Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2007_202_R_0025_01

    2007/547/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
    Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK.

    ĠU L 202, 3.8.2007, p. 25–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 202/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-5 ta’ Ġunju 2007

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

    (2007/547/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha awtorizza lill-Kummissjoni, biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, mar-Repubblika ta’ l-Armenja, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju sa mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, bil-possibbiltà li jkun konkluż fi stadju ulterjuri.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

    Artikolu 2

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. STEINBRÜCK


    (1)  Ara paġna 26 ta' dan il-ĠU.


    PROTOKOLL

    għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK.

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

    IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

    minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

    MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA

    minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunitajiet” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

    minn naħa waħda, u

    IR-REPUBBLIKA TA’ L-ARMENJA

    min-naħa l-oħra,

    minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet” għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,

    WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007,

    WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika ta’ l-Armenja u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ l-Armenja u l-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FSK;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta’ April 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) u għandhom rispettivament jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Skambji ta’ Ittri u d-Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta l-Armenja annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tad-19 ta’ Mejju 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005.

    Artikolu 2

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

    Artikolu 3

    1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika ta’ l-Armenja skond il-proċeduri tagħhom stess.

    2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

    2.   Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Artikolu 5

    1.   It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim tad-19 ta’ Mejju 2004, huma miktuba bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.

    2.   Huma annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma miktuba l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll tal-Ftehim tad-19 ta’ Mejju 2004.

    Artikolu 6

    Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Armenjana, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

    Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и седма година.

    Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil siete.

    V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce sedm.

    Udfærdiget i Bruxelles, den syvogtyvende juni to tusind og syv.

    Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendsieben.

    Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Iουνίου δύο χιλιάδες επτά.

    Done at Brussels on the twenty-seventh day of June in the year two thousand and seven.

    Fait à Bruxelles, le vingt-sept juin deux mille sept.

    Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemilasette.

    Briselē, divi tūkstoši septītā gada divdesmit septītajā jūnijā

    Priimta du tūkstančiai septintųjų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hetedik év június havának huszonhetedik napján.

    Magħmul fi Brussell, is-sebgħa u għoxrin ta' Lulju, elfejn u sebgħa

    Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste juni tweeduizend zeven.

    Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące siódmego.

    Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Junho de dois mil e sete.

    Încheiat la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie, anul două mii șapte.

    V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícsedem

    V Bruslju, sedemindvajsetega junija leta dva tisoč sedem.

    Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

    Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni tjugohundrasju.

    Image

    За Държавите-членки

    Por los Estados miembros

    Za členské státy

    For medlemsstaterne

    Für die Mitgliedstaaten

    Liikmesriikide nimel

    Για τα κράτη μέλη

    For the Member States

    Pour les États membres

    Per gli Stati membri

    Dalībvalstu vārdā

    Valstybių narių vardu

    A tagállamok rėszéről

    Għall-Istati Membri

    Voor de lidstaten

    W imieniu państw członkowskich

    Pelos Estados-Membros

    Pentru statele membre

    Za členské štáty

    Za države članice

    Jäsenvaltioiden puolesta

    På medlemsstaternas vägnar

    Image

    Image

    За Европейските общности

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa Ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropski skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Image

    Image

    Image

    За Република Армения

    Por la República de Armenia

    Za Arménskou republiku

    For Republikken Armenien

    Für die Republik Armenien

    Armeenia Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία της Αρμενίας

    For the Republic of Armenia

    Pour la République d'Arménie

    Per la Repubblica d'Armenia

    Armēnijas Republikas vārdā

    Armenijos Respublikos vardu

    Az Örmény Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika ta' l-Armenja

    Voor de Republiek Armenië

    W imieniu Republiki Armenii

    Pela República da Arménia

    Pentru Republica Armenia

    Za Arménsku republiku

    Za Republiko Armenijo

    Armenian tasavallan puolesta

    På Republiken Armeniens vägnar

    Image

    Image


    Top