EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2011:260:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 260, 5 ta' Ottubru 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.260.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 260

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
5 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 981/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jabłka grójeckie (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 982/2011 tat-30 ta' Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κατσικάκι Ελασσόνας (Katsikaki Elassonas) (DPO)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2011 tat-30 ta' Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero de Extremadura (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vinagre del Condado de Huelva (DPO)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 985/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vinagre de Jerez (DPO)]

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 986/2011 tat-30 ta' Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Casín (DPO)]

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 987/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Nanoški sir (DPO)]

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2011 tal-4 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f’ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 989/2011 tal-4 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/648/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE dwar l-inklużjoni tal-Belġju fil-lista tal-Istati Membri li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6997)  ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 981/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jabłka grójeckie (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u bmod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Jabłka grójeckie” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 35.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

IL-POLONJA

Jabłka grójeckie (IĠP)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 982/2011

tat-30 ta' Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κατσικάκι Ελασσόνας (Katsikaki Elassonas) (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet il-Ġreċja biex id-denominazzjoni "Κατσικάκι Ελασσόνας (Katsikaki Elassonas)" tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 31.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1.   Il-laħam frisk (u l-ġewwieni)

IL-GREĊJA

Κατσικάκι Ελασσόνας (Katsikaki Elassonas) (DPO)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 983/2011

tat-30 ta' Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero de Extremadura (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, (1) u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Cordero de Extremadura” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 323, 30.11.2010, p. 31


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1.   Il-laħam frisk (u l-ġewwieni)

SPANJA

Cordero de Extremadura (IĠP)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 984/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vinagre del Condado de Huelva (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Vinagre del Condado de Huelva” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 319, 24.11.2010, p. 6


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

SPANJA

Vinagre del Condado de Huelva (DPO)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 985/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vinagre de Jerez (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Vinagre de Jerez” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 319, 24.11.2010, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

SPANJA

Vinagre de Jerez (DPO)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 986/2011

tat-30 ta' Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Casín (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Queso Casín” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 321, 26.11.2010, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobon

SPANJA

Queso Casín (DPO)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 987/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Nanoški sir (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni “Nanoški sir” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ma ntbagħtet ebda oġġeżżjoni lill-Kummissjoni, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 340, 15.12.2010, p. 28.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IS-SLOVENJA

Nanoški sir (DPO)


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 988/2011

tal-4 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f’ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jipprojbixxi l-użu ta’ rkaptu rmunkat fl-inħawi ta’ 3 mili nawtiċi tal-kosta jew fl-isobath ta’ 50 metru fejn jintlaħaq dak il-fond.

(2)

Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tippermetti deroga mill-projbizzjoni stabbilta fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, sakemm jiġu ssodifati għadd ta’ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9).

(3)

Fis-16 ta’ Marzu 2010, l-Italja talbet għal deroga mill-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament għall-użu tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) fl-ilmijiet territorjali tas-Subżona Ġeoġrafika 9 (GSA 9), kif definit skont il-Ftehim li jistabbilixxi l-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (2).

(4)

It-talba tkopri l-bastimenti reġistrati fid-Direttorati Marittimi ta’ Ġenova u Livorno li għandhom esperjenza vasta fis-sajd ta’ aktar minn ħames snin u joperaw skont pjan ta’ ġestjoni li jirregola s-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) fiż-żona GSA 9.

(5)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta t-talba għad-deroga mill-Italja u l-abbozz relatat għall-pjan ta’ ġestjoni fis-sessjoni plenarja li saret mit-8 sat-12 ta’ Novembru 2010.

(6)

L-Italja adottat il-pjan ta’ ġestjoni permezz ta’ Digriet (3) skont l-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(7)

Id-deroga mitluba mill-Italja hija konformi mal-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(8)

B’mod partikolari, l-inħawi tas-sajd huma limitati minħabba d-daqs limitat tal-blata kontinentali u d-distribuzzjoni spazjali tal-ispeċi fil-mira, li hija limitata esklussivament għal ċerti żoni fiż-żoni kostali għal fond li jkun anqas minn 50 m,

(9)

Barra minn hekk, is-sajd ma jistax isir b’tagħmir ieħor, ma jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq ħabitats protetti u huwa ferm selettiv, minħabba li t-tartaruni jintrefgħu b’irkaptu fil-kolonni tal-ilma u ma jmissux ma qiegħ il-baħar minħabba li l-ġbir ta’ materjal minn qiegħ il-baħar jagħmel ħsara lill-ispeċi fil-mira u jagħmel l-għażla tal-ispeċi mistada prattikament impossibbli minħabba d-daqs ferm ċkejken tagħhom.

(10)

Id-deroga mitluba mill-Italja taffettwa għadd limitat ta’ bastimenti, jiġifieri 142 bastiment.

(11)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 peress li l-pjan ta’ ġestjoni Taljan jipprojbixxi b’mod espliċitu li jsir sajd fuq ħabitats protetti.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 mhumiex applikabbli minħabba li dawn huma relatati ma’ bastimenti tat-tkarkir.

(13)

Peress li l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati huma ferm selettivi, għandhom effett negliġibbli fuq l-ambjent u mhumiex isiru fuq ħabitats protetti, dawn huma eleġibbli għad-deroga għad-daqs minimu tal-malja tax-xibka msemmi fl-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. Għaldaqstant, ma japplikawx ir-regoli dwar id-daqs minimu tal-malji tax-xibka stipulati fl-Artikolu 9 (3)(2).

(14)

Il-pjan ta’ ġestjoni Taljan jinkludi miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, li b’hekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(15)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jitwettqu f’distanza qasira ħafna mill-kosta u għaldaqstant ma jostakolawx l-attivitajiet ta’ bastimenti oħra.

(16)

Il-pjan ta’ ġestjoni Taljan jiżgura li l-qbid tal-ispeċi msemmija fl-Anness III huwa minimu u li l-attivitajiet tas-sajd ma għandhomx fil-mira ċ-ċefalopodi.

(17)

L-Italja kkomunikat il-lista ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati u l-karatteristiċi tagħhom lill-Kummissjoni, kif ukoll il-paragun mal-karatteristiċi ta’ dik il-flotta fl-1 ta’ Jannar 2000.

(18)

B’hekk, fi żmien xieraq għandha tingħata d-deroga mitluba.

(19)

L-Italja għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u skont il-pjan ta’ monitoraġġ stipulat fil-pjan ta’ ġestjoni Taljan.

(20)

F’konformità mat-talba tal-Italja, limitazzjoni fit-tul ta’ żmien tad-deroga ser tippermetti li jittieħdu miżuri ta’ ġestjoni korrettivi fil-pront f’każ li r-rapport lill-Kummissjoni juri stat ħażin ta’ konservazzjoni tal-istokk sfruttat filwaqt li tipprovdi ambitu biex tittejjeb il-bażi xjentifika għal pjan ta’ ġestjoni mtejjeb.

(21)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma għandux japplika fl-ilmijiet territorjali tal-Italja biswit il-kosta tal-Ligurja u t-Toskana, għas-sajd għall-makku (Aphia minuta) mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun li qed jintużaw minn bastimenti:

(a)

reġistrati fid-Direttorati Marittimi (Direzioni Marittime) ta’ Ġenova u Livorno rispettivament;

(b)

li għandhom esperjenza vasta fis-sajd għal aktar minn ħames snin; kif ukoll

(c)

li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd u li joperaw skont pjan ta’ ġestjoni adottat fl-Italja skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-pjan ta’ ġestjoni”) (4).

Din id-deroga għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2014.

Artikolu 2

Pjan u rapport ta’ monitoraġġ

Sal-1 ta’ Mejju 2014, l-Italja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, rapport imfassal skont il-pjan ta’ monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta’ ġestjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34.

(3)  Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana 192, 19.8.2011, supplemento ordinario n. 192.

(4)  Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana 192, 19.8.2011, supplemento ordinario n. 192.


5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 989/2011

tal-4 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

BR

31,9

MK

48,8

ZZ

40,4

0707 00 05

EG

98,1

MK

44,0

TR

111,6

ZZ

84,6

0709 90 70

TR

106,9

ZZ

106,9

0805 50 10

AR

67,2

BR

41,3

CL

80,9

TR

63,8

UY

68,8

ZA

76,7

ZZ

66,5

0806 10 10

CL

79,6

EG

65,0

MK

82,2

TR

106,6

ZA

60,7

ZZ

78,8

0808 10 80

CL

90,0

CN

82,6

NZ

114,0

US

114,5

ZA

80,2

ZZ

96,3

0808 20 50

CN

91,8

TR

107,9

ZZ

99,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE dwar l-inklużjoni tal-Belġju fil-lista tal-Istati Membri li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6997)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/648/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni f'annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda tal-Aujeszky. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi li fejn Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn tali mard, inkluża l-marda tal-Aujeszky, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ġustifikattiva xierqa lill-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula l-garanziji addizzjonali għall-movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifika tal-Istati Membri skont l-istat tal-marda tal-Aujeszky fihom.

(3)

L-Anness I mad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda tal-Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ma’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda tal-Aujeszky.

(4)

Il-Belġju huwa attwalment elenkat fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE, bħala Stat Membru li fih ġew implimentati programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda tal-Aujeszky.

(5)

Il-Belġju issa ressaq dokumentazzjoni ġustifikattiva li ssostni l-applikazzjoni tiegħu biex jiddikjara li l-Istat Membru huwa ħieles mill-marda ta’ Aujeszky.

(6)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ġustifikattiva mressqa minn dak l-Istat Membru, huwa xieraq li l-Belġju ma jibqax elenkat fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE, iżda minflok jiġi elenkat fl-Anness I tagħha.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha tal-Ingilterra, l-Iskozja u Wales

ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq


Top