkessiħ liċenzjat għall-ġarr, u;

    għallinqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn bastiment liċenzjat għall-provvista tal-fjuwil

    Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'faks (686) 21120/22287 jew email lill-indirizz li ġej: flue@mfmrd.gov.ki

    2.   Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lid-Direttur tas-Sajd jitqies bħala wieħed li mhux konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Kiribati.

    Matul perjodu ta' sena ta' validità tal-liċenzja, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ fiż-żona WCPFC. Vjaġġ ġdid jibda minn kull trażbord jew ħatt l-art tal-qabdiet fiż-żona WCPFC.

    3.1.   Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom fil-folja korrispondenti tal-logsheet, skond il-kampjun fl-Appendiċi III A u III B. Il-kliem “Barra miż-ŻEE ta' Kiribati” jew l-isem taż-ŻEE korrispondenti ta' Stat kostali rilevanti ieħor fiż-żona WCPFC għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord imsemmi hawn fuq fir-rigward tal-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    4.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Annes, it-tul ta’ żmien tal-vjaġġ minn bastiment tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati huwa ddefinit kif ġej:

    jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Kiribati;

    jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u t-trażbord;

    jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u l-ħatt l-art f'Kiribati.

    5.   Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati fil-qafas tal-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati sabiex ikun jista' jivverifika l-kwantitajiet maqbuda, li jiġu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 4 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness. Il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni tal-qabdiet huma dawn li ġejjin:

    Il-logsheet oriġinali għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti lokali ta' Kiribati jew tintbagħat permezz ta' posta rreġistrata jew courier lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati fi żmien 45 jum mit-tmiem ta’ l-aħħar vjaġġ li jkun sar matul il-perjodu msemmi. Fl-istess ħin għandhom jintbagħtu kopji b’mezzi jew permezz ta’ faks lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati.

    Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara u b’ittri kapitali, u għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

    6.   F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern ta’ Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u tiġi applikata l-penali stabbilita fil-leġiżlazzjoni attwali ta' Kiribati.

    7.   Id-Direttur għas-Sajd u s-sidien ta' bastimenti għandhom iżommu kopja ta' komunikazzjonijiet bil-faks jew messaġi ta' l-email sakemm iż-żewġ partijiet ikunu qablu mad-dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti msemmija fil-Kapitolu 1.

    8.   Is-sidien tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines għandhom jgħaddu kopja ta' l-irċevuta tal-ħatt l-art wara li jintemm kull vjaġġ ta' sajd li jkun sar kollu kemm hu jew parzjalment fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Jekk dawn id-disposizzjonijiet ma jiġux osservati, id-Direttur tas-Sajd jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li jkun qed jikser ir-regoli rilevanti, sakemm jitwettqu l-formalitajiet u jiġu applikati l-penali pprovduti skond il-liġijiet nazzjonali ta' Kiribati.

    KAPITOLU IV

    L-IMBARK TAL-BAĦRIN

    1.   L-operaturi tal-bastimenti li jistadu għat-tonn u tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandhom iħaddmu baħrin li ġejjin mill-pajjiżi AKP, fosthom minn Kiribati, taħt il-kondizzjonijiet u bil-limiti li ġejjin:

    għall-flotta tal-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas sitt baħrin AKP għandhom jiġu imbarkati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati,

    għall-flotta tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ, mill-inqas erba’ baħrin AKP għandhom jiġu imbarkati matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.

    2.   Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin addizzjonali minn Kiribati.

    3.   Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mill-ismijiet fuq il-listi ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi AKP ikkonċernati, inkluż minn Kiribati.

    4.   Meta jkunu ġew iffirmati kuntratti ma' ċittadini ta' Kiribati, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħaddi lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati l-ismijiet tal-baħrin lokali abbord il-bastiment ikkonċernat, fejn tissemma wkoll il-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

    5.   Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol tapplika b’mod sħiħ għall-baħrin imħaddma fuq bastimenti ta' l-UE. Dan jirrigwarda b’mod partikolari il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-professjonijiet.

    6.   Il-kuntratti tax-xogħol ta’ baħrin minn Kiribati, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu ffirmati mir-rappreżentant(i) tas-sid u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom f'konsultazzjoni ma’ l-awtorità marittima ta’ Kiribati. Għandha tintbagħat kopja lill-firmatarji. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tar-reġim tas-sigurtà soċjali li japplika għalihom, li jinkludi assigurazzjoni fuq il-mewt, mard jew inċidenti.

    7.   Is-sidien tal-bastiment huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin. Dan għandu jiġi stabbilit, qabel ma jinħarġu l-liċenzji, bi qbil reċiproku bejn l-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat. Madankollu, il-kondizzjonijiet tal-ħlas tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu anqas minn dawk li japplikaw għall-ekwipaġġi ta' Kiribati u fl-ebda ċirkostanzi m'għandhom ikunu anqas minn dawk stabbiliti skond l-istandards ta' l-ILO.

    8.   Kull baħri impjegat fuq bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment rilevanti lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jimbarka lil dak il-baħri.

    9.   Madankollu, f’każ li ebda baħri mill-pajjiżi AKP ma jittella' abbord għal raġunijiet differenti minn dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti tal-Komunità kkonċernati għandhom ikunu obbligati jħallsu, għal kull jum ta’ sajd fl-ibħra tal-pajjiż AKP ikkonċernat, somma stabbilita minn qabel ta’ EUR 20 kuljum. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jsir sa mhux aktar tard mit-termini stabbiliti fil-punt I.2.6 ta’ dan l-Anness. Mad-dħul tagħhom fiż-ŻEE ta' Kiribati, is-sidien tal-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw l-għadd tal-baħrin AKP abbord.

    10.   Din is-somma għandha tintuża għat-taħriġ tal-baħrin lokali u titħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat.

    KAPITOLU V

    IL-MIŻURI TEKNIĊI

    Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-WCPFC għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

    KAPITOLU VI

    L-OSSERVATURI

    1.   Fil-mument li l-bastiment jiġi rreġistrat, il-bastimenti Komunitarji kollha għandhom jagħtu kontribuzzjoni ta’ EUR 400 għall-“Fond tal-Proġett għall-Osservazzjoni tas-Sajd”, li għandha titħallas fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati, skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

    2.   Il-bastimenti awtorizzati jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-WCPFP, bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

    Fuq talba tal-WCPFC, il-bastimenti tal-Komunità għandhom itellgħu abbord osservatur magħżul minn din l-organizzazzjoni sabiex jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    Il-WCPFC għandha tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

    L-WCPFC għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta' l-osservatur nominat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord.

    3.   L-osservatur jibqa’ fuq il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-WCPFC, dan l-imbark jista’ jkopri aktar minn vjaġġ wieħed skond it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba ssir mill-WCPFC kompetenti meta jiġi kkomunikat l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment ikkonċernat.

    4.   Il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark ta’ l-osservatur huma ddefiniti bi qbil bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-WCPFC kompetenti.

    5.   It-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet ta' Kiribati, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

    6.   Is-sidien konċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sotto-reġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta' l-osservaturi.

    7.   Fil-każ li l-osservatur jittella' abbord f’port barra s-sottoreġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur reġjonali joħroġ barra miż-żona tas-sajd reġjonali, għandha tittieħed kull miżura biex jiġi ggarantit li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun u l-ispejjeż jitħallsu mill-operatur.

    8.   Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord.

    9.   Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Hu jaqdi dawn id-dmirijiet:

    josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

    jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet ta’ sajd;

    jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi,

    jinnota l-irkaptu tas-sajd użat,

    jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' Kiribati;

    jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum ta' l-ispeċijiet ta' ħut (fin-fish) mormija li huma tajbin għall-kummerċ;

    jirrapporta d-data dwar is-sajd, bi kwalunkwe mezz xieraq inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord, darba fil-ġimgħa meta l-bastiment ikun qed jistad fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    10.   Il-kaptan għandu jagħmel kull ma jista' biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali ta’ l-osservaturi waqt li jaqdu dmirijiethom.

    11.   Kemm jista' jkun l-osservaturi għandhom ikunu offruti l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex jaqdu dmirijiethom il-kaptan għandu jagħtihom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal ta’ navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom bħala osservaturi aktar faċilment.

    12.   Waqt li jkun fuq il-bastiment, l-osservatur:

    jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

    jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti.

    13.   Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-WCPFC u li tingħata kopja tiegħu lill-kaptan tal-bastiment.

    14.   Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

    15.   Is-salarju u l-kontribuzzjonijijet tas-sigurtà soċjali ta’ l-osservatur jitħallsu mill-WCPFC.

    16.   Iż-żewġ partijiet se jikkonsultaw malajr kemm jista’ jkun bejniethom u lill-pajjiżi terzi kkonċernati dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla ta’ l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati, minflok l-osservaturi reġjonali, għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati skond ir-regoli stabbiliti hawn fuq.

    KAPITOLU VII

    IL-MONITORAĠĠ

    1.   Il-Komunità Ewropea għandha żżomm lista aġġornata ta' bastimenti li għalihom tkun inħarġet liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet ta' Kiribati, li huma inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u kull meta tiġi aġġornata.

    2.   Id-dħul u l-ħruġ miż-żona

    Il-bastimenti tal-Komunità jinnotifikaw, mill-inqas 3 sigħat minn qabel, lill-awtoritajiet ta' Kiribati responsabbli għall-monitoraġġ tas-sajd, l-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta' Kiribati, kif imsemmi fl-Appendiċi IV. Huma għandhom ukoll jiddikjaraw il-kwantitajiet globali u l-ispeċijiet abbord.

    Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn il-komunikazzjonijiet preferibbilment għandhom isiru bil-faks, u, fin-nuqqas ta’ dan, għall-bastimenti mhux mgħammrin bil-faks, bir-radju u bl- e-mail.

    Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti Kiribati jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

    In-numri tal-faks u tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd.

    3.   Il-proċeduri ta' kontroll

    Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kwalunkwe uffiċjal ta' Kiribati inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

    Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

    Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni u kull monitoraġġ fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

    4.   L-immarkar tal-bastimenti

    Il-bastimenti Komunitarji għandhom ikollhom immarkar estern skond ir-regoli tal-FAO.

    5.   Il-monitoraġġ bis-satellita

    Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji kollha li jistadu taħt dan il-ftehim għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skond l-Appendiċi V. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fl-10 jum wara n-notifika mill-Gvern ta' Kiribati lid-Delegazzjoni dwar il-bidu tal-ħidmiet tal-korp responsabbli għall-monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd ta' Kiribati.

    6.   It-tlugħ abbord

    L-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b'kull infrazzjoni u penali imposti fuq bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta' Kiribati.

    L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni li matulha tkun ġiet osservata l-infrazzjoni.

    7.   Ir-rapport ta' l-ispezzjoni

    Wara li l-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati jkunu ħejjew l-istqarrija, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirmaha.

    Din il-firma m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-kaptan jew kwalunkwe difiża li jista' jagħmel għall-ksur allegat.

    Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta' Kiribati. Fil-każijiet ta’ infrazzjoni minuri, l-awtorità kompetenti ta' Kiribati tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

    8.   Il-proċedura għall-ispezzjoni

    Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fil-port b'riżultat ta' l-ispezzjoni.

    F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond il-liġi ta' Kiribati.

    F’każ li l-kwistjoni ma tkunx setgħet tissolva permezz ta’ tranżazzjoni bonarja u li din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, f’ammont li jiġi ffissat meta jitqiesu l-ispejjeż li l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-bastiment iġibu magħhom, kif ukoll l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli mill-infrazzjoni, fil-kont tal-bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.

    Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rrevokata malli l-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.

    Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

    malli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mill-proċedura ta’ tranżazzjoni bonarja, inkella

    malli l-garanzija bankarja msemmija fil-punt (ċ) tkun ġiet depożitata u aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati, sakemm jintemma l-proċeduri ġudizzjarji.

    9.   It-Trażbord

    Kull bastiment tal-Komunità li jixtieq jittrażborda qabdiet li jkun għamel fl-ilmijiet ta' Kiribati għandu jagħmel dan fil-portijiet ta' Kiribati.

    Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati bl-informazzjoni f'konformità ma' l-Appendiċi IV, mill-anqas minn 48 siegħa minn qabel:

    It-trażbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Il-bastimenti għandhom għalhekk jippreżentaw il-ġurnali ta' abbord lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati u jiddikaraw jekk humiex bi ħsiebhom ikomplu jistadu jew jitilqu miż-żona tas-sajd ta' Kiribati, skond l-Appendiċi III A u III B.

    Kull operazzjoni ta’ trażbord ta' qabdiet fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati jew li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Kull persuna li ma tħarisx din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-penali stabbiliti fil-liġi ta' Kiribati.

    10.   Il-Kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord f’port ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi ta' Kiribati. Ladarba tkun tlestiet l-ispezzjoni, kopja tar-rapport ta' spezzjoni tingħata lill-kaptan tal-bastiment.

    Appendiċi

    I

    Formola ta' applikazzjoni għall-inklużjoni ta' bastiment tas-sajd fir-reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati

    II.

    Formola ta' applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd

    III A.

    Logsheet reġjonali dwar l-użu tal-purse seines fil-Paċifiku tan-nofsinhar

    III A.

    Logsheet reġjonali dwar l-użu tal-konzijiet fil-Paċifiku tan-nofsinhar

    IV.

    Dettalji ta' rappurtar

    V.

    Il-protokoll VMS

    Appendiċi I

    Formola ta' Applikazzjoni għall-inklużjoni ta' Bastiment tas-Sajd fir-Reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi II

    Applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi III A

    Logsheet reġjonali tal-purse seines fin-nofsinhar tal-paċifiku

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi III B

    Logsheet reġjonali tal-konzijiet fin-nofsinhar tal-paċifiku

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendix IV

    DETTALJI TAR-RAPPURTAR

    rapporti lid-direttur tas-sajd

    Tel.: (686) 21099Faks: (686) 21120 E-mail: flue@mfmrd.gov.ki

    1.   Rappurtar ta' Dħul fiż-Żona

    24 siegħa qabel id-dħul fil-limiti taż-żona.

    (a)

    Kodiċi tar-rapport (ZENT);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Id-data tad-dħul (JJ-XX-SS);

    (e)

    Il-ħin tad-dħul (GMT);

    (f)

    Pożizzjoni tad-dħul;

    (g)

    Qabda totali abbord skond il-piż u l-ispeċi.

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    e.g. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.89/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:OT-10

    2.   Rappurtar tat-Tluq miż-Żona

    Immedjatament mat-tluq mil-limiti taż-żona tas-sajd:

    (a)

    Kodiċi tar-rapport (ZDEP);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Data tat-tluq;

    (e)

    Il-ħin tat-tluq (GMT);

    (f)

    Il-pożizzjoni tat-tluq;

    (g)

    Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    (h)

    Qabda totali fiż-żona skond il-piż u l-ispeċi (bħall-Qabda Abbord);

    (i)

    Total ta' jiem mistada (l-għadd reali ta' jiem li fihom tkun saret sajda fiż-Żona)

    eż ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.89/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:OT-4/SJ-42:BE-70:OT-1/14

    3.   Rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabda filwaqt li ġewwa ż-Żona

    Kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa l-limiti taż-żona tas-sajd wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa;

    (a)

    Kodiċi tar-rapport (WPCR);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Data tal-WPCR (JJ:XX:SS);

    (e)

    Pożizzjoni tar-rappurtar;

    (f)

    Qabda mill-aħħar rapport ’l hawn:

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    (g)

    Jiem mistada mill-aħħar rapport ’l hawn

    Per eżempju: WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/0140N;16710W/SJ-23:YF-9:OT-2.0/7

    4.   Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, għall-proviżjonament mill-ġdid, l-iżbark ta' l-ekwipaġġ jew emerġenza

    Għallinqas 48 siegħa qabel ma jidħol fil-port il-bastiment:

    (a)

    Kodiċi tar-rapport (PENT);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Id-data tar-rappurtar (JJ-XX-SS);

    (e)

    Pożizzjoni tar-rappurtar;

    (f)

    Isem il-port;

    (g)

    Ħin stmat tal-wasla (LST)JJXX:ssmm;

    (h)

    Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    (i)

    Raġuni għad-dħul fil-port

    Per eżempju: PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.89/0130S;17010E/BETIO/26.12:1600L/SJ-562:YF-150:OT-4/TRANSSHIPPING

    5.   Tluq mill-port

    Immedjatament wara t-tluq mill-port

    (a)

    Kodiċi tar-rapport (PDEP);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Id-data tar-rappurtar (GMT) (JJ-XX-SS);

    (e)

    Isem il-Port;

    (f)

    Id-data u l-ħin tat-tluq (LST) GGMM:ssmm;

    (g)

    Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    (h)

    Id-destinazzjoni li jmiss

    Per eżempju: PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:OT-4/ŻONA TAS-SAJD

    6.   Dħul fi jew Tluq minn Żona Magħluqa

    Għallinqas 12-il siegħa qabel ma jidħol u immedjatament wara li jitlaq miż-żona magħluqa:

    (a)

    It-tip tar-Rapport (ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Id-data ta' ENCA jew DECA;

    (e)

    Il-ħin ta' l-ENCA jew DECA (GMT) JJ-XX-SS:ssmm;

    (f)

    Pożizzjoni ta' l-ENCA jew DECA (sa minuta ta' l-arc);

    (g)

    Veloċità u rotta;

    (h)

    Raġuni għall-ENCA

    Pereżempju: ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89:1645Z/0130S;17010E/7:320/ENTER PORT

    7.   Avviż ta' teħid ta' Fjuwil

    għallinqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn tanker liċenzjat

    (a)

    Tip ta' rapport (FUEL);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Ħin tar-rappurtar (GMT);

    (e)

    Pożizzjoni tar-rappurtar (sa minuta ta' l-arc);

    (f)

    Ammont ta' fjuwil abbord (Kilolitri);

    (g)

    Data stmata tat-teħid tal-fjuwil;

    (h)

    Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil;

    (i)

    Isem it-tanker:

    Per eżempju: FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.90/0130S;17010E/35/08.02.90/0131S;17030E/CHEMSION

    8.   Rapport dwar l-Attività ta' teħid tal-Fjuwil

    Immedjatament wara t-teħid tal-fjuwil minn tanker liċenzjat.

    (a)

    Tip ta' rapport (BUNK);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Id-data u l-ħin tat-teħid tal-fjuwil (GMT) JJ-XX-SS:ssmm;

    (e)

    Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil;

    (f)

    Ammont ta' fjuwil imtella' abbord f'kilolitri;

    (g)

    Il-ħin tat-tlestija mit-teħid tal-fjuwil (GMT);

    (h)

    Pożizzjoni fejn ikun intemm it-teħid tal-fjuwil;

    (i)

    Isem it-tanker:

    Per eżempju: BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.90:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.90:1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX

    9.   Rapport dwar l-Attività ta' Trażbord

    Immedjatament wara t-trażbord f'port awtorizzat f'Kiribati f'bastiment liċenzjat għall-ġarr.

    (a)

    Tip ta' rapport (TSHP);

    (b)

    Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja;

    (c)

    Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal;

    (d)

    Id-data tar-rilaxx (JJ-XX-SS);

    (e)

    Il-port tar-rilaxx;

    (f)

    Qabda trażbordata skond il-piż u l-ispeċi;

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    (g)

    Isem it-trasportatur bl-istiva mkessħa;

    (h)

    Destinazzjoni tal-qabda

    Per eżempju: TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/BETIO/SJ-450:YF-150:OT-0.0/JAPANSTAR/PAGO PAGO

    10.   Rapport tat-Tlestija

    Fi żmien 48 siegħa mit-tlestija ta' vjaġġ billi tiġi rilaxxata l-qabda f'portijiet oħra tas-sajd (barra Kiribati) inklużi portijiet operattivi jew il-port ta' residenza.

    (a)

    Tip ta' rapport (COMP);

    (b)

    Isem il-bastiment;

    (c)

    Numru tal-liċenzja;

    (d)

    L-ittri tal-kodiċi tar-radju;

    (e)

    Id-data tar-rilaxx (JJ-XX-SS);

    (f)

    Qabda rilaxxata skond l-ispeċi

     

    PALAMIT (SJ)___.__(Mt)

     

    TONN TAX-XEWKA SAFRA (YF)___.__(Mt)

     

    OĦRAJN (OT)___.__(Mt)

    (g)

    Isem il-port.

    Per eżempju: COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.89/SJ-670:YF-65:OT-0.0/BETIO

    Appendiċi V

    Protokoll (VMS)

    Dispożizzjonijiet applikabbli għall-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jikkompletaw il-protokoll dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-Kosta ta' Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta' Settembru 2006 u l-15 ta' Settembru 2012, u japplikaw skond punt 5 ta' “Kapitolu VII — Monitoraġġ” ta' l-Anness tiegħu.

    2.   Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru fl-itwal parti tagħhom, li jistadu fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u Kiribati għandhom ikunu mmonitorjati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE ta' Kiribati.

    L-awtoritajiet Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Parti Komunitarja l-pożizzjonijiet taż-żoni tas-sajd (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE ta' Kiribati sabiex il-bastimenti jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita.

    L-awtoritajiet ta' Kiribati għandhom jgħaddu l-informazzjoni elettronikament fi gradi deċimali (WGS 84).

    3.   Il-Partijiet għandhom jipproċedu għal skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri ta' Kontroll tagħhom skond il-punti 5 sa 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej jekk jeżistu: l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-Ċentri tal-Kontroll.

    4.   Il-pożizzjoni tal-bastiment tiġi ddeterminata b’marġini ta’ żball inqas minn 500 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.

    5.   Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun immonitorjat permezz tas-satellita skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità jidħol fiż-ŻEE ta' Kiribati, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti (identifikazzjoni tal-bastiment, lonġitudni, latitudni, rotta u veloċità) jiġu kkomunikati mill-ewwel miċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat ta’ tal-bandiera liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' Kiribati (FMC) kultant ħin f'perjodi massimi ta’ tliet sigħat. Dawn il-messaġġi jiġu identifikati bħala rapporti tal-pożizzjoni.

    6.   Il-messaġġi speċifikati fil-punt 5 jintbagħtu b’mezz elettroniku fil-format X.25, mingħajr l-ebda protokoll ulterjuri. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati fil-ħin reali skond il-format tat-Tabella II.

    7.   F’każ li l-apparat ta’ monitoraġġ permanenti permezz tas-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd ikollu ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-punt 5 meta suppost liċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera u lill-FMC ta’ Kiribati permezz ta’ faks. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull tmien sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali se jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-Kaptan tal-bastiment kull tliet sigħat skond ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 5.

    Iċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat immedjatament dawn il-messaġġi lill-FMC ta' Kiribati. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jiġi sostitwit fi żmien massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta' Kiribati.

    8.   Iċ-Ċentri ta' Kontroll ta’ l-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet tal-Kiribati. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skond il-kondizzjonijiet stabbiliti, l-FMC ta’ Kiribati għandu jiġi informat b’dan malli dan isir magħruf, u l-proċedura prevista fil-punt 7 għandha tkun applikabbli.

    9.   Jekk l-FMC ta’ Kiribati jara li l-Istat tal-bandiera ma jkunx qed jibgħat l-informazzjoni prevista fil-punt 5, id-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea jiġu informati b’dan mill-ewwel.

    10.   Id-data tal-monitoraġġ kkomunikata lill-parti l-oħra, skond dawn id-dispożizzjonijiet hija maħsuba biss għall-użu mill-awtoritajiet ta' Kiribati għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-flotta tal-Komunità li tistad skond il-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u Kiribati. Din l-informazzjoni ma tkun tista’ fl-ebda każ tiġi kkomunikata lil partijiet oħra.

    11.   Il-komponenti tas-softwer u t-tagħmir fiżiku tas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli u m’għandhom jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u lanqas m’għandhom ikunu jistgħu jiġu mbagħbsa manwalment.

    Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u kapaċi topera f'kull ħin u indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew jinterferixxi mas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita.

    Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li:

    l-informazzjoni ma titbiddel bl-ebda mod;

    l-antenna jew l-antenni mqabbda mat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita bl-ebda mod ma jiġu ostakolati

    l-alimentazzjoni elettrika tat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma tiġi interrotta bl-ebda mod; kif ukoll

    it-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment.

    12.   Il-partijiet jaqblu li jaqsmu bejniethom, jekk jintalbu jagħmlu dan, l-informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ permezz tas-satellita sabiex jiżguraw li kull biċċa tagħmir tkun kompletament kompatibbli ma’ l-esiġenzi tal-parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn il-miżuri.

    13.   Kull tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilita fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

    14.   Il-partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn id-dispożizzjonijiet.

    Il-komunikazzjoni tal-messaġġi VMS lil Kiribati

    Rapport tal-pożizzjoni

    Element tad-Data

    Il-Kodiċi

    Obbligatorju/Fakultattiv

    Kummenti

    Bidu tar-reġistrazzjoni

    SR

    O

    Informazzjoni dwar is-sistema — jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

    Destinatarju

    AD

    O

    Informazzjoni dwar il-messaġġ — destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż

    Speditur

    FR

    O

    Informazzjoni dwar il-messaġġ — min qed jitrażmetti. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż

    L-Istat tal-bandiera

    FS

    F

     

    Tip ta’ messaġġ

    TM

    O

    Informazzjoni dwar il-messaġġ — tip ta’ messaġġ “POS”

    Kodiċi tar-Radju

    RC

    O

    Informazzjoni dwar il-bastiment — kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

    Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti

    IR

    F

    Numru uniku tal-parti kontraenti bħala kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat tal-bandiera segwit b'numru)

    Numru tar-reġistrazzjoni estern

    XR

    O

    Informazzjoni dwar il-bastiment — in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur

    Latitudni

    LA

    O

    Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S GGMM (WGS-84)

    Lonġitudni

    LO

    O

    Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W GGMM (WGS-84)

    Rotta

    CO

    O

    Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360°

    Veloċità

    SP

    O

    Il-veloċità tal-vapur f'deċmi ta’ knots

    Dati

    DA

    O

    Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

    Ħin

    TI

    O

    Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

    Tmiem tar-reġistrazzjoni

    ER

    O

    Informazzjoni dwar is-sistema — tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

    Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

    It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

    linja doppja mmejla (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tal-messaġġ;

    linja waħda mmejla (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u d-data.

    Elementi ta' data fakultattiva għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

    Il-limiti taż-ŻEE ta' Kiribati

    Il-koordinati taż-ŻEE

    Il-koordinati ta' l-FMC ta' Kiribati

    Isem ta’ l-FMC:

    Tel. VMS:

    Faks VMS:

    Email VMS:

    Tel. DSPG:

    Faks DSPG:

    Indirizz X25 =

    Dikjarazzjoni dħul/ħruġ:


    Top