Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2007_202_R_0030_01

    2007/548/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa, u l-Ġorġja min-naħa l-oħra, biex tiqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
    Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK

    ĠU L 202, 3.8.2007, p. 30–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 202/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-5 ta’ Ġunju 2007

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa, u l-Ġorġja min-naħa l-oħra, biex tiqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

    (2007/548/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ft-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, tinnegozja mal-Ġorġja Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-President tal-Kunsill b’dan tingħatalu l-awtorità li jaħtar persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w), f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u l-Ġorġja min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

    Artikolu 2

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. STEINBRÜCK


    (1)  Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.


    PROTOKOLL

    għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

    IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-ISLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA’ L-ISVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

    minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

    MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIMKA,

    minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunitajiet” irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

    min-naħa waħda, u l-

    ĠEORĠJA

    min-naħa l oħra,

    minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Partijiet” għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,

    WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007,

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn Ġeorġja u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn il-Georġja u l-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FSK,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li ġie ffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Novembru 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1998, u li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta’ April 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn’il-quddiem “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, ta’ l-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta’ ittri u Dikjarazzjonijiet mill-Ġeorġja annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll ta’ Ftehim tat-30 ta’ April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005.

    Artikolu 2

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

    Artikolu 3

    1.   Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mill-Ġeorġja skond il-proċeduri tagħhom stess.

    2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    1.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

    2.   Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effet mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Artikolu 5

    1.   It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta’ April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.

    2.   Dawn jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokoll mal-Ftehim tat-30 ta’ April 2004.

    Artikolu 6

    Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Ġeorġjana, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

    Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и седма година.

    Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil siete.

    V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce sedm.

    Udfærdiget i Bruxelles, den syvogtyvende juni to tusind og syv.

    Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendsieben.

    Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Iουνίου δύο χιλιάδες επτά.

    Done at Brussels on the twenty-seventh day of June in the year two thousand and seven.

    Fait à Bruxelles, le vingt-sept juin deux mille sept.

    Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemilasette.

    Briselē, divi tūkstoši septītā gada divdesmit septītajā jūnijā

    Priimta du tūkstančiai septintųjų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hetedik év június havának huszonhetedik napján.

    Magħmul fi Brussell, is-sebgħa u għoxrin ta' Lulju, elfejn u sebgħa

    Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste juni tweeduizend zeven.

    Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące siódmego.

    Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Junho de dois mil e sete.

    Încheiat la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie, anul două mii șapte.

    V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícsedem

    V Bruslju, sedemindvajsetega junija leta dva tisoč sedem.

    Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

    Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni tjugohundrasju.

    Image

    За Държавите-членки

    Por los Estados miembros

    Za členské státy

    For medlemsstaterne

    Für die Mitgliedstaaten

    Liikmesriikide nimel

    Για τα κράτη μέλη

    For the Member States

    Pour les États membres

    Per gli Stati membri

    Dalībvalstu vārdā

    Valstybių narių vardu

    A tagállamok rėszéről

    Għall-Istati Membri

    Voor de lidstaten

    W imieniu państw członkowskich

    Pelos Estados-Membros

    Pentru statele membre

    Za členské štáty

    Za države članice

    Jäsenvaltioiden puolesta

    På medlemsstaternas vägnar

    Image

    Image

    За Европейските общности

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa Ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropski skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Image

    Image

    Image

    За Грузия

    Por Georgia

    Za Gruzii

    for Georgien

    Für Georgien

    Gruusia nimel

    Για τη Γεωργία

    For Georgia

    Pour la Géorgie

    Per la Georgia

    Gruzijas vārdā

    Gruzijos vardu

    Grúzia részéről

    Għall-Ġeorġa

    Voor Georgië

    W imieniu Gruzji

    Pela Geórgia

    Pentru Georgia

    Za Gruzínsko

    Za Gruzijo

    Georgian puolesta

    På Georgiens vägnar

    Image

    Image


    Top