Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_120_R_0017_01

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 120, 5.5.2006, p. 17–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 3–7 (MT)

    25.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' Frar 2006

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    (2006/324/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994, matul l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja.

    (2)

    In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi ta’ negozju maħruġa mill-Kunsill.

    (3)

    Il-Kummissjoni temmet in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994. Dan il-ftehim għandu għalhekk jiġi approvat,

    (4)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (1),

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tat-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tneħħija tal-kalendarji tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea huwa hawn approvat f’isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim f'g]amla ta' skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim f' għamla ta' Skambju ta' Ittri skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 (2), jew filkaż ta' rati ta' kwoti tariffarji għal linji tariffarji 1604 20, l-Artikolu 4 (2) ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew il-Kumitat relevanti mwaqqaf mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament għall-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

    2.   L-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw fejn issir referenza għal dan il-paragrafu.

    Il-perjodu previst mill-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    Artikolu 4

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komuni (3).

    2.   L-Artikolu 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw meta ssir referenza għal dan il-paragrafu.

    Il-perjodu previst mill-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    Artikolu 5

    Il-President tal-Kunsill huwa hawn awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma(jiffirmaw) il-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità (4).

    Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Frar 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    U. PLASSNIK


    (1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


    FTEHIM

    Fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' L-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali Dwar IT-Tariffi U L-Kummerċ (GATT) 1994 rigward l-emenda tal-konċessjonijiet fil-kalendarji tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' L-Unjoni Ewropea.

    A.   Ittra mill-Komunitajiet Ewropej

    Brussel, Image

    Sinjur,

    Wara l-bidu tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u r-Renju tat- Tajlandja (Tajlandja) taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-emenda ta’ konċessjonijiet fil-kalendarji tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej hu miftiehem bejn il-KE u t-Tajlandja sabiex jikkonkludu n-negozjati mibdija wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

    Il-KE taqbel li ddaħħal il-konċessjonijiet li ġew inklużi fl-iskeda tagħha ta’ qabel tal-KE 15 fl-iskeda tat-territorju doganali tal-KE 25.

    Il-KE taqbel li ddaħħal il-konċessjonijiet li jinstabu fl-Anness ta’ dan il-Ftehim fl-iskeda għall-KE 25.

    It-Tajlandja jaċċetta l-komponenti bażiċi ta’ l-istrateġija tal-KE sabiex taġġusta l-obbligi tal-KE 15 u dawk tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja wara t-tkabbir riċenti tal-KE. kalkolu fuq bażi netta ta’ l-impennji ta’ esportazzjoni; kalkolu fuq bażi netta tar-rati tat-tariffi; u globalizzazzjoni ta’ impenji domestiċi ta’ appoġġ.

    Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fid-data meta l-KE u t-Tajlandja jkunu skambjaw ittri ta’ ftehim, wara kunsiderazzjoni mill-partijiet fi qbil mal-proċeduri tagħhom stess. Il-KE ser tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex twaqqaf l-miżuri xierqa ta’ implimentazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2006 u taħt l-ebda ċirkostanza wara l-1 ta’ Lulju 2006.

    Għoddni tiegħek.

    Image

    F’isem il-Komunita' Ewropea

    ANNESS

    1604 20 70: kwota ta’ rata ta’ tariffa annwali ġdida ta’ 2,558 Tunnellata li 1,816-il Tunnellata minnhom ser jiġu allokati lit-Tajlandja, bil-bqija jiġu applikati erga omnes, b’rata ta’ kwota ta’ 0 %, minn rata ta’ kwota ta’ 24 %.

    1604 20 50: kwota ta’ rata ta’ tariffa annwali ġdida ta’ 2,275 Tunnellata li 1,410 Tunnellati minnhom ser jiġu allokati lit-Tajlandja, bil-bqija jiġu applikati erga omnes, b’rata ta’ kwota ta’ 0 %, minn rata ta’ kwota ta’ 25 %.

    1006 10 (Ross għadu fil-ħliefa): rata ta' kwota tariffarja ġdida annwali (erga omnes) ta’ 7 Tunnellati, bir-rata ta’ kwota ta’ 15 %.

    1006 20 (Ross bla ħliefa): rata ta' kwota tariffarja ġdida annwali (erga omnes) ta’ 1,634 Tunnellata, bir-rata ta’ kwota ta’ 15 %.

    1006 30 (Ross nofsu midħun/midħun kollu): żieda fir-rata ta' kwota tariffarja annwali ta’ 25,516-il Tunnellata (erga omnes) fil-kwota annwali tal-KE15 li hemm issa, bir-rata ta’ kwota ta’ 0 %.

    Allokazzjoni tal-pajjiż ta’ 1,200 Tunnellata lit-Tajlandja li għandha tiġi integrata fil-kwota attwali tar-ross nofsu midħun/midħun kollu tal-KE15 li hemm issa, b’rata ta’ kwota ta’ 0 %.

    1006 40 (Ross imfarrak): rata ta' kwota tariffarja ġdida ta' 31,788 Tunnellata (erga omnes) fil-kwota annwali tal-KE15 li hemm issa, bir-rata ta’ kwota ta’ 0 %.

    B.   Ittra mir-Renju tat-Tajlandja

    Bangkok, Image

    Sinjur,

    Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid:

    “Wara l-ftuħ tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u r-Renju tat-Tajlandja (Tajlandja) taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT ta’ l-1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u t-Tajlandja bil-għan li jiġu ffinalizzati n-negozjati li nfetħu wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 għad-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT ta’ l-1994

    Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tal-KE 15.

    Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinsabu fl-Anness ta’ dan il-ftehim.

    It-Tajlandja taċċetta l-komponenti bażiċi ta’ l-approċċ tal-KE biex ikunu aġġustati l-obbligi tal-KE-15 u dawk tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara t-tkabbir reċenti tal-KE: kalkolu fuq bażi netta ta’ l-impenji ta’ esportazzjoni; kalkolu fuq bażi netta ta’ kwoti tariffarji; u l-aggregazzjoni ta’ l-impenji nazzjonali ta’ appoġġ.

    Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE u t-Tajlandja jkunu wettqu skambju ta’ ittri ta’ ftehim, wara l-kunsiderazzjoni tal-partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tistabbilixxi l-miżuri ta' implimentazzjoni adattati qabel l-1 ta’ Jannar 2006 u fl-ebda ċirkostanzi dan ma għandu jseħħ aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2006.”

    Għandi hawnhekk l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

    Għoddni tiegħek.

    Image

    F'isem ir-Renju tat-Tajlandja


    Top