EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0204

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni ta' l-24 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

OJ L 70, 18.3.2000, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 033 P. 175 - 175
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 020 P. 184 - 184
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 020 P. 184 - 184
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 026 P. 3 - 3

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/01/2000

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/204/oj

Related international agreement

32000D0204



Official Journal L 070 , 18/03/2000 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni

ta' l-24 ta' Jannar 2000

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

(2000/204/EC, KEFA)

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv u l-ftehim unanimu tal-Kunsill,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fis-26 ta' Frar 1996, għandi jkun approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, il-Protokolli annessi miegħu u d-Dikjarazzjonijiet u Skambji ta' Ittri mehmuża ma' l-Att Finali huwa b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

It-testi tal-Ftehim, tal-Protokolli u l-Att Finali huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-posizzjonijiet li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tkun stabbilita mill-Kunsill, wara proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn xieraq, mill-Kummissjoni, kull wieħed/waħda minnhom skond id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

2. Il-President tal-Kunsill għandu, skond l-Artikolu 79 tal-Ftehim, jippresiedi l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-President tal-Kunsill għandu jippresiedi l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, skond l-Artikolu 82 tal-Ftehim, u jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-att ta' notifika li jipprovdi għalih l-Artikolu 96 tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni għandu jiddepożita dak l-att f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 2000.

Ghall-Kummissjoni

Il-President

R. Prodi

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

[1] ĠU C 181, 24.06.99, p. 15.

--------------------------------------------------

Top