7.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 893/2007
tat-23 ta' Lulju 2007
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ĠU C,
Billi:
(1) |
Il-Komunità nnegozjat mar-Repubblika ta' Kiribati Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi lil bastimenti Komunitarji b' opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet li l-Kiribati għandha sovranità jew ġurisdizzjoni fuqhom f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd. |
(2) |
B'riżultat ta' dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta' Sħubija ġdid dwar is-Sajd fid-19 ta' Lulju 2006. |
(3) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dak il-Ftehim. |
(4) |
Huwa importanti li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta' sajd bejn l-Istati Membri, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-opportunitajiet ta' sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
|
Franza: Spanja: |
27 % tal-liċenzji disponibbli 73 % tal-liċenzji disponibbli |
||
|
Spanja: Il-Portugall: |
6 bastimenti. 6 bastimenti. |
Jekk l-applikazzjonijiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta' sajd kollha ffissati fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra applikazzjonijiet għal liċenzji minn kull Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu skond il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' kull ħażna maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (1).
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim li jorbot il-Komunità.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membru kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta' Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD
bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra
IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”
minn naħa waħda,
u
IR-REPUBBLIKA TA' KIRIBATI, minn hawn ’il quddiem “Kiribati”,
min-naħa l-oħra
minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn il-Komunità u Kiribati, partikolarment fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u x-xewqa reċiproka tagħhom li jsaħħu dik ir-relazzjoni,
FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-koperazzjoni,
FILWAQT LI JQISU l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħażniet tal-Ħut;
FILWAQT LI JGĦARFU li Kiribati teżerċita d-drittijiet sovrani tagħha u tal-ġurisdizzjoni fiż-żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linji tal-bażi skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar,
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' l-imġiba għal sajd responsabbli adottat waqt il-konferenza ta' l-FAO fl-1995,
IDDETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, sabiex jippromwovu sajd responsabbli li jassigura l-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fuq żmien twil,
KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' inizjattivi u miżuri li, esegwiti waħedhom jew flimkien, huma komplementari u jiżguraw politiki konsistenti u s-sinerġija ta' l-isforzi,
BI ĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, li jiftħu djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta' Kiribati u li jidentifikaw il-mezzi xierqa sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effikaċi ta' din il-politika kif ukoll sabiex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiddaħħlu fil-proċess;
XEWQANA li jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta' Kiribati, u dawk li jikkonċernaw l-appoġġ mill-Komunità għall-introduzzjoni ta' sajd sostenibbli f'dawk l-ilmijiet;
DEĊIŻI li jsegwu koperazzjoni ekonomika aktar mill-qrib fl-industrija tas-sajd u ta' l-attivitajiet marbuta magħha, permezz tal-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi konġunti li jinvolvu kumpanniji miż-żewġ Partijiet,
JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:
(a) |
il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd bil-għan li jitrawwem is-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u sfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u sabiex is-settur tas-sajd f'Kiribati jiżviluppa; |
(b) |
il-kundizzjonijiet li jkopru l-aċċess għall-ilmijiet ta' Kiribati minn opri tas-sajd tal-Komunità |
(c) |
il-koperazzjoni dwar il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra ta' Kiribati sabiex jiġi assigurat il-ħarsien tar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, li l-miżuri ta' konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd ikunu effettivi u li s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU) ma jitħalliex isir; |
(d) |
is-sħubijiet bejn kumpanniji bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
(a) |
“awtoritajiet ta' Kiribati” tfissier il-Gvern ta' Kiribati; |
(b) |
“awtoritajiet tal-Komunità” tfisser il-Kummissjoni Ewropea; |
(c) |
“ilmijiet ta' Kiribati”, tfisser l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' Kiribati; |
(d) |
“sajd” tfisser is-sajd attwali jew attentat ta' sajd, qbid, teħid, qtil jew ħsad ta' ħut, u jinkludi kwalunkwe attività oħra li raġonevolment tista' tiġi mistennija li tirriżulta fis-sajd jew attentat ta' sajd, qbid, teħid, qtil jew ħsad ta' ħut, jew kalunkwe attività b'appoġġ ta' jew bi tħejjija għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija. |
(e) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment użat jew adattat għall-użu fis-sajd kummerċjali u tinkludi inġenji, bastimenti ta' appoġġ, ħelikopters u ajruplani żgħar użati f'operazzjonijiet ta' sajd; |
(f) |
“bastiment Komunitarju” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li hu rreġistrat fil-Komunità; |
(g) |
“impriża konġunta” tfisser kumpannija kummerċjali mwaqqfa f'Kiribati mis-sidien tal-bastiment jew minn impriżi nazzjonali mill-Partijiet sabiex ikunu jistgħu jistadu jew ikunu involuti f'attivitajiet relatati; |
(h) |
“Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta' Kiribati, li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim. |
(i) |
“trażbord” tfisser trasferiment magħmul fil-port tal-qabdiet, jew ta' parti minnhom, minn bastiment tas-sajd għal ieħor |
(j) |
“sid ta' bastiment” tfisser kwalunkwe persuna li hija ġuridikament responsabbli mill-bastiment tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah |
(k) |
“baħrin AKP” tfisser kwalunkwe baħri li ġej minn pajjiż mhux Ewropew li ffirma l-Ftehim ta' Cotonou. Għalhekk, baħri minn Kiribati hu baħri AKP |
Artikolu 3
Il-prinċipji u l-għanijiet fuqhom hija bbażata l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim
1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skond il-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta' mġiba tal-FAO għas-sajd responsabbli u għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ilmijiet, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet konklużi bejn il-pajjiżi ta' l-istess reġjun ġeografiku li jkunu qed jiżviluppaw, fosthom ftehimiet reċiproki fil-qasam tas-sajd.
2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jissorveljaw ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' politika settorjali tas-sajd adottata mill-Gvern ta' Kiribati u għandhom jagħtu bidu għal djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jadottaw il-miżuri eventwali f'dan il-qasam.
3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq ta' l-evalwazzjonijiet tal-miżuri, tal-programmi u ta' l-azzjonijiet implimentati abbażi ta' dan il-Ftehim. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu analizzati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 9.
4. Il-Partijiet jintrabtu li jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skond il-prinċipji ta' tmexxija ekonomika u soċjali tajba filwaqt li jitħares l-istat tal-ħażniet tal-ħut.
5. It-tħaddim ta' baħrin minn Kiribati u/jew AKP abbord il-bastimenti Komunitarji hu kkontrollat mid-Dikjarazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, li tapplika bis-sħiħ fil-qafas tal-kuntratti korrispondenti u tal-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda b'mod partikolari il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' l-għarfien effettiv tad-dritt ta' negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta' l-impjiegi u l-professjonijiet.
Artikolu 4
Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku
1. Sakemm idum japplika l-Ftehim, il-Komunità u Kiribati għandhom jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati.
2. Skond il-konklużjonijiet ta' aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt imsemmi f'Artikolu 9 u, fejn meħtieġ, permezz ta' qbil miż-żewġ naħat, jieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
3. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, jew direttament inkella fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali kkonċernati, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi b'tendenza kbira li jpassu fir-reġjun, u li jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.
Artikolu 5
L-aċċess tal-bastimenti Komunitarji għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati
1. Kiribati tintrabat li tawtorizza lill-bastimenti Komunitarji sabiex jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tagħha skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2. L-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f'Kiribati. L-awtoritajiet ta' Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-Komunità dwar kwalunkwe emendi għal-leġiżlazzjoni msemmija kif ukoll dwar kwalunwke leġiżlazzjoni oħra li jista' jkollha impatt fuq il-leġiżlazzjonijiet tas-sajd.
3. Kiribati għandha tassumi responsabbiltà għall-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-monitoraġġ tas-sajd. Il-bastimenti Komunitarji għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet ta' Kiribati li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu dak il-monitoraġġ. Il-passi meħuda mill-awtoritajiet ta' Kiribati sabiex jirregolaw is-sajd fl-interessi tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, fosthom l-approċċ prekawzjonali. Dawn għandhom jgħoddu mingħajr diskriminazzjoni għal bastimenti Komunitarji kif ukoll għal dawk ta' Kiribati u ta' pajjiżi barranin, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet magħmula bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku wieħed, fosthom ftehimiet reċiproċi dwar is-sajd.
4. Il-Komunità tintrabat li tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tassigura l-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim mill-bastimenti tagħha, kif ukoll il-ħarsien tal-leġiżlazzjoni li tikkontrolla s-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Kiribati.
Artikolu 6
Liċenzji
1. Il-bastimenti Komunitarji jistgħu biss jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati jekk ikollhom liċenzja tas-sajd valida maħruġa skond dan il-Ftehim.
2. Il-proċedura li tippermetti l-kisba ta' liċenzja tas-sajd għal bastiment, it-taxxi li japplikaw u l-mod tal-ħlas mis-sidien ta' bastimenti huma ddefiniti fl-Anness tal-Protokoll.
Artikolu 7
Il-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Il-Komunità għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil Kiribati skond it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Annessi. Din il-kontribuzzjoni waħdanija għandu jkollha żewġ komponenti relatati, jiġifieri:
(a) |
aċċess mill-opri tal-Komunità għar-riżorsi tas-sajd ta' Kiribati, u |
(b) |
l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta' sajd responsabbli u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati. |
2. Il-komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-paragrafu hawn fuq għandu jiġi ddeterminat u ġestit fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bejn il-Partijiet bi qbil reċiproku skond il-Protokoll, li għandhom jinkisbu fil-kuntest tal-qafas tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern ta' Kiribati u skond programm annwali u multijannwali għall-implimentazzjoni tagħha.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Komunità għandha titħallas kull sena skond il-Protokoll u għandha tkun soġġetta għal dan il-Ftehim u dan il-Protokoll fil-każ ta' kwalunkwe tibdil għall-ammont tal-kontribuzzjoni b'riżultat ta':
(a) |
ċirkostanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali, li ma jippermettux is-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati; |
(b) |
it-tnaqqis ta' l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, bi qbil reċiproku, għall-ġestjoni tal-ħażniet konċernati, fejn dan jitqies bħala meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli; |
(c) |
żieda, bi qbil bejn il-Partijiet, fl-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jekk, skond l-aqwa opinjoni xjentifika disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan; |
(d) |
evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta' l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd f'Kiribati meta r-riżultati tal-programmar annwali u multijannwali kkonstatati mill-Partijiet jiġġustifikaw dan; |
(e) |
terminazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 12. |
(f) |
is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 13. |
Artikolu 8
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili
1. Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet differenti possibbli f'dan ir-rigward.
2. Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' konservazzjoni u l-proċeduri industrijali ta' l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.
3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kondizzjonijiet xierqa għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tal-Partijiet fil-qasam tekniku, dak ekonomiku u kummerċjali billi iħeġġu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investimenti.
4. Iż-żewġ Partijiet għandhom jintrabtu li jimplimentaw pjan ta' azzjoni bejn l-operaturi ta' Kiribati u dawk tal-Komunità bil-għan li jiżviluppaw il-ħatt l-art lokali minn bastimenti Komunitarji.
5. Il-Partijiet għandhom iħeġġu, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' impriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li jkunu konformi b'mod sistematiku mal-leġiżlazzjoni ta' Kiribati u dik Komunitarja.
Artikolu 9
Kumitat Konġunt
1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt sabiex jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqdi l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jissorvelja l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u b'mod partikolari d-definizzjoni ta' l-ipprogrammar annwali u multijannwali previst fl-Artikolu 7(2) u l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tiegħu; |
(b) |
jipprovdi l-kuntatti meħtieġa għal kwistjonjiet ta' interess komuni marbuta mas-sajd; |
(c) |
iservi ta' forum sabiex jissolvew amikevolment kwalunkwe tilwimiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim; |
(d) |
jivvaluta mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-livell ta' opportunitajiet ta' sajd possibbli u, konsegwentament, il-kontribuzzjoni finanzjarja; |
(e) |
jaqdi kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha bi qbil komuni. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu, fil-prinċipju, jiltaqa' darba fis-sena, darba f'Kiribati u d-darba ta' wara fil-Komunità, jew fi kwalunkwe post ieħor skond il-qbil komuni tal-Partijiet, u għandu jkun ippresedut mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Hu jiltaqa' f'sessjoni straordinarja fuq talba ta' waħda mill-Partijiet.
Artikolu 10
Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' Kiribati.
Artikolu 11
Perjodu effettiv
Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; huwa għandu jiġġedded għal perjodi supplimentari ta' sitt snin, sakemm ma jiġix terminat skond l-Artikolu 12.
Artikolu 12
Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim jista' jiġi tterminat minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet f'każ ta' ċirkostanzi mhux normali, bħad-degradazzjoni tal-ħażniet konċernati, jekk jirriżulta tnaqqis fil-livell ta' l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jew għan-nuqqas ta' ħarsien ta' l-impenji meħuda mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat.
2. Il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta' l-ewwel perjodu jew ta' kull perjodu supplimentari.
3. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-Partijiet jibdew il-konsultazzjonijiet.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.
Artikolu 13
Sospensjoni
1. L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet f'każ ta' tilwim serju fir-rigward ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fih. Din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika bil-miktub mill-Parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. Malli jirċievu din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu t-tilwim tagħhom b'mod amikevoli.
2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis, skond it-tul ta' żmien tas-sospensjoni.
Artikolu 14
Il-Protokoll u l-Anness
Il-Protokoll u l-Anness jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 15
Il-Liġi Nazzjonali
L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jitmexxew mil-liġi applikabbli f'Kiribati, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim jew il-Protokoll, l-Anness u l-appendiċi tiegħu.
Artikolu 16
Klawsola ta' reviżjoni
Matul it-tielet sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jerġgħu jaraw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi.
Artikolu 17
Tħassir
Fid-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim iħassar u jissostitwixxi l-Ftehim, tas-16 ta' Settembru 2003, bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar is-sajd ’il barra mill-kosta ta' Kiribati.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim, imfassal duplikatament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Eston, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri tagħhom.
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta’ sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta’ Settembru 2006 u l-15 ta’ Settembru 2012
Artikolu 1
Il-perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd
1. Kiribati għandha tagħti liċenzji annwali tas-sajd lil bastimenti Komunitarji tas-sajd tat-tonn skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti stabbiliti mill-Arranġament ta' Palau għall-Ġestjoni tas-Sajd bil-purse seines fil-Punent tal-Paċifiku, minn issa 'l quddiem “l-Arranġament ta' Palau”.
2. Mis-16 ta’ Settembru 2006 u għal perjodu ta’ 6 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:
L-ispeċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982)
— |
bastimenti tas-sajd bil-purse seines 4 bastimenti; |
— |
bastimenti tas-sajd bil-konz: 12-il bastiment. |
3. Mit-tieni sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9(d) tal-Ftehim u 4 tal-Protokoll, fuq talba mill-Komunità, in-numru ta' liċenzji tas-sajd għal bastimenti li jistadu bil-purse seines mogħtija fl-Artikolu 1(2) tal-Protokoll jistgħu jiżdiedu, jekk ir-riżorsi jippermettu u skond il-limitazzjonijiet ta' kull sena fl-Arranġament ta' Palau kif ukoll mal-valutazzjoni xierqa ta' l-istokkijiet tat-tonn li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, fosthom il-“Western and Central Pacific Tuna Fishery Overview and Status of Stocks” li tiġi ppublikata kull sena mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku.
4. Il-Paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.
5. Il-bastimenti tal-Komunità jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd valida maħruġa skond dan il-Protokoll f'konformità ma' l-Anness ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Il-Kontribuzzjonijiet finanzjarji — Il-modalitajiet tal-ħlas
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tikkonsisti, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, minn ammont annwali ta’ EUR 416 000 li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 400 tunnellata fis-sena, kif ukoll minn ammont speċifiku ta’ EUR 62 400 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati. Dan l-ammont speċifiku għandu jkun parti integrali mill-kontribuzzjoni finanzjarja unika ddefinita fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.
2. Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4, 5 u 7 ta’ dan il-Protokoll.
3. Is-somma ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri EUR 478 400, titħallas kull sena mill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
4. Jekk il-kwantità kumplessiva tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati taqbeż is-6 400 tunnellata fis-sena kif provdut fl-Art. 2.1. tal-Protokoll, l-ammont tal-kontribut finanzjarju, kif provdut fl-Art. 2.1. tal-Protokoll (EUR 416 000) għandu jiżdied b'EUR 65 għal kull tunnellata aktar li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (EUR 956 800). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.
5. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007 għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għas-snin ta’ wara.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-attribuzzjoni ta' dan il-kumpens taqa' taħt id-diskrezzjoni esklussiva ta' l-awtoritajiet ta' Kiribati.
7. Is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fl-Aritkolu 7(1) tal-Protokoll għandu jiġi ttrasferit għall-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati ma' l-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa (“Fisheries Development Fund”) li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi. Is-sehem li jibqa' tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi ttrasferit għall-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati ma' l-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi.
8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tirrigwarda l-miżuri stipulati fl-Art. 5 tal-protokoll ta' qabel li ma kenitx għadha tħallset fid-data ta' skadenza tagħha għandha titħallas taħt dan il-protokoll.
Artikolu 3
Il-kooperazzjoni għal sajd responsabbli — Laqgħa xjentifika annwali
1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skond il-prinċipji tal-Kodiċi ta’ l-Imġiba għal sajd responsabbli ta’ l-FAO u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu jistadu f’dawk l-ibħra.
2. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom isegwu l-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.
3. Skond l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-partijiet, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-“Arranġament ta' Palau” u skond l-evalwazzjoni annwali ta' l-istokkijiet li jagħmel is-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku, għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika. Bi qbil mal-Komunità, Kiribati tista' tadotta miżuri fir-rigward ta' bastimenti Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
Artikolu 4
Ir-reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bi qbil reċiproku
1. L-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil reċiproku, sakemm il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-“Arranġament ta' Palau” u r-reviżjoni annwali tal-qagħda ta' l-istokkijiet li jagħmel is-Segretarjat tal-Komuntià tal-Paċifiku jikkonfermaw li żieda bħal din ma tipperikolax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' Kiribati. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis.
Madankollu, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Komunità Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Komunità jaqbżu d-doppju tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-ammont totali annwali rivedut, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.
2. Min-naħa l-oħra, jekk il-partijiet jaqblu li jadottaw it-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd li jissemma fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.
3. It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn kategoriji differenti ta’ bastimenti jista’ wkoll ikun soġġett għal reviżjoni bi qbil bejn iż-żewġ partijiet u b’ħarsien ta’ kull rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jkunu affetwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-partijiet jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jekk it-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd jiġġustifika dan.
Artikolu 5
L-opportunitajiet tas-sajd mhux marbuta mat-tonn
1. Fil-każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li ma jkunux indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet ta’ Kiribati. Jekk ikun il-każ, il-partijiet jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet ġodda ta’ sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2. Għalhekk, u fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet rilevanti, il-kundizzjonijiet u l-parametri l-oħra għas-sajd esploratorju fl-ilmijiet ta' Kiribati.
3. Il-partijiet se jwettqu s-sajd esploratorju skond il-parametri li huma għandhom jaqblu dwarhom huma t-tnejn f'arranġament amministrattiv, kif jixraq. Jista' jintlaħaq qbil għall-awtorizzazzjonijiet ta' sajd esploratorju għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.
4. Fil-każ li l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji esploratorji jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern ta’ Kiribati jista’ jalloka opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Komunità sa l-iskadenza tal-Protokoll attwali. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll attwali tiżdied.
Artikolu 6
Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja f'każ ta' force majeure
1. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, minbarra l-fenomeni naturali, li jipprojbixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ Kiribati, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) jista’ jiġi sospiż mill-Komunità wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet fi żmien xahrejn mit-talba ta’ waħda miż-żewġ partijiet u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kull ammont dovut meta ssir is-sospensjoni.
2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa jibda malli l-partijiet jaraw, bi qbil reċiproku, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-waqfien ta’ l-attivitajiet ta’ sajd inbidlu u/jew li s-sitwazzjoni tista’ tippermetti li jerġgħu lura għall-attivitajiet ta’ sajd.
3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti tal-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tiġi estiża bi żmien twil daqs il-perjodu li fih ġew sospiżi l-attivitajiet ta’ sajd.
Artikolu 7
Il-promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati
1. 30 % ta’ l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilit bl-Artikolu 2 għandu jiġi allokat fl-ewwel sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern ta' Kiribati. Dan il-perċentwal huwa ffissat għal 40 % fit-tieni siena u 60 % s-sena ta' wara dik.
Kiribati għandha tieħu ħsieb l-ammont korrispondenti fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bi ftehim reċiproku bejn il-partijiet u l-ipprogrammar annwali u multijannwali sabiex dawn l-għanijiet jinkisbu.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Komunità u Kiribati għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim, malli l-Protokoll jidħol fis-seħħ u sa mhux aktar tard mit-tliet xhur wara d-dħul ta’ dan il-Protokoll fis-seħħ, dwar programm settorjali multijannwali u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tiegħu, li jinkludi b’mod partikolari:
a) |
il-linji ta' gwida annwali u multijannwali għall-użu tal-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 u l-ammonti speċifiċi li jittieħdu minnhom għat-twettiq ta' l-inizjattivi fl-2007; |
b) |
l-għanijiet li jridu jintlaħqu, kemm annwali kif ukoll multiannwali, sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet li Kiribati esprimiet fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli; |
ċ) |
il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. |
3. Kull emenda proposta fil-programm settorjali multijannwali jew fl-użu ta’ l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li għandhom isiru fl-2007 għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
4. Kull sena, Kiribati għandha talloka sehem korrispondenti għall-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, għall-implimentazzjoni tal-programm multijannwali. Għall-ewwel sena tal-validità tal-Protokoll, dik l-allokazzjoni trid diġi notifikata lill-Komunità malli l-programm settorjali multiannwali jiġi approvat fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Għal kull sena sussegwenti li fiha jiġi applikat il-Protokoll, Kiribati għandha tinnotifika lill-Komunità bl-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena kkonċernata.
5. Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali tiġġustifika dan, il-Komunità Ewropea tkun tista’ titlob li jerġa’ jsir aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll sabiex tadatta l-ammont effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm għal dawn ir-riżultati.
Artikolu 8
It-tilwim — is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll
1. Kull tilwim bejn il-partijiet fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tal-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk ikun meħtieġ, imlaqqgħa f’sessjoni straordinarja.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet meta t-tilwim bejn iż-żewġ Partijiet jitqies bħala serju u meta l-konsultazzjonijiet li jsiru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skond il-paragrafu 1 ma jkunux wasslu għal arranġament amikevoli.
3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika bil-miktub mill-parti interessata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.
4. F’każ ta’ sospensjoni, il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinstab soluzzjoni, il-Protokoll jerġa’ jibda japplika u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll tkun ġiet sospiża.
Artikolu 9
Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, fil-każ li l-Komunità tonqos milli tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
a) |
L-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, għall-ħlas f’terminu massimu ta’ 60 jum ta’ xogħol mid-data ta’ l-irċevuta tan-notifika. |
b) |
Jekk il-ħlas ma jsirx, u dan ma jkunx ġustifikat kif jixraq fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(6) ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea b’dan mill-ewwel. |
ċ) |
Il-Protokoll jerġa’ jibda japplika malli jsir il-ħlas ikkonċernat. |
Artikolu 10
Liġi nazzjonali
L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet ta' Kiribati skond dan il-Protokoll għandhom ikunu mmexxija mil-liġi applikabbli f'Kiribati, ħlief jekk il-Ftehim u dan il-Protokoll flimkien ma’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jiddisponu dwar dan mod ieħor.
Artikolu 11
Il-klawsola ta’ reviżjoni
Matul it-tielet sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi tiegħu, il-Partijiet jistgħu jirrevedi d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċi u, jekk ikun il-każ, jagħmlu xi emendi.
Artikolu 12
Revoka
L-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-kosta ta' Kiribati huwa revokat u sostitwit b'dan il-Protokoll.
Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ
1. Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li ġew kompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.
2. Għandu jgħodd b'effett mis-16 ta' Settembru 2006.
ANNESS
Il-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati mill-bastimenti tal-komunità
KAPITOLU I
REĠISTRAZZJONI U LIĊENZJI
TAQSIMA 1
Reġistrazzjoni
1. Is-sajd eżerċitat minn bastimenti Komunitarji fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati għandu jkun soġġett għall-ħruġ ta' numru ta' reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.
2. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-forma pprovduta għal dak il-għan mill-awtoritajiet ta' Kiribati li huma responsabbli għas-sajd, skond il-kampjun stipulat fl-Appendiċi I.
3. Ir-reġistrazzjoni hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ritratt ta' 15cm b' 20cm tal-bastiment li jkun qed iressaq l-applikazzjoni u ħlas ta' EUR 600 għal kull bastiment bħala tariffa tar-reġistrazzjoni, li għandu jiġi ttrasferit fil-Kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.
TAQSIMA 2
Il-Liċenzji
1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati fil-qafas tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta' Kiribati għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim sal-15 ta' Settembru 2012.
2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jistgħu jkunu pprojbiti milli jistadu f'Kiribati. Huma jrid ikollhom kollox f'postu fir-rigward ta' l-awtoritajiet ta' Kiribati fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' sajd tagħhom f'Kiribati skond il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Komunità.
3. Kull bastiment tal-Komunità li japplika għal liċenzja tas-sajd jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent li jgħix f’Kiribati. L-isem u l-indirizz ta’ dan l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Madankollu, kwalunkwe bastiment li japplika għal liċenzja tas-sajd li tipprovdi għall-ħatt l-art jew it-trażbord f'port ta' Kiribati jrid ikun rappreżentat minn aġent li jkun residenti f'Kiribati.
4. L-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità għandhom iressqu talba lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati, applikazzjoni għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skond dan il-Ftehim, mill-inqas 15-il jum qabel il-bidu tal-perjodu ta' validità mitlub.
5. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru responsabbli għas-Sajd f'Kiribati skond il-kampjuni tal-formoli fl-Appendiċi I.
6. L-applikazzjonijiet kollha għal liċenzja għandu jkollhom magħhom id-dokumenti li ġejjin:
— |
irċevuta tal-ħlas tat-tariffa għall-perjodu ta' validità tal-liċenzja; |
— |
kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skond dan il-Protokoll. |
7. It-tariffa għandha titħallas fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati, skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.
8. It-tariffi jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha. Madankollu, it-taxxi tal-port, it-tariffi tat-trażbord u l-ispejjeż għall-għoti ta’ servizzi m’humiex inklużi fil-ħlas ta’ din it-tariffa.
9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jinħarġu lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għal Kiribati (“id-Delegazzjoni”) fi żmien 15-il jum mill-wasla tad-dokumenti kollha msemmija fil-punt 6 għand il-Ministeru responsabbli għas-Sajd f'Kiribati.
10. Fil-każ li meta tkun se tiġi ffirmata l-liċenzja l-uffiċċji tad-Delegazzjoni jkunu magħluqin, din tista’, jekk ikun jixraq, tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment u tinbagħat kopja.
11. Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment partikolari u m’hijiex trasferibbli.
12. Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ ta’ force majeure ippruvata, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida f’isem bastiment ieħor ta’ l-istess kategorija ta' l-ewwel bastiment mingħajr ma jkollha titħallas tariffa oħra. F’dan il-każ, fil-kalkolu tal-livell tal-qabdiet għandu jitqies it-total tal-qabdiet kollha taż-żewġ bastimenti biex jiġi ddeterminat jekk għandux isir ħlas addizzjonali.
13. Sid l-ewwel bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jirritorna l-liċenzja annullata lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati permezz tad-Delegazzjoni.
14. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida issir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati. Id-Delegazzjoni għandha tiġi informata bit-trasferiment tal-liċenzja.
15. Il-liċenzja għandha dejjem tinżamm abbord. Madankollu, malli tasal in-notifika tal-ħlas bil-quddiem mibgħut lill-awtoritajiet ta' Kiribati mill-Kummissjoni Ewropea, il-bastiment għandu jitniżżel f'lista ta' bastimenti awtorizzati li jistadu, li għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' Kiribati responsabbli għall-ispezzjoni tas-sajd. Kopja tal-lista tista’ tinkiseb permezz ta’ faks sakemm tasal il-liċenzja; dik il-kopja għandha tinżamm abbord.
TAQSIMA 3
Validità u tariffi
1. Il-liċenzji huma validi għal sena. Huma jistgħu jiġġeddu.
2. Il-ħlas stabbilit huwa ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ.
3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jitħallsu l-ammonti stabbiliti li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
— |
EUR 21 000 għal kull bastiment li jistad għat-tonn bit-tartarun, li huma ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 600 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena; |
— |
EUR 4 200 għal kull bastiment li jistad bil-konz tal-wiċċ, li huma ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 120 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u speċijiet assoċjati magħhom maqbuda kull sena. |
4. Ir-rendikont finali tat-tariffi dovuti għas-sena n għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Lulju tas-sena n+1 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull operatur u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tad-data dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-Institut de Recherche pour le Développement (IRD), l-Instituto Español de Oceanografía (IE), l-Instituto de Investigação das Pescas e do Mar (IPIMAR) u mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC).
5. Dan il-kont jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati u lis-sidien għall-verifika u l-approvazzjoni. L-awtoritajiet ta’ Kiribati jistgħu joġġezzjonaw għall-kont bil-miktub u bir-raġunijiet ġustifikati kif jixraq f’terminu ta’ 30 jum mid-data tat-trażmissjoni. Jekk ma jintlaħaqx qbil, il-Kumitat Konġunt għandu jiġi kkonsultat. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni fit-terminu stabbilit, il-kont għandu jiġi aċċettat.
6. Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.
7. Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din it-Taqsima, is-sid ma jkunx jista’ jieħu lura l-bilanċ li jirriżulta.
KAPITOLU II
IŻ-ŻONI TAS-SAJD
1. Il-bastimenti għandhom ikunu awtorizzati li jkunu involuti f'attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati ħlief f'dawk iż-żoni indikati bħala żoni magħluqa fil-mappa 83005-FLC, skond il-Fisheries Ordinance (Cap. 33) u l-Marine Zone (Declaration) Act tal-Gvern ta' Kiribati. Kiribati għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe modifika għaż-żoni tas-sajd imsemmija għallinqas xahrejn qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ.
2. Fi kwalunkwe każ, is-sajd m'għandux ikun permess fiż-żoni li ġejjin:
— |
‘il ġewwa mit-tnax-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi |
— |
'il ġewwa minn tliet mili nawtiċi minn kwalunkwe rkaptu biex jinġema' l-ħut li l-post fejn hu jinsab għandu jiġi notifikat skond il-koordinati ġeografiċi. |
3. Partikolarment fir-rigward ta' bastimenti li jistadu bil-purse seines, is-sajd huwa pprojbit 'il ġewwa minn 60 mil nawtiku mil-linji ta' bażi tal-gżejjer ta' Tarawa, Kanton u Kiritimati;
KAPITOLU III
IR-REĠIM TAR-RAPPURTAR TAL-QABDIET U TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-ĦATT L-ART
1. Il-kaptani għandhom jagħtu lid-Direttur tas-Sajd l-informazzjoni dwar il-ħin, il-pożizzjoni tal-bastiment tas-sajd liċenzjat u l-qabda miżmuma abbord, bil-mod deskritt fl-Appendiċi IV bil-faks jew email f'waħda minn dawn l-okkażjonijet:
— |
għallinqas 24 siegħa qabel id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u immedjatament mat-tluq miż-żona tas-sajd; |
— |
kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa ż-żona tas-sajd ta' Kiribati wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa; |
— |
Għallinqas 48 siegħa qabel il-ħin stmat tad-dħul ġewwa kwalunkwe port ta' Kiribati u immedjatament mat-tluq mill-port; |
— |
immedjatament wara t-trażbord tal-qabda għal bastiment b'sistema ta' tkessiħ liċenzjat għall-ġarr, u; |
— |
għallinqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn bastiment liċenzjat għall-provvista tal-fjuwil |
Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'faks (686) 21120/22287 jew email lill-indirizz li ġej: flue@mfmrd.gov.ki
2. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lid-Direttur tas-Sajd jitqies bħala wieħed li mhux konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Kiribati.
Matul perjodu ta' sena ta' validità tal-liċenzja, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ fiż-żona WCPFC. Vjaġġ ġdid jibda minn kull trażbord jew ħatt l-art tal-qabdiet fiż-żona WCPFC.
3.1. Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom fil-folja korrispondenti tal-logsheet, skond il-kampjun fl-Appendiċi III A u III B. Il-kliem “Barra miż-ŻEE ta' Kiribati” jew l-isem taż-ŻEE korrispondenti ta' Stat kostali rilevanti ieħor fiż-żona WCPFC għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord imsemmi hawn fuq fir-rigward tal-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fl-ilmijiet ta' Kiribati.
4. Għall-iskopijiet ta' dan l-Annes, it-tul ta’ żmien tal-vjaġġ minn bastiment tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Kiribati huwa ddefinit kif ġej:
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Kiribati; |
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u t-trażbord; |
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati u l-ħatt l-art f'Kiribati. |
5. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati fil-qafas tal-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati sabiex ikun jista' jivverifika l-kwantitajiet maqbuda, li jiġu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 4 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness. Il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni tal-qabdiet huma dawn li ġejjin:
— |
Il-logsheet oriġinali għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti lokali ta' Kiribati jew tintbagħat permezz ta' posta rreġistrata jew courier lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati fi żmien 45 jum mit-tmiem ta’ l-aħħar vjaġġ li jkun sar matul il-perjodu msemmi. Fl-istess ħin għandhom jintbagħtu kopji b’mezzi jew permezz ta’ faks lill-Istat Membru tal-bandiera u lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'Kiribati. |
— |
Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara u b’ittri kapitali, u għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu. |
6. F’każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern ta’ Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u tiġi applikata l-penali stabbilita fil-leġiżlazzjoni attwali ta' Kiribati.
7. Id-Direttur għas-Sajd u s-sidien ta' bastimenti għandhom iżommu kopja ta' komunikazzjonijiet bil-faks jew messaġi ta' l-email sakemm iż-żewġ partijiet ikunu qablu mad-dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti msemmija fil-Kapitolu 1.
8. Is-sidien tal-bastimenti li jistadu bil-purse seines għandhom jgħaddu kopja ta' l-irċevuta tal-ħatt l-art wara li jintemm kull vjaġġ ta' sajd li jkun sar kollu kemm hu jew parzjalment fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Jekk dawn id-disposizzjonijiet ma jiġux osservati, id-Direttur tas-Sajd jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li jkun qed jikser ir-regoli rilevanti, sakemm jitwettqu l-formalitajiet u jiġu applikati l-penali pprovduti skond il-liġijiet nazzjonali ta' Kiribati.
KAPITOLU IV
L-IMBARK TAL-BAĦRIN
1. L-operaturi tal-bastimenti li jistadu għat-tonn u tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandhom iħaddmu baħrin li ġejjin mill-pajjiżi AKP, fosthom minn Kiribati, taħt il-kondizzjonijiet u bil-limiti li ġejjin:
— |
għall-flotta tal-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas sitt baħrin AKP għandhom jiġu imbarkati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati, |
— |
għall-flotta tal-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ, mill-inqas erba’ baħrin AKP għandhom jiġu imbarkati matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati. |
2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin addizzjonali minn Kiribati.
3. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mill-ismijiet fuq il-listi ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi AKP ikkonċernati, inkluż minn Kiribati.
4. Meta jkunu ġew iffirmati kuntratti ma' ċittadini ta' Kiribati, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħaddi lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati l-ismijiet tal-baħrin lokali abbord il-bastiment ikkonċernat, fejn tissemma wkoll il-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.
5. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol tapplika b’mod sħiħ għall-baħrin imħaddma fuq bastimenti ta' l-UE. Dan jirrigwarda b’mod partikolari il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tal-qerda tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-professjonijiet.
6. Il-kuntratti tax-xogħol ta’ baħrin minn Kiribati, skond il-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu ffirmati mir-rappreżentant(i) tas-sid u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom f'konsultazzjoni ma’ l-awtorità marittima ta’ Kiribati. Għandha tintbagħat kopja lill-firmatarji. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tar-reġim tas-sigurtà soċjali li japplika għalihom, li jinkludi assigurazzjoni fuq il-mewt, mard jew inċidenti.
7. Is-sidien tal-bastiment huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin. Dan għandu jiġi stabbilit, qabel ma jinħarġu l-liċenzji, bi qbil reċiproku bejn l-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat. Madankollu, il-kondizzjonijiet tal-ħlas tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu anqas minn dawk li japplikaw għall-ekwipaġġi ta' Kiribati u fl-ebda ċirkostanzi m'għandhom ikunu anqas minn dawk stabbiliti skond l-istandards ta' l-ILO.
8. Kull baħri impjegat fuq bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment rilevanti lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jimbarka lil dak il-baħri.
9. Madankollu, f’każ li ebda baħri mill-pajjiżi AKP ma jittella' abbord għal raġunijiet differenti minn dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti tal-Komunità kkonċernati għandhom ikunu obbligati jħallsu, għal kull jum ta’ sajd fl-ibħra tal-pajjiż AKP ikkonċernat, somma stabbilita minn qabel ta’ EUR 20 kuljum. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jsir sa mhux aktar tard mit-termini stabbiliti fil-punt I.2.6 ta’ dan l-Anness. Mad-dħul tagħhom fiż-ŻEE ta' Kiribati, is-sidien tal-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw l-għadd tal-baħrin AKP abbord.
10. Din is-somma għandha tintuża għat-taħriġ tal-baħrin lokali u titħallas fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-pajjiż AKP ikkonċernat.
KAPITOLU V
IL-MIŻURI TEKNIĊI
Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-WCPFC għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
KAPITOLU VI
L-OSSERVATURI
1. Fil-mument li l-bastiment jiġi rreġistrat, il-bastimenti Komunitarji kollha għandhom jagħtu kontribuzzjoni ta’ EUR 400 għall-“Fond tal-Proġett għall-Osservazzjoni tas-Sajd”, li għandha titħallas fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati, skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.
2. Il-bastimenti awtorizzati jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-WCPFP, bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.
— |
Fuq talba tal-WCPFC, il-bastimenti tal-Komunità għandhom itellgħu abbord osservatur magħżul minn din l-organizzazzjoni sabiex jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' Kiribati. |
— |
Il-WCPFC għandha tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom. |
— |
L-WCPFC għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta' l-osservatur nominat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord. |
3. L-osservatur jibqa’ fuq il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-WCPFC, dan l-imbark jista’ jkopri aktar minn vjaġġ wieħed skond it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba ssir mill-WCPFC kompetenti meta jiġi kkomunikat l-isem ta’ l-osservatur magħżul biex jimbarka fuq il-bastiment ikkonċernat.
4. Il-kondizzjonijiet ta’ l-imbark ta’ l-osservatur huma ddefiniti bi qbil bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-WCPFC kompetenti.
5. It-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet ta' Kiribati, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.
6. Is-sidien konċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sotto-reġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta' l-osservaturi.
7. Fil-każ li l-osservatur jittella' abbord f’port barra s-sottoreġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur reġjonali joħroġ barra miż-żona tas-sajd reġjonali, għandha tittieħed kull miżura biex jiġi ggarantit li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun u l-ispejjeż jitħallsu mill-operatur.
8. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord.
9. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Hu jaqdi dawn id-dmirijiet:
— |
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; |
— |
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet ta’ sajd; |
— |
jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi, |
— |
jinnota l-irkaptu tas-sajd użat, |
— |
jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' Kiribati; |
— |
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum ta' l-ispeċijiet ta' ħut (fin-fish) mormija li huma tajbin għall-kummerċ; |
— |
jirrapporta d-data dwar is-sajd, bi kwalunkwe mezz xieraq inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord, darba fil-ġimgħa meta l-bastiment ikun qed jistad fl-ilmijiet ta' Kiribati. |
10. Il-kaptan għandu jagħmel kull ma jista' biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali ta’ l-osservaturi waqt li jaqdu dmirijiethom.
11. Kemm jista' jkun l-osservaturi għandhom ikunu offruti l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex jaqdu dmirijiethom il-kaptan għandu jagħtihom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal ta’ navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom bħala osservaturi aktar faċilment.
12. Waqt li jkun fuq il-bastiment, l-osservatur:
— |
jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd, |
— |
jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti. |
13. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-WCPFC u li tingħata kopja tiegħu lill-kaptan tal-bastiment.
14. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.
15. Is-salarju u l-kontribuzzjonijijet tas-sigurtà soċjali ta’ l-osservatur jitħallsu mill-WCPFC.
16. Iż-żewġ partijiet se jikkonsultaw malajr kemm jista’ jkun bejniethom u lill-pajjiżi terzi kkonċernati dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla ta’ l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-ilmijiet ta' Kiribati, minflok l-osservaturi reġjonali, għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati skond ir-regoli stabbiliti hawn fuq.
KAPITOLU VII
IL-MONITORAĠĠ
1. Il-Komunità Ewropea għandha żżomm lista aġġornata ta' bastimenti li għalihom tkun inħarġet liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet ta' Kiribati, li huma inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u kull meta tiġi aġġornata.
2. Id-dħul u l-ħruġ miż-żona
— |
Il-bastimenti tal-Komunità jinnotifikaw, mill-inqas 3 sigħat minn qabel, lill-awtoritajiet ta' Kiribati responsabbli għall-monitoraġġ tas-sajd, l-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta' Kiribati, kif imsemmi fl-Appendiċi IV. Huma għandhom ukoll jiddikjaraw il-kwantitajiet globali u l-ispeċijiet abbord. |
— |
Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn il-komunikazzjonijiet preferibbilment għandhom isiru bil-faks, u, fin-nuqqas ta’ dan, għall-bastimenti mhux mgħammrin bil-faks, bir-radju u bl- e-mail. |
— |
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti Kiribati jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi. |
— |
In-numri tal-faks u tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd. |
3. Il-proċeduri ta' kontroll
— |
Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kwalunkwe uffiċjal ta' Kiribati inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd. |
— |
Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom. |
— |
Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni u kull monitoraġġ fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. |
4. L-immarkar tal-bastimenti
Il-bastimenti Komunitarji għandhom ikollhom immarkar estern skond ir-regoli tal-FAO.
5. Il-monitoraġġ bis-satellita
Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji kollha li jistadu taħt dan il-ftehim għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skond l-Appendiċi V. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fl-10 jum wara n-notifika mill-Gvern ta' Kiribati lid-Delegazzjoni dwar il-bidu tal-ħidmiet tal-korp responsabbli għall-monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd ta' Kiribati.
6. It-tlugħ abbord
— |
L-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b'kull infrazzjoni u penali imposti fuq bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta' Kiribati. |
— |
L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni li matulha tkun ġiet osservata l-infrazzjoni. |
7. Ir-rapport ta' l-ispezzjoni
— |
Wara li l-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati jkunu ħejjew l-istqarrija, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirmaha. |
— |
Din il-firma m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-kaptan jew kwalunkwe difiża li jista' jagħmel għall-ksur allegat. |
— |
Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta' Kiribati. Fil-każijiet ta’ infrazzjoni minuri, l-awtorità kompetenti ta' Kiribati tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu. |
8. Il-proċedura għall-ispezzjoni
— |
Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fil-port b'riżultat ta' l-ispezzjoni. |
— |
F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond il-liġi ta' Kiribati. |
— |
F’każ li l-kwistjoni ma tkunx setgħet tissolva permezz ta’ tranżazzjoni bonarja u li din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, f’ammont li jiġi ffissat meta jitqiesu l-ispejjeż li l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-bastiment iġibu magħhom, kif ukoll l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli mill-infrazzjoni, fil-kont tal-bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati. |
— |
Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rrevokata malli l-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati. |
— |
Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:
|
9. It-Trażbord
— |
Kull bastiment tal-Komunità li jixtieq jittrażborda qabdiet li jkun għamel fl-ilmijiet ta' Kiribati għandu jagħmel dan fil-portijiet ta' Kiribati. |
— |
Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati bl-informazzjoni f'konformità ma' l-Appendiċi IV, mill-anqas minn 48 siegħa minn qabel: |
— |
It-trażbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Il-bastimenti għandhom għalhekk jippreżentaw il-ġurnali ta' abbord lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati u jiddikaraw jekk humiex bi ħsiebhom ikomplu jistadu jew jitilqu miż-żona tas-sajd ta' Kiribati, skond l-Appendiċi III A u III B. |
— |
Kull operazzjoni ta’ trażbord ta' qabdiet fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati jew li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati. Kull persuna li ma tħarisx din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-penali stabbiliti fil-liġi ta' Kiribati. |
10. Il-Kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord f’port ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi ta' Kiribati. Ladarba tkun tlestiet l-ispezzjoni, kopja tar-rapport ta' spezzjoni tingħata lill-kaptan tal-bastiment.
Appendiċi
I |
Formola ta' applikazzjoni għall-inklużjoni ta' bastiment tas-sajd fir-reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati |
II. |
Formola ta' applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd |
III A. |
Logsheet reġjonali dwar l-użu tal-purse seines fil-Paċifiku tan-nofsinhar |
III A. |
Logsheet reġjonali dwar l-użu tal-konzijiet fil-Paċifiku tan-nofsinhar |
IV. |
Dettalji ta' rappurtar |
V. |
Il-protokoll VMS |
Appendiċi I
Formola ta' Applikazzjoni għall-inklużjoni ta' Bastiment tas-Sajd fir-Reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati
Appendix IV
DETTALJI TAR-RAPPURTAR
rapporti lid-direttur tas-sajd
Tel.: (686) 21099Faks: (686) 21120 E-mail: flue@mfmrd.gov.ki
1. Rappurtar ta' Dħul fiż-Żona
24 siegħa qabel id-dħul fil-limiti taż-żona.
(a) |
Kodiċi tar-rapport (ZENT); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Id-data tad-dħul (JJ-XX-SS); |
(e) |
Il-ħin tad-dħul (GMT); |
(f) |
Pożizzjoni tad-dħul; |
(g) |
Qabda totali abbord skond il-piż u l-ispeċi.
e.g. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.89/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:OT-10 |
2. Rappurtar tat-Tluq miż-Żona
Immedjatament mat-tluq mil-limiti taż-żona tas-sajd:
(a) |
Kodiċi tar-rapport (ZDEP); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Data tat-tluq; |
(e) |
Il-ħin tat-tluq (GMT); |
(f) |
Il-pożizzjoni tat-tluq; |
(g) |
Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.
|
(h) |
Qabda totali fiż-żona skond il-piż u l-ispeċi (bħall-Qabda Abbord); |
(i) |
Total ta' jiem mistada (l-għadd reali ta' jiem li fihom tkun saret sajda fiż-Żona) eż ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.89/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:OT-4/SJ-42:BE-70:OT-1/14 |
3. Rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabda filwaqt li ġewwa ż-Żona
Kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa l-limiti taż-żona tas-sajd wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa;
(a) |
Kodiċi tar-rapport (WPCR); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Data tal-WPCR (JJ:XX:SS); |
(e) |
Pożizzjoni tar-rappurtar; |
(f) |
Qabda mill-aħħar rapport ’l hawn:
|
(g) |
Jiem mistada mill-aħħar rapport ’l hawn Per eżempju: WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/0140N;16710W/SJ-23:YF-9:OT-2.0/7 |
4. Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, għall-proviżjonament mill-ġdid, l-iżbark ta' l-ekwipaġġ jew emerġenza
Għallinqas 48 siegħa qabel ma jidħol fil-port il-bastiment:
(a) |
Kodiċi tar-rapport (PENT); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Id-data tar-rappurtar (JJ-XX-SS); |
(e) |
Pożizzjoni tar-rappurtar; |
(f) |
Isem il-port; |
(g) |
Ħin stmat tal-wasla (LST)JJXX:ssmm; |
(h) |
Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.
|
(i) |
Raġuni għad-dħul fil-port Per eżempju: PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.89/0130S;17010E/BETIO/26.12:1600L/SJ-562:YF-150:OT-4/TRANSSHIPPING |
5. Tluq mill-port
Immedjatament wara t-tluq mill-port
(a) |
Kodiċi tar-rapport (PDEP); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Id-data tar-rappurtar (GMT) (JJ-XX-SS); |
(e) |
Isem il-Port; |
(f) |
Id-data u l-ħin tat-tluq (LST) GGMM:ssmm; |
(g) |
Qabda abbord skond il-piż u l-ispeċi.
|
(h) |
Id-destinazzjoni li jmiss Per eżempju: PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:OT-4/ŻONA TAS-SAJD |
6. Dħul fi jew Tluq minn Żona Magħluqa
Għallinqas 12-il siegħa qabel ma jidħol u immedjatament wara li jitlaq miż-żona magħluqa:
(a) |
It-tip tar-Rapport (ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Id-data ta' ENCA jew DECA; |
(e) |
Il-ħin ta' l-ENCA jew DECA (GMT) JJ-XX-SS:ssmm; |
(f) |
Pożizzjoni ta' l-ENCA jew DECA (sa minuta ta' l-arc); |
(g) |
Veloċità u rotta; |
(h) |
Raġuni għall-ENCA Pereżempju: ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89:1645Z/0130S;17010E/7:320/ENTER PORT |
7. Avviż ta' teħid ta' Fjuwil
għallinqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn tanker liċenzjat
(a) |
Tip ta' rapport (FUEL); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Ħin tar-rappurtar (GMT); |
(e) |
Pożizzjoni tar-rappurtar (sa minuta ta' l-arc); |
(f) |
Ammont ta' fjuwil abbord (Kilolitri); |
(g) |
Data stmata tat-teħid tal-fjuwil; |
(h) |
Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil; |
(i) |
Isem it-tanker: Per eżempju: FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.90/0130S;17010E/35/08.02.90/0131S;17030E/CHEMSION |
8. Rapport dwar l-Attività ta' teħid tal-Fjuwil
Immedjatament wara t-teħid tal-fjuwil minn tanker liċenzjat.
(a) |
Tip ta' rapport (BUNK); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Id-data u l-ħin tat-teħid tal-fjuwil (GMT) JJ-XX-SS:ssmm; |
(e) |
Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil; |
(f) |
Ammont ta' fjuwil imtella' abbord f'kilolitri; |
(g) |
Il-ħin tat-tlestija mit-teħid tal-fjuwil (GMT); |
(h) |
Pożizzjoni fejn ikun intemm it-teħid tal-fjuwil; |
(i) |
Isem it-tanker: Per eżempju: BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.90:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.90:1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX |
9. Rapport dwar l-Attività ta' Trażbord
Immedjatament wara t-trażbord f'port awtorizzat f'Kiribati f'bastiment liċenzjat għall-ġarr.
(a) |
Tip ta' rapport (TSHP); |
(b) |
Numru ta' reġistrazzjoni: jew tal-liċenzja; |
(c) |
Il-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal; |
(d) |
Id-data tar-rilaxx (JJ-XX-SS); |
(e) |
Il-port tar-rilaxx; |
(f) |
Qabda trażbordata skond il-piż u l-ispeċi;
|
(g) |
Isem it-trasportatur bl-istiva mkessħa; |
(h) |
Destinazzjoni tal-qabda Per eżempju: TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/BETIO/SJ-450:YF-150:OT-0.0/JAPANSTAR/PAGO PAGO |
10. Rapport tat-Tlestija
Fi żmien 48 siegħa mit-tlestija ta' vjaġġ billi tiġi rilaxxata l-qabda f'portijiet oħra tas-sajd (barra Kiribati) inklużi portijiet operattivi jew il-port ta' residenza.
(a) |
Tip ta' rapport (COMP); |
(b) |
Isem il-bastiment; |
(c) |
Numru tal-liċenzja; |
(d) |
L-ittri tal-kodiċi tar-radju; |
(e) |
Id-data tar-rilaxx (JJ-XX-SS); |
(f) |
Qabda rilaxxata skond l-ispeċi
|
(g) |
Isem il-port. Per eżempju: COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.89/SJ-670:YF-65:OT-0.0/BETIO |
Appendiċi V
Protokoll (VMS)
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati
1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jikkompletaw il-protokoll dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar is-sajd 'il barra mill-Kosta ta' Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta' Settembru 2006 u l-15 ta' Settembru 2012, u japplikaw skond punt 5 ta' “Kapitolu VII — Monitoraġġ” ta' l-Anness tiegħu.
2. Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkunu itwal minn 15-il metru fl-itwal parti tagħhom, li jistadu fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u Kiribati għandhom ikunu mmonitorjati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE ta' Kiribati.
L-awtoritajiet Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Parti Komunitarja l-pożizzjonijiet taż-żoni tas-sajd (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE ta' Kiribati sabiex il-bastimenti jkunu mmonitorjati permezz tas-satellita.
L-awtoritajiet ta' Kiribati għandhom jgħaddu l-informazzjoni elettronikament fi gradi deċimali (WGS 84).
3. Il-Partijiet għandhom jipproċedu għal skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri ta' Kontroll tagħhom skond il-punti 5 sa 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej jekk jeżistu: l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-Ċentri tal-Kontroll.
4. Il-pożizzjoni tal-bastiment tiġi ddeterminata b’marġini ta’ żball inqas minn 500 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.
5. Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun immonitorjat permezz tas-satellita skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità jidħol fiż-ŻEE ta' Kiribati, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti (identifikazzjoni tal-bastiment, lonġitudni, latitudni, rotta u veloċità) jiġu kkomunikati mill-ewwel miċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat ta’ tal-bandiera liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' Kiribati (FMC) kultant ħin f'perjodi massimi ta’ tliet sigħat. Dawn il-messaġġi jiġu identifikati bħala rapporti tal-pożizzjoni.
6. Il-messaġġi speċifikati fil-punt 5 jintbagħtu b’mezz elettroniku fil-format X.25, mingħajr l-ebda protokoll ulterjuri. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati fil-ħin reali skond il-format tat-Tabella II.
7. F’każ li l-apparat ta’ monitoraġġ permanenti permezz tas-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd ikollu ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-punt 5 meta suppost liċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera u lill-FMC ta’ Kiribati permezz ta’ faks. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull tmien sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali se jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-Kaptan tal-bastiment kull tliet sigħat skond ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 5.
Iċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat immedjatament dawn il-messaġġi lill-FMC ta' Kiribati. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jiġi sostitwit fi żmien massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta' Kiribati.
8. Iċ-Ċentri ta' Kontroll ta’ l-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet tal-Kiribati. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skond il-kondizzjonijiet stabbiliti, l-FMC ta’ Kiribati għandu jiġi informat b’dan malli dan isir magħruf, u l-proċedura prevista fil-punt 7 għandha tkun applikabbli.
9. Jekk l-FMC ta’ Kiribati jara li l-Istat tal-bandiera ma jkunx qed jibgħat l-informazzjoni prevista fil-punt 5, id-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea jiġu informati b’dan mill-ewwel.
10. Id-data tal-monitoraġġ kkomunikata lill-parti l-oħra, skond dawn id-dispożizzjonijiet hija maħsuba biss għall-użu mill-awtoritajiet ta' Kiribati għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-flotta tal-Komunità li tistad skond il-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u Kiribati. Din l-informazzjoni ma tkun tista’ fl-ebda każ tiġi kkomunikata lil partijiet oħra.
11. Il-komponenti tas-softwer u t-tagħmir fiżiku tas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli u m’għandhom jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u lanqas m’għandhom ikunu jistgħu jiġu mbagħbsa manwalment.
Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u kapaċi topera f'kull ħin u indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u klimatiċi. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew jinterferixxi mas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita.
Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li:
— |
l-informazzjoni ma titbiddel bl-ebda mod; |
— |
l-antenna jew l-antenni mqabbda mat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita bl-ebda mod ma jiġu ostakolati |
— |
l-alimentazzjoni elettrika tat-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma tiġi interrotta bl-ebda mod; kif ukoll |
— |
it-tagħmir tal-monitoraġġ permezz tas-satellita ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment. |
12. Il-partijiet jaqblu li jaqsmu bejniethom, jekk jintalbu jagħmlu dan, l-informazzjoni dwar it-tagħmir użat għall-monitoraġġ permezz tas-satellita sabiex jiżguraw li kull biċċa tagħmir tkun kompletament kompatibbli ma’ l-esiġenzi tal-parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn il-miżuri.
13. Kull tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilita fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.
14. Il-partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn id-dispożizzjonijiet.
Il-komunikazzjoni tal-messaġġi VMS lil Kiribati
Rapport tal-pożizzjoni
Element tad-Data |
Il-Kodiċi |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kummenti |
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Informazzjoni dwar is-sistema — jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
Destinatarju |
AD |
O |
Informazzjoni dwar il-messaġġ — destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |
Speditur |
FR |
O |
Informazzjoni dwar il-messaġġ — min qed jitrażmetti. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |
L-Istat tal-bandiera |
FS |
F |
|
Tip ta’ messaġġ |
TM |
O |
Informazzjoni dwar il-messaġġ — tip ta’ messaġġ “POS” |
Kodiċi tar-Radju |
RC |
O |
Informazzjoni dwar il-bastiment — kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |
Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti |
IR |
F |
Numru uniku tal-parti kontraenti bħala kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat tal-bandiera segwit b'numru) |
Numru tar-reġistrazzjoni estern |
XR |
O |
Informazzjoni dwar il-bastiment — in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur |
Latitudni |
LA |
O |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S GGMM (WGS-84) |
Lonġitudni |
LO |
O |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W GGMM (WGS-84) |
Rotta |
CO |
O |
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360° |
Veloċità |
SP |
O |
Il-veloċità tal-vapur f'deċmi ta’ knots |
Dati |
DA |
O |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |
Ħin |
TI |
O |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |
Tmiem tar-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Informazzjoni dwar is-sistema — tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Sett ta’ karattri: ISO 8859.1
It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:
— |
linja doppja mmejla (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tal-messaġġ; |
— |
linja waħda mmejla (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u d-data. |
Elementi ta' data fakultattiva għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.
Il-limiti taż-ŻEE ta' Kiribati
Il-koordinati taż-ŻEE
Il-koordinati ta' l-FMC ta' Kiribati
Isem ta’ l-FMC:
Tel. VMS:
Faks VMS:
Email VMS:
Tel. DSPG:
Faks DSPG:
Indirizz X25 =
Dikjarazzjoni dħul/ħruġ: