Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2004_370_R_0070_01

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70–77 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 276–283 (MT)

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    276


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-25 ta' Ottubru 2004

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/859/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-aktar l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) miġjuba fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 2 għall-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (1), min-naħa l-waħda, u l-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 140/2001 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (2), min-naħa l-oħra, jistabbilixxu l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli u oħrajn agrikoli li jkunu pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

    (2)

    Fiż-żmien ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 140/2001, il-KE u n-Norveġja tennew f'dikjarazzjoni konġunta li l-komponent mhux agrikolu tad-dazji doganali fuq il-prodotti li jidhru fit-Tabella I tal-Protokoll 3 għandhom jitneħħew. Fuq din il-bażi, id-diskussjonijiet bejn l-uffiċjali tal-Kummissjoni u dawk tan-Norveġja kienu ntemmu fil-11 ta' Marzu 2004. Il-konċessjonijiet l-ġodda tat-tariffa għandhom jiġu implimentati b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE.

    (3)

    Ġie wkoll negozjat ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, biex jitqiesu r-riżultati ta' dawn id-dikussjonijiet.

    (4)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KEE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (3).

    (5)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja qed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim qed ikun mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qed ikun hawnhekk awtorizzat biex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

    Artikolu 3

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

    Artikolu 4

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat tat-tmexxija fuq kwistjonijet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 (4), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Decision 1999/468/KE għandhom japplikaw.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta' dik id-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regola ta' Proċedura tiegħu.

    Magħmula fi Brussel, nhar il-25 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. VERDONK


    (1)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

    (2)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.

    (3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (4)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).


    FTEHIM

    fl-għamla ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

    A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

    Sinjur,

    Għandi l-pjaċir ngħarrfek li l-Komunità Ewropea taqbel mal-“minuti miftiehma” mehmuża ma' din l-ittra dwar il-Protokoll Nru 2 għall-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

    Inkun obbligat jekk tkun tista' tikkonferma li l-Gvern tar-Renju tan-Norveġja jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

    Jekk jogħġbok, Sinjur, ilqa' l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

    Hecho en Bruselas, el

    Image

    V Bruselu dne

    Udfærdiget i Bruxelles, den

    Geschehen zu Brüssel am

    Brüssel,

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

    Done at Brussels,

    Fait à Bruxelles, le

    Fatto a Bruxelles, addì

    Briselÿ,

    Priimta Briuselyje,

    Kelt Brüsszelben,

    Magÿmula fi Brussel

    Gedaan te Brussel,

    Sporzÿdzono w Brukseli, dnia

    Feito em Bruxelas,

    V Bruseli

    V Bruslju,

    Tehty Brysselissä

    Utfärdat i Bryssel den

    Întocmit la Bruxelles

    Por la Comunidad Europea

    Image

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    På Europeiska gemenskapen vägnar

    IL-MINUTI MIFTEHMA

    I.   Introduzzjoni

    Fil-11 ta' Marzu 2004, u wara ħafna laqgħat bejn l-uffiċjali tan-Norveġja u tal-Kummissjoni, kien intlaħaq ftehim b'kompromess fuq it-tnaqqis jew it-tneħħija ta' tariffi fuq numru ta' prodotti agrikoli pproċessati koperti bil-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE (1) jew bil-Protokoll Nru 2 għall-ftehim ta' l-1973 dwar il-kummerċ ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2).

    Dawn il-konċessjonijiet għandhom iwasslu għal titjib fl-aċċess għas-suq kemm għan-Norveġja kif ukoll għall-Komunità u jwasslu għall-ħtieġa li jkun hemm tibdil fil-Protokoll 3 għall-ftehim taż-ŻEE kif ukoll fil-Protokoll Nru 2 għall-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ħieles. Għalhekk, iż-żewġ partijiet qablu li jissottomettu għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet rispettivi tagħhom ċertu tibdil fl-arranġamenti ta' l-importazzjoni li huma applikati mill-partijiet għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati. It-tibdil se jkun implimentat fl-għamla ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE u tal-Ftehim preżenti fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

    Il-bidliet fil-Protokoll Nru. 2 għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ta' Jannar 2005.

    Iż-żewġ partijiet jaqblu li l-arranġamenti rispettivi ta' l-importazzjoni se jibdlu l-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri tas-27 ta' Novembru 2002.

    II.   L-arranġamenti ta' l-importazzjoni tan-Norveġja

    Mill-1 ta' Jannar 2005, in-Norveġja se tiftaħ il-kwoti tat-tariffa ta' kull sena għall-Komunità:

    Kodiċi tat-tariffa Norveġiża

    Deskrizzjoni

    Volum

    Rata ta' dazju applikabbli

    1506.0021

    Xaħam ta' l-għadma, żejt ta' l-għadma u żejt tas-sieq tal-gendus

    2 360 tunnellati

    Xejn

    1518.0041

    Żejt taż-żerriegħa tal-kittien

    100 tunnellati

    Xejn

    III.   L-arranġamenti ta' l-Importazzjoni tal-Komunità

    1.

    Mill-1 ta' Jannar 2005, in-Norveġja se tiftaħ il-kwoti tat-tariffa ta' kull sena għan-Norveġja:

    Numru ta' l-ordni

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Volum

    Rata ta' dazju applikabbli

    09.0765

    1517 10 90

    Marġerin, minbarra marġerin likwidu, li jkollu, skond it-toqol, mhux aktar minn 10 % ta' xaħam tal-ħalib

    2 470

    tunnellati

    Xejn

    09.0771

    ex 2207 10 00

    (Kodiċi TARIC 90)

    Alokoħol etiliku mhux żnaturat ta' qawwa alkoħolika, skond il-volum, ta' 80 % vol. jew aktar, għajr dak li jkun ġej mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I għat-Trattat tal-KE

    164 000

    ettrolitri

    Xejn

    09.0772

    ex 2207 20 00

    (Kodiċi TARIC 90)

    Alokoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kull qawwa, għajr dawk li jkunu ġejjin mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I għat-Trattat tal-KE

    14 340

    ettrolitri

    Xejn

    09.0774

    2403 10

    Tabakk tat-tipjip, kemm jekk ikollu jew ma jkollux sostituti tat-tabakk f'kull proporzjon

    370

    tunnellati

    Xejn

    IV.   L-arranġamenti tal-Komunità fuq ċerti xarbiet mhux alkoħoliċi

    Mill-1 ta' Jannar 2005, l-arranġamenti preżenti qed jissospendu temporanjament ir-reġim mingħajr dazju applikat taħt il-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles għall-oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM 2202 10 00 (ilmijiet, inkluż ilma minerali u ilma effervexxenti, li jkun fihom iz-zokkor miżjud jew sustanzi oħrajn ta' ħlewwa jew li jkolluhomxi togħma miżjuda) u ex 2202 90 10 (ilma minerali ieħor li jkun fih iz-zokkor (sukrose u dak magħruf bħala invert sugar)).

    Il-Komunità se tiftaħ kwota ta' tariffa mingħajr dazju ta' kull sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal oġġetti li jkunu ġejjin min-Norveġja u li jkunu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM 2202 10 00 (ilmijiet, inkluż ilma minerali u ilma effervexxenti, li jkun fihom iz-zokkor miżjud jew sustanzi oħrajn ta' ħlewwa jew li jkollhom xi togħma miżjuda) u ex 2202 90 10 (ilma minerali ieħor li jkun fih iz-zokkor (sukrose u dak magħruf bħala invert sugar)), għall-kwantità li ġejja: 13-il miljun litru fl-2004 u 14.3 miljun litru fl-2005. Għas-sena 2004, il-kwota tat-tariffa se tinfetaħ mill-[…sal-31 ta' Diċembru 2004]. Il-volum għas-sena 2004 għandu jitnaqqas fuq bażi ta' pro rata skond il-perjodu, ibbażat fuq xhur sħaħ, li jkun għadda. Barra l-allokazzjoni tal-kwota, id-dazju ta' l-importazzjoni se jkun ta' 0.047€/litru. Id-dazju ta' l-importazzjoni jista' jiġi rivedut kull sena fuq il-bażi tad-differenza fil-prezzijiet taz-zokkor bejn in-Norveġja u l-Komunità.

    Fil-31 ta' Ottubru 2005, u fil-31 ta' Ottubru ta' kull sena minn hemm 'il quddiem, jekk il-kwota tat-tariffa tkun ġiet eżawrita, il-kwota tat-tariffa li tapplika mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara għandha tiżdied b'10 %. Jekk il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita f'dik id-data, il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw aċċess illimitat mingħar dazju għall-Komunità mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara.

    V.

    Il-kwoti tat-tariffa speċifikati taħt II, III u IV għandhom jingħataw lill-prodotti ta' l-oriġini skond ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim ta' l-1973 dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

    B.   Ittra mir-Renju tan-Norveġja

    Sinjur,

    Għandi l-pjaċir nikkonferma l-wasla ta' l-ittra tiegħek li ġġib id-data tal-lum u li taqra kif ġej:

    “Għandi l-pjaċir ngħarrfek li l-Komunità Ewropea taqbel mal-”minuti miftiehma” mehmuża ma' din l-ittra dwar il-Protokoll Nru 2 għall-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

    Inkun obbligat jekk tkun tista' tikkonferma li l-Gvern tar-Renju tan-Norveġja jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.”

    Għandi l-pjaċir nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek kif ukoll mad-data proposta għad-dħul fis-seħħ ta' l-emendi.

    Jekk jogħġbok, Sinjur, ilqa' l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

    Hecho en Bruselas, el

    Image

    V Bruselu dne

    Udfærdiget i Bruxelles, den

    Geschehen zu Brüssel am

    Brüssel,

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

    Done at Brussels,

    Fait à Bruxelles, le

    Fatto a Bruxelles, addì

    Briselÿ,

    Priimta Briuselyje,

    Kelt Brüsszelben,

    Magÿmula fi Brussel

    Gedaan te Brussel,

    Sporzÿdzono w Brukseli, dnia

    Feito em Bruxelas,

    V Bruseli

    V Bruslju,

    Tehty Brysselissä

    Utfärdat i Bryssel den

    Întocmit la Bruxelles

    Por la Comunidad Europea

    Image

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    På Europeiska gemenskapen vägnar


    (1)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.

    (2)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.


    Top