This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Din tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2006/112/KE (is-sistema komuni tal-UE tat-taxxa fuq il-valur miżjud).
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jeħtiġilhom jagħtu eżenzjonijiet mill-VAT fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom sabiex jipprevjenu kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni jew evażjoni tat-taxxa.
Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni tista’ tingħata għal:
Din id-Direttiva ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli jżommu ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi mhux tal-UE li jipprevedu eżenzjonijiet speċjali.
Għal uħud minn dawn il-kategoriji, ċerti oġġetti huma esklużi mill-eżenzjoni, b’mod partikolari l-alkoħol u l-prodotti tat-tabakk.
Importazzjonijiet ta’ valur negliġibbli
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2017/2455 ħassret it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE rigward l-importazzjonijiet ta’ valur negliġibbli, bl-eliminazzjoni tal-eżenzjoni mill-VAT għal kunsinni żgħar (valur massimu ta’ EUR 22) mill-1 ta’ Lulju 2021.
Pandemija tal-COVID-19 — eżenzjoni mill-VAT u mid-dazji tal-importazzjoni
Eżenzjoni mill-VAT u d-dazji tal-importazzjoni għal persuni li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna u n-nies fil-bżonn fl-Ukrajna
F’Lulju 2022, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1108 ġiet adottata biex tirreaġixxi għat-talbiet minn xi Stati Membri għall-eżenzjoni mill-VAT u l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet primarji tal-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u joffrulhom biżżejjed għajnuna umanitarja (kenn temporanju ta’ emerġenza, oġġetti ta’ akkomodazzjoni, mediċini u oġġetti mediċi, tagħmir li għandu jintuża għall-ġestjoni u l-forniment tal-ikel). Din id-deċiżjoni applikat sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Fis-17 ta’ April 2023, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/829 ġiet adottata biex tagħti eżenzjoni ulterjuri mid-dazji tal-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward tal-importazzjonijiet minn, jew f’isem, organizzazzjonijiet tal-Istat, u organizzazzjonijiet tal-karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jagħmlu talba (l-Estonja, Franza, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja). Id-deċiżjoni applikat mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Id-Direttiva 2009/132/KE kkodifikat u ssostitwiet id-Direttiva 83/181/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha. Id-Direttiva oriġinali 83/181/KEE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-1984.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 292, 10.11.2009, pp. 5–30).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/132/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/829 tas-17 ta’ April 2023 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija li għandha titqassam jew issir disponibbli mingħajr ħlas lill-persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni militari fl-Ukrajna u lill-persuni fil-bżonn fl-Ukrajna (ĠU L 104, 19.4.2023, pp. 25–29).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1511 tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022 (ĠU L 235, 3.4.2020, pp. 48–50).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1108 tal-1 ta’ Lulju 2022 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni mogħtija għall-merkanzija li għandha titqassam jew issir disponibbli mingħajr ħlas lill-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna u lill-persuni fil-bżonn fl-Ukrajna (ĠU L 178, 5.7.2022, pp. 57–60).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2313 tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2022 (ĠU L 464, 28.12.2021, pp. 11–13).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (ĠU L 103 I, 3.4.2020, pp. 1–3).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, pp. 1–118).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 06.02.2024