Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehimiet Ewro-Mediterranji ta’ Assoċjazzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2006/356/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra

Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 2005/690/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 2004/635/KE li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, mill-parti l oħra

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 2002/357/KE, KEFA dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 2000/384/KE, KEFA dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra

Ftehim ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra

Id-Deċiżjoni 2000/204/KE, KEFA dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 98/238/KE, KEFA dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Euro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 97/430/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju ta’Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża

Ftehim ta’ assoċjazzjoni interim ewro-mediterranju, dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta’ Gaża, minn naħa l-oħra

X’INHUMA L-GĦANIJIET TAL-FTEHIMIET U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

Il-ftehimiet għandhom l-għan li jippromwovu:

  • djalogu regolari dwar il-politiki u s-sigurtà sabiex jitrawmu fehim reċiproku, kooperazzjoni u inizjattivi komuni;
  • kooperazzjoni ekonomika, kummerċjali u finanzjarja, inklużi:
    • il-liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ fil-merkanzija;
    • il-faċilitazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi u l-moviment tal-kapital sabiex tinkiseb il-liberalizzazzjoni hekk kif jintlaħqu l-kundizzjonijiet;
    • l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun tal-Mediterran; u
    • l-integrazzjoni reġjonali;
  • il-kooperazzjoni soċjali, kulturali u edukattiva, l-aktar permezz tad-djalogu interkulturali, il-kontroll tal-migrazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet, il-promozzjoni tal-liġi tax-xogħol jew l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Id-deċiżjonijiet jikkonkludu l-ftehimiet f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Sħubija Ewro-Mediterranja

  • Il-ftehim bejn l-UE u l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran huwa bbażat fuq is-Sħubija Ewro-Mediterranja.
  • Din is-sħubija politika, ekonomika u soċjali hija bbażata fuq il-prinċipji tar-reċiproċità, tas-solidarjetà u tal-kożvilupp.

Fl-2008, is-Sħubija ġiet issostitwita mill-Unjoni għall-Mediterran (UgħM).

  • Il-missjoni tal-UgħM hija li ssaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, id-djalogu u l-implimentazzjoni ta’ proġetti u ta’ inizjattivi b’impatt tanġibbli fuq iċ-ċittadini, b’enfasi fuq iż-żgħażagħ u n-nisa, sabiex jiġu indirizzati t-3 objettivi strateġiċi tar-reġjun:
    • l-istabbiltà;
    • l-iżvilupp tal-bniedem; u
    • l-integrazzjoni;
  • fil-qasam tal-kummerċ, l-UgħM tippromwovi:
    • relazzjonijiet kummerċjali msaħħa fost il-membri tagħha;
    • anqas ostakli għall-kummerċ;
    • inizjattivi ta’ integrazzjoni reġjonali; u
    • kooperazzjoni akbar bejn in-negozji.
  • L-UE għandha ftehimiet ta’ assoċjazzjoni mas-sħab kollha bl-eċċezzjoni tal-Libja.
  • Ġie abbozzat ftehim mas-Sirja iżda dan ma ġiex iffirmat.

Kamp ta’ applikazzjoni

Kull ftehim huwa adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-pajjiż mhux tal-UE kkonċernat. Madankollu, fil-prinċipju dawn ilkoll jaqsmu l-istess struttura bażika li tkopri:

  • id-djalogu politiku;
  • il-moviment liberu tal-merkanzija;
  • l-istabbiliment tas-servizzi;
  • pagamenti, kapital, kompetizzjoni u miżuri ekonomiċi oħra;
  • il-kooperazzjoni ekonomika;
  • il-kooperazzjoni f’materji soċjali u kulturali;
  • il-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni ambjentali;
  • il-kooperazzjoni finanzjarja;
  • regoli istituzzjonali u ġenerali.

Objettivi

Il-ftehimiet bilaterali lkoll għandhom għadd ta’ għanijiet b’mod partikolari:

  • it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni intrareġjonali tal-pajjiżi tal-Mediterran, bħala fattur ta’ paċi, ta’ stabbiltà, ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali;
  • l-istabbiliment ta’ żona ta’ kummerċ ħieles.

L-istabbiliment ta’ żona ta’ kummerċ ħieles

  • Il-ftehimiet jistabbilixxu l-bażi għat-twaqqif ta’ żona ta’ kummerċ ħieles fil-Mediterran f’konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
  • Żona ta’ kummerċ ħieles trid tiġi stabbilita wara perjodu tranżitorju ta’ 12-il sena mid-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet.
  • Il-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Mediterran irid ikun jirriżulta minn:
    • eliminazzjoni gradwali tad-dazji doganali;
    • il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet (b’eċċezzjonijiet f’ċerti każijiet), kif ukoll il-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti jew diskriminatorju bejn il-partijiet.
  • Il-partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenji tagħhom taħt il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS).
  • Il-pajjiżi sħab li mhumiex fl-UE jridu jiksbu liberalizzazzjoni sħiħa tas-settur kapitali hekk kif ikunu fis-seħħ kundizzjonijiet suffiċjenti.
  • Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jeħtieġ li jiġi implimentat gradwalment.

Arranġamenti istituzzjonali

Il-ftehimiet jistabbilixxu struttura istituzzjonali li tinkludi:

  • Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, organizzat fil-livell ministerjali, li jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi fissi,
  • Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jimmaniġġja l-ftehim u jsolvi d-differenzi fir-rigward tal-applikazzjoni u tal-interpretazzjoni tiegħu.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni daħlu fis-seħħ fid-dati li ġejjin:

  • L-1 ta’ Lulju 1997 — Ftehim Interim mal-Palestina*
  • L-1 ta’ Marzu 2000 — il-Marokk
  • L-1 ta’ Ġunju 2000 — Iżrael
  • L-1 ta’ Mejju 2002 — il-Ġordan
  • L-1 Ġunju 2004 — l-Eġittu
  • L-1 ta’ Settembru 2005 — l-Alġerija
  • L-1 ta’ April 2006 — il-Libanu
  • L-1 ta’ Marzu 1998 — it-Tuneżija.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE tal-14 ta’ Frar 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (ĠU L 143, 30.5.2006, p. 1)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra — Il-Protokoll 1 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mil-Libanu msemmija fl-Artikolu 14(1) — Il-Protokoll 2 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Libanu ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Komunità msemmija fl-Artikolu 14(2) — Il-Protokoll 3 dwar il-kummerċ bejn il-Libanu u l-Komunità fi prodotti agrikoli pproċessati msemmija fl-Artikolu 14(3) — Il-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Il-Protokoll 5 dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali (ĠU L 143, 30.5.2006, pp. 2-188)

Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/690/KE tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra (ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 1)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra — Annessi — Protokolli — Att Finali — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 265, 10.10.2005, pp. 2-228)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE tal-21 ta’ April 2004 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, mill-parti l oħra (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra — Protokolli — Att Finali — Ftehim ta’ Dikjarazzjonijiet fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità u l-Eġittu dwar importazzjonijiet fil-Komunità ta’ fjuri maqtugħa friski u ta’ fjuri u ta’ blanzuni li jaqgħu taħt is-subintestatura 0603 10 tat-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 304, 30.9.2004, pp. 39-208)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/357/KE, KEFA tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 129, 15.5.2002, pp. 1-2)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra — Il-Protokoll 1 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Ġordan — Il-Protokoll 2 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fil-Ġordan ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Komunità — Il-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “ prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Il-Protokoll 4 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi f’materji doganali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Att Finali (ĠU L 129, 15.5.2002, pp. 3-176)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2000/384/KE, KEFA tad-19 ta’ April 2000 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 147, 21.6.2000, pp. 1-2)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra — Il-Protokoll 1 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżrael — Il-Protokoll 2 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni f’Iżrael ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Komunità — Il-Protokoll 3 dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tal-pjanti — Il-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Il-Protokoll 5 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi f’materji doganali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar kwistjonijiet bilaterali pendenti — Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ ittri relatati mal-Protokoll 1 u dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ fjuri maqtugħa friski u ta’ blanzuni li jaqgħu taħt is-subintestatura 0603 10 tat-Tariffa Doganali Komuni — Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet taċ-Ċiklu tal-Urugwaj — Dikjarazzjonijiet mill-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni minn Iżrael (ĠU L 147, 21.6.2000, pp. 3-172)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2000/204/KE, KEFA tal-26 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 70, 18.3.2000, p. 1)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra — Il-Protokoll 1 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Marokk — Il-Protokoll 2 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Marokk — Il-Protokoll 3 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Marokk ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità — Il-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni ta’ prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Il-Protokoll 5 dwar għajnuna reċiproka fi kwistjonijiet doganali bejn l-awtoritajiet amministrattivi — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri — Dikjarazzjoni mill-Komunità — Dikjarazzjonijiet mill-Marokk (ĠU L 70, 18.3.2000, pp. 2-204)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/238/KE, KEFA tas-26 ta’ Jannar 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Euro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 97, 30.3.1998, p. 1)

Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra — Il-Protokoll Nru 1 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Tuneżija — Il-Protokoll Nru 2 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw mit-Tuneżija — Il-Protokoll Nru 3 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fit-Tuneżija ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità — Il-Protokoll Nru 4 dwar id-definizzjoni ta’ prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Il-Protokoll Nru 5 dwar għajnuna reċiproka fi kwistjonijiet doganali bejn l-awtoritajiet amministrattivi — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 97, 30.3.1998, pp. 2-183)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/430/KE tat-2 ta’ Ġunju 1997 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju ta’Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju ta’ l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (ĠU L 187, 16.7.1997, pp. 1-2)

Ftehim ta’ assoċjazzjoni interim ewro-mediterranju, dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta’ Gaża, minn naħa l-oħra — Il-Protokoll 1 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u mill-medda ta’ Gaża — Il-Protokoll 2 dwar l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet fix-Xatt tal-Punent u fil-medda ta’ Gaża ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Komunità — Il-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Att finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti — Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea (ĠU L 187, 16.7.1997, pp. 3-135)

Ara l-verżjoni konsolidata.


* Jenħtieġ li din id-deżinjazzjoni ma tinftehimx bħala rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni.

l-aħħar aġġornament 27.03.2020

Top